Issuu on Google+

Novembru 2009 Numru 49


Meta f`Marzu ta` l-2005 ħargu l-permessi meħtiega għallkostruzzjoni ta` każin ġdid biswit il-grawnd tal-futbol, ftit kienu dawk li emmnu li din il-ħolma ġdida setgħet issir realta’ fi zmien hekk qasir. Il-proġett kollu tqassam fi tlett fażijiet. L-ewwel fażi hija l-parti li nbniet sa issa, li tkopri d-daqs tal-5-a-side pitch fuq il-bejt. It-tieni fażi hija l-bini ta` kumpless żghir ghall-użu tan-Nursery tal-futbol, u ttielet fażi hija l-parti ċentrali ta dan il-proġett. Ix-xoghol ta` tħammil u livellar ta` blat fl-ewwel fażi u parti oħra, kien sar f`Ġunju ta` l-istess sena, u x-xogħol tal-bini beda immedjatament wara, fuq daqs li tkopri madwar sitt mija u ħamsin metru kwadru. L-ewwel sular kellu jkun jikkonsisti fil-bini ta`parkeġġ u Gymnasium, u fit-tieni sular, erbgħa dressing rooms għall-players, u oħra għall-uffiċjali, laundry, kit room, klinika żghira u tmien kmamar għall-akkomodazzjoni ta` players li fil-futur jistgħu jkunu qed jagħmlu xi ‘training camp’ f`dan ilkumpless. Fuq il-bejt ta` din il-binja, ħsibna biex għallewwel darba fir-raħal tagħna jkollna pitch 5-a-side b` wiċċ sintetiku.

Kien hemm bżonn li jsir xogħol estensiv, u xi tiswijiet fuq dan l-apparat, iżda Joe Fenech u Fredu Vella (Virdis) ħadmu b`entużjażmu biex jaraw dan l-apparat f`postu u jaħdem. Sadanittant ixxogħol tattrinek, pajpijiet tad-dawl u plumbing kien għaddej ġmielu, grazzi għal ħeġġa ta` Ninu Borġ u ta’ listess Joe Joe Fenech Fenech. B`hekk stajna nibdew il-kisi u t-tqegħid tal-madum ta` lart u tal-ħitan. F`daqqa waħda bdejna naraw l-affarijiet jingħalqu ma xulxin, speċjalment meta tlesta ix-xogħol ta` l-elettriku minn Charles Fenech u Ninu Borġ. Lentużjażmu beda jiżdied, u Chris Borġ u Joseph Vella, bdew jiżbgħu kull parti li tkun lesta, filwaqt li twaħħlu laperturi ħalli nipproteġu il-bini mill-elementi.

Ninu Borġ

Ix-xogħol tal-bini tkompla mingħajr wisq interruzzjonijiet u tlesta madwar sentejn u nofs wara. Kien hawn li bdejna nindunaw kemm il-binja kienet kbira u diffiċli biex titlesta, u kien għalhekk li ridna nieħdu deċiżjonijiet biex naraw kif se noperaw b`din l-ewwel fażi qabel immorru għal fażi oħra. Biddilna l-pjanti fejn naqqasna żewġ dressing rooms u l-klinika, biex minflok ħloqna spazju għal-bar, kċina, toilets komuni, u sala żgħira. Minħabba dan it-tibdil, kellna wkoll nibnu sala tal-billiard, biex issala li kellna, nkunu nistghu nużawha għall-attivitajiet. Għawnhekk nixtieq ngħid grazzi lis-Sinjuri Raymond Bartolo u Michael Vella tax-xogħol siewi li għamlu filbini ta` din is-sala, u ta` ħafna xogħol ieħor. B`hekk stajna nibdew ix-xogħol ta` tlestija fuq id-dressing rooms u lwarm up area, u r-rampa li jwasslu għall-grawnd, u li tista tintuża minn persuni b`diżabilita. Lestejna wkoll il-parti tal-Bar, u s-sala prinċipali, filwaqt li l-bambin ipprovda qafas ta` bar-counter u anke apparat sħih ‘second hand’ biex narmaw il-kċina, mingħand żewġ benefatturi filqasam tal-catering, is-sinjuri Silvio Debono u Sandro Vella.

Sa Frar ta` din is-sena, peress li x-xogħol kien avvanzat, il-laqgha talkumitat mad- delegazzjoni Joseph Vella u Chris Borġ tal- MFA immexxija millPresident Dr. Joe Mifsud setgħet issir f`waħda middressing rooms li ntramat għall-okkażjoni.

Kienet l-ewwel laqgħa uffiċjali li saret f`dan il-każin ilġdid, biex fi żmien sitt xhur lestejna ħafna mix-xogħol li kien fadal u ftit waral-festa tal-Vitorja ġarrejna l-għamara kollha nkluża l-mejda tal-billiard u bdejna noperaw millkumpless il-ġdid.


Numru 4, Triq il-Madonna ta`Fatima, niżel fl-istorja fejn twieled u trabba l-isports fil-Mellieħa. Grazzi għal dawk il-pijunieri ta qabilna dan il-post serva lill-isportivi tagħna għal tnejn u sittin sena sħaħ. Snin twal ta` storja u attivitajiet li żgur sejrin ikomplu minn dan il-post ġdid fis-snin li ġejjin. Issa bdejna noperaw il-bar il-ġdid, attrezzat b`diversi televiżjonijiet diġitali u mmexxi minn nies esperti f`dan il-qasam, uffiċini separati għall-kumitati diversi fosthom in-Nursery, laundry room u stores għall-kits kollha tagħna, kċina u sala mgħammra b`sistema ta` sound u projection fuq screen kbir, xogħol li twettaq minn Anton Vella. Naturalment għad baqa ħafna xi jsir, iżda limportanti hu li issa qegħdin fil-post, u nistgħu nesperjenzaw il-vantaġġi li taħdem minn post modern, viċin il-faċilitajiet u l-grawnd, b`kuntatt kontinwu man-nies li jagħmlu użu minnhom, bħall ma huma id-diversi players u coaches, u anke l-ġenituri tat-tfal tan-Nursery. Il-ħsieb tagħna jmur aktar il-bogħod minn hekk, iżda għalissa nridu nsibu saqajna, nikkonsolidaw dak li wettaqna u nagħmlu l-almu tagħna biex nutilizzaw u ngawdu dan il-kumpless bl-aħjar mod possibbli. Alfred Vella Borg - President

