Page 1


A vast range of headboards / beds all sizes available and even to clients specifications

+

+

+

=

esti F il w a r u Nawg llha o k in l a Q t-tajba lil

Triq il-For n, QALA tel: 2156 6748 / 9946 0763

The place for Ur future Shopping at the Best Discount Prices


Leħen il-Qala - Milied 2013

Il-Kelma tal-Arċipriet Rev. Kan. Dr Joe Zammit

“Il-Veru Milied” “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem”(Ġw 3,16). Fejn bagħat il-Missier lil Ibnu jekk mhux fil-miżerja tagħna li minnha jrid jeħlisna? “Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu” (Ġw 3,17). Il-miżerja tagħna! Id-dgħufija li waħdu l-bniedem qatt ma jista’ jeħles minnha. Dgħufija biex joħroġ minnu nnifsu u jibda jħobb, iħares lejh u jinduna bil-bżonn tal-oħrajn u jagħmel xi ħaġa. Għax id-dnub prinċipali hu li ningħalaq fija nnifsi u għalhekk nitbiegħed mill-proxxmu, nitbiegħed minn Alla. “Fejn hu ħuk?” (Ġen 4, 9). Staqsa Alla lil Kajjin li kien għadu kemm qatel lil ħuh Abel. “Dak li ma kienx jaf x’inhu dnub, Alla għamlu dnub għalina” (Kor 5, 21) u tmiegħek fil-miżerja tagħna biex bis-saħħa tiegħu ta’ Alla, ma jħallihiex tali, imma jerfagħha u lilna l-bnedmin jerġa’ jagħtina d-dinjità tagħna, ta’ bnedmin li mhumiex iktar midinba, mhumiex iktar magħluqa fihom infushom, mhumiex aktar barranin għall-bżonnijiet ta’ ħuthom li jgħixu bieb ma’ bieb magħhom, bitħa ma’ bitħa… xtajta ma’ xtajta. “Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet u żejnu bl-Isem li hu fuq kull isem, biex fl-isem ta’ Ġesù - fissema, fl-art u f’qiegħ l-art - il-ħlejjaq kollha jinżlu għarkupptejhom, u kull ilsien jistqarr: “Ġesù Kristu hu l-Mulej, għall-glorja ta’ Alla l-Missier” (Fil 2, 9-11). ■

Il-Milied it-Tajjeb

1


Leħen il-Qala - Milied 2013

- il-Qala Lehen Il-41 Sena • No. 116 - Serje E - No. 27 • Milied 2013

B O R D E D I TO R JA L I Arċ. Kan. Joe Zammit Chairman Mary Josette Xerri Joe Grima Qari tal-Provi Lorne Cremona Frank Ion Magro Ritratti

Euchar Mizzi Editur Mary Josette Xerri Doris Cutajar Ġbir tar-Reklami Victor Grech Fr. Charles Buttigieg Membri

Ritratt tal-faċċata: Dettall mill-Presepju li hemm fil-knisja xogħol ta’ John Thewma ■ Direzzjoni u Amministrazzjoni: Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza San Ġużepp, Qala, Għawdex. Tel/Fax: 2155 6684 • Mobile: 9940 3612 ■ Toħroġ tliet darbiet fis-sena, fix-xhur t’April, Awwissu u Diċembru, u titqassam b’xejn iżda kull offerta tiġi aċċettata. ■ Il-fehmiet li jistqarru l-awturi u l-korrispondenti tal-artikli li jiġu ppubblikati m’humiex neċessarjament dawk tal-Bord Editorjali. ■ Kull korrispondenza għandha tintbagħat lill-Bord Editorjali, “Leħen il-Qala”, Dar Parrokkjali, Pjazza San Ġużepp, Qala, Għawdex, jew e-mail: lehenilqala@gmail.com ■ Stampat: A&M Printing Ltd. Qala. Tel: 2155 3217

F’Din il-Ħarġa Il-Kelma tal-Arċipriet Il-Kelma tal-Arċipriet Editorjal Editorjal English Speaking Corner English Speaking Corner L-Aħħar Dehra ta’ Lourdes L-Aħħar Dehra ta’ Lourdes Il-Kunċizzjoni Fostna Il-Kunċizzjoni Fostna Ingredjenti Spiritwali Ingredjenti Spiritwali Frak ta’ Storja Frak ta’ Storja Katekeżi - Lq. 16, 14-30 Katekeżi - Lq. 16, 14-30 Il-Milied Huwa Festa tal-Bniedem Il-Milied Huwa Festa tal-Bniedem Il-Missier u l-Omm ta’ Nazaret Il-Missier u l-Omm ta’ Nazaret Min “Għax Bilfors” u min “Għal Qalbu” Min “Għax Bilfors” u min “Għal Qalbu” Mid-Djarju ta’ Ġużepp Debono Mid-Djarju ta’ Ġużepp Debono Servizz mill-Vatikan Servizz mill-Vatikan L-Inkarnazzjoni fit-Tagħlim ta’ San Pawl L-Inkarnazzjoni fit-Tagħlim ta’ San Pawl Skola Sajf 2013 Skola Sajf 2013 Portrait ta’ Dun Mikiel Buttigieg Portrait ta’ Dun Mikiel Buttigieg Dak id-Daqsxejn ta’ Baħar Dak id-Daqsxejn ta’ Baħar All Souls’ Day All Souls’ Day Programm Ġimgħa Ewkaristika Programm Ġimgħa Ewkaristika Programm Ġimgħa Vokazzjonali Programm Ġimgħa Vokazzjonali Programm tal-Festa tal-Kunċizzjoni 2013 Programm tal-Festa tal-Kunċizzjoni 2013 Programm Novena Milied 2013 Programm Novena Milied 2013 Il-Knisja tal-Immakulata f’Ħaż-Żebbuġ Il-Knisja tal-Immakulata f’Ħaż-Żebbuġ Knisja lil San Ġużepp fir-Raħal Ta’ Boqa fl-Etjopja Knisja lil San Ġużepp fir-Raħal Ta’ Boqa fl-Etjopja San Ġwann XXIII u San Ġwanni Pawlu II San Ġwann XXIII u San Ġwanni Pawlu II Omelija ta’ Mons. Alfred Xuereb Omelija ta’ Mons. Alfred Xuereb Qala International Folk Festival - 2013 Qalalis-Santwarju InternationalMarjan Folk Festi - 2013 Żjara ta’ val Rocamadour Żjara lis-Santwarju Marjan ta’ Rocamadour Nagħarfu d-Dieqa tal-Milied Nagħarfu d-Dieqa Opri u restawr li sar fital-Milied l-Parrokkat tal-Arc. Kan. Joe Zammit Gozo Internati onal Celebrati Gozo International Celebrati onon Pellegrinaġġ/Ġita Parrokkjali Pastorali Pellegrinaġġ/Ġita Parrokkjali Pastorali Australian Qala Associati on Australian Qala Association American Qala Associati American Qala Associati onon Persunaġġi Qalin L-Onor. Anġlu Camilleri Persunaġġi Qalin - L-Onor. Anġlu Camilleri Il-Milied ta’ Tfuliti Ħamsin/Sitti sena Il-Milied ta’ Tfuliti - Ħamsin/Sittin n sena iluilu Il-Kunċizzjoni Qamħ u Ġilbiena Il-Kunċizzjoni - Qamħ u Ġilbiena Rokna Lett erarja Rokna Lett erarja Kronaka tal-Parroċċa Kronaka tal-Parroċċa Mill-Uffi ċċju Parrokkjali Mill-Uffi ċċju Parrokkjali Ritratt tal-Ħarġa Ritratt tal-Ħarġa

1 1 3 3 4 4 5 5 7 7 11 11 13 13 15 15 17 17 19 19 21 21 23 23 25 25 27 27 29 29 32 32 33 33 35 35 37 37 39 39 41 41 44 44 47 47 48 48 50 50 52 52 59 6159 6361 6663 6965 7369 7773 7975 8177 8581 8985 9187 9793 10197 10399

Fresh Fish Supplies

FISH MARKET 2

Mġarr Road, Għajnsielem, Gozo Tel: 21560 686 - 21555 668 - Fax: 21555 668 - Mobile: 9943 9012


