Page 1

Il-Programm LIFE – Folja ta’ Fatti tal-Pajjiż

MALTA Ħarsa ġenerali

Dan id-dokument jipprovdi ħarsa ġenerali lejn LIFE u lproġetti relatati ma’ LIFE skont il-komponenti f’Malta. Huwa jesponi stejjer ta’ suċċess u inizjattivi li

Sa mit-tnedija tal-Programm LIFE mill-Kummissjoni Ewropea fl-1992, f’Malta ġew iffinanzjati total ta’ 18-il proġett. Minn dawn, tnejn jiffokaw fuq il-politika u ttmexxija ambjentali, tmienja kienu ffokati fuq il-bini talkapaċità, ħamsa fuq il-konservazzjoni tan-natura u tlieta fuq l-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Dawn ilproġetti kienu jirrappreżentaw investiment totali ta’ €16 miljuni, li €8 miljuni minnhom kienu kkontribwiti millUnjoni Ewropea. Kull sena tiġi mnedija sejħa għall-proposti tal-proġett għat-tliet komponenti tiegħu: in-Natura u l-Bijodiversità, Tmexxija u Politika Ambjentali, u Informazzjoni u Komunikazzjoni. Fil-listi annessi tista’ ssib aktar dettalji dwar dawn ilproġetti u l-proġetti riċenti kollha ta’ LIFE f’Malta.

għaddejjin bħalissa, jindika kif tista’ ssib aktar informazzjoni fuq il-proġetti u jipprovdi lista fl-Anness ta’ proġetti li għadhom għaddejjin u li ngħalqu riċentament.

L-aħħar aġġornament: 13/11/13

Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Ambjent – Taqsimiet E.3 u E.4 ta’ LIFE (http://ec.europa.eu/life/) Paġna 1 –


Politika u Governanza Ambjentalice L-ewwel proġett LIFE dwar il-Politika u t-Tmexxija Ambjentali ta’ Malta beda f’Settembru 2011. Il-proġett “DemoEV” ta’ LIFE qiegħed iwettaq l-ewwel azzjoni ta’ turija dwar l-użu tal-vetturi elettriċi (EV) f’Malta, billi jqassam kampjun ta’ vetturi lil voluntiera magħżula. Il-proġett qiegħed jitwettaq mill-Ministeru Malti għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u se jdum għaddej madwar 40 xahar. Il-baġit totali jlaħħaq € 1.6 miljun, li minnhom l-UE se tikkontribwixxi 35%. Deskrizzjoni aktar dettaljata tal-proġett hija ppreżentata fil-kaxxa hawn taħt. Proġett ieħor beda f’Lulju 2013 u, fuq perjodu ta’ 49 xahar, se jibni żewġ soqfa ekoloġiċi ta’ dimostrazzjoni bħala studji tal-każ: wieħed fuq il-bini tal-Fakultà għall-Ambjent Mibni fil-kampus tal-Università ta’ Malta u wieħed fuq bini li jinsab fil-kampus tal-Fondazione Minoprio (sieħba tal-proġett) fl-Italja. Is-soqfa se juru lbenefiċċji tas-soqfa ekoloġiċi sabiex jintlaħqu l-miri ambjentali u tal-bijodiversità u se juru wkoll li tteknoloġija tas-soqfa ekoloġiċi hija sigura u kost-effiċjenti, u li tnaqqas il-konsum tal-enerġija bis-saħħa talproprjetajiet ta’ insulazzjoni tagħha. Il-proġett għandu baġit totali ta’ €0.8, li l-UE qiegħda tikkontribwixxi 50% minnu. Il-proġett qiegħed jiġi kkoordinat mill-Università ta’ Malta.