Dan l-istagun it-tim tas-Second Division se jkun sponsorjat, mill-kumpanija Seaport Franchising Ltd., li jimmanigjaw f’Malta, l-istabilimenti ta’ divertiment maghrufa mad-dinja kollha tal-Hard [Type a quote from the document or the summary of an interesting point. You can position the text box anywhere in the Café. Dan l-isponsorship importanti, gie document. Use the Text Box Tools tab to change the formatting of the Rock pull quote text box.] permezz tal-interess li dejjem wera’ lejn it-tim isSur Silvio Debono, direttur ta’ din id-ditta, li verament jixtieq jara t-tim tal-futbol Melliehi javvanza l-quddiem. L-intervent tas-Sindku Robert Cutajar, ghen ukoll sabiex dan l-isponsorship ikun possibbli. Il-Mellieha Sports Club jirringrazzja millqalb kemm lil Silvio, kif ukoll lis-Sindku ta’ dak kollu li jaghmlu ghall-klabb taghna. Il-kumitat jixtieq jinforma lill-membri, li jistghu jakkwistaw vouchers ta’ 20euro ‘l wahda, sabiex jissarfu f’ikliet fir-Restaurant u l-Pizzerija tasSeabank Hotel, fil-Café Latino Punta Rena, u filHard Rock Café. Fir-ritratt jidru id-Diretturi tal- Hard Rock Cafe ( Malta ), is-Sinjuri Arthur Gauci u Silvio Debono jippreżentaw ic-cheque ta` l-isponsorship lillPresident Alfred Vella Borg fil-preżenza tas-Sindku is-Sur Robert Cutajar li għen biex tinġieb din l-għajnuna, il captain tat-tim Kevin Gauci u Wayne Borg St. John.


V. Tedesco Stadium

27 ta’ Settembru 2009

MELLIEHA.......1

ST. ANDREW’S....3

[h.t. 1- 2] Sko: Ibrahim Tarek [pen.] Formazzjoni : S. Gauci, A. Portelli, L. Cauchi, K. Cassar [15min.C. Gauci][80min J. Vella], M. Vella, K. Gauci (capt.), W. Borg [55min.J.Gauci], R. Micallef, Reub. Vella, W. Borg St.John, I. Tarek. 3 min.– Goal – St.Andrew’s jifthu l-iskor fl-ewwel attakk taghhom permezz ta’ Michael Grima 20min- Goal – St. Andrew’s jirduppjaw b’xutt b’sahhtu ta’ Michael Ellul minn free-kick. 31min.- Goal- Ibrahim Tarek jitwaqqa fil-kaxxa l-kbira, u mil-penalty spot l-istess player inaqqas l-iskor ghallMellieha. 67min.- Goal- It-tielet goal ta’ St.Andrew.s skurjat minn Andrew Amato, b’xutt preciz minn barra l-kaxx l-kbira.

Joseph Vella irritorna bil-flokk Melliehi wara nuqqas ta’ seba’ snin. Statistika: Kontra St Andrew’s laghbna 22-il darba. Rbahna 9, draw 3, u tlifna 10. Goals favur 29, kontra 37. Kien ilna ma nitilfu l-ewwel loghba talleague fis-Second division mil-istagun 2004/05.

Karta safra: Reuben Vella

Centenary Stadium

4 ta’ Ottubru 2009

MELLIEHA.......2

RABAT AJAX....2

[h.t. 1- 0] Sko: Wayne Borg St.John 2. Formazzjoni : J. Abela, M. Abela, A. Portelli, L. Cauchi, M. Vella, K. Gauci (capt.), R. Micallef [82min. J. Gauci], Reub. Vella, Ph. Camileri [70min. W. Borg} W. Borg St.John, I. Tarek [46min. J.Vella]. 7min.–Goal- Pass perfett ta’ Reuben Vella lejn Wayne Borg St.John, li b’girja tajba fuq il-lemin, jidhol tajjeb filkaxxa l-kbira, u jiskorja b’xutt fil-baxx. 47min.-Goal-Pass fit-tul minn difensur rabti jaqbad liddifiza Mellehija fuq sieq hazina. Johrog barra l-kaxxa James Abela li jxellef il-ballun bir-ras, f’saqajn Adam Smier li skorja f’lasta vojta. 70min.- Goal-Wayne Borg St.John jidhol tajjeb bir-ras ghal kross ta’ William Borg, u jerga’ jpoggina fil-vantagg. 80min.- Goal-Rabat jiksbu d-draw permezz ta’ penalty skurjat minn Chris Schembri, u mghoti mir-referee ghal ‘handsball’ fil-kaxxa l-kbira ta’ Reuben Vella. 83min. Iwegga t-tielet sostitut Jeffrey Gauci, li kien ilu biss minuta fil-grawnd. Ma setghax ikompli jilghab, u spiccajna b’10 min-nies. Karti sofor: Reuben Vella, William Borg.

Ghal Marvin Abela kienet it-30 loghba bil-flokk Melliehi Statistika: Kienet l-20 loghba kontra Rabat. Rbahna 2, draw 7, u tlifna 11. Skorjajna 20, kontra 35.


Sannat Ground

11 ta’ Ottubru 2009

MELLIEHA.....4

Id-difensur Luke Cauchi, skorja lewwel goal tieghu mal-Mellieha wara 78 loghba.