Leħen il-Qala - Milied 2013

L-Editorjal

Kunċizzjoni – Milied – Sena Ġdida Festa tal-Kunċizzjoni: Ninsabu mill-ġdid f’Diċembru. Għalina l-Qalin Diċembru huwa xahar mill-isbaħ. L-ewwel nett għax fih niċċelebraw il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni meqjuma fisSantwarju Nazzjonali tagħha sa mill-1630. Kien l-Isqof Cagliares waqt Vista Pastorali lil dan is-Santwarju li rregala l-Kwadru Mirakoluż tal-Immakulata, liema kwadru kien ħa post l-ieħor ta’ qablu ta’ Santa Maria tal-Qala, u li għadu hemm sal-ġurnata tal-lum. Dan kien ġie Inkurunat fl-1954 mill-mibki Isqof Mons. Giuseppi Pace, f’għeluq il-mitt sena mid-Domma tal-Immakulat Konċepiment tal-Madonna. Din hija festa għal qalb il-Qalin u għal qalb id-devoti tal-Immakulata mxerrdin ma’ Malta u Għawdex. Din il-Festa hija magħrufa wkoll bħala l-Ewwel Stilla tal-maltemp peress li tiġi fix-xitwa. Aħna minn dejjem konna niċċelebraw b’solennità kbira din il-festa Marjana li għalina hija festa kbira u importanti xejn inqas mill-festa li niċċelebraw ad unur tal-Patrijarka San Ġużepp, ir-raġel Kastissimu tagħha. Għal dan il-għan jiġu mħejjija festi u ċelebrazzjonijiet kemm interni kif ukoll esterni, bl-armar, bil-baned kif ukoll billogħob tan-nar. Xi ħaġa unika li kienet u għadha qed issir fil-Kunċizzjoni huwa bla dubju l-Pellegrinaġġ tal-Muturi li llum sar aktar tal-karozzi milli muturi, li jibda mis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu u jispiċċa fil-Pjazza tasSantwarju tal-Kunċizzjoni fil-Qala. Dan il-pellegrinaġġ li ra l-bidu tiegħu fl-1950, kien u għadu popolari sal-ġurnata tal-lum. Għal din il-festa n-nies tal-Qala kienu jħobbu jżanżnu l-kowtijiet peress li t-temperatura tkun diġà niżlet mhux ħażin. Milied: Il-Kunċizzjoni tpoġġina mill-ewwel fit-triq li twassalna għall-festa kbira tal-Milied. Festa Solenni tal-Knisja. L-akbar festa tal-familja, festa tat-tfal, taż-żgħażagħ, tal-adulti u anke tal-anzjani, xjuħ u morda. Il-Milied, b’xi eċċezzjoni żgħira, kulħadd jieħu gost bih. Kulħadd iħossu ferħan f’dawn il-ġranet, speċjalment f’lejlet u nhar il-Milied. Dan hu l-ferħ li jaf jagħti Ġesù Bambin. Fil-knisja jsiru ċelebrazzjonijiet kbar li jimlew lill-fidili bil-ferħ u bil-hena tal-Ġenna. Fid-djar jispikka l-Bambin tal-Milied, għalih waħdu jew fil-presepju. Dan hu żmien ta’ ikel, rigali, divertiment u anke atti ta’ karità u mħabba lejn xulxin. Jalla l-ferħ, il-paċi u l-imħabba tal-Bambin Ġesù tkun mal-bnedmin matul is-sena kollha. Sena Ġdida: Sena tispiċċa u oħra tibda. Min jaf jekk nibdewhiex? L-importanti hu li nkunu ppreparati għal li ġej imbagħad jagħmel il-Bambin. Nagħlqu dawn il-festi kbar bil-miġja ta’ sena ġdida, ħaġa li kulħadd jixtieq li tkun waħda tajba mimlija risq, hena u paċi. Hawn isiru r-Riżoluzzjonijiet bit-tama li ntejbu ħajjitna u li ngħixu ħajja aktar sana, biex ingawdu saħħitna u anke ntejbu r-relazzjonijiet tagħna mal-Mulej u bejnietna fil-komunità, fil-pajjiż u anke fiddinja għaliex le? Nawgura lil kulħadd li jgawdi dawn il-ġranet sbieħ u qaddisa tas-sena mal-familja tiegħu u ma’ dawk ta’ madwaru fil-moderazzjoni u fil-ħarsien tan-normi u l-liġijiet ta’ pajjiżna, biex ħadd ma jweġġa’. Fuq kollox nawgura lil kulħadd li jibbenefika anke spiritwalment mill-funzjonijiet reliġjużi li jseħħu fil-knisja matul dawn il-jiem. ■ Il-Festi t-Tajba lil Kulħadd. Euchar Mizzi Editur

Aqra Leħen il-Qala fuq is-sit:

http://issuu.com/lehenil-qala

3


Leħen il-Qala - Milied 2013 To our English Speaking Residents:

Dear Friends,

Its Christmas time!

Once again we are in Christmas time, a time which apart from celebrating the remembrance of the Birth of Our Lord Jesus, includes also the New Year. It’s a festive season through which we end 2013 and welcome the New Year 2014. A time for parties, social gatherings, religious functions and all other imaginable festivities. The Christmas season, also called the holiday season (especially in the U.S. and Canada), the festive season, or simply the holidays, is an annually-recurring period recognized in Western culture and Western-influenced cultures that is generally considered to run from late November to early January, defined as incorporating at least Christmas and usually New Year’s, and sometimes various other holidays and festivals. It incorporates a period of shopping which comprises a peak season for the retail sector (the “Christmas (or holiday) shopping season”), and a period of sales at the end of the season (the “January sales”). Originally, the term “Christmas season” in Western culture was considered synonymous with Christmastide, a term itself derived from Yuletide, which runs from December 25 (Christmas Day) to January 6 (Epiphany), popularly known as the 12 Days of Christmas. However, as the economic impact involving the anticipatory lead-up to Christmas Day grew in America and Western Europe into the 19th and 20th centuries, the term “Christmas season” began to become synonymous instead with the traditional Christian Advent season, the period observed in Western Christianity, including us, from the fourth Sunday before Christmas Day until Christmas Day itself. The term “Advent calendar” survives in secular Western parlance as a term referring to a countdown to Christmas Day from the beginning of December. For us Maltese and Gozitans, the Christmas Season incorporates both Christmas (religious and social/commercial) element with the New Year period. We prepare for it both in churches and outside in squares and streets, by putting up decorations which match perfectly in subject as well as in kind. Even at home, decorations are also put in place where the figure of Baby Jesus (and now even Christmas Tree surrounded by presents) is centrally placed either in cribs or surrounded by flowers and white vetch (ġulbiena) complimented with some candles. As happening nearly everywhere, the peak time of Christmas is the Mid-night High Mass in Church and the Christmas Day’s Lunch which is normally served in homes in the presence of our extended families. With regards to the New Year’s manifestations, the main part of the event will take place on New year’s Eve with a Dinner Dance party and the welcoming of the New Year at Midnight with Champagne both indoors or outdoors in main Squares and other open spaces well known for these occasions throughout Europe and the rest of the civilized world. On behalf of the Editorial Board of ‘Leħen il-Qala’, I wish you all a Very Happy and Blessed Christmas and a New Year filled with joy, peace and satisfaction. ■ Euchar Mizzi - Editor

4

E-mail: lehenilqala@gmail.com


Leħen il-Qala - Milied 2013

L-Aħħar Dehra ta’ Lourdes Minn: Mons. ANTON GAUCI

L-aħħar dehra tal-Madonna f’Lourdes kienet ittmintax-il waħda. Ġrat fis-16 ta’ Lulju, li nzerta t-tielet jum tat-tqarbina ta’ Bernardetta. Dakinhar it-tfajla marret hemm ma’ zijitha Luċilla. Ma setgħetx tidħol fil-grotta, għax il-ħaġa kienet ipprojbita. U għalhekk Bernardetta marret qagħdet għarkupptejha quddiem il-blata fejn il-Madonna kienet tidher. Kien wasal biex idoqq l-Anġelus meta t-tfajla bdiet tgħajjat “Hemm hi! Hemm hi!” L-Immakulata tbissmitilha u sellmitilha. Kienet ġiet appuntu biex issellmilha għall-aħħar darba bi tbissima ta’ tenerezza u tjubija liema bħalhom. SFORZI INUTLI: Għalxejn jitħabtu l-bnedmin kontra l-pjanijiet ta’ Alla l-Imbierek! Kien hemm jistennew lil Bernardetta persekuzzjonijiet u umiljazzjonijiet kbar, uġigħ tant fil-ġisem kemm fl-ispirtu. Iżda dan kollu kellu jgħaddi u jħalli warajh it-trijonf tar-rieda ta’ Alla u tal-Immakulata. Tassew kbira kienet l-oppożizzjoni lesta għattfajla u tassew kbar is-sofferenzi li kellha tara ma’ wiċċha! Ftit kien hemm fil-kors tal-istorja ġrajjiet ta’ kumbattiment kontra l-pjanijiet ta’ Alla bħalma kien hemm fil-każ tal-ġrajjiet ta’ Lourdes. Min-naħa l-waħda għandna daqsxejn ta’ tfajla mrobbija qalb il-muntanji, mingħajr skola u mingħajr ebda għajnuna mill-bnedmin, tfalja li ssostni li rat persuna li fid-dinja kienet għexet fuq tmintax-il sena

qabel. Għandna wkoll il-fatt li ħadd, minn dawk in-nies kollha li kienu marru biex jassistu għallkonverżazzjonijiet ta’ Bernardetta mal-Madonna, ma kellu x-xorti li jara anke xaqq wieħed ta’ dawl sopranaturali. It-tfajla Barnardetta biss! Imbagħad, min-naħa l-oħra, għandna l-forza taxxjenza u tal-awtoritajiet reliġjużi u ċivili tikkumbatti kontra! Għandna t-theddid u ħafna ħidma malizzjuża biex jitnissel il-biża’ fit-tfajla u hekk dak li hija tgħid ma jitwemminx! Minkejja dawk il-forzi kuntrarji kollha, il-fama taddehriet mliet lil Franza kollha. Anzi mliet l-Ewropa kollha u saħansitra tferrxet mal-kontinenti l-oħra tad-dinja. Xejn ma huwa kapaċi jirreżisti għar-rieda sopranaturali ta’ Alla! L-Istorja tgħidilna li folol ta’ nies bdew jidhru aktar u b’entużjażmu dejjem akbar. Persunaġġi kbar anki sfidaw l-ordnijiet tal-Pulizija, l-arrest u l-multi li l-istess awtoritajiet pubbliċi bdew iwaħħlu lil min jisfida l-ordnijiet tagħhom. Ġara li bosta morda bdew ifiequ, nies imdejqa u ddisprati jaraw id-dawl, midinbin jikkonvertu u nies bla għadd ibierku lil Alla u lill-Immakulata. F’bosta nħawi tad-dinja bdew jitwaqqfu knejjes u altari b’devozzjoni lejn il-ġrajjiet ta’ Lourdes. Medalji u santi bla għadd, u ħafna tfassil ta’ talb lill-Immakulata. Imbagħad ġara li ħafna “għedewwa” dehru

