Page 1

oratorju mssp . . . centru ta’ katekezi u liturgija


introduzzjoni Sa minn żmien il-Fundatur mitt sena ilu, il-post tal-katekiżmu f’Birkirkara, hekk imsejjaħ l-Oratorju, kien diġà għal qalb tal-Fundatur tagħna u tal-Karkariżi wkoll. Il-missjoni li jeduka, l-aktar lit-tfal, kienet iċ-ċentru tal-ħidma fil-qalba tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl u bla dubbju ta’ xejn tal-Knisja wkoll. Għalhekk għal dawn is-snin kollha rajna li parti mill-missjoni ta’ evanġelizazzjoni tagħna bħala Soċjetà fil-Knisja hawn Malta hija dan il-post li joffri tagħlim kontinwu lit-tfal, żgħażagħ u familji biex jgħixu l-esperjenza tal-Vanġelu. Illum aħna, bħala Soċjetà, xtaqna li fit-tieni mitt sena tal-Oratorju nestendu u napprofondixxu l-idejali li sawwruh għall-għexieren ta’ snin li għaddew. L-Oratorju MSSP illum qed jilbes il-libsa tal-Katekeżi u l-Liturġija bħala l-missjoni prinċipali, mhux biss għat-tfal u ż-żgħażagħ, imma wkoll għall-adulti; mhux biss għall-inħawi ta’ B’Kara imma wkoll għall-bqija tal-irħula u l-ibliet Maltin. Is-sigriet f’dan il-post attrezzat sabiħ irid ikun is-smiegħ tal-Kelma ta’ Alla, espressa fl-esperjenza tagħna bħala komunitajiet. Alla, li bierek dan il-post fil-mitt sena ta’ storja tiegħu, qiegħed ikompli jberikna b’din l-ideja mġedda biex il-ministeru fih jimmotiva enerġija ġdida ħierġa mill-Ispirtu tal-Verità. Il-ferħ hawn fl-Oratorju jkun aħbar tajba fih innifsu. U mal-Fundatur inkomplu nagħtu dak li San Pawl ġabilna b’tant imħabba u żelu.

Fr Louis Mallia mssp Superjur Reġjonali - Malta

Pubblikazzjoni: Oratorju MSSP - 2012 Kuntatt: Oratorju MSSP, Triq San Ġiljan, Birkirkara, BKR 2806 2144 1917 | oratorju@mssp.org.mt | www.oratorjumssp.org Disinn: Br Clinton Farrugia mssp Ritratti : Br Giovann Tabone mssp, Vince Fenech, Ruben Mamo, Br Clinton Farrugia mssp


Hekk kif seminarju huwa indispensabbli . biex tifforma sacerdoti qaddisa biex iservu l-poplu ta’ Alla, . . hekk ukoll huwa centru ta’ katekezi . biex il-lajci jiffurmaw ruhhom fil-fidi. .

Guzeppi De Piro

F’diskors li kien għamel, il-Papa Ġwanni Pawlu II qal “Iċ-ċentri tal-Katekeżi għandhom ikunu post fejn niskopru mill-ġdid is-sustanza tal-fidi tagħna, post li jsir dar fejn l-aħwa jgħixu fl-imħabba u fejn wieħed isib ruħu milqugħ”. Wara l-ewwel mitt sena ta’ ħajja fl-Oratorju, is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl qed tħares lejn dan il-post b’fiduċja biex tagħmel pass ieħor u jsir ukoll skola ta’ evanġelizazzjoni għall-adulti. Ix-xewqa tal-Fundatur tagħna kienet li jevanġelizza u li jħabbar il-vanġelu. Is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl tixtieq tieħu bis-serjetà is-sejħa ta’ evangelizazzjoni ġdida u mal-formazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ tixtieq tifforma wkoll komunitajiet ta’ lajċi fejn il-Kelma ta’ Alla tista’ tagħmel għeruq fil-fond permezz ta’ formazzjoni serja u ta’ ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Minn qalbna nirringrazzjaw lil kull min offra s-sapport u l-ħidma tiegħu biex din il-ħolma tagħna tista’ ssir realtà.