GOZO F.C....1

[h.t. 2-1] Sko:Philip Camilleri, Ibrahim Tarek, Luke Cauchi, Wayne Borg St.John. Formazzjoni : J. Abela, M. Abela, A. Portelli, L. Cauchi, M. Vella, K. Gauci (capt.), R. Micallef[83min.J.Vella]. Reub. Vella, Ph. Camileri [70min.J.Gauci], W. Borg St.John, I. Tarek [46min.W.Borg]. 15min.-Goal-Philip Camilleri jiskorja gmiel ta’ goal, b’xutt b’sahhtu mibrum, minn 30 metru boghod. 22min.-Goal-Ibrahim Tarek jirdoppja b’goal sabih iehor, b’xutt bid-dawra li spicca fis-saqaf tax-xibka, minn azzjoni ta’ korner moghti minn Philip Camilleri. 30min.-Goal-Manwel Cordina jnaqqas l-iskor ghal Gozo F.C., b’xutt fil-baxx ghar-rokna tax-xibka. 52min.-Goal-Reuben Vella iqassam preciz lil Luke Cauchi, li tela b’mod stupend minn wara, nifed id-difiza Ghawdxija, u b’xutt sabih gheleb lil-goaler avversarju. 66min.-Goal- Reuben Vella jidhol tajjeb minn fuq illemin, jixxuttja b’sahhtu, izda l-goaler isalva parzjalment, bil-ballun jahbat mal-minduda, u jinzel f’saqajn Wayne Borg St.John, li skorja minn ftit centimetri l-boghod f’lasta vojta. 82min. It-tim Ghawdxi jispicca b’10 min-nies, meta jitkecca difensur li rritalja ghal fawl ta’ Rio Micallef. Karti sofor: Kevin Gauci, Wayne Borg St.John. Statistika: B’din ir-rebha ibbilancjajna l-loghob kontra lGhawdxin, ghaliex fi 11-il loghba, rbahna 5, draw 1u tlifna 5. Goals favur 20, kontra 18.

Ghal midfielder Reuben Vella , din kienet il-140 loghba bil- flokk tal- Mellieha

Statistika: B’din ir-rebha ibbilancjajna lloghob kontra l-Ghawdxin, ghaliex fi 11-il loghba, rbahna 5, draw 1u tlifna 5. Goals favur 20, kontra 18.

KLASSIFIKA DIVISION II GZIRA U. ST. ANDREW'S BIRZEBBUGA LIJA A. MELLIEHA S.C. ST. VENERA L. RABAT A. GOZO F.C. ZEBBUG R. ZURRIEQ SENGLEA GHARGHUR

P. 3 3 3 3 3 3 3 3 3 3 3 3

W. 3 2 2 1 1 1 1 1 0 0 0 0

Fixtures D. 0 1 2 1 1 1 1 1 2 2 1 0

L. 0 1 0 1 1 1 1 0 1 1 2 3

F. 6 8 6 6 7 3 6 4 4 4 2 4

A. Pts. 2 9 4 7 5 6 4 5 6 4 2 4 6 4 5 4 5 2 6 2 6 1 9 0

15 Novembru Mellieha vs Gzira Utd 28 Novembru Mellieha vs Birzebbugia SP 6 Dicembru Mellieha SC vs Zebbug R 19 Dicembru Mellieha SC vs Senglea Ath


IS NOW OPEN Showing LIVE Sports Football, Formula 1, Rugby SERVING FREE APPETIZERS WITH DRINKS AT THE BAR

WE ACCEPT BOOKINGS FOR : STAFF PARTIES PASTA NIGHTS RABBIT NIGHTS (FENKATA) HORSE MEAT ( LAHAM TAZ_ZIEMEL ) BACHELOR & HEN PARTIES

VERY COMMPETITITVE PRICES ! We also accept Seminars and Conferences with facilities of audio visual equipment ( projection on big screen , dvd and sound system ) at very reasonable prices. Packages including coffee breaks, Lunch/Dinner available

For more details – menus - prices contact us on : Tel - 27889922 - 79889988 Email : mscbar@melita.com

OPENING HOURS EVENINGS from 18:00 SATURDAY from 9:00 SUNDAY from 8:00


Debbutanti

Centenary Stadium

2 ta’ Settembru 2009

MELLIEHA.......4

XGHAJRA T.......0

[h.t. 2- 0] Sko: Ibrahim Tarek 3, Rio Micallef. Formazzjoni : J. Abela, A. Portelli [67min C. Gauci], L. Cauchi, K. Cassar, Matt. Vella, K. Gauci (capt.), W. Borg, R. Micallef [75min. J. Gauci], I. Tarek, Ph. Camilleri [ 62min. Reub. Vella], W. Borg St.John.

Rio Micallef

Matthew Vella

24min.– Goal – Rio Micallef jiftah l-iskor b’xutt fil-baxx ghar-rokna, wara azzjoni tajba u assist ta’ William Borg. 44min. – Goal – Ibrahim Tarek jircievi ballun fil-kaxxa l-kbira, jaqbez tliet difensuri bi dribbling fin, u jiddepozita l-ballun fix-xibka. 62min. –Goal – Tarek jaghmilhom tlieta, b’xutt sabih minn barra l-kaxxa l-kbira, wara li dar ma zewg difensuri tax-Xghajra. 86min. Karta hamra - Xghajra jispiccaw b’ghaxra min-nies, meta tkeccilhom player. 90min.- Goal – Tarek jghaqqad il-‘hat-trick’ personali b’xutt iehor preciz, minn tarf il-kaxxa l-kbira. Karti Sofor: Matthew Vella, Jeffrey Gauci. Statistika: Kienet id-9 loghba kontra Xghajra Tornadoes. Rbahna 7, u tlifna 2. Goals favur 32, kontra 9. Iddebuttaw mal-Mellieha: Alex Portelli [30 sena] , Matthew Vella[17], u Rio Micallef [26], b’dan ta’ lahhar jiskorja wkoll l-ewwel goal.