5


Leħen il-Qala - Milied 2013 mmansati, anki għedewwa mill-aktar feroċi. Anzi bosta minn dawn l-istess għedewwa saru difensuri ta’ Lourdes u saħansitra appostli li jxerrdu l-fama talġrajjiet! Sintendi ma naqsux dawk li, fl-ostinazzjoni tagħhom, raw il-kastig ta’ Alla u spiċċaw tassew ħażin! IT-TISLIMA TAL-IMMAKULATA: Min-naħa tagħha t-tfajla Bernardetta, imsaħħa bl-aħħar dehra ta’ Marija, baqgħet iżżomm ħajja fiha t-tifkira tal-viżjoni u tal-kliem tal-Immakulata “Ma nwegħdikx li tkun hienja f’din id-dinja, imma floħra”. Anzi l-istess tfajla, bil-viżjoni ta’ Marija dejjem quddiem għajnejha, irtirat mid-dinja tal-ħsejjes għal dik tal-mortifikazzjoni. Bdiet tagħmel penitenzi u tlesti ruħha għall-aħħar laqgħa mal-Immakulata fiddinja l-oħra. Huwa impossibbli li f’dan kollu ma narawx l-Id omnipotenti ta’ Alla l-Imbierek. Huwa impossibbli li ma narawx f’din iż-żjara tar-Reġina tas-Sema prova ċara tal-imħabba u ħniena tagħha għall-bnedmin! Huwa impossibbli li wieħed ma jsirx devot tassew talImmakulata u jipprova jsir jixbah lit-tfajla Bernardetta fit-talb u fl-ubbidjenza, fl-umiltà u fil-penitenza! Xi tfixkil setgħet topponi l-malizzja tal-bnedmin kontra l-Għar ta’ Massabielle u l-Immakulata?! Fis-16 ta’ Lulju Bernardetta kienet fil-knisja titlob,

meta ħasset ruħha msejħa lejn l-Għar ta’ Lourdes. Peress li ma setgħetx tersaq lejn l-Għar, Bernardetta u z-zija Luċilla marru fuq ix-xtajta opposta. U hawn Bernardetta għajtet: “Hemm hi! Hemm hi!” Jiġifieri Marija ssellmilna u tidħkilna anki ’l hemm minn kull barriera u minn kull tfixkil li jistgħu jivvintaw l-għedewwa tagħha u tagħna! Ta’ min jinnota li l-ewwel dehra ta’ Lourdes, dik tal-11 ta’ Frar, kienet seħħet filwaqt li l-qniepen tal-parroċċa kienu qegħdin idoqqu l-Anġelus ta’ nofsinhar. Filwaqt li l-aħħar dehra seħħet fl-Anġelus ta’ filgħaxija. Issa Bernardetta ma kinitx se tgawdi aktar l-estasi tad-dehra tal-Immakulata, iżda qalbha żguratha li kellha tikkontemplaha fis-sema u għal kemm hi twila l-eternità. Dawk id-dehriet kollha, tmintax-il dehra, kienu garanzija tal-predestinazzjoni tagħha! Imma żgur li naħsbu li, f’dik il-kwarta talaħħar dehra, l-Immakulata għarrfitha lit-tfajla bittribulazzjonijiet u s-slaleb li kien hemm lesti għaliha – u dan sabiex hi ssir tixbah fedelment lil Binha Msallab. Dak kollu li mbagħad sofriet il-futura Santa Bernardetta jħallina nimmaġinaw l-opra tal-grazzja Ewkaristika fil-qalb ta’ dik ir-ruħ tant favorita millImmakulata! ■

Imut Kontributur ieħor tar-Rivista Leħen il-Qala B’sogħba kbira smajna bil-mewt ta’ Monsinjur Anton Gauci, Dekan tal-Kapitlu tal-Katidral ta’ Santa Marija tar-Rabat t’Għawdex. Mons. Anton Gauci kien bniedem magħruf ħafna mhux biss f’Għawdex iżda anke f’Malta. Huwa kien skolar kbir u kien magħruf għall-kitba tiegħu kif ukoll għall- predikazzjoni tiegħu. Kellu 88 sena u sa ġurnata qabel miet, jiġifieri l-Ħadd 10 ta’ Novembru, kien għadu attiv u fil-fatt kien qaddes filgħodu fil-Katidral, xi ħaġa li huwa kien jagħmel kull ġimgħa. Mons Anton Gauci ilu għal dawn l-aħħar erba’ ħarġiet tarRivista Leħen il-Qala, jikkontribwixxi b’artiklu kull ħarġa, xi ħaġa li kienet imfittxija għat-tagħlim li kien ikun fiha. Kien proprju għaxart ijiem qabel ma miet meta għaddielna hu personalment l-artiklu li qed jidher f’din il-ħarġa tal-Milied, bl-isem ta’ “L-Aħħar Dehra ta’ Lourdes”. Mur għidlu li dan kien ser ikun l-aħħar artiklu tiegħu għal Leħen il-Qala. Minn qalbna nagħtu l-kondoljanzi tagħna u tal-qarrejja tarRivista lil Mary Knight, li b’għożża kbira kienet tieħu ħsiebu, lil ħutu, fosthom Mons. Ġwanni Bosco – Vigarju Ġenerali u Mons. Ġużeppi, u l-familjari l-oħra fosthom it-tliet saċerdoti, Fr. Victor u Fr. Joe Vella Gauci, u Fr. John Mejlaq. Ilkoll kemm aħna niftakru fih fit-talb tagħna. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem, Ammen. ■

6


Leħen il-Qala - Milied 2013

IL-KUNĊIZZJONI FOSTNA L-Ewwel Parti:

© kitba ta’ VICTOR GALEA

Minn din il-ħarġa ser nibdew sensiela oħra miktuba minn Victor Galea, bl-isem ta’ “IL-KUNĊIZZJONI FOSTNA”. Din hi sensiela kemxejn twila li ser nippubblikawha f’numru ta’ partijiet kif għamilna fis-sensiela l-oħra li għadha kif spiċċat dwar San Ġużepp, li ħriġniha f’seba’ partijiet. Għalhekk illum qed nippreżentaw l-Ewwel Parti ta’ din is-sensiela.

1. Knejjes, kappelli, inkwatri A. Il-Madonna tal-Warda, il-Qabbieża, Santa Luċija 1. Għaliex tal-Warda

Il-kwani tal-Kunċizzjoni tal-Knisja Griega juru l-laqgħa ta’ omm u missier il-Madonna fil-Bieb tad-Deheb tat-tempju ta’ Ġerusalemm, għax kienu jgħidu li kien f’dak il-waqt li binthom tnisslet f’ġuf Sant’Anna. Dan it-twemmin għadda għall-Knisja Latina fejn żgur kienu baqgħu jpinġuh sal-1504, meta Bertu Durer għamel inċiżjoni b’omm u missier il-Madonna jitgħannqu. Minn din il-kona ħareġ żvilupp ieħor, meta filbrevjar tfaċċat l-idea ta’ żewġ fergħat, waħda ħierġa minn qalb il-missier u l-oħra ħierġa minn qalb l-omm, biex mill-għaqda tagħhom toħroġ warda bil-Madonna f’nofsha. Din l-idea baqgħet tiżviluppa mnebbħa millqari tal-arblu tar-razza li hemm fil-bidu tal-vanġelu ta’ San Mattew fil-vġili tal-festa. F’messal stampat l-Ingilterra fl-1952, li kont xtrajt meta kont il-Kulleġġ ta’ San Mikiel għall-Għalliema Rġiel, San Ġorġ, Malta, għall-festa tal-Kunċizzjoni, hemm inċiżjoni medjevali li turi s-siġra ta’ Ġesse, missier David, ħierġa minn qalbu hu u rieqed. Is-siġra fiha tlettax-il warda. Fi tnax minnhom hemm id-daqqaqa jdoqqu strumenti ta’ dak iż-żmien, u f’tan-nofs, fuq, hemm il-Madonna bil-Bambin. B’kollox, minn Ġesse, ħarġu erbatax-il persuna, li jfakkruna fit-taqsim tal-arblu tarrazza skont San Mattew, erbatax erbatax. Din l-idea nebbħet ukoll lil William Morris, (18341896), f’waħda mill-istampi li hemm fil-ktieb ta’ Butler fuq il-Ħajja tal-Qaddisin. Għal jum San Mattew pitter lill-evanġelista b’anġlu ħdejh, u fil-ġenb, is-siġra ta’ Ġesse, bi tlitt islaten fi tliet fergħat u l-Madonna bilBambin fil-warda ta’ fuq nett, b’xettru f’idha u b’kuruna f’rasha, bix-xemx kollha raġġi ħerġin minnha warajha.

Għalhekk il-kappella tal-Kunċizzjoni tal-Qabbieża, Santa Luċija aktarx ħadet isimha minn kona qadima li kien hemm fiha, żmien qabel tfaċċat il-Kunċizzjoni tallum. L-inħawi tal-Warda jissemmew fl-1550. Mela ilkappella tal-Madonna tal-Warda kienet inbniet żmien qabel l-istraġi tal-1551, u għalhekk wara kienet tħalliet issir ħerba, għax min kien jieħu ħsiebha kien spiċċa lsir jaqdef fuq ix-xwieni Torok jew jitbaskat Istanbul, fejn ħallewh jitmermer dawk li suppost kienu jieħdu ħsieb ħwejġu u wara ħatfuhom huma biex saru sinjuruni.

2. Fejn kienet il-kappella

Jekk noqgħodu fuq dak li kien jgħid Wistin Borg, (1905-2000), li kien dam sagristan Santa Luċija sebgħin sena sħaħ, lis-sagristan tal-lum, Ġużepp Bugeja, ilkappella tal-Warda kienet f’tarf ta’ sqaq, fuq ix-xellug int u dieħel Santa Luċija mill-Qasam ta’ San Ġorġ ftit qabel taqbad Triq Bir Rix. L-inħawi għadhom sal-lum jgħidulhom Tal-Warda.