Fr Martin Cilia mssp Direttur - Oratorju MSSP


storja L-Oratorju ta’ Birkirkara twieled għal skop u viżjoni speċifika. Kien l-1910 li f’Birkirkara kien jinħass nuqqas ta’ formazzjoni fil-fidi tat-tfal, għalhekk inbena post fejn it-tfal subien setgħa jkollhom formazzjoni nisranija u ambjent fejn jikbru fl-umanità tagħhom. Kienet b’din il-perspettiva li Ġużeppi De Piro xtaq li l-membri tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl jieħdu r-responsabbiltà ta’ dan il-post. Maż-żmien, l-għan prinċipali beda jieħu xejra ġdida. Mal-formazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ subien, żdiedet ukoll dik tat-tfajliet u t-tfal bniet. Fis-snin tmenin il-post kompla jwessa’ l-viżjoni tiegħu u sar ċentru tal-familja.


.

.

vizjoni gdida sejha u mixja mal-knisja Konxji mill-bżonn li hawn f’pajjiżna, li l-fidi tgħaddi minn fidi kulturali għal fidi li hija għażla, qed noħolqu struttura formattiva ta’ mixja ta’ fidi li ma tieqafx malli wieħed jirċievi s-sagramenti tal-inizjazzjoni Kristjana, iżda tkompli f’mixja ta’ komunitajiet, formazzjoni spiritwali u ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Ir-rinnovament li sar fil-post sar b’dan il-għan u f’din il-viżjoni.


.

centru ta’ formazzjoni . . - . ghat-tfal u z-zghazagh Il-kariżma oriġinali - li tifforma t-tfal biex jirċievu s-sagramenti qed titkompla. Mija u għoxrin tifel u tifla, maqsuma f’sitt klassijiet differenti, jieħdu l-formazzjoni tagħhom f’dan il-post. L-Oratorju joffri wkoll programm ta’ formazzjoni għall-adoloxxenti u żgħażagħ. F’ambjent ta’ ħbiberija, iż-żgħażagħ jiġu ffurmati biex jaffrontaw l-isfidi li toffri l-kultura tagħna, waqt li jissaħħu fil-fidi.


.

liturgija Sa mit-twaqqif tiegħu, l-Oratorju ċċelebra l-liturġija man-nies tal-inħawi minħabba l-fatt li l-Oratorju huwa żona pastorali. Il-liturġija hija parti mportanti u integrali mill-formazzjoni tal-fidi. Matul dan iż-żmien sar ukoll adattament liturġiku biex nistgħu ngħixu l-ispirtu tal-liturġija aħjar għax nemmnu li hija l-pulmun tal-ħidma kollha tagħna. Għal dan il-għan, saret ukoll kappella ġdida biex tintuża mid-diversi komunitajiet li jiltaqgħu fiċ-Ċentru. Fost id-diversi gruppi li jagħmlu parti mill-Oratorju nsibu l-Grupp Kariżmatiku ‘Koinonia’, il-Fokolarini, u l-Legion of Mary. It-tqarbin tal-morda huwa ministeru li nagħmluh bil-qalb.


. .

“Niggeddu b’tibdila spiritwali… u nilbsu l-bniedem . il-gdid”. Efesin 4:23


.

komunita‘ lajci mssp F’din is-sena l-Oratorju laqa’ fih ukoll il-komunità tal-lajċi tal-MSSP. Komunità li ġiet iffurmata disa’ snin ilu minn Fr Martin Cilia mssp bl-iskop li tikber fil-fidi u tgħix il-kariżma missjunarja tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Din il-komunità ntbagħtet fl-Oratorju mis-Socjetà biex tgħin lil Fr Martin jiżviluppa ċ-ċentru kateketiku, b’xhieda awtentika ta’ komunità nisranija li toffri l-ħajja u s-servizz tagħha biex twassal oħrajn għand il-Mulej.


komunita‘ alpha Il-ħolma ta’ Ġużeppi De Piro, kienet li jwassal lil Kristu u l-Vanġelu lil dawk li qatt ma semgħu bih. Permezz tal-kors tal-Alpha, il-missjoni fl-Oratorju qed tinfetaħ ukoll għal ħutna li tbiegħdu mill-fidi. Għaldaqstant, il-Kors huwa mezz qawwi li jgħin lill-persuni jagħmlu għażla ta’ fidi. Il-programm pastorali tal-Oratorju joffri itinerarju ta’ mixja ta’ fidi għal dawk li jorganizzawh u dawk li jkunu għamlu l-kors.