Centenary Stadium

11 ta’ Settembru 2009

MELLIEHA......4

KALKARA......1

[h.t. 2- 0] Alex Portelli

Isaac Sammut

Sko: Ibrahim Tarek, W. Borg St.John, William Borg, Jeffrey Gauci. Formazzjoni : S. Gauci, C. Gauci, L. Cauchi, K. Cassar[69min.I. Sammut], M. Vella, Reub.Vella, W. Borg, R. Micallef [75min.J.Gauci], Ph. Camilleri [63min.K. Gauci], W. Borg St.John [capt.], I. Tarek. 8min.-Goal- Ibrahim Tarek jitfa’ gewwa bir-ras, free-kick preciz ta’ Reuben Vella. 30min.-Goal- Wayne Borg St.John jirdoppja minn rebound, wara save tal-goaler fuq xutt ta’ William Borg li kien gie wahdu wicc’imb mal-goaler. 55min. –Goal-Kalkara jnaqqsu l-iskor, permezz ta’ cross-shot li qarraq lil Simon Gauci. 59min. –Goal-William Borg jidhol tajjeb ghall-kross ta’ Luke Cauchi, u jiskorja bir-ras. 63min. –Penalty-Rio Micallef jitwaqqa minn difensur fil-kaxxa l-kbira, meta kien diehel wahdu. Irreferee jaghti penalty, u jkecci lill-player ta’ Kalkara. Ibrahim Tarek jonqos li jiskorja mill-hdax ilmetru, meta l-goaler jilqa x-xutt b’sahhtu tieghu. 85min.-Lasta-William Borg jolqot il-lasta bir-ras minn azzjoni ta’ korner. 86min.-Goal-Jeffrey Gauci jiskorja ir-raba’ goal, bi flik preciza meta spicca wahdu mal-goaler. Statistika: Kienet il-11-il loghba kontra Kalkara. Rbahna 8, draw 1, u tlifna 2. Goals favur 35, kontra 7. Wayne Borg St.John laghab il-200 loghba mal-Mellieha. Is-sitt player li lahaq din ic-cifra. L-ohrajn huma: Ray Vella, Kevin Gauci, Mario Cutajar, Kevin Gambin u Stephen Deguara. Iddebutta Isaac Sammut [17-il sena], filwaqt li kienet l-40 loghba ta’ Simon Gauci. Ibrahim Tarek qabez lil Attila Szonye fit-tielet post tal-klassifika ta’ l-iskorers tal-Mellieha meta skorja it-42 goal, fis-60 presenza tieghu mal-Mellieha.


Centenary Stadium

16 ta’ Settembru 2009

MELLIEHA.........3

MARSA..........1

[h.t. 2- 1] Sko: Rio Micallef, Ibrahim Tarek, William Borg. Formazzjoni : J. Abela, A. Portelli, L. Cauchi, K. Cassar, M. Vella, K. Gauci (capt.), W. Borg, R. Micallef [63min. J. Gauci], Reub. Vella [70min. Ph. Camilleri], W. Borg St.John, I. Tarek [85min. M. Abela]. 15 min.-Goal-Marsa jifthu l-iskor wara indecizjoni tad-difiza Mellehija. 36min.–Goal-Rio Micallef jikseb id-draw b’xutt angolat minn fuq ix-xellug. 38min.-Goal-Ibrahim Tarek jikkontrolla tajjeb b’sidru fil-kaxxa, u b’xutt b’sahhtu jiskorja. 51min-Goal-William Borg jikseb it-tielet goal b’xutt b’sahhtu minn barra l-kaxxa l-kbira. 71min. Mellieha jispiccaw b’10 min-nies. Luke Cauchi jigi ammonit ghat-tieni darba. 75min. –Penalty- Wayne Borg St.John jitwaqqa fil-kaxxa l-kbira, izda l-istess player ra x-xutt centrali tieghu mill-hdax ilmetru, salvat facilment mill-goaler. Karta Hamra: Luke Cauchi [wara tnejn sofor] Statistika: Kontra Marsa lghabna 19-il darba . Rbahna 10, draw 3, u tlifna 6. Goals favur 27, kontra 22. Ikkwalifikajna ghall-kwarti-finali tan-knock-out, wara nuqqas ta’ sena.

100 Years Anniversary Cup Centenary Stadium 19 ta’ Ottubru 2009

MELLIEHA...8

MDINA K....0

[h.t. 5- 0] Sko: William Borg 3, Wayne Borg St.John 2, Philip Camilleri, Reuben Vella, Jeffrey Gauci. Formazzjoni : J. Abela, M. Abela, A. Portelli [70min. R. Muscat], L. Cauchi, M. Vella, K. Gauci {capt.}[46min. J. Gauci], R. Micallef , Reub. Vella [55min. M. Borg], W. Borg,Ph. Camileri, W. Borg St.John. Statistika: Kienet l-ewwel loghba li qatt lghabna kontra t-tim ta’ Mdina Knights, li ilhom iffurmati tliet snin biss. Ir-raba’ goal, skorjat minn Wayne Borg St.John, kien l1000 wiehed fl-istorja tal-Mellieha. William Borg skorja l-ewwel hattrick personali mal-Mellieha. L-iskor ta’ 8 - 0, huwa l-ewwel darba li gie registrat mit-tim Melliehi, izda ma kienitx l-akbar rebha, li tibqa dik ta’ l-istagun 1990/1991, kontra Kalkara fin-Knock-out : 9 - 0.

Centenary Stadium

7 ta’ Novembru 2009

MELLIEHA...2

Zurrieq FC....1

[h.t. 1-1 ] Sko: Wayne Borg St.John , Rio Micallef Formazzjoni : J. Abela, M. Abela, A. Portelli [70min. R. Muscat], L. Cauchi, M. Vella, K. Gauci {capt.}[46min. J. Gauci], R. Micallef , Reub. Vella [55min. M. Borg], W. Borg,Ph. Camileri, W. Borg St.John. Din kienet it 300 rebha taghna f`kompetizzjonijiet ufficjali


Fl-ewwel Sibt ta’ Ottubru tajna bidu ghall-istagun gdid fejn laqqajna flimkien il-gruppi kollha tat-tfal bejn il-5 snin u 13- il sena. It-tfal ta’ taht is-17–il sena u dawk ta’ taht il-15– il sena kien ilhom minn Awwissu li bdew it-tahrig taghhom. Gimgha qabel laqqajna lgruppi tat-tfal, saru zewg laqghat ghall-genituri, fejn gew imfissra it-tliet ghanijiet li nNursery taghna se tahdem biex tilhaq matul dan l-istagun.F’dawn iz-zewg laqghat ilHeadcoach, is-sur Dennis Fenech, fisser il-programm li fuqu se jahdmu l-kowcis matul listagun. It-tliet ghanijiet jew prijoritajiet li fuqhom se niffokaw il-hidma taghna huma (i) aktar dixxiplina. (ii) titjib fil-livell tekniku. (iii) l-aspett edukattiv u dak socjali. Aktar Dixxiplina L-amministrazzjoni tan-Nursery,flimkien mal-Headcoach qeghdin nesigu li kemm it-tfal, kif ukoll il-kowcis ikunu aktar dixxiplinati. Ma jistax ikun l-itfal jithallew jigu x’hin iridu minghajr raguni gustifikata. Lanqas mhu se jkun permessibbli litfal ma joqoghdux ghall-ordnijiet tal-kowcis taghhom. Min-naha tal-kowcis qeghdin nesigu li jkunu fil-hin u li jigu ippreparati ghas-sessjoni ta’ tahrig. Il-kowcis qeghdin jigu mitluba biex ighaddu lill-Headcoach il-lezzjoni li huma jkunu ghamlu matul dik il-gimgha.