3. Il-kappella mill-1587 sal-1667

Il-kappella tissemma l-ewwel darba fir-rapport tal-viżta tal-1587, żmien l-Isqof ta’ Malta Fra Tumas Gargall, fejn tissejjaħ tal-Madonna tas-Sokkors. Ilkappella kienet mitluqa: la kellha artal, la saqaf, la ċangatura u lanqas rettur. Il-viżitatur għalaqha. Fl-1630, inqala’ l-kjeriku miżżewweġ Xmun Apap li wiegħed lill-viżitatur li jibniha mill-ġdid żmien erba’ xhur. Biex tkun tista’ tinżamm kif jixraq u ssirilha l-festa. Xmun Apap ħalla tmintax irbiegħi, €0.29, fis-sena mill-imgħax ta’ ħmistax-il skut, €2.91, fis-sena fuq il-kapital, parti minn somma ta’ ħamsa u għoxrin skut, €4.86, li kien silifhom lil Vitorja Bonnici. Il-viżitatur ma qalx le, imbasta l-kappella talMadonna tal-Warda, kif sejħilha hu, tibqa’ tal-Kunċizzjoni. Għaddew erba’ snin, u l-Kunċizzjoni l-Ġdida, kif kien beda jsejħilha l-poplu, jekk ma kinitx inbniet għal kollox mill-ġdid, żgur li kienet ħadet dawra sew. Għalkemm l-artal tal-ġebel ma kienx għadu armat kif imur, u ma

7


Leħen il-Qala - Milied 2013 kinitx għadha mbierka, kienet inġabret mhux ħażin. Izzuntier biss kien għadu bil-ħajt imġarraf. Fuq l-artal kellha nkwatru ġdid tal-Kunċizzjoni, bi Xmun Apap u ibnu Albinu, f’riġlejn il-Madonna, kif kienet id-drawwa dak iż-żmien. Lejlet il-Kunċizzjoni kien jitkanta l-għasar u f’nharha, barra l-quddiesa, kienet issir iż-żerda billi tingħata fatra jew kolazzjon. Meta, fl-1657, l-Isqof Balaguer kien għalaq ilkappella tal-Kunċizzjoni l-Ġdida, dan ma jfissirx li kienet waqgħet, imma biss li kienet mitluqa. Xmun Apap kien ilu li kielu d-dud, u ibnu, il-Monsinjur Illustrissimu Albinu, kien joqgħod il-Belt ta’ Malta. Fl-1663, dan talab lill-isqof biex jerġa’ jiftaħha, u qala’ l-permess bil-patt li kellu jagħtiha dawra, jagħmlilha l-festa u jixgħelilha l-lampier kull nhar ta’ Sibt filgħaxija. Did-darba t-tmintax irbiegħi, flok mill-għalqa li kien hemm San Lawrenz, kellha tiġi mis-sined ta’ Għammar, li kien ħadu ċens perpetwu Pietru Cassar bi tmien skuti, €1.55, fis-sena. Imma kollox kien baqa’ kif kien, għax mill-paroli għall-fatti kien hemm il-fliegu jikkumbatti, billi mill-Belt ma tmexxix kappelli Għawdex. U kieku kien qabbad lil min jeħodlu ħsiebha, x’kapparra kien fiha tmintax irbiegħi wara li kont tnaqqas l-ispejjeż?

5. Iż-żerda

Dun Franġisk Agius, fl-istorja ta’ Għawdex li kien kiteb fl-1746, jgħid li Ċikka Fava kienet ħalliet kapital ta’ mitt skut, biex bl-imgħax ta’ tmien skuti fis-sena jitqassam il-ħobż lil dawk li kienu jmorru għall-festa, b’kemm kien joħroġ minn erbat itmien qamħ, jiġifieri xkora. Minn tomna dqiq kienu joħorġu tnax-il ħobża kbar daqs għarbiel, kull waħda fiha ikla ta’ familja. Fi żmien Dun Franġisk Agius kien qed iqassmu idDuttur Ġannikol Gauci. La l-kappella tal-Madonna talWarda kien ilha magħluqa s-snin u l-festa kienet issir fuq l-artal tas-Salvatur tal-kolleġġjata ta’ Santa Marija, tgħid fejn kien qed jitqassam dan il-ħobż?

B. Tliet knejjes tal-Madonna tas-Sokkors, Malta 1. Il-knisja ta’ Bormla u l-leġġenda tagħha

Għalhekk, meta fl-1667, il-viżitaturi lill-kappella sabuha mitluqa għal riħha, nieqsa minn kollox u li xejn mill-obbligi li kien hemm fiha ma kienu qegħdin isiru, reġgħu qabdu u għalquha. Suppost li l-inkwatru kellu jittieħed Savina fejn ilprokuratur tal-knejjes magħluqin tal-kampanja kellu jagħmlilha l-festa, imma, fl-1687, la jissemma malinkwatri li kienu għadhom Savina u lanqas ma’ dawk li kienu laħqu ntilfu għax therrew. Għalhekk, jekk ma kienx ġabru Albinu, seta’ qabad triq oħra.

4. Ir-raba’ li kellha l-kappella

Forsi hawn min jaħseb li Xmun Apap, li kien ħa ħsieb ġabar il-kappella tal-Madonna tal-Warda u ħallielha xi ħaġa għall-festa kien ħelu zokkra. Imma fl-1635, inqala’ Indrì Attard li kixiflu għawaru. Dan qal li l-kappella kellha biċċa raba’ fiha erbat itmien ħdejn il-kappella ta’ San Mikiel tal-Għarb. Din il-kappella kienet qiegħda int u dieħel San Lawrenz fuq il-lemin, fuq il-Ħotba ta’ San Ċiel, li jsibuha wkoll ta’ San Mikiel. Matul l-aħħar erbgħin sena, kompla jgħid Indrì, kienet imqabbla għand Marjanu Bongibino li kien iħallas tmintax irbiegħi fis-sena. Dak li qal Indrì kien semgħu minn għand Ġannellu Cassar, sid l-għalqa, li kien qed jagħmel il-festa. Dan kien għaqqad ir-raba’ tal-kappella ma’ tiegħu, u fl-1635, kien f’idejn martu Pawla.

8

Aktarx li dan ir-raba’ kien waqa’ f’idejn Xmun Apap li kien għamlu flus. Biex minn għalih lill-kappella ma jkun ħadilha xejn, għaddielha tmintax irbiegħi fis-sena mill-imgħax fuq is-somma mislufa lil Vitorja Bonnici.

Il-kappelli li kellna qabel l-1575, kemm Malta u kemm Għawdex, li llum nafuhom bħala tal-Kunċizzjoni, kienu jsibuhom tal-Madonna tas-Sokkors. Il-Madonna tasSokkors, skont inkwatru li kien sar ħabta tal-1500, u li llum hemm il-mużew tal-katidral tal-Imdina, kienet turi lillMadonna b’għasluġ maqtugħ minn siġra qiegħda tkeċċi lix-xitan li kien ġie biex jaħtaf tifel jistkenn taħt il-mantell kbir tagħha. L-istorja li kienu jgħidu l-Italja, fejn kienet bdiet iddevozzjoni tal-Madonna tas-Sokkors, kienet tgħid li raġel, kif kien mgħaddab għal ibnu mqareb, xtaqu jmur għand boxxla xjaten. Xħin ra li x-xitan kien ġie tassew biex jieħdu, kollu beżgħan talab lill-Madonna biex teħles lil ibnu minn taħt dufrejn ta’ Barraminnhawn, il-Madonna dehret, lix-


Leħen il-Qala - Milied 2013 xitan tatu daqqtejn kif tmiss il-liġi b’għasluġ, u ħatfitlu ’l ibnu qabel ħadu miegħu l-abbissi tal-infern. Issa Malta, kemm il-knisja tas-Sokkors ta’ Bormla u kemm l-għar tal-Madonna tas-Sokkors tal-Imsida, jinsabu fuq ir-riħ ta’ ġewwa nett ta’ port li jsibuh il-Menqa. Ma’ nistagħġbux għalhekk li l-istorja tagħhom marbuta mannies tal-baħar. Hekk ukoll il-Madonna tas-Sokkors ta’ Sarrija, il-Furjana, hi marbuta man-nies tal-baħar. Milli jidher il-knisja tas-Sokkors ta’ Bormla kienet inbniet f’xi żmien wara l-assedju tal-1565, imma qabel ma kien ġie Duzzina fl-1575. Dan għax fil-mapep tal-Assedju l-Kbir kulma naraw Bormla hi l-kappella ta’ Santarena, filwaqt li fl-1575 kienet diġà sagramentali. Fl-1584, l-Ingiżitur Costa bagħtilhom qassis. Sena wara, l-Ingiżitur Libertano għamilha viċi-parroċċa. Sal-bidu tal-1587 kienet saret parroċċa. Il-knisja tal-lum kien ikkonsagraha l-Isqof Alpheran fl-1732. Saret kolleġġjata fl-1822. L-ikbar ġrajja ta’ din il-knisja rajnieha matul it-Tieni Assedju ta’ Malta mill-1940 sa l-1943, l-iktar fl-agħar attakki tal-Ġermaniżi f’Jannar tal-1941. Filwaqt li ħafna djar Bormla kienu saru ħerba, u l-bini kollu madwar ilknisja kien sar borġ ġebel, il-knisja baqgħet bla mittiefsa. Għall-Bormliżi dan kien sinjal ċar tal-ħarsien tal-Madonna.