programm formattiv L-istruttura l-ġdida tal-Oratorju hija mibnija fuq il-Katekeżi Biblika li ssir kull l-ewwel Tnejn tax-xahar, biex il-Kelma ta’ Alla tkun dawl fil-mixja tal-gruppi kollha. Fi gruppi żgħar issir Lectio Divina fejn wieħed jaqsam il-Kelma u ħajtu. Bħalissa fl-Oratorju, darba fix-xahar qegħdin jiltaqgħu għoxrin grupp tal-Lectio Divina. L-Oratorju qiegħed joffri wkoll formazzjoni bibblika, spiritwali u psikoloġika permezz ta’ korsijiet kull nhar ta’ Tlieta fejn wieħed jista’ japprofondixxi l-fidi tiegħu. Il-formazzjoni spiritwali tissaħħaħ permezz ta’ talb, irtiri, ċelebrazzjonijiet penitenzjali, liturġija ħajja u seminars.


illum F’dan iż-żmien il-Mulej qed juri ħniena kbira magħna u l-komunitajiet flimkien qegħdin jaħdmu biex din il-viżjoni ssir realtà. Nemmnu li dan iċ-Ċentru li jinsab fil-qalba ta’ Malta, jista’ jsir sostenn reali u tweġiba awtentika għas-sejħa fl-evanġelizzazzjoni l-ġdida, fejn il-proposta tal-fidi titlaħħam f’komunità li titlob, taħdem u tiċċelebra. Ix-xewqa tagħna hi li bħall-ewwel komunità tal-Atti tal-Appostli, inkunu qalb waħda u ruħ waħda, naqsmu flimkien il-Kelma, l-Ewkaristija u l-Mulej ikompli jżid magħna lil dawk li jkunu salvi. Sar xogħol ta’ rinnovament: swali ta’ laqgħat, media room, board room, kamra tal-ikel, kċina u sala għall-irtiri. Ħafna minn dan ix-xoghol sar minn voluntiera u minn nies li jattendu u jieħdu l-formazzjoni tagħhom minn dan iċ-Ċentru.


pubblikazzjonijiet

Tista takkwista kopja mill-Oratorju MSSP, Triq San Ġiljan, Birkirkara, billi ċċempel 21 44 19 17 jew tibgħat e-mail: oratorju@mssp.org.mt CDS TA’ KORSIJIET U KATEKEŻIJIET

L-ORATORJU U LILHINN MINNU - Philip Xuereb Mitt sena ta’ mixja kontinwa … għadda minn diversi idejn Salesjani, Frères u s-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Ħadd minna ma jiftakar il-bidu imma dan il-ktieb jagħti l-ħajja lil din l-istorja u jgħinna napprezzaw dak li Alla għamel permezz ta’ dawk kollha li ġew qabilna, fil-ħidma tagħhom fl-Oratorju. FOUND AMONG SINNERS - Fr Martin Cilia mssp Joseph De Piro – An inspirational life. My wish in writing this book is that those who tap into this untapped resource let themselves be influenced by Joseph De Piro’s spirit. This book is by no means a biography but it delves into the spirituality of Joseph De Piro; what lies hidden in his inner life; what gave him such a unique freedom of spirit to follow God… De Piro is no more than a window through which we may catch a glimpse of the One who had called him to follow Him in such a radical way.

ANASTASIS - Fr Martin Cilia mssp Ktejjeb dwar l-ikona tal-Qawmien. Katekeżi fuq il-Misteru l-aktar ċentrali tan-Nisrani: il-Misteru tal-Għid.


. .

Dan ic-centru huwa miftuh - kull min jixtieq jaghmel: ghal .

irtiri ta’gurnata seminars laqghat ta’talb u formazzjoni .

Ikkuntatjana jew ejja zurna: Fr Mar tin Cilia mssp Oratorju MSSP T riq San Giljan, B’Kara

Tel: 21441917 E-mail: oratorju@mssp.org.mt Website: http://www.oratorjumssp.org/ Facebook: https://www.facebook.com/oratorjumssp


w w w.o ra to rj u m s s p. o rg www. fa ceb oo k. co m / o ra tor j um s s p

Oratorju MSSP  

Ċentru ta’ Katekeżi u Liturġija