Turija tal-vijabilità tal-vetturi elettriċi għall-mitigazzjoni tat-tibdil filklima (DemoEV) LIFE06/ENV/MT/000088 Matul dan il-proġett ta’ LIFE, is-sewwieqa voluntiera bi prova tal-vetturi elettriċi (EVs) sejrin jiġu mmonitorjati bir-reqqa bil-għan li tiġi ġġenerata dejta dwar il-potenzjal għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju, speċjalment meta mqabbel mad-drawwiet u x-xejriet tal-mobilità standard. Distinzjoni ewlenija fil-monitoraġġ se tkun bejn EVs iċċarġjati permezz tal-grid elettrika u EVs iċċarġjati permezz ta’ pannelli fotovoltajċi (PV). B’mod speċifiku, il-proġett se: jistudja jekk tistax tinkiseb newtralità tal-karbonju billi l-EVs tat-tieni ġenerazzjoni jiġu ċċarġjati permezz ta’ sistemi fotovoltajċi installati fuq il-bini; jevalwa l-effiċjenza ambjentali attwali tal-EVs tat-tieni ġenerazzjoni; ifittex li jikkonvinċi lill-udjenza fil-mira biex taqleb għall-elettromobilità pjuttost milli l-vetturi konvenzjonali standard jaħdmu bil-fjuwil, li jniġġsu ħafna; u jistudja l-effiċjenza ambjentali u ekonomika ta’ metodi differenti għall-iċċarġjar ta’ EVs tat-tieni ġenerazzjoni. L-għan ewlieni tal-istudju se jkun li jevalwa jekk il-pannelli PV installati fuq il-bini jistgħux jipproduċu biżżejjed enerġija biex terġa’ tiġi ċċarġjata vettura elettrika u b’hekk jinħoloq trasport newtrali mill-karbonju. L-istudju se jinvolvi 24 EV tat-tieni ġenerazzjoni, distribwiti bejn voluntiera minn djar privati, kumpaniji kummerċjali tat-twassil u korpi governattivi. L-għażla talvoluntiera se tassigura li l-vetturi jintużaw għal skopijiet differenti ħafna. Il-familji se jittestjaw karozzi privati tal-Klassi B li jintużaw għat-trasport personali. Il-kumpaniji tat-twassil se jittestjaw vetturi għall-merkanzija ħafifa tal-Klassi Ċ, li jintużaw għat-twassil ta’ merkanzija lill-ħwienet fil-Belt Valletta. Ir-riżultat prinċipali tal-proġett se jkun database li tiddeskrivi d-drawwiet fis-sewqan ta’ kuljum tal-voluntiera, u l-impatti relatati tal-karbonju, li se jiġu pparagunati ma’ dejta ta’ referenza miksuba matul perjodu ta’ tliet xhur qabel il-bidu talproġett. Il-proġett se jkun dimostrazzjoni importanti, li se tappoġġja l-adozzjoni tal-EVs f’Malta. Għal aktar informazzjoni: http://www.mrra.gov.mt/page.aspx?id=187

L-aħħar aġġornament: 13/11/13

Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Ambjent – Taqsimiet E.3 u E.4 ta’ LIFE (http://ec.europa.eu/life/)

