Page 1

Jum il-funeral Óolqa Bejn il-Óbieb

No 17

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

Pre-Novizzi fil-Filippini

Fl-Imnarja li għaddiet fil-Dar tal-Formazzjoni tagħna fil-Filippini, kellna ċerimonja sempliċi imma tassew sabiħa. Fiha żewġ żgħażagħ ġew aċċettati biex jibdew il-formazzjoni tagħhom mas-Socjetà. Dan il-perjodu nsejħulu pre-novizzjat. Huwa żmien ta’ dixxernimet fis-sejħa tagħhom. Iż-żgħażagħ huma Alex (liebes il-blu), gradwat fl-Inġinerija Kimika; u Neil John (liebes l-aħmar), gradwat fl-Inġinerija Ċivili. It-tnejn kienu diġà mpjegati f’Manila u ilhom f’kuntatt magħna għal diversi snin. Il-quddiesa tal-okkażjoni ġiet iċċelebrata minn Fr. Hector, is-superjur il-ġdid. Għal din l-okkażjoni kienu preżenti wkoll il-familjari tagħhom u l-ħbieb. Nitolbu għalihom ħalli jipperseveraw. Fr. Stephen Mifsud mssp  

ĠURNATA STUDENTI

Trid tgħin lil dawn iż-żewġ żgħażagħ u l-istudenti tagħna fil-formazzjoni tagħhom? Waqqaf Ġurnata Studenti, billi tagħżel ġurnata fis-sena u kull sena għal 25 sena l-istudenti joffru l-quddiesa li jisimgħu, ittqarbina u t-talb l-ieħor ta’ matul il-jum skont l-intenzjoni tiegħek. Min-naħa tiegħek, inti tagħmel offerta ta’ darba ta’ €466.

Ried isir xbiha ta’ Kristu No.2 Mons. De Piro kien għaraf sewwa l-għaqda li hemm bejn l-umanità u l-mixja spiritwali tiegħu. Dawn it-tnejn qatt ma kienu separati għalih. Anzi kien iħoss li dawn it-tnejn jgħinu lil xulxin fil-formazzjoni tiegħu spiritwali. Dan kien jipprova jagħmlu billi filwaqt li kien miftuħ għat-talb, fl-istess ħin kien lest jilqa’ kull imħabba bħala rigal t’Alla, kemm fid-djufija tiegħu u kemm f’dak li jinqala’ matul il-jum. It-trasformazzjoni fi Krisu kien frott it-talb u l-għan aħħari tiegħu. Tant hu hekk li fost il-kitba tiegħu nsibu dan il-vers tant sabiħ: “L-akbar intimità li għandna naħdmu għaliha hi li ninbidu fiH.” Dan il-fatt ta’ għaqda m’Alla f’De Piro, iġiegħlek tieqaf u tirrifletti. Nafu kemm kien bniedem ta’ attività li ma tieqaf qatt. Imma tant kien konvint mill-bżonn ta’ din l-unjoni li fi prietka oħra nsibu, “Kull ma jinqala’ matul il-ġurnata, kemm jekk ikun jogħġobna u kemm jekk le, ejjew inkunu dejjem lesti nirrepetu l-kliem lillMissier Etern: Isir dak li trid int kemm fis-sema hekda f’art.” Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb, “Found among Sinners” miktub minn Fr Martin Cilia mssp

Settembru 2013 / G˙add 483 Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP M: 7926 5968 E: norbertbonavia@gmail.com