Titjib fil-Livell Tekniku Se jsir sforz biex intejbu l-livell tekniku kemm tat-tfal, kif ukoll tal-kowcis. Huwa importanti li biex in-Nursery taghna tikkompeti ma’ Nurseries ohrajn, hemm bzonn li nghollu l-livell tekniku tal-kowcis. Ovvjament biex isir dan hemm prezz x’inhallsu. Infatti l-kowcis se jigu mitluba li jattendu b’mod regolari il-korsijiet li torganizza l-M.F.A., bin-Nursery taghna thallas il-mizati mitluba. Min-naha taghna se norganizzaw zewg seminars matul din is-sena ghall-kowcis taghna. L-ewwel minn dawn is-seminars sar nhar il-Hadd 8 ta’ Novembru 2009, bit-tema:- ‘Kowcis Iddedikati u Ippreparati Tajjeb’.

Fr. Hilary Tagliaferro u is-Sur Carmel Bartolo kienu fost il-kelliema is-seminar.

Dr.David Attard waqt l-intervent tieghu

Il-coach regjonali tal MFA, Frank Schembri waqt is-sessjoni prattika.


Biex nincentivaw lil dawk it-tfal li matul l-istagun juru hegga, determinazzjoni, dedikazzjoni u abbiltajiet teknici, se nintroducu mill-gdid zewg unuri –L-Aktar Plejer Promettenti u L-Aktar Plejer Dedikat- ghall-gruppi mill-Under 10 sa lUnder 17. Il-kriterji ghal dawn l-unuri se jigu stabbiliti mill-kowcis, flimkien mal-Headcoach. Inizjattiva ohra li se niehdu matul dan l-istagun hija l-introduzzjoni ta’ Soccer Skills Festival, fejn 3 darbiet matul listagun it-tfal se jiehdu sehem f’diversi ezercizzji li jkunu jehtiegu certu abbiltajiet teknici. Dawn se jghinu ukoll biex jinzamm profil fuq kull tifel/tifla li ghandna fin-Nursery, b’hekk inkunu nafu l-progress li ghamel it-tifel/tifla matul dan l-istagun. It-tielet inizjattiva f’dan ir-rigward hija l-partecipazzjoni tal-gruppi ta’ l-Under 12 u l-Under15, f’festival sportiv barra minn Malta. L-amministrazzjoni tan-Nursery qeghda f’kuntatti sabiex f’Lulju li gej dawn iz-zewg gruppi jmorru jiehdu sehem f’turnament gewwa Kaposvar gewwa l-Ungerija. Kif ikollna l-informazzjoni kollha mehtiega, qeghdin nassumu li f’nofs Novembru ssir laqgha ghall-genituri taz-zewg gruppi koncernati.

Aspett Edukattiv u dak Socjali. Din il-prijorita’ se tibqa’ ghalina l-aktar wahda importanti. Dan kien wiehed mill-ghanijijet li ghalihom twaqqfet inNursery fl-1990 (se naghlqu 20 sena), u dan l-ghan mhux se nabbandunawh. Huwa importanti lit-tfal, jekk jista’ jkun, isiru kollha plejers tajbin, pero’ huwa aktar importanti l-itfal taghna jitilghu tfal b’karattru sod, onest u b’rispett lejn shabhom u fuq kollox b’rispett lejn is-superjuri taghhom. Mil-lat socjali n-Nursery se tibqa’ wahda nklussiva, fejn hemm post ghal kull tifel/tifla li jixtiequ jigu u jitharrgu fil-loghba tal-ballun. Se nislet 4 kwotazzjonijiet li ssemmew dan l-ahhar waqt seminar li sar ghall-amministraturi tan-Nurseries, li nemmen li jekk wiehed jirrifletti ftit fuqhom u jzommhom il-hin kollu quddiem ghajnejh, jghinuna biex in-Nursery taghna tilhaq lghanijiet taghha ta’ dan l-istagun, ghall-beneficcju ta’ kulhadd. * Dejjem fahhar u aghti l-inkoraggiment mehtieg biex it-tifel/tifla tieghek taghmel progress. * Uri support u rispett lejn kull min hu nvolut fin-Nursery. * Hallu l-kowcis jikkowcjaw, u hallu t-tfal jilaghbu. * Il-futbol mhuwiex biss ghat-tfal, izda ghalik ukoll. JOHN BUTTIGIEG – Chairman

Matul ix-xahar ta` Ottubru kellna l-pjacir nilqghu fostna lill- Davide Faloppa li huwa in Nike TS Manager fl-Italja, ma Sergio Trupiano u Gerardo Gerari li huma raprezentanti tan-Nike TS fl-Italja flimkien mad –direttur tal-kumpanija Time International li tirraprezenta in-Nike f`Malta Etienne Camenzuli. Time International huma il-kits sponsors tat-tim talfutbol.