Paġna 1


Natura u Bijodiversità Sal-lum, il-komponenti Natura ta’ LIFE u Natura u Bijodiversità ta’ LIFE kkoffinanzjaw ħames proġetti f’Malta. Dan jirrappreżenta investiment totali ta’ €8 miljuni, li 50% minnhom ingħataw mill-Unjoni Ewropea. Proġett wieħed li tlesta rnexxielu jreġġa’ lura t-tnaqqis attwali fil-popolazzjoni tal-garnija (Yelkouan shearwater) fi Rdum tal-Madonna. Is-sit huwa kklassifikat bħala SPA u jilqa’ fih l-akbar kolonja ta’ dan l-ispeċi ta’ għasfur fil-gżejjer Maltin. Il-proġett tmexxa minn BirdLife Malta bejn Settembru 2006 u Ġunju 2010. Irriżultati tal-proġett huma ppreżentati fil-kaxxa ta’ hawn taħt. Hemm erba’ proġetti għaddejjin bħalissa taħt dan il-komponent. Wieħed huwa l-kontinwazzjoni tal-proġett EU LIFE Yelkouan Shearwater, u juża l-pjan direzzjonali żviluppat minn dan il-proġett ta’ qabel għal xogħol lejn in-nomina ta’ SPAs Marini għal tliet speċi ta’ għasafar importanti, tul kolonji multipli, permezz talidentifikazzjoni ta’ IBAs (Żoni Importanti tal-Għsafar, skont il-BirdLife) Marini. Proġett ieħor sejjer jidentifika żoni marini relevanti għall-fkieren tal-baħar (loggerhead turtle) u għad-delfini (Tursiops truncatus), sabiex jiġu nominati SCIs marini apposta fi ħdan iż-Żona Esklussiva tas-Sajd (stabbilita fl-1971) ta’ 25 mil nawtiku ta’ Malta. It-tielet proġett qed jimplimenta miżuri għall-istabbilizzazzjoni tal-ħamrija mmirati sabiex jipproteġu ħabitats elenkati fl-Anness I fis-sit Natura 2000 tal-Buskett-Girgenti. Ir-raba’ proġett qiegħed jindirizza nnuqqas ta’ dejta dwar il-ħabitats marittimi – b’mod speċifiku fir-rigward tal-pożizzjoni, il-medda, l-istatus talkonservazzjoni – billi jiġbor id-dejta eżistenti, jistħarreġ iż-żoni marittimi u janalizza d-dejta miġbura. Dan se jgħin lill-awtoritajiet Maltin sabiex jistabbilixxu d-distribuzzjoni tal-ħabitats marittimi elenkati fl-Anness I tadDirettiva dwar il-Ħabitats, jiġifieri x-xtut tar-ramel, l-iskollijiet, u l-għerien fil-baħar taħt wiċċ l-ilma u parzjalment taħt wiċċ l-ilma, bil-għan li jkunu estiżi s-siti u jiġu identifikati siti ġodda sabiex jiġu inklużi finnetwerk ta’ Natura 2000. L-erba’ proġetti li għaddejjin għandhom durata ta’ bejn 43 u 59 xahar u qed jiġu implimentati minn NGO (BirdLIFE Malta) u żewġ awtoritajiet nazzjonali (l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u lIppjanar u l-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima - id-Direttorat PARK).

Azzjonijiet fuq il-Baħar u s-Sit ta’ SPA sabiex tiġi salvata l-Garnija Maltija (Puffinus yelkouan) f’Malta LIFE06/NAT/MT/000097 Matul dawn l-aħħar 25 sena, il-popolazzjoni tal-Yelkouan shearwater – speċi ta’ importanza strateġika fil-livell Ewropew - kienet qiegħda tonqos f’Malta. Dan l-għasfur jinsab taħt theddida minħabba mortalità prematura, telf ta’ postijiet fejn jgħammar u d-disturb tal-bniedem f’siti fejn ibejjet. Il-proġett ‘GARNIJA-MALTIJA’ ta’ LIFE kiseb xi riżultati ekoloġiċi importanti li kienu ta’ benefiċċju għassostenibbiltà tal-popolazzjoni tal-Puffinus yelkouan f’Malta. Riżultati speċifiċi kienu jinkludu: titjib fix-xejriet tad-daqsijiet talpopolazzjoni tal-ispeċi fil-mira (b’10%) u r-rati ta’ sopravivenza tal-adulti laħqu 96% u s-suċċess tat-tgħammir żdied minn 21% għal 90%. Azzjonijiet importanti oħra tal-proġett wasslu għal: tnaqqis fid-disturb tal-bniedem fis-sit tal-proġett; NGOs u l-Gvern jaħdmu b’suċċess fi sħubija; proposta għall-identifikazzjoni u l-għażla ta’ SPAs Marittimi ’l barra mill-gżejjer Maltin; u kuxjenza akbar fost il-pubbliku u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. F’termini ġenerali, il-proġett kien l-ewwel esperjenza importanti u pożittiva għall-protezzjoni ta’ speċi rari ta’ għasafar f’Malta. Il-Pjan ta’ Ġestjoni u l-Pjan ta’ Konservazzjoni Wara LIFE prodotti mill-proġett jirrappreżentaw benefiċċji importanti għas-sostenibbiltà fuq perjodu fit-tul tal-ispeċi. Għal aktar tagħrif: http://www.lifeshearwaterproject.org.mt/