NEWS PAPER POST

Óolqa Bejn il-Óbieb

Leadership ġdid għar-Reġjun ta’ Malta Bejn it-2 u l-4 ta’ Settembru, aħna l-membri tas-Soċjetà li nagħmlu parti mir-reġjun ta’ Malta, iltqajna fl-Oratorju tagħna f’B’Kara, biex niċċelebraw il-Kapitlu Reġjonali. Fl-ewwel ġurnata, wara mument ta’ talb flimkien, kellna magħna lill-psikologa Lisa Padovani li għinitna nikkomunikaw ma’ xulxin kif qegħdin inħossuna bħalissa bħala parti minn dan ir-reġjun. Fit-tieni jum, wara mument ieħor ta’ talb, kellna magħna lil Fr. Philip Cutajar OFM Cap. li bir-riflessjonijiet tiegħu għenna nagħmlu Lectio Divina sabiħa ħafna fuq l-impenn missjunarju tagħna. L-Erbgħa bdejna bil-quddiesa tal-Ispirtu s-Santu, u wara li ddiskutejna ftit ir-rapport li ppreżenta s-superjur reġjonali, Fr Louis Mallia, għaddejna biex nagħmlu mument ta’ dixxerniment li permezz tiegħu kellu jintgħażel il-leadership team ġdid għat-tliet snin li ġejjin. B’riżultat ta’ dan, Fr. Frankie Cini ġie magħżul bħala Superjur Reġjonali, b’żewġ assistenti, li huma Frs. Martin Cilia u Martin Galea. Inżommu lit-tim fit-talb tagħna biex il-Mulej ikompli jbierek ilħidma tagħna f’dan ir-reġjun. 17 ta’ Settembru 1933—17 ta’ Settembru 2013 Din is-sena jaħbat it-tmenin anniversarju mill-mewt tal-fundatur tagħna, il-qaddej t’Alla, Mons. Ġużeppi De Piro. Għal din l-okkażjoni ser issir quddiesa fil-Parroċċa ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun, nhar is-Sibt, il-21 ta’ Settembru fis-6.30 p.m. Minn Settembru ta’ din is-sena sa Settembru tas-sena d-dieħla ser isiru diversi attivitajiet biex jimmarkaw l-anniversarju, fosthom quddies f’parroċċi differenti, sessjonijiet ta’ kwizz għalladolexxenti u żgħażagħ imsieħba fl-għaqdiet, u laqgħat oħra għal gruppi differenti. Min jixtieq li niġu fil-parroċċa jew fl-għaqda tiegħu/tagħha u norganizzaw flimkien attività biex aktar ikun magħruf Mons. De Piro, javviċina lil Fr. Tony Sciberras mssp, viċi-postulatur tal-Kawża ta’ Beatifikazzjoni, fuq 21459222 jew tonysciberras@ hotmail.com. L-Editur

Fl-24 ta’ Ġunju li għadda, Fr Hector Attard mssp ġie nominat

Superjur Reġjonali

fil-Filippini għal tliet snin.

 4 Aħna Lilkom 

Fr Martin Galea, Fr Frank Cini, Fr Martin Cilia

Newspaper post

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Intervista ma’... Fr Charles S. Borg mssp Fr. Karm, jien niftakrek għal żmien twil fil-kulleġġ tagħna ta’ Sant’Agata, kif isibuh in-nies. Nemmen li qatt ma tista’ tinsa  dak iż-żmien. Tgħidilna ftit fuqu? Jiena b’kollox għamilt madwar għoxrin sena naħdem fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl. Bdejt meta kont għadni fl-ewwel snin tiegħi tal-istudentat, jew bħala seminarista, biex niftiehmu aħjar, u bqajt sa tlettax-il sena wara li sirt saċerdot. Kienu għoxrin sena li ma ninsihomx malajr. Jiena kont fiż-żmien ta’ meta nbena l-kulleġġ u minn klassijiet, biex ngħidu hekk temporanji, dħalna fil-bini li hemm illum bi klassijiet arjużi u ambjent li jgħin lill-istudenti biex jitgħallmu aktar. Naturalment kif inhu attrezzat illum, l-ambjent huwa ħafna aħjar. Fil-kulleġġ għallimt prinċipalment il-lingwi: ilMalti, l-Għarbi u t-Taljan. Għal xi snin għallimt ukoll il-Matematika u kont involut fl-isport, l-aktar filbasketball u l-volleyball. Tajt ukoll sehmi fid-drama u l-operetti. Għal sittax-il sena kont nipproduċi xi operetta ta’ Gilbert & Sullivan għal Jum ilPremjazzjoni, u għal ħafna snin, ma niftakarx kemm eżatt, kont intella’ attivitajiet waħda qabel il-waqfa tal-Milied, u oħra qabel il-waqfa tal-Għid. Dawn l-attivitajiet tal-aħħar kont nużahom biex intella’ fuq ilpalk lil dawk li ma tantx kellhom ċans li jieħdu sehem