2. Il-Leġġenda tal-Madonna tas-Sokkors ta’ Bormla

Jgħidu li darba kien hemm bastiment Sqalli sorġut il-Menqa, qrib ir-Ramla ta’ Bormla. Billejl l-għassies sama’ l-ilfiq ta’ tarbija ġej min-naħa tax-xatt. L-għassies qalbu ngħafset u mar qajjem lill-kaptan. Flimkien niżżlu l-barkazza u qadfu għar-Ramla. Kif qabżu l-art irħewlha ġirja waħda għal fejn kien ġej il-biki tat-tarbija. Ma stagħġbux bi ftit xħin taħt ħarruba jaraw lil Tabarraminnhawn isawwat lit-tarbija bla ħniena. Kieku tħajru jeħduha minn taħt idejh imma beżgħu li jdawwar għalihom ukoll. Għalhekk qabdu u nxteħtu għarkupptejhom fl-art jitolbu bil-ħerqa lill-Madonna tgħinhom. Dikment fuq il-ħarruba dehret xbejba liebsa l-abjad, qatgħet għasluġ kollu għekiesi minnha, u bdiet iddoqqlu fejn mar mar, destrasinistra, lil dak il-mingħul tal-waħx. Brejbes dlonk dabbar rasu u għab. Kif kienet waqgħet ħemda kbira f’dak id-dlam taqtgħu b’sikkina, il-kaptan u sieħbu refgħu lit-tarbija għaxja u rħewlha għar-Ramla biex itellgħuha magħhom abbord. L-għada filgħodu reġgħu niżlu l-art biex jaraw ta’ min setgħet kienet it-tarbija u jrodduhielu qawwija u sħiħa. Billi ħadd ma għaraf jgħidilhom ta’ min kienet, kellhom bil-qalb it-tajba jerġgħu lura b’dik il-ħlewwa ta’ ħlejqa. Malli heda r-riħ u siket il-baħar, il-kaptan rafa’ l-ankri u salpa lejn Sqallija. Kif intrakka mal-moll, ħalla lit-tarbija abbord u ġirja waħda d-dar biex jara lit-tifla li kien ħalla ta’ ġurnata, bilkemm għoddha fetħet għajnejha. Malli daħal id-dar sab vistu kbir, u martu, kollha mbikkija, qaltlu li ċ-ċkejkna binthom kien ġie xitan għaliha

u ħadha miegħu l-abbissi tal-infern. Meta, kollu miblugħ, staqsieha kif u x’fatta, hi qaltlu li t-tarbija kienet ġennitha teqred lejl u nhar, u kif kienet f’tarf sabarha, ma tistax tagħlaq għajn ma’ għajn, għajtet kollha mgħaddba: Nirrahom jiġu kemm xjaten hemm l-infern jeħduk! Bilkemm laħqet temmitu dan il-kliem li ma tfaċċax TalQiegħ, ħafinha minn dirgħajha u dieb biha b’kollox. Minn dakinhar ma kinitx żiedet ratha lil binthom b’għajnejha. Lil Rokku, ir-raġel tagħha, dikment qabditu sfiċċa u rħielha jġib lit-tarbija li kien ħalla abbord għenilli, biex jeħodha lil martu ħa jrabbuha b’binthom u bint Alla. Imma kif ratha martu għajtet: Dik Ċettina tagħna! Din kif ġiet għandek? Rokku dak il-ħin ftakar fil-wegħda li kien għamel wara li ħeles mit-tabxa ta’ Bormla b’wiċċ il-ġid. Reġa’ baħħar għal Malta, u ħdejn il-ħarruba bena kappella lill-Madonna tasSokkors, li narawha tilqa’ tarbija taħt il-mantell tagħha, hi u tkeċċi lix-xitan b’zokk ta’ ħarruba maqtugħ frisk frisk.

3. Il-Leġġenda tal-Vara ta’ Bormla

L-ewwel vara tal-Kunċizzjoni li kellhom Bormla, illum qiegħda merfugħa f’niċċa fis-sagristija tal-knisja talQrendi. Kien ħadha l-Kapillan Dun Anton Mizzi, (17551805), biex joħroġha fil-purċissjoni ta’ Santa Marija. Jgħidu li hi xogħol ta’ skola Taljana tas-sittax-il seklu. Lili tfakkarni fil-Madonna ta’ Donatello, (1386-1466), li hemm fil-battisterju ta’ Firenze. Bħalha fl-injam u misluta misluta, se tinqata’ nett nett. Jgħidu li meta ġew biex ikabbru l-knisja, il-Bormliżi, issiġra tal-ħarrub li kien hemm fejn kellu jiġi l-kor qatgħuha u flok kissruha għallħatab, billi kienu jafuha bħala s-siġra tal-Madonna, ġiehom il-ħsieb biex, miz-zokk oħxon u qadim tagħha, jagħmlu l-vara talKunċizzjoni. Dan ix-xogħol kienu fdawh f’idejn soru tal-klawsura, Marija de Domenicis, li kien għallimha tpitter Mattija Preti. Dan ġara fl-1680. Is-soru lestiet kollox barra r-ras, għax bħal kienet qatgħet qalbha li ġġibha kif riedet. Oħroġ ilgħaġeb, darba, wara li kienet talbet ħerqana lill-Madonna x’kellha tagħmel, tmur tara l-vara u ssibilha ras ilġmiel tagħha.

9


Leħen il-Qala - Milied 2013 Billi l-knisja tal-lum kienet bdiet tielgħa ħabta tal-1686, u fl-1732 kienet waslet għall-konsagrazzjoni, it-tradizzjoni li fuqha kienet dehret il-Madonna kienet inbidlet f’vara ħabta tal-1680, għax tneħħiet biex jinbena l-kor, hi ta’ min joqgħod fuqha. Meta wieħed iħares lejn ritratt tal-vara kif kienet ħarġet minn idejn is-soru, ma jistax ma jġibx quddiem għajnejh iz-zokk oħxon ta’ ħarruba xiħa, b’dak il-puttin ħiereġ minn ħdejn minkeb il-Madonna minqux minn fergħa mibruma ħierġa minnu. Fl-1905, Abram Gatt, skultur Bormliż, abbozza vara ġdida li nħadmet tal-fidda Milan. Din il-vara mħawħa minn ġewwa. Għalhekk, kontra dak li kienu jaħsbu, ilvara l-qadima mhix ġo fiha. Il-vara li kienet tnaqqxet minn zokk ta’ ħarruba ħadd ma jaf x’sar minnha. Fost il-mumenti kbar li għaddiet minnhom il-vara tal-fidda li hemm illum l-aqwa wieħed kien meta kienet inġiebet minn Birkirkara b’purċissjoni b’wegħda li kien għamel il-kapitlu waqt il-blizz tal-gwerra. Il-magħmudija tan-nar tal-Kottoniera matul it-tieni assedju ta’ Malta, li kien beda nhar il-ħdax ta’ Ġunju, l-għada li l-Italja kienet daħlet fil-gwerra mal-Ġermanja kontra l-Ingilterra u Franza, u ntemm nhar il-Vitorja meta l-Italja ċediet, ġrat nhar is-sittax ta’ Jannar tal-1941, wara li mal-lejl talgħaxra tax-xahar kienet daħlet il-frejgata tal-ajruplani l-‘Illustrious’ bil-ħsara u rabtet ma’ Xatt il-Parlatorju. L-għadu reġa’ ħabat għaliha fit-tmintax tax-xahar u l-għada, darbtejn, bit-tama li jgħarraqha. Flok

l-‘Illustrious’ kienu tfarrku t-Tlitt Ibliet, bil-knisja tal-Vitorja tal-Isla, u b’San Lawrenz u l-Lunzjata talBirgu b’kollox. Imma għalkemm id-djar ta’ madwar il-Kunċizzjoni ta’ Bormla kienu saru ħerba, il-knisja baqgħet hemm wieqfa, milquta biss bix-xrapnel. Nhar l-24 ta’ Jannar il-Moll tal-Parlatorju sebaħ baħħ, għax l-Illustrious kienet salpat mal-lejl lejn Lixandra. U kien dakinhar, bil-lejl ukoll, li l-vara talKunċizzjoni flimkien mal-inkwatru, kienu ġarrewhom Birkirkara fejn kienu baqgħu sa ma għadda kollox. Il-kapitlu kien għamel wegħda li, jekk il-knisja ta’ Bormla kellha tibqa’ wieqfa, kif kienet għamlet sa dakinhar, meta kollox kien twitta madwarha, kien iġibha b’pellegrinaġġ minn Birkirkara wara li tkun għaddiet ilburraxka b’wiċċ il-ġid. Dil-wegħda, l-Arċisqof Caruana, kien wettaqha b’digriet li ħareġ fid-29 ta’ April tal-1941. Meta l-gwerra kienet tbiegħdet għal kollox minn xtutna, il-pellegrinaġġ sar nhar id-dsatax ta’ Novembru tal-1944. Dam sejjer minn nofsinhar sad-disgħa ta’ bil-lejl. Minn Birkirkara għadda għall-Furduliż, Santa Vendra, il-Ħamrun, il-Blata l-Bajda, ir-Raħal il-Ġdid u Għajn Dwieli għal Bormla. Minn kulfejn għaddiet ilMadonna kien hemm daqq ta’ qniepen u ta’ baned, għajat, kant u talb. Il-folla ta’ nies minn kull naħa ta’ Malta kienet tlaħħaq mal-erbgħin elf ruħ. L-Isqof Manwel Galea, li tkellem hekk kif waslet Bormla, qalilhom biex jiftakru, li kull xħin iħarsu lejn il-knisja bla mimsusa qalb dik il-ħerba, kienu jkunu qed jaraw miraklu. Il-Madonna kienet ħarset il-knisja tagħha bid-deher, għax meta kienet waqgħet bomba mill-kbar, erba’ passi ’l bogħod mill-kor, ma ħaditx. Kieku ħadet kienet ittajjar il-knisja. ■

10

Nota: It-Tieni parti tkompli fil-ħarġa li jmiss tal-Għid il-Kbir 2014


Leħen il-Qala - Milied 2013

Ingredjenti Spiritwali:

Bgħatt lill-Papa Franġisku Statwa Żgħira taċ-Ċomb! minn: MONS. ANTON SULTANA, Arċipriet Emeritus tal-Qala

Għandi ħafna x’nikteb dwar Papa Franġisku wara l-kotba li qrajt fuqu f’dawn l-aħħar sitt xhur u segwejt kemm stajt id-diskorsi tiegħu minn fuq “l-Osservatore Romano” u lhang“Leħen is-Sewwa”. Imma ħa nibda b’daqsxejn ta’ storja ħelwa dwar San Ġużepp li lejh il-Papa Franġisku għandu devozzjoni tassew kbira. Dan is-sajf li għadda smajna mingħand is-Segretarju personali tal-Papa Franġisku li l-Papa kellu statwa żgħira ta’ San Ġużepp li kienet għażiża ħafna għalih. Meta laħaq Papa bagħat iġibha bil-posta minn Buenos Aires fl-Argentina, fejn kien ħallieha fuq l-iskrivanija tiegħu meta kien hemm. Aktarx li din l-istatwetta kienet tal-ġibs, għax kif waslitlu Ruma sabha b’rasha miksura bl-iskeriġġ tal-posta, fil-kaxxa li bagħtulu!