L-aħħar aġġornament: 13/11/13

Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Ambjent – Taqsimiet E.3 u E.4 ta’ LIFE (http://ec.europa.eu/life/)

Paġna 1


Informazzjoni u Komunikazzjoni Il-proġetti ffinanzjati taħt dan il-komponent ixerrdu l-informazzjoni u jkabbru l-profil ta’ kwistjonijiet ambjentali, kif ukoll jipprovdu taħriġ u tqajjim ta’ għarfien għall-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti. Sal-lum, ġew iffinanzjati tliet proġetti taħt dan il-komponent f’Malta. L-għan tal-proġett STOP-TRAPPING-MALTA huwa li jqajjem għarfien fost in-nassaba u fost il-pubbliku ġenerali dwar it-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-attivitajiet tal-insib u dwar id-danni mwettqa millinsib lill-popolazzjonijiet tal-għasafar selvaġġi. Il-proġett beda f’Jannar 2009 u ntemm f’Ġunju 2011. Il-baġit totali tiegħu jammonta għal €0.3 miljuni, li minnhom, l-Unjoni Ewropea kkontribwiet 50%. Ir-riżultati talproġett huma deskritti fil-kaxxa hawn taħt. Bħalissa hemm żewġ proġetti għaddejjin. Proġett wieħed huwa mmirat sabiex iwassal għal tibdiliet fl-imġiba, liema tibdiliet sejrin iwasslu sabiex tiżdied l-adozzjoni ta’ prattiċi tajbin għall-konservazzjoni tal-ilma, matul ilħajja tal-proġett, fost is-setturi ekonomiċi fil-mira. Il-proġett qiegħed jiġi kkoordinat mill-Malta Business Bureau. Il-proġett l-ieħor għandu l-għan li jikkomunika lill-bdiewa u lir-raħħala ta’ Malta, l-obbligi ewlenin tagħhom skont il-Pjan ta’ Azzjoni tan-Nitrati – inkluż il-problemi tas-saħħa li jistgħu jkunu ta’ ħsara li jirriżultaw minn ġestjoni mhux xierqa tad-demel, u tal-modi ta’ kif jitnaqqas il-kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art. B’konsegwenza ta’ dawn l-inizjattivi, huwa mistenni tnaqqis fil-livell ta’ nitrati fl-ilma ta’ taħt l-art.

It-tibdil tal-attitudnijiet kulturali għall-Insib sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Għasafar f’Malta (BIRD MIGRATION AND TRAPPING) LIFE07/INF/MT/000554 Dan il-proġett għamel kontribuzzjoni importanti biex iqajjem kuxjenza f’Malta dwar il-ħsara kkawżata mill-insib lill-għasafar tal-għana selvaġġi, u sabiex jinbidlu l-atteġġjamenti u l-attivitajiet f’dan ilqasam. Huwa ssottolinja l-importanza ta’ attivitajiet sinifikanti ta’ komunikazzjoni f’żoni fejn ilpressjonijiet mill-kaċċa/insib huma qawwija u r-reżistenza għall-miżuri ambjentali hija sinifikanti. Minkejja li l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar ma kinitx komda li tipprovdi informazzjoni ta’ kuntatt dwar in-nassaba u xi partijiet interessati bbojkottjaw l-attivitajiet tal-proġett, il-benefiċjarju xorta rnexxielu jiltaqa’ ma’ 409 nassaba. Linformazzjoni ngħatat waqt laqgħat wiċċ imb’wiċċ ma’ dawn in-nassaba, li rrappreżentaw 9% ta’ dawk liċenzjati matul ilperjodu ta’ tranżizzjoni. Il-proġett ipproduċa u xerred b’suċċess prodotti importanti ta’ sensibilizzazzjoni, jiġifieri: kalendarju żgħir (daqs li tista’ tqiegħdu f’but) dwar l-għasafar tal-għana selvaġġi; stikers; sensiela ta’ 13-il program ta’ 40 minuta għat-televiżjoni, li ntweriet fuq ittieni l-aktar stazzjon importanti f’Malta; seminar internazzjonali dwar l-insib tal-għasafar tal-għana selvaġġi f’Malta, li għalih attendew 75 parteċipant, minkejja l-bojkott minn ċerti partijiet interessati importanti; u attivitajiet ta’ edukazzjoni u tagħrif dwar l-insib u l-bijodiversità, li saru fl-iskejjel primarji u sekondarji u li involvew aktar minn 25 000 student/a. Il-proġett ikkontribwixxa sabiex jintlaħqu r-riżultati li ġejjin: aktar minn 84% tal-pubbliku ġenerali saru konxji tat-theddida ppreżentata mill-insib ta’ speċijiet tal-għasafar; madwar 40% tal-pubbliku ġenerali saru jafu li l-insib tal-għasafar tal-għana selvaġġi huwa pprojbit fil-pajjiżi tal-UE; monitoraġġ ta’ 4 787 sit tal-insib bejn is-sena 2008 u s-sena 2010 wera li 24.8% biss tas-siti kienu għadhom attivi jew miżmuma; u n-numru ta’ nassaba liċenzjati niżel minn 4 616 fl-2008 għal 2 896 fl-2010. Għal aktar tagħrif: http://www.birdlifemalta.org/trapping/life_project/about_the_project/

