Ippubblikat għall-ewwel darba f ’Ġunju 2015 Pubblikazzjoni ta’ Merill, 75, Triq San Bartolomew, Qormi Tel: 21411388 Email: info@merill.com.mt www.merill.com.mt Dan il-ktejjeb ġie ffinanzjat sa 80% permezz tal-programm LEADER fi ħdan il-Programm għall-Iżvilupp Rurali għal Malta 2007-2013. Il-fondi għal dan il-proġett ġew allokati mill-Fondazzjoni Grupp Azzjoni Majjistral. © Merill / Entertainment.com.mt Ltd. Dan il-ktejjeb qed jitqassam b’xejn bil-kundizzjoni li ma jistax jinbiegħ jew isir xi tibdil fil-forma jew fil-produzzjoni teknika tiegħu mingħajr il-permess bil-miktub tal-pubblikaturi. Kitba u koordinazzjoni: Jeanette Borg, Christian Borg, Stephanie Camilleri Tpinġija: Isella Vega Produzzjoni: Entertainment.com.mt Ltd. ISBN : 978-99957-0-829-0
Sa minn mindu kien żgħir, Miru l-Merill kien iħobb itir fil-kampanja.
Fil-bidu kien jibża’ xi ftit, u għalhekk ma kienx itir ‘il bogħod wisq mid-dar. Jum fost l-oħrajn Miru ddeċieda li jżur lil xi bdiewa, raħħala u artiġjana.
Miru ltaqa’ ma’ Mario ġewwa Ħad-Dingli qalb ħafna siġar tal-bambinella.
Ftit il-bog침od lema침 lil Karl ja침dem fir-razzett.
Hekk kif wasal ir-Rabat xtaq jara kif isiru t-twapet mis-suf tan-nag침a치.
Viċin l-Imdina, Carmel u Paul qegħdin jaħdmu fid-dwieli.
Kontu tafu li l-Girgentina u l-Ġellewża huma tipi differenti ta’ għeneb Malti?
Charlie u Raymond qed jagħżlu l-aħjar żebbuġ biex jingħasar u minnu jsir iż-żejt.
Fl-istess raħal tal-Imġarr Miru seta’ jduq il-frawli ħelu ta’ Benny.
Qatt ma basar li kien ser jiltaqa’ ma’ dawn in-nies kollha, u li jara tant postijiet sbieħ. Min jaf kemm baqagħlu x’jiskopri Miru fil-Majjistral!
Ejjew magħna, sabiex tiltaqgħu mal-membri tan-Netwerk Rurali Merill. Flimkien naraw postijiet sbieħ, nitgħallmu ħafna affarijiet ġodda u nduqu ikel bnin u tajjeb. Saħħa ħbieb!