Sadattant, l-istatwa taċ-ċomb ta’ San Ġużepp li jien kont bgħatt lill-Papa f’Awwissu li għadda, ħarġet totalment minn rasi. Kont muġugħ wisq biex nibqa’ niftakar! Imma jidher ċar li San Ġużepp ma nsinix, u lanqas il-Papa Franġisku fit-talb tiegħu quddiem l-istatwa taċ-ċomb li kont bgħattlu! L-għada li ġejt lura d-dar mill-isptar, waslitli ittra mill-Vatikan, bil-firma ta’ Monsinjur Peter B. Wells, f’isem il-Papa Franġisku biex jirringrazzjani għar-rigal li kont bgħattlu, bid-data tal-11 ta’ Ottubru 2013. Il-Papa bagħat jgħidli f’din l-ittra kemm apprezza dan il-ġest tiegħi u wegħedni t-talb tiegħu, waqt li sejjaħ fuqi l-imħabba li tfejjaq ta’ Ġesù Kristu u tani l-Barka Appostolika tiegħu.

Tgħidx kemm iddispjaċih il-Papa meta sab l-istatwa ta’ San Ġużepp bla ras! Jien meta smajt din il-ġrajja, ġieni f’rasi li nibgħat lill-Papa, mas-Segretarju tiegħu Mons. Alfred Xuereb, rigal żgħir ta’ statwetta oħra ta’ San Ġużepp, antika u tqila, taċ-ċomb, li xi darba kienet indurata bil-fidda, imma llum kienet swiedet biż-żmien. Kont iddubbajtha m’għand xi ħadd meta lħaqt saċerdot, u għal dawn l-aħħar 43 sena baqgħet dejjem quddiemi fuq l-iskrivanija tiegħi. Bgħattha lill-Papa ma’ Dun Alfred, u aktar tard sirt naf li Papa Franġisku ħa ħafna gost biha u żammha fil-kamra personali tiegħu flok l-oħra li kienet inkissritlu. Avolja kienet sewdenija u taċ-ċomb, apprezzaha ħafna għax antika. Naħseb li tgħodd mal-mitt sena. Jien tlabt biss lill-Papa biex iberikni u jitlob għalija għax kelli nagħmel operazzjoni serja fi żmien qasir. Għadda ż-żmien u fit-2 ta’ Ottubru li għadda għamilt l-operazzjoni li, bil-kapaċità tal-Professur Kevin Cassar, imma mhux inqas bl-interċessjoni tal-Madonna ta’ “Salus Infirmorum” u ta’ San Ġużepp, u bit-talb qawwi ta’ ħafna nies u ħbieb tiegħi fil-Qala u f’postijiet oħra f’Malta u Għawdex u anke f’Texas U.S.A., l-operazzjoni rnexxiet. Kelli noqgħod tliet ġimgħat għall-kura u testijiet fl-Isptar Mater Dei.

11


Leħen il-Qala - Milied 2013 Esperjenza “mirakoluża”?! Din il-ġrajja vera li għaddejt minnha bejn Awwissu u Ottubru li għadda ridt nirrakkontaha bħala esperjenza personali biex nagħtikom xhieda ta’ kemm jiswa u jasal it-talb meta magħmul b’fidi sħiħa, b’tama qawwija fl-għajnuna t’Alla u anke bl-interċessjoni tal-Qaddisin, u anke b’sens ta’ rispett, imħabba u ġenerożità lejn min ikun fil-bżonn. Inħoss li għandi nsejħilha “esperjenza mirakoluża” għax f’din il-ġrajja rajt u ħassejt kif Alla jimxi magħna b’mod tassew misterjuż, anzi “mirakoluż”, biex iwettaq fina b’imħabba kbira l-pjan Tiegħu. Jitlob minna paċenzja, sabar u tama fiH, fiduċja sħiħa fil-ħniena u fl-imħabba infinita Tiegħu. Il-provi tqal tal-mard u l-uġigħ, speċjalment meta jkunu gravi u serji u b’xi riskju kbir ta’ operazzjoni twila u diffiċli, jafu jbeżżgħuk u anke jaqtgħulek qalbek! Imma kif jesprimi ruħu San Pawl Missierna: “Jekk Alla huwa magħna, x’jista’ jkun kontra tagħna?!” Minn din l-esperjanza, “mirakoluża” tal-istatwa taċ-ċomb ta’ San Ġużepp lill-Papa Franġisku biex ikolli l-barka u t-talb tiegħu f’dak li kont ser ngħaddi minnu, sal-esperjenza tqila daqs iċ-ċomb tal-uġigħ f’riġlejja u r-riskju ta’ operazzjoni diffiċli ta’ seba’ sigħat u l-kura twila li kelli nagħmel wara, tgħallimt ħafna! U dan hu eżattament dak li xtaqt naqsam magħkom waqt li b’qalbi kollha nrodd ħajr l Alla u anke lil ħafna li talbu għalija speċjalment matul it-tliet ġimgħat li kont fl-Isptar Mater Dei. It-talb ħerqan verament iwettaq il-mirakli! Il-kelma “miraklu” ma tfissirx biss xi ħaġa straordinarja u sopranaturali li tista’ tiġri f’daqqa lil min għandu l-fidi (bħalma kienu l-mirakli li kien jagħmel Ġesὺ kif naqraw fil-Vanġelu). Il-miraklu jista’ jkun ukoll fi proċess anke twil ta’ fejqan, u Alla jaf juża mhux biss l-idejn u l-moħħ ta’ tobba u professuri bravi bħalma ġara fl-operazzjoni diffiċli tiegħi biex iwassalni għall-fejqan, imma fil-pjan misterjuż u mimli mħabba Tiegħu, b’għerf infinit, jaf jippermetti ċerti affarijiet li għall-ewwel jidhru strambi jew bla tifsira, anke minn żmien qabel, biex ikunu parti minn dak il-proċess ta’ fejqan “mirakoluż”. Għax kif qal l-Anġlu Gabriel lil Marija Verġni fit-tħabbira: “Għal Alla m’hemm xejn li ma jistax isir!” Basta jkun hemm fidi vera u sħiħa bħal dik tal-Madonna, kif ukoll it-“tama paċenzjuża”, kif isejħilha San Pawl fl-Ittra lir-Rumani, Kap. 8.

12

Fidi, tama u paċenzja, jew aħjar sabar qaddis, magħġun fit-talb ħerqan u fl-imħabba ġeneruża; dawn huma ħafna drabi l-ingredjenti li Alla jridna nużaw, anzi ngħixu ta’ kuljum, biex jitwettqu anke “mirakli” tassew tal-għaġeb f’ħajjitna. Bħalma ngħidu wkoll fil-quddiesa: “Waqt li nistennew u nittamaw fil-miġja li ġġib l-hena”. Aħna ħafna drabi niddejqu nistennew fil-fidi, fit-tama u fl-imħabba, għax ta’ bnedmin dgħajfa li aħna nippretendu li Alla għandu jisma’ t-talb tagħna bl-“automatic effect”, bħal xħin tagħfas is-switch u jixgħel id-dawl!

Mur għidli fil-bidu t’Awwissu li għadda li dik id-daqsxejn ta’ statwa taċ-ċomb li bgħatt lill-Papa kellha tkun il-bidu biex naqla’ , fl-interċessjoni qawwija ta’ San Ġużepp, bit-talb tal-Papa u tagħkom, dak il-“miraklu” li qlajt xahrejn jew tlieta wara…! “U Kemm Iddum Tistenna?!” Jien żgur li se jkun hemm min jgħidli: “U kemm iddum tistenna?! Jien ilni s-snin nitlob l-istess ħaġa, nittama u nistenna għalxejn, għax bqajt b’xiber imnieħer!” It-tweġiba għal oġġezzjoni bħal din hija waħda: Skont x’qed titlob, kif qed titlob, u fejn hi qalbek b’dak li qed titlob! Veru, mhux kull talb jinstema’, għax kif jgħid San Ġakbu fl-ittra tiegħu: “Titolbu u ma taqilgħux, għax titolbu ħażin, biex tinħlew fil-ġibdiet ħżiena tagħkom!” (4,3) u “Kunu afu li meta l-fidi tagħkom tgħaddi mill-prova għandha tnissel is-sabar, u għalhekk ħallu s-sabar jasal sal-milja tiegħu biex tkunu perfetti u maturi”, għaliex “Alla jagħti lil kulħadd b’qalb kbira u jagħtih dak li tassew jeħtieġ“, basta “jitlob bil-fidi bla ma jiddubita…”(Ġakbu 1, 3-6). Lil min ma baqagħlux sabar jistenna anke jekk qed jitlob li ssir minnu r-rieda t’Alla (“Ikun li trid Int fis-sema u fl-art” fil-“Missierna”), infakkru li Alla ma jimxix mal-kalendarji u l-arloġġi tal-bniedem! Kif jgħid il-Profeta u s-Salmista: “Daqskemm il-Lvant hu ’l bogħod mill-Punent, daqshekk ieħor huma ’l bogħod ħsibijieti minn ħsibijietkom, it-triqat tiegħi mit-triqat tagħkom”, jgħid il-Mulej. U fl-aħħarnett, għandna kontinwament niftakru u nżommu f’qalbna li l-akbar xewqa u tama tagħna m’għandhiex tkun kif se neħilsu mit-tbatija u nsalvaw ġisimna, anke jekk dan hu ħaġa tajba fiha nfisha (għalhekk għandna nitolbu għall-fejqan tal-morda!). Alla jridna qawwijin u sħaħ, imma mhux fl-interessi ta’ ġisimna biss! Hekk jew hekk, kmieni jew tard, bil-mard jew b’ħaġa oħra, xħin il-Mulej isejħilna jkollna nitilqu! Għalhekk nixtieq nagħlaq bil-kelmiet sbieħ, qawwija u mimlija kuraġġ, tama u sabar li ħallielna San Pawl fl-Ittra tiegħu lir-Rumani, Kap. 8, versi 18 sa 25. Fihom hemm tassew il-benna tat-tama u tal-faraġ tagħna bħala Nsara! “Jien inqis li t-tbatijiet ta’ issa m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-glorja li għad trid tidher fina. Għax il-ħolqien kollu qiegħed jistenna b’ħerqa d-dehra vera ta’ wlied Alla… Aħna nafu li l-ħlejjaq kollha qegħdin jokorbu u jbatu bħal fl-uġigħ tal-ħlas… Aħna wkoll li ksibna l-fidi bħala l-ewwel frott, qegħdin nokorbu fina nfusna waqt li qegħdin nistennew il-fidwa ta’ ġisimna… Jekk aħna nittamaw f’dak li bħalissa ma narawx, aħna nkunu qegħdin nistennew il-veru futur tagħna bis-sabar. L-Ispirtu jgħinna fid-dgħufija tagħna billi aħna lanqas nafu kif suppost nitolbu, iżda l-Ispirtu stess jidħol għalina fit-tnehid tagħna”. L-aħħar kelma: Nafdaw dejjem f’Alla u fl-interċessjoni qawwija tal-Madonna u ta’ San Ġużepp, anke meta t-tbatija tkun kiefra u tqila daqs iċ-ċomb! ■