L-aħħar aġġornament: 13/11/13

Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Ambjent – Taqsimiet E.3 u E.4 ta’ LIFE (http://ec.europa.eu/life/)

Paġna 1


Pajjiżi Terzi Fl-aħħar tal-2006, il-komponent Pajjiżi Terzi ta’ LIFE kien ikkoffinanzja tmien proġetti f’Malta. Dawn il-proġetti kienu jirrappreżentaw investiment totali ta’ €3.4 miljuni, li €2.2 miljuni minnhom ingħataw mill-Unjoni Ewropea. Il-proġetti kellhom temi li jvarjaw ħafna minn xulxin, inklużi: l-elaborazzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni dwar il-ħamrija għall-Gżejjer Maltin; it-twaqqif tal-ewwel riżerva naturali kostali f’Malta; appoġġ finanzjarju lillGvern għal Verifika Ekoloġika u tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni ambjentali; it-twaqqif ta’ sistema ta’ ġestjoni tarriskji fl-ambjent marittimu; evalwazzjoni tar-riskju tat-tniġġis u miżuri ta’ prevenzjoni; proġett pilota ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja; u ġestjoni integrata ta’ żoni kostali protetti b’mod speċjali. Dawn il-proġetti kienu implimentati minn awtoritajiet nazzjonali jew NGOs f’Malta u damu għaddejjin bejn 17 u 38 xahar. Il-proġett ippreżentat fil-kaxxa ta’ biswit huwa eżempju ta’ proġett tal-komponent Pajjiżi Terzi ta’ LIFE li ġie implimentat b’suċċess f’Malta.