OLD BOYS RE-UNION 20 / 9 / 2009 Fuq inizjativa tas-Sur Joe Cauchi, maghruf ma’ kulhadd bhala ‘l-buffon’, ergajna laqqajna lill-players, coaches, u membri tal-kumitat tal-Mellieha Sports Club, li kienu l-pijunieri talfutbol Melliehi sal-1985. Din lokkazjoni saret nhar il-Hadd 20 ta’ Settembru, fejn filghodu ltqajna ghal loghba futbol, bejn dawk il-players li ghadhom jifilhu jilghabu, u filghaxija attendejna ghal quddiesa celebrata mill-Kappillan Dun Karm Mercieca, fissantwarju tal-Madonna tal-Mellieha. Il-gurnata komplejniha b’ikla fil-kazin il-gdid, fejn il-kumitat stieden lil dawk prezenti sabex jaraw il-progress li sar f’dawn l-ahhar snin, f’dawk li huma facilitajiet sportivi u amministrattivi tal-klabb. Il-President Alfred Vella Borg f’diskors ta’ l-okkazjoni fakkar lill-membri prezenti, li dak kollu li qieghed jaraw b’ghajnejhom huwa wkoll frott il-hidma taghhom flimghoddi, meta hejjew pedamenti sodi ghal ta’ warajhom.


Tournament Mellieha - Mgarr Mellieha - Attard Mellieha - San Gwann

4 - 2 I. Tarek, Ph. Camilleri,A. Portelli, J. Vella. 3 - 1 I. Tarek, I. Sammut, A. Portelli. 1 - 2 K. Gauci.

Friendlies Mellieha - Xewkija T. Mellieha - Mtarfa Mellieha - Dingli S. Mellieha - Ta' Giorni W. Mellieha - Balzan Y. Under 19 - Attard Under 19 - Dingli Under 19 - Mgarr Leagues Under 19 MELLIEHA - HAMRUN MELLIEHA - TARXIEN MELLIEHA - QORMI MELLIEHA - MSIDA UNDER 17 MELLIEHA - MOSTA MELLIEHA - MGARR MELLIEHA - MARSAXLOKK MELLIEHA - KIRKOP MELLIEHA - MSIDA UNDER 15 MELLIEHA - ST. LUCIA MELLIEHA - BALZAN Y.

4 - 1 R. Micallef,J. Vella, J. Gauci, W. Borg St.John. 3 - 3 I. Tarek, W. Borg, I. Sammut. 0-2 7 - 1 R. Micallef 2, M. Borg 2, W. Borg St.John, W. Borg, M. Calleja. 2 - 1 Ph. Camilleri, W. Borg. 1-2 3-4 5-1 SECTION 'B' 0-2 2 - 0 Mark Vella, Philip Taylor. 1 - 1 Albert Aquilina. 1 - 1 Connor Muchmore SECTION 'B' 0-3 1-0 3-5 1-1 2-3

Derek Bonanno Kyle Simiana 2, Benjamin Bartolo. Kyle Simiana. Blaine Muchmore, Kyle Simiana.

SECTION 'C' 0-1 10 - 0 M.Farrugia, D.Vella 2, J.Agius, J.Cutajar 2, L. Shoobert, J. Farrugia, R. Cutajar, own-goal.

MELLIEHA UNDER 17


L-ewwel loghba li qatt lghabna kontra t-tim ta’ Mdina Knights, mhux biss tibqa mfakkra ghall-iskor kbir ta’ 8 -0, skor li qatt ma gie registrat mit-tim Melliehi, izda ghall-fini ta’ l-istatistika hija importanti, ghaliex skorjajna l-1000 goal minn mindu bdejna niehdu sehem fil-loghob kompetittiv ta’ l-M.F.A. Il-goal storiku kien ir-raba’ wiehed, u skorjah Wayne Borg St.John, player li issa tella’ t-total tieghu personali ghal 111 goal, jigiferi aktar minn 10% tat-total Melliehi. Dan il-goal gie skurjat ezattament wara 48 sena. Fil-fatt l-ewwel loghba fl-M.F.A. tal-Mellieha, kienet dik kontra Siggiewi [0–1], fl-ewwel ta’ Ottubru 1961. B’kollox sa lahhar ta’ Ottubru ’09, lghabna 815 loghba, rbahna 299, draw 203, u tlifna 313. Goals favur 1004, kontra 973. Kellna tliet walk-overs favur taghna, li m’humiex inkluzi, izda l-loghob abbandunat mir-referee minhabba glied huwa inkluz. Dawn kienu erbgha:- kontra Lija (00), Zurrieq (0-0), Siggiewi (1-1), u Fgura (1-1).

1000 Goal fil Kompetizzjonijiet tal- M.F.A.

The Mellieha Northenders and Rookies baseball teams started their pre season training a few weeks ago. Notable is the fact that Clint Grima and Michael Bartolo where not present as they are still with their teams in Italy. The first competition of the season is expected to be the winter tournament normally held in December. The teeball team has also started with their sessions every Sunday afternoon and the numbers continue to increase every week, whilst the U/16 and U/14 baseball teams will start during November. The newly formed female softball team, the Mellieha Curves has also played their first league game with great enthusiasm in October against the Mustangs which they lost 19-5. They will play two more games on 1st November against the Devils and the Mustangs. Mario Debono

Wayne Borg St.John jidher jiccelebra wiehed mill goals tieghu fl-istagun 2005-6

Michael Bartolo

Anyone interested in joining our teams please contact Ray or Keith on tel no.

99095560


BIXKLA OTTUBRU 2009 L-EWWEL WAHDA FIL-KAZIN IL-GDID Nhar il-Gimgha 2 ta’ Ottubru giet organizzata l-ewwel kompetizzjoni tal-Bixkla fil-kazin il-gdid, u lkonkorrenza kienet wahda tajba, tant li hadu sehem 18-il tim. Bhas-soltu l-loghob intlaghab f’atmosfera ferrieha, u r-rebbieha kienu l-koppja Frans/Joe[tac-cangun], li ghalihom kienet l-ewwel rebha ta’ tournament simili. Fil-final ghelbu lil Luke/Joe[ir-roma]. Il-finalisti irrnexxielhom jeghlbu fis-semi-finali lill-koppji ta’ esperjenza fil-loghob tal-bixkla, Natalino/Charlie[smitt], u Grezzju[il-platt]/Eddie[blu]. Dawn iz-zewg timijiet kienu favoriti li jitilghu final, izda fil-bixkla s-sorprizi ma jonqsux, u kellhom jikkuntentw bit-tielet post. Fl-ewwel rawnd kien hemm zewg loghbiet tassew akkaniti u nteressanti li gew decizi fil-hdax il-loghba. Dawn kienu bejn Grezzju/Eddie li rebhu lil Mike[sangwetta]/ Charlie[swej], u Indri[ciappara]/Joe[buffon] li ghelbu lil Pietru[il-pirrex]/Raymond[il-patri]. Ir-rizultati kienu dawn: Rawnd Preliminarju: Mike/Charlie – Chris/Fredu