Leħen il-Qala - Milied 2013

Jasal id-Dawl Elettriku (1952)

Frak ta’ Storja (9) minn: Winston L. Zammit B.A. (Hons.), P.G.C.E., M.A.

Fl-aħħar xhur tal-1949, kienet qiegħda ssir l-estensjoni tad-dawl elettriku fir-raħal tax-Xagħra. Għaldaqstant il-gazzetta “Għawdex” f’editorjal qalet hekk; “Ikun wisq tajjeb li kieku mar-raħal tax-Xagħra jieħdu raħal żgħir ieħor il-Qala, biex ma jintilifx żmien u hekk f’qasir żmien inkunu nistgħu naraw l-irħula tagħna mdawla bl-elettriku. Semmejna l-Qala għaliex billi għaddej il-kurrent fil-qrib, il-gvern ma jitlifx żmien biex jissodisfa x-xewqat tal-poplu tal-Qala, li ilu tant jitlob biex ikollu l-elettriku” (1) Il-kwistjoni tal-estensjoni tad-dawl fil-Qala, tqajmet fl-Assemblea Leġislattiva mill-Onor. Ġużeppi Cefai P.L. fil-bidu tal-1950. Talab lill-Onor Ministru tax-Xogħlijiet u Rikostruzzjoni meta kien beħsiebu, jordna li d-dawl elettriku jiġi estiż għar-raħal tal-Qala, biex tiġi milqugħa x-xewqa tal-abitanti ta’ dan irraħal? Jista’ jordna li dan ix-xogħol isir mill-aktar fis possibbli? Ir-risposta tal-Ministru kienet li dan ma kienx possibbli minħabba l-limitazzjonijiet li kellha f’dak iżżmien il-Power Station f’Għawdex. (2) Iżda l-Onor Cefai ma qatax qalbu u ftit xhur wara reġa’ għamel talba biex tiġi estiża l-provvista tad-dawl lejn ir-raħal tal-Qala. Din id-darba kellu risposta aħjar, għax ġie infurmat li fl-Estimi tas-Sena Finanzjarja (1950–1951) kien ġie inkluż vot biex bih isir ix-xogħol. preliminari biex id-dawl jiġi estiż lejn l-irħula ta’ Għawdex. Fil-fatt il-Ministru stqarr; “The Village of Qala is included in the scheme, as regards priority it stands first”. (3) Tasal il-Provvista tad-dawl: Ix-xogħol proprju nbeda fis-sena finanzjarja (19511952). Fil-fatt, fir-rapport tad-Dipartiment tad-Dawl u l-Ilma għas-sena finanzjarja 1951-1952 inkiteb hekk: “Work on the extension of the High Tension Supply to Qala which was started during the year had to be suspended owing to the lack of bare copper on order in the UK”. (4) Iżda fl-aħħar il-provvista tad-dawl waslet nhar is-7 ta’ Diċembru 1952, meta r-raħal inxtegħel għallewwel darba bid-dawl elettriku. (5) Il-Kummissarju għal Għawdex Edgar Montanaro (1944-1956) kiteb hekk dwar il-miġja tad-dawl filQala fir-rapport dwar l-uffiċċju tiegħu għas-sena 1951-1952:

“A red letter day for the people of Qala was Sunday 7th December 1952, when electric light was extended to the district for the first time. The inauguration ceremony was attended by H.L. the Bishop of Gozo, the Hon. Minister for Posts and Agriculture Dr. Carmelo Caruana LLD, several members of the Legislative Assembly, the Manager of the Water and Electricity Department, the Very Rev. Parish Priest of Qala and the Electrical Engineer for Gozo”. (6) Fid-‘Djarju ta’ Ġużepp Debono’ insibu din innota miktuba proprju fis-7 ta’ Diċembru fl-1952. Ser niktibha kif inhi bl-ingliż: “Electric light was inaugurated at 6.00pm by the Hon. Dr. C. Caruana B.A., LL.D., M.L.A., Minister for Post and Agriculture, and blessed by His Lordship Mgr. Joseph Pace, D.D., J.C.D., Ph.D., O.S.J. Bishop of Gozo”. (7) Kif il-Gvern wassal id-dawl fir-raħal in-nies bdew japplikaw biex idaħħluh f’darhom. Saru ħdax-il applikazzjoni biex jiġi estiż id-dawl elettriku fid-djar privati u sa Ġunju 1953, ħamsa minnhom kienu diġà ġew moqdija. (8) Sa erba’ snin wara, fl-1957 kien hemm 70 dar firraħal tal-Qala li kellhom il-provvista tad-dawl. (9) ■ 1) 2) 3) 4) 5) 6) 7) 8) 9)

Għawdex 20.XI.1949. p. 2. D(ebates) of the L(egislative) A(ssembly). 13.III.1950. p.3280, DLA 5.VI.1950. p.q. 1057. p.4154. Report on the Workings of the Govt. Depts. 1951 / 1952 p.77. Ibid 1952 / 1953 p.177 Ibid 1952 / 1953 p. 34 D.Ġ.D. Personal and Local Items. p. 143. D.L.A. 23.VI.1953. PP. 3979, 3980 Census 1957 p.203

Sliema, Malta.

28.VII.2013

13


Leħen il-Qala - Milied 2013

Xerri il-Bukkett

GELLUXA SUPPLIES LTD General Merchant Store A, N.B. Grunju Street, Qala, Gozo

Bar - Restaurant Pizzeria Zewwieqa Road, Qala - Gozo Tel: 2155 3500 • Fax: 2156 5394 Mob: 9949 0679 E-mail: bukkett@maltanet.net

in-najsi Mario Camilleri “Camilleri Family” 21, Independence Street, Qala, Gozo. Tel: 2155 4941 Mob: 9946 0725

9988 5457

14

 For 

all kind of Concrete Works Crane Hire

T: 2155 1555 F: 2155 4273 M: 9982 4300 E: gelluxa@maltanet.net


Leħen il-Qala - Milied 2013

Katekeżi

Is-Saltna t’Alla Qiegħda Magħna LUQA 16, 14-30 Victor Grech minn:

Din is-silta mill-Vanġelu ta’ S. Luqa tittratta t-tagħlim ta’ Ġesù li hu l-Bxara t-Tajba li tgħidilna li s-saltna t’Alla qiegħda magħna, u l-parabbola tal-għani u Lazzru li turina li mhux il-ġid materjali li jgħodd għas-salvazzjoni iżda s-smigħ u t-twettiq tal-kelma t’Alla permezz tal-karità. Meta l-Fariżej iddieħku bi kliem Ġesù għax huma kellhom ir-regħba għall-flus, Ġesù qalilhom, “Intom dawk li tagħmluha ta’ nies sewwa f’għajnejn ilbnedmin. Imma Alla jafha qalbkom. Għax dak li f’għajnejn il-bnedmin hu kbir, quddiem Alla hu mistkerrah”. (Lq. 16, 15). Ma nistgħux nidħku b’Alla b’ħafna qdusija minbarra u tifħir lil Alla bilfomm biss, għax Alla jħares ’l isfel fil-qalb tagħna u jaf x’hemm fiha. Jaf hemmx ħsibijiet tajbin fuq il-proxxmu tagħna jew ħsibijiet ħżiena, jaf liema xewqat hemm, jaf jekk hemmx onestà jew diżonestà, imħabba jew mibegħda. Fil-ktieb tal-Proverbji nsibu: “Jekk int tgħid: ‘Ma kontx naf b’dan’; taħseb li Dak li jiżen il-qlub, ma jindunax? Dak li jgħasses fuqek, kollox jaf. Hu jrodd lil kulħadd skont għemilu”. (Prov. 24.12) Meta aħna nagħmlu minn kollox biex nuru li aħna qaddisin minn barra, niftaħru bir-reliġjożità tagħna u nagħmlu kollox għal għajnejn in-nies, Ġesù jgħidilna l-parabbola tal-Fariżew u l-pubblikan.