It-twaqqif tal-ewwel riżerva naturali kostali f’Malta (DWEJRA) LIFE03/TCY/MT/000047 Il-proġett irnexxielu jwaqqaf l-ewwel riżerva naturali kostali f’Malta. Iż-żona protetta tkopri madwar 8 km2 ta’ ambjent marittimu u terrestri li issa huwa ġestit b’mod sostenibbli u kkontrollat. Fil-kuntest Malti, l-esperjenza miksuba matul il-proġett LIFE-TCY kienet innotata bħala turija partikolarment utli ta’ ħidma ta’ ġestjoni ambjentali ma’ għadd kbir ta’ partijiet interessati u żona ġeografika kbira. Issaħħew ukoll ir-regolamenti tal-ippjanar sabiex jiġi kkontrollat l-iżvilupp fir-riżerva terrestri ta’ 5.5 km2 tal-proġett. Ċerti strutturi ġew magħmulin illegali, u dan ġie infurzat b’multi f’każ minnhom. Aktar żviluppi mhux regolati ġew ipprojbiti sabiex tittejjeb il-konservazzjoni taż-żona tal-baħar intern fid-Dwejra. Inħatar “gwardjan ekoloġiku” (Eco-warden) biex iħares ir-riżerva u ngħata bidu għal programm ta’ edukazzjoni ambjentali. Dan wera li kien popolari mal-iskejjel f’Għawdex. Il-legati ġġenerati mill-investimenti ta’ LIFE-TCY sejrin jiġu sostnuti mill-pjan ġdid ta’ ġestjoni ta’ ħames snin, li tħejja matul ilproġett. Ġie ffirmat kuntratt mal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent sabiex jiġu implimentati l-attivitajiet tal-pjan ta’ ġestjoni. Dawn jinkludu l-promozzjoni ta’ prattiċi ta’ biedja organika u t-tisħiħ tal-potenzjal tar-riżerva naturali għall-ekoturiżmu. Permezz tal-klassifikazzjoni tal-UNESCO qiegħed jiġi antiċipat appoġġ aktar fit-tul. Il-partijiet interessati nazzjonali jirrikonoxxu l-irwol prinċipali li lagħbet l-assistenza ta’ LIFE-TCY fil-mira tagħhom li jiksbu l-istatus ta’ Patrimonju Dinji għażżona. Għal aktar tagħrif: http://www.dwejra.org

L-aħħar aġġornament: 13/11/13

Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Ambjent – Taqsimiet E.3 u E.4 ta’ LIFE (http://ec.europa.eu/life/)

Paġna 1


Kif tista’ ssir taf aktar dwar LIFE u l-proġetti ta’ LIFE Billi żżur il-websajt ta’ LIFE Il-websajt ta’ LIFE tipprovdi ħafna informazzjoni dwar il-programm LIFE: http://ec.europa.eu/life/

Billi tfittex dwar il-proġetti ta’ LIFE Għal aktar informazzjoni dwar il-proġetti LIFE f’Malta jew dwar il-proġetti LIFE b'mod ġenerali, jekk jogħġbok ara d-database elettronika ta' LIFE. http://ec.europa.eu/environment/life/project/Projects/index.cfm Id-database li hija faċli biex tużaha hija s-sors awtoritattiv tal-informazzjoni fuq kull proġett LIFE, kemm jekk lest kif ukoll jekk għadu għaddej. Id-database tipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-benefiċarji, id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom, u l-websajts tal-proġetti.

Billi tikkuntattja lil: Il-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali għal Malta Ministeru għat-Turiżmu, Kultura u Ambjent Isem: Indirizz: Tel: Fax: E-mail: Websajt:

Is-Sra. Claire PETRILA VELLA, Assistent direttur Millenia Buildings Aldo Moro Street MT - Marsa +356 2292 6231 M/A claire.j.petrila-vella@gov.mt http://www.lifeplus.gov.mt/

It-Tim tal-Monitoraġġ għal Malta ASTRALE EEIG - TIMESIS Via Niccolini 7 I-56017 San Giuliano Terme Tel: +39 050 818800 Fax: +39 050 818801 E-mail: timesis-env@astrale.org / timesis-nat@astrale.org

L-aħħar aġġornament: 13/11/13

Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Ambjent – Taqsimiet E.3 u E.4 ta’ LIFE (http://ec.europa.eu/life/)

Paġna 1


Proġetti ta’ Politika Ambjentali u ta’ Governanza f’Malta It-titlu tal-proġett

Numru talProġett

Portal

Turija tal-vijabilità tal-vetturi elettriċi għall-mitigazzjoni tattibdil fil-klima (DemoEV)

LIFE10 ENV/MT/000088

http://www.mrra.gov.mt/page.aspx?i d=187

Bini ta’ żewġ soqfa ekoloġiċi ta’ dimostrazzjoni sabiex jintwera l-potenzjal li jintlaħqu l-miri ambjentali u tal-enerġija (LifeMedGreenRoof)

