Page 1

Ċluffinu u Ċluffina Miriam Schembri


Kienet 치urnata kies침a u kien 침afna bard. L-art kienet miksija bil-borra.


Xi tfal bnew żewġ nies tas-silġ, Ċluffinu u Ċluffina.


Ċluffinu beda jħoss ħafna kesħa. Ċluff, ċluff, ċluff.


Ċluffina bdiet tħoss ħafna bard. Ċluff, ċluff, ċluff.


Ċluffinu xtaq jara x-xemx tiżreġ kif tagħmel fis-sajf. Ċluff, ċluff, ċluff.


Ċluffina xtaqet tara x-xemx tiżreġ kif tagħmel fis-sajf. Ċluff, ċluff, ċluff.


Imma tgħid Ċluffinu u Ċluffina ħarġu b’xi waħda minn tagħhom?


Kif ħa jaraw ix-xemx? Ċluff, ċluff, ċluff?


“Ċluff, ċluff, ċluff, nirkbu ajruplan u mmorru fuq gżira xemxija” qal Ċluffinu.


“Ċluff, ċluff, ċluff, iva hekk nagħmlu” qablet miegħu Ċluffina.


U hekk għamlu! Rikbu l-ajruplan u telqu. Ċluff, ċluff, ċluff.


U waslu fuq il-gżira xemxija.


Kif ħarġu mill-ajruplan ċluff, ċluff, ċluff, raw ix-xemx tiddi u tiżreġ.


“Immorru nixxemmxu!” Ċluff, ċluff, ċluff.


Ċluff, ċluff, ċluff. Ċluff, ċluff, ċluff. X’qiegħed jiġri?


Ċluffinu u Ċluffina qegħdin jinħallu. X’waħda din!


F’daqqa waħda Ċluffinu u Ċluffina stenbħu mir-raqda u ħadu r-ruħ.


Kienu għadhom sħaħ!! Kienet biss ħolma kerha! Ċluff, ċluff, ċluff.


Storja u animazzjoni ta’ Miriam Schembri

Cluffinu u cluffina  

A story for young children

Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you