Il-Fariżew ftaħar li, “miniex bħall-bqija, ħalliela, inġusti, żienja” (Lq. 18, 11), waqt li l-pubblikan kollu ndiema u umiltà talab, “Alla, ħenn għalija għax jien midneb” (Lq. 18, 13). U Ġesù kkummenta, “Għax kull min jitkabbar jiċċekken u min jiċċekken, jitkabbar”. Ġesù jkompli jispjega li; “Sa żmien Ġwanni kien hawn il-liġi u l-Profeti; minn żmien Ġwanni ’l hawn qiegħda tixxandar il-Bxara t-Tajba tas-Saltna t’Alla u kulħadd qiegħed jitħabat bis-sħiħ għaliha.” (Lq. 16, 18) Il-bieb tas-Saltna ta’ Alla hu miftuħ għal kulħadd. Is-Saltna resqet lejna fil-Verb magħmul bniedem. Isaija kien bassar il-miġja ta’ Ġesù. Alla bagħat ilprofeti biex jikxfu l-Patt bil-mod il-mod. Imbagħad bagħat lil Ibnu l-waħdieni biex jeħlisna mid-dnub u jġibilna s-Saltna. Il-Mulej qal, “Iż-żmien hu mitmum u s-Saltna t’Alla waslet. Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba”. Hu qal ukoll, “Lilkom ingħata l-misteru tas-Saltna t’Alla, imma l-oħrajn, li huma barra, ikollhom kollox bil-parabboli.” (Mk. 4, 11) L-Appostli u d-Dixxipli għamlu l-esperjenza ma’ Ġesù. Huma laqgħu l-kelma tiegħu u bdew jgħixuha. Iżda oħrajn kienu ’l bogħod minn Alla fil-qalb tagħhom, u Ġesù uża l-parabboli biex iwasslilhom is-Saltna tiegħu. Ġesù qabbel il-kelma tiegħu ma’

15


Leħen il-Qala - Milied 2013 żerriegħa li titwaddab ma’ kullimkien. Meta aħna nisimgħu l-kelma t’Alla, nilqgħuha u nħalluha taħdem fina, nikkonvertu u niġġeddu. Meta nilqgħu l-kelma t’Alla nersqu lejn saltnatu, billi nagħmlu r-rieda tiegħu u nimxu warajh. U s-Saltna nibdew ingawduha minn din id-dinja għax qalbna timtela b’ferħ u paċi li Alla biss jaf jagħtina. Il-ħajja tibqa’ normali minn barra bil-ħtieġa tax-xogħol, biddiffikultajiet, bil-mard, bid-diżappunti, imma kollox jieħu dimensjoni oħra u l-effett ikun differenti għax ħajjitna tkun mimlija bil-Mulej u l-barka tiegħu. Ħajjitna timtela b’valur siewi u skop li jwettaqna, li jkollna l-qawwa tal-Mulej timbuttana biex nerfgħu s-slaleb tal-ħajja bil-kuraġġ. Aħna dawk li twelidna fis-Saltna u nistgħu nitkeċċew jekk nistqarru mod u ngħixu mod ieħor. Tiftakru fi kliem Ġesù, “Dan il-poplu jagħtini qima bix-xofftejn imma l-qalb tiegħu ’l bogħod minni.” San Luqa jirrakkonta l-parabbola ta’ Ġesù talGħani u Lazzru. Is-sinjur spiċċa fi tbatija eterna tan-nirien u Abraham ħa lil Lazzru fit-tgawdija ta’ dejjem. Is-sinjur kien jaf bil-fqir u bit-tbatija li għex fiha iżda qatt ma ta kas tiegħu u għenu. U hawn tidħol il-ħtieġa tal-karità. Jekk irridu nagħmlu parti mis-Saltna t’Alla f’din id-dinja u fl-oħra jeħtieġ li nagħmlu karità. Il-Vanġelu fil-quddiesa tal-Erbgħa tal-Irmied li hu l-bidu tar-Randan jgħidilna biex nimxu fit-Triq tal-Mulej li wasslitu sal-Mewt tas-Salib qabel ma qam mill-mewt billi nitolbu, insumu u nagħmlu karità. (Mt. 6, 1-6. 1618). Il-fidi tagħna jeħtieġ li tkun riflessa fl-għemejjel tagħna. San Ġakbu jtambar fuq din il-ħtieġa. “X’jiswa,

16

ħuti, li wieħed jgħid li għandu l-fidi jekk ma jurihiex fl-għemil tiegħu? Hekk ukoll il-fidi: jekk tkun weħidha u ma jkollhiex l-għemil, tkun mejta fiha nfisha (Ġk. 2, 14.7). Id-doni u r-rikkezzi li għandna u li għamlulna ħajjitna komda huma grazzji li Alla jagħtina għax iħobbna. Il-Mulej ma jagħtihomlniex biex ingawduhom weħidna jew ma’ dawk għeżież għalina biss. Tahomlna biex nużawhom għall-kumdità u għall-ġid tagħna u ta’ dawk li huma fil-bżonn. Hekk ukoll hu l-messaġġ talparabbola ta’ Lazzru u l-Għani. Dan ma jgħoddx biss għall-flus. Jista’ jkun li jkun hemm bżonn li nagħtu l-wens tagħna, kliem ta’ faraġ, kliem ta’ sapport u kuraġġ, kliem li jġib l-għaqda fejn hemm il-firda, kliem li jwassal għall-maħfra u ħin minn tagħna minkejja li jkollna x’nagħmlu. Għandna bżonn inżommu f’moħħna li kull bniedem hu xbieha t’Alla u meta ngħinu nkunu qegħdin inħobbu lil Alla. Is-sejħa għall-karità hija sejħa li jagħmlilna Kristu. Għalhekk m’għandniex inħarsu lejn l-uċuħ, lejn il-kulur tal-ġilda, ġens jew sess. Ilkoll huma xbieha ta’ Alla u ngħinu biex nogħġbu lil Alla biss. Ngħinu minn qalbna bla nistennew grazzi, foħrija jew ħlas b’xi mod lura. (Mt. 5) Il-karità m’għandhiex tieqaf x’ħin naraw azzjoni ħażina jew ingratitudini għax niftakru li Ġesù ħafer minn fuq is-salib. (Lq. 23,24) Il-Karità tixxettel u tiffjorixxi meta tkun f’komunità nisranija li hija spazju fejn kulħadd jitkellem il-lingwaġġ tal-valuri li għallimna Kristu. Meta nħobbu u nagħmlu karità b’umiltà u b’sens ta’ qadi nkunu tabilħaqq nitħabtu bis-sħiħ għasSaltna t’Alla.■


Leħen il-Qala - Milied 2013

Il-Milied Huwa Festa tal-Bniedem minn: Angelo Xuereb

Il-Milied jiġi u jgħaddi. Jalla matul iż-żmien ta’ kull Milied f’ħajjitna nersqu aktar lejn Ġesù. Il-Milied huwa l-festa tal-bniedem: Għalhekk ma nkunux niżbaljaw jekk ngħidu li l-Milied huwa l-festa tal-bniedem. Forsi wieħed jistaqsi. Dan xi jfisser? Jekk inħarsu ftit madwarna u nirriflettu, naraw li d-dinja hija mimlija bnedmin. Huma tal-istess natura, iżda kull wieħed u waħda għandu personalità differenti. Naraw ukoll li l-bnedmin iġarrbu diversi esperjenzi. Jgħaddu millferħ, min-niket, mit-tbatija, minn esperjenzi qarsa bħal ma huma l-faqar, il-miżerja u d-dnub. Sidna Ġesù Kristu, it-tieni persuna tat-Trinità sar bniedem bħalna f’kollox barra mid-dnub. Dan seħħ billi Alla bagħat lill-anġlu Gabriel għand Marija biex tilqa’ l-offerta sabiex Sidna Ġesù Kristu jkun jista’ jitnissel fi ħdanha. Permezz ta’ fidi kbira, Marija aċċettat din l-istedina u minn dak il-ħin stess l-Ispirtu s-Santu nissel lil Ġesù f’ġufha. Għalkemm ma tnissilx bil-ħidma ta’ raġel iżda bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, Ġesù qagħad għal-liġijiet tan-natura. Proprju għalhekk il-Knisja tiċċelebra l-Milied fil-25 ta’ Diċembru disa’ xhur wara t-tħabbira tal-Mulej, biex turina li Ġesù kien veru bniedem.

Għalhekk huwa ħa n-natura tagħna l-bnedmin. Fitteoloġija din tissejjaħ “Inkarnazzjoni”. Din il-kelma ġejja mil-lingwa Latina ‘carnis’ li tfisser laħam. FilPrologu (daħla) tal-Evanġelju ta’ San Ġwann insibu miktub: “U l-Kelma (Ġesù) saret ġisem u għammret fostna” (Ġw 1,14). Il-ġisem tiegħu kien wieħed veru tad-demm u tal-laħam. Min kien jiltaqa’ miegħu seta’ jarah, imissu u anki jkellmu. Bħall-bnedmin l-oħra kien jifraħ, jgħejja, jiddejjaq, jisħon u anki jbati. Fl-ewwel żminijiet tal-Knisja qamu l-Injostiċi li kienu jisħqu li l-ġisem ta’ Kristu kien fantażma. Missirijiet il-Knisja ħaduha kontrihom billi għallmu li l-ġisem ta’ Kristu kien reali u mhux li jidher minn barra biss. Nistaqsu lilna nfusna. Kieku ġismu kien biss jidher minn barra, allura kien biss fantażma? U l-passjoni tiegħu kienet tkun bla valur? Ladarba kienet turija, huwa ma kienx qiegħed ibati? Sidna Ġesù Kristu tnissel bħala bniedem minn Marija u twieled ġewwa Betlem. Iżda l-persuna tiegħu hija eterna u divina. Fil-Kredu li jingħad filQuddiesa tal-