LIFE12 ENV/MT/000732

https://www.um.edu.mt/ben/faculty/ the_lifemedgreenroof_project

Ikkikkja fuq l-ikona biex taqra ssommarju tal-proġett

Tul tal-Proġett

09/2011–> 12/2014

07/2013–> 07/2017

Proġetti riċenti tan-‘Natura u Bijodiversità’ f’Malta It-titlu tal-proġett

Numru talProġett

Portal

Azzjonijiet dwar SPA fuq Siti u fuq il-Baħar bil-għan li jissalvagwardaw il-Puffinus yelkouan f’Malta (GARNIJAMALTIJA)

LIFE06 NAT_MT_000097

http://www.lifeshearwaterproject.or g.mt

Il-ħolqien ta’ inventarju ta’ IBAs Marini għal Puffinus Yelkouan, Calonectris diomedea u Hydrobates pelagicus f’Malta (MALTA SEABIRD PROJECT)

LIFE10 NAT_MT_000090

Stejtus ta’ Konservazzjoni u Siti ta’ Interess Komunitarju potenzjali għal Tursiops truncatus u Caretta caretta f’Malta (Project MIGRATE)

LIFE11 NAT_MT_000070

Miżuri għall-istabbilizzazzjoni tal-ħamrija sabiex jiġu protetti ħabitats elenkati fl-Anness I fis-sit Natura 2000 talBuskett-Girgenti (LIFE SAVING BUSKETT)

LIFE12 NAT_MT_000182

Riċerka dwar il-Ħabitats ta’ Qiegħ il-Baħar ta’ LIFE+ għallklassifikazzjoni ta’ siti marittimi Natura 2000 (LIFE BaĦAR for N2K)

LIFE12 NAT_MT_000845

Ikkikkja fuq l-ikona biex taqra ssommarju tal-proġett

Tul tal-Proġett

09/2006 –> 06/2010

http://www.birdlifemalta.org 09/2011 –> 06/2016

http://lifeprojectmigrate.com/

10/2012 –> 04/2016

M/A 07/2013 –> 05/2018

M/A

L-aħħar aġġornament: 13/11/13

10/2013 –> 06/2017

Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Ambjent – Taqsimiet E.3 u E.4 ta’ LIFE (http://ec.europa.eu/life/)

Paġna 1


Proġetti riċenti tal-komponent ‘Informazzjoni u Komunikazzjoni’ f’Malta It-titlu tal-proġett

Numru talProġett

Portal

It-tibdil tal-attitudnijiet kulturali għall-Insib sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Għasafar f’Malta (STOP-TRAPPINGMALTA)

LIFE07 INF_MT_000554

http://www.birdlifemalta.org/trappin g/life_project/about_the_project/

Kisba ta’ Tnaqqis fil-Konsum tal-Ilma minn Negozji f’Malta (Investing in Water)

LIFE10 INF_MT_000091

http://www.investinginwater.org

Kampanja ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għall-użu xieraq u ġestjoni ta’ nitrati flagrikoltura u t-trobbija talannimali (InfoNitrates)

LIFE10 INF_MT_000092

http://www.agric.gov.mt/d_project?1 =1

Ikkikkja fuq l-ikona biex taqra ssommarju tal-proġett

Tul tal-Proġett

01/2009 –> 06/2011

10/2011 –> 03/2014

09/2011 –> 12/2013

Proġetti riċenti tal-komponent ‘Pajjiżi Terzi’ f’Malta It-titlu tal-proġett

It-twaqqif tal-ewwel riżerva naturali kostali f’Malta (DWEJRA)

Numru talProġett

Portal

LIFE03 TCY/MT/000047

http://www.dwejra.org/

L-aħħar aġġornament: 13/11/13

Ikkikkja fuq l-ikona biex taqra ssommarju tal-proġett

Tul tal-Proġett 04/2004 –> 03/2007

Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Ambjent – Taqsimiet E.3 u E.4 ta’ LIFE (http://ec.europa.eu/life/)

Paġna 1

Malta update mt nov13  
Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you