Tberik tal-oqbra

Qegħdin ma’ num inlaqqgħukom ru m tagħna ill-membri minister f’diversi i tagħho m

Óolqa Bejn il-Óbieb

fl-operetti, biex hekk ħadd ma jħossu maqtugħ barra. Kien żmien li tani sodisfazzjon kbir, meta kont nara lill-istudenti tagħna jidħlu tfal u ħames snin wara joħorġu żgħażagħ lesti biex ikomplu jistudjaw fuq livell aktar għoli biex imbagħad isibu posthom fissoċjetà, kull wieħed skont l-inklinazzjonijiet tiegħu. Tħoss sodisfazzjon kbir meta tiltaqa’ ma’ dawk li tkun għallimt u jgħidulek kemm japprezzaw iż-żmien li qattgħu fil-Kulleġġ. Xi ftit xhur ilu fraħt lil wieħed mill-ex-studenti tal-Kulleġġ għal xi ħaġa, ma niftakarx x’kienet, u t-tweġiba tiegħu kienet: “Father, jien min jien nafu lilek u lill-Fathers tal-MSSP.” U nimmaġina li bħal dan hemm ħafna. Qabel ma mort il-Kanada int kont f’ministerji oħra. X’esperjenzi għandek ta’ dawn il-ministerji? Fl-1991 spiċċajt mill-Kulleġġ u s-superjuri assenjawni Direttur tal-Oratorju ta’ Birkirkara fejn qattajt sitt snin. Il-ħidma hawnhekk ma baqgħetx biss mat-tfal u ż-żgħażagħ imma nfirxet ukoll malfamilji, mhux biss għaliex l-Oratorju kienu jattendu familji sħaħ, imma wkoll għaliex konna nwettqu ħidma pastorali fl-inħawi tal-madwar. Kien żmien mimli sfidi, imma wkoll żmien sabiħ. Jekk qabel, meta kont ngħallem, kont naqsam il-ħin bejn it-tagħlim u l-ħidma pastorali, issa l-ħidma saret purament pastorali. Illum, meta nħares lura, nifhem li dan kien għalija żmien ta’ preparazzjoni għall-ħidma li għandi issa, bħala kappillan. Inħoss li n-nies li ltqajt magħhom u ħdimt fosthom f’Birkirkara għenuni biex nifhem aktar u napprezza lill-persuna umana bilkwalitajiet sbieħ u koroh tagħha, u li kull persuna għandha l-valur imprezzabbli tagħha. Wara s-snin tal-Oratorju ġejt assenjat li mmur bħala viċi-parrokku f’parroċċa fi New York biex naħdem prinċipalment, imma mhux biss, mal-Ispaniċi, jew dawk li ġejjin mill-Amerika Ċentrali u t’Isfel u li jitkellmu bl-Ispanjol. Kienu sentejn fejn iltqajt ma’ min ħalla pajjiżu snin qabel u issa jħossu li rabba’ l-għeruq, u

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Mal-President tal-Kumitat tal-lingwa Spjanola