6-4

Eddie/Grezzju – Joe/Ray 6 - 3

L-ewwel Rawnd: Eddie/Grezzju – Mike / Charlie 6 – 5 Luke/ Joe – Charlie/Toni 6 - 1 Effie/Karmenu –Joe/Mario 6 – 4 Joe/Joe –Martin/Leli 6 – 0 Frans/Joe –Reno/Anglu 6 – 3 Indri/Joe - Pietru/Ray 6 - 5 Natalino/Charlie - Salvu/Joe 6 - 4 Kwarti/finali: Eddie / Grezzju – Effie / Karmenu 6 – 4 Luke / Joe – Joe / Joe 6 – 5 Semi/finali: Luke / Joe – Grezzju / Eddie 6 – 4 Final :

Ninu/Joe – Mario/Elio 6 – 3 Frans / Joe – Ninu / Joe 6 – 3

Natalino / Charlie – Indri / Joe 6 – 2 Frans / Joe – Natalino / Charlie 6 – 3

Frans / Joe - Luke / Joe 6 – 4

SNOOKER COMPETITION Il-Mellieha Sports Club se jorganizza ‘OPEN’ Snooker Competition ghad-dilettanti Mellehin kollha. Din tkun l-ewwel kompetizzjoni fil-kazin il-gdid, u hlas tad-dhul huwa ta’ 5 Euro ghal membri u 8 Euro ghal dawk li m’humiex membri tal-klabb. Dawk interessati li jiehdu sehem ghandhom jikkuntattjaw wiehed minn dawn is-sinjuri : Joe Cutajar, Joe Muscat u Edward Deguara.

STAR CENTRE FITNESS ASSESSMENT:

SPORTS THERAPY: AE ROBICS

THERAPEUTIC MASSAGE: REHABILITATION: KICK BOXING

10, Gorg Borg Olivier Str Mellieha Tel. 21521636

LADIES FOOTBALL TEAM Qieghed isir tentattiv sabiex il-klabb jerga jkollu tim tal-futbol tan-nisa li jippartecipa fil-league nazzjonali tal-M.F.A. Diga hemm grupp sabih ta’ tfajliet li bdew jittrenjaw dan l-ahhar, taht ilgwida ta’ David Fenech, mghejjun minn Kurt Buttigieg. Il-hsieb huwa li din is-sena norganizzaw it-tim ghall-futur, sabiex inkunu mhejjijin tajjeb, meta nigu biex napplikaw halli nippartecipaw f’loghob kompettitiv. Dawk it-tfajliet u nisa li jixtiequ jkunu parti mittim, jistghu jcemplu lil Nicole Pace fuq mob: 79900993. It-training ghalissa qieghed isir darba f’gimgha, kull nhar ta’ Tnejn fit-20:00.


NETBALL Ergajna bdejna stagun iehor tan-netball u t-training qed isir t-Tlieta u l-Hamis bejn is-sebgha u t-tmienja u nofs fl-iskola primarja tal-Mellieha, bi preparazzjoni ghal-league nazzjonali li jibda f’Novembru. Ippartecipajna bi shih fil-maratona sportiva li giet organizzata mill-Kunsill Lokali fl-iljieli Mellehin, u ghamilna mini-league fejn hadu sehem l’ fuq minn 20 player. Lghabna s-Sibt mill-10.00 ta’ bil lejl sa 2.00 ta filghodu, u kulhadd ta sehmu biex din l-maratona li kienet tinvolvi dixxiplini ohra tkun ta’ success. Din is-sena wkoll ha nergghu naghmlu nursery ghat-tfal ta bejn is-sebgha u t-tlettax-il sena u t-training se jibda jkun l-Gimgha, fl-iskola primarja bejn is-sitta u s-sebgha. Dan ha jibda nhar l-Gimgha 30 ta Ottubru. Ghal min hu interessat ghamilna page ukoll tan-netball fuq facebook.

Is-Sindku, Robert Cutajar ipprezenta lill- May b`tifkira lejn ir-

Rikonoxximent Specjali li kienet inghatat mill-Kunsill Lokali ghallimpenn taghha lejn l-isport Melliehi waqt is-serata ta` LIsportivi tas-Sena f`Lulju li ghadda.

Mario u Rita Cassar qed jiehdu hsieb il-bar il-gdid tal-kazin. Nawgurawlhom

Il-partecipazzjoni taghna fit-tlett ijiem ta’ din l-okkazjoni organizzata mill-Kunsill Lokali Mellieha, f’Settembru li ghadda, kienet billi hadna sehem fil-maratona ta’ sport li saret fil-pjazza tal-parrocca, fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Hadd. Il-players tal-futbol, minn dawk tan-nursery salkbar, ghamlu sezzjonijiet ta’ ‘tennis football’, u laghbu ghal hames sighat shah. Wara komplew il-players tan-Netball ( ritratt fuq )l li damu erba’ sighat. Il-Hadd filghodu kien imiss lill-players tal-billiard li laghbu ghal hames sighat fuq il-mejda tal-kazin La Vittoria. Grupp ta nisa hadu sehem ukoll fil-kampanja ta Clean Up li giet organizzata waqt din lokkazjoni( ritratt isfel). Il-Kumitat tal-Mellieha Sports Club jixtieq jifrah lis-Sindku Robert Cutajar, u lill-Kunsill Lokali Mellieha, ghas-success li rega’ kellhom dinis-sena, kemm bhala organizzazjoni, kif ukoll bhala partecipazzjoni tannies.


GHANDHOM X`IGAWDU

..... Minn Alfred Vella

B`xorti tajba z-zghazagh u t-tfal Mellehin, ghandhom, illum, fejn jilaghbu u jqattghu l-hin liberu taghhom. Hija parti mic-civilta` li s-socjeta` tiehu hsieb biex il-poplu jkollu fejn jiehu rikreazzjoni. Il-bniedem ma` jghix b`dawk il-programmi fissi tax-xoghol, ikel u rqad. Il-mistrieh hemm bzonnu biex il-mohh jitwebbel u jimmagina u di ir-rutina monotona titkisser. Il-bniedem irid ihossu liberu li jixxieghel f`xi attivita` fizika jew mentali biex jinduna x`ghandu sabih fih u jsib fejn jizviluppah. Fl-istess hin ikun qieghed jibni l-personalita` tieghu. Minn tifel fl-iskola tibda tara kemm dak is-sens li jwettaq xi haga tkabbru bis-sodisfazzjon li ttih. L-ghalliem li jrid iqanqal lill-istudent ikollu jaghraf il-qawwiet fit-tifel biex jibni fuqhom u permezz taghhom. Jekk tajjeb biex jitkellem idahhlu fid-drama, jekk ghandu xehta ghall-arti, jghidlu biex ipingilu, jekk juri abilta` li jfisser, jghidlu biex jispjiega lil shabu, jekk atletiku, johloqlu fejn juri l-kapacita` tieghu. Iz-zaghzugh fl-iskola qieghed jara fejn jeccella, x`potenzjal ghandu bl-opportunitajiet li jkun hemm. Aktar ma jkun hemm x`jippruvaw, iktar ma jkun hemm ftuh ta` karrieri iktar il-persuna tista` tavvanza, timxi `l quddiem u ssir issarraf. Kellna s-safar li nistghu nghidu faqqar lil gziritna miz-zghazagh. Malta kien ghadha biex tkun hanina maghhom biex izzommhom f`hogorha bil-bibien miftuha ta` karrieri, b`dik l-ekonomija limitata ta` kolonja. L-iskejjel teknici kienu qeghdin jaghtu preparazzjoni ghal dik li hi sengha, izda l-istudent ma kienx qieghed dejjem jara futur f`pajjizu. Meta mar barra sab fejn joghgbu, u allura hemm dawk l-istejjer ta` zvilupp kbir fil-hajja tieghu, u x`lahaq ghamel bis-sengha tieghu. Anke min mar b`idu f`idu, bla ebda karta li juri x`jaf, hlief xi esperjenza, ghamel success fil-karriera li qabad hemm f`dik l-art li kienet qeghda tistenna min jesplora l-gid li kien hemm. L-edukazjoni ghandha l-iskop li tikxef il-qawwiet tat-tifel mhux f`dak li hu akkademiku biss. Meta hemm illum dik l-insistenza li ebda tifel m`ghandu jibqa` lura, is sistema titlob firxa kbira ta` suggetti b`dawk il-facilitajiet necessarji. Sa meta lahaq hareg mill-iskola ikun daq esperjenzi u forsi jhossu mharreg. Jekk lahaq laghab bil-kuluri u ipprova u sab min imexxih, ikun ga kiser il-biza` li juza pinzel biex jikkomponi kwadru. Fid-dixxiplini sportivi, l-atleta irid jibda minn meta jkun zghir biex jitharreg. L-ambjent ghalhekk irid jghin sew fl-iskola kemm ukoll barra mill-iskola. Skola bla bitha spazjuza ma jkunx hemm fejn isir il-loghob u l-esercizzju. L-istess skola bla sala ma tistax tuza l-palk sewwa. Izda skola mghammra bi kcina it-tfal sa jinnamraw minn preparazjoni ta` ikel. Gym ihajjar hafna biex isir xi forma ta` esercizzju. Ground attrezzat bit-turf fil-qrib ihajjar sewwa lil min irid jilghab il-ballun. Jekk inharsu madwarna sar ghandna hafna barkiet. Barra l-veduti li ghandna hemm gonna publici vicin l-abitant. Il-kompless sportiv huwa wiehed minn hafna li sar ghandna. Izda l-facilitajiet wehidhom ma jaghmlux mirakli. Hemm bzonn l-organizzazzjoni biex izzommhom fi stat tajjeb, u hemm bzonn ta` organizzazzjoni biex isir l-akbar uzu minnhom. Hemm bzonn ta` idejat. L-idejat iridu jigu diskussi biex jinbena fuqhom u jsiru possibli. Iz-zaghzugh irid ifittex ma min jaqsam l-entuzjazmu tieghu ghall-hajja. U min joffri zminijiet f`attivita` b`risq is-socjeta`, ma jkunx hela ta` zmien. Ikun halla ezempju, ikun holoq tradizjoni, ikun ikkonferma koltura. L anzjan jiehu pjacir isemmi zmenijietu f`socjeta` bhala bniedem attiv. Is-socjetajiet li ngawdu llum huma frott ta dawk iz-zghazagh li kienu zammewhom. Meta nara l-grawnd mimli b`loghob u attivita` sejra fil-ghaxijiet u nhar ta` Hadd, f`dak il-berah meraviljuz, itini li nifrah bis-sistemi li hemm biex jitmexxa. Min imur hemm sa jsib il-kumditajiet kollha, b`nies jiehdu hsieb, bi dressing rooms, u docci. Hamsin sena ilu ma konniex noholmu li fil-Mellieha jista` jkollna hekk. Tfal u zghazagh uru li tafu tapprezzaw. Kunu civili fil-hajja taghkom. Ta` qabilkom sistew biex ikolkom l-ahjar facilitajiet u anke meddew ghonqhom u dirghajhom. Fl istess kumpless rajtu kemm kien hemm min offra is-servizz tieghu biex jigu mwettqa hafna xoghlijiet. Kunu grati bl-atitudni taghkom lejn dak li ghandkom fil Mellieha. Kunu kburin talli tkunu zammejtu lil rahal twelidkom f`qaghda hekk sabiha li tghinkom hafna fil-hajja taghkom. Kantaw mal-poeta Karmenu Vassallo,

Seta kien ikbar -seta kien isbah, Rahal twelidi – joghgobni shih, U dinja gdida – u genna gdida, Id-dawl ta` mhabbti – jurini fih!


L-iSports