ltqajt ukoll ma’ dawk li kienu għadhom kif waslu minn pajjiżhom, legalment jew illegalment, ifittxu futur ġdid u jitħabtu biex isibu posthom f’din is-soċjetà ġdida, bid-diffikultajiet u l-qtigħ ta’ qalb li kull emigrant iħoss fl-ewwel snin f’pajjiż ġdid. Hawn apprezzajt aktar id-dinjità li x-xogħol jagħti lill-bniedem. Apprezzajt ukoll il-qalb kbira tal-poplu Ispaniku u r-rispett li għandhom lejn is-saċerdot. Ġieli qaluli: “Padre, aħna ħallejna pajjiżna biex insibu futur aħjar għalina u għal uliedna, u inti ħallejt pajjiżek, mhux għax ma kellekx futur, imma biex taħdem fostna.” Kemm ilek issa kappillan f’din il-parroċċa, u x’differenza hemm bejn parroċċa f’Malta u l-Kanada? Fid-19 ta’ Marzu 2013 għalaqt tnax-il sena bħala kappillan tal-parroċċa Maltija-Kanadiża ta’ San Pawl Appostlu. Il-ħidma pastorali hi essenzjalment l-istess kemm f’Malta kif ukoll fil-Kanada, fis-sens ta’ ċelebrazzjoni tas-sagramenti u l-bqija. Biss minħabba l-fatt li mhux kulħadd jitgħammed meta jkun tarbija, ilparroċċi hawnhekk jieħdu ħsieb li jkollhom il-programm tal-RCIA (Rite of Christian Initiation of Adults) u l-RCIC (Rite of Christian Initiation for Children). Dawn huma programmi li jippreparaw lill-adulti u tfal imfarfrin biex fil-Vġili tal-Għid jirċievu l-ewwel sagramenti: ilMagħmudija, l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof. Differenza oħra hu l-fatt li f’Malta għandek ambjent Kattoliku, fejn il-biċċa l-kbira huma Kattoliċi, anke jekk forsi mhux kollha prattikanti kif suppost, filwaqt li hawnhekk l-ambjent huwa wieħed lajk li ma tantx jgħinek biex tgħix il-valuri nsara għaliex għandu valuri oħra, aktarx opposti. Għalhekk, f’dan l-ambjent, il-Kattoliċi awtentiċi jridu jistinkaw ferm biex jgħixu tabilħaqq il-valuri nsara.

Jien naf li din il-parroċċa ta’ San Pawl Appostlu hija wkoll responsabbli għall-emigranti Maltin. X’inhuma l-attivitajiet li torganizzaw propju għall-Maltin? Il-parroċċa, prinċipalment, tieħu ħsieb il-ħtiġijiet spiritwali tal-emigranti Maltin u l-familji tagħhom. Dan ifisser li t-territorju tal-parroċċa tagħna jinfirex malArċidjoċesi kollha ta’ Toronto, li hija vasta ferm. Biss ma tistax teskludi lil dawk, li mhumiex ta’ oriġini Maltija, u jkunu jixtiequ li jingħaqdu mal-komunità parrokjali. Fir-realtà għandna parruċċani minn diversi gruppi etniċi, kemm Ewropej kif ukoll Asjatiċi, Latino-Amerikani u oħrajn. Biss minħabba li aħna parroċċa li tieħu ħsieb ilMaltin, infittxu li nżommu ħajjin id-drawwiet reliġjużi Maltin. Fost dawn għandna ċ-ċelebrazzjoni tal-Milied u l-Ġimgħa Mqaddsa. Marbutin mal-Milied għandna l-Wirja u Kompetizzjoni tal-Presepji, u l-Prietka tatTifel fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tal-Lejl tal-Milied li ssir kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa, għandna l-Eżerċizzi tar-Randan bil-Malti, il-wirja marbuta mal-Ġimgħa l-Kbira bil-vari u l-mejda tal-Aħħar Ċena kif ukoll l-Artal tar-Repożizzjoni (is-Sepulkru) li nagħmluh fuq stil Malti. Imbagħad ilĠimgħa l-Kbira filgħodu jsiru s-Seba’ Viżti. Bħalma jsir f’Malta nagħmlu wkoll il-Purċissjoni tad-Duluri li għadha tiġbed ħafna nies u li għaliha jiġu wkoll Maltin minn bliet imbiegħda minn Toronto.

 3 Aħna Lilkom 

Meta wasal is-salib tal-WYD fil-parroċċa

Waqt il-lmehba lil Archisqof Cremona

Ahna Lilkom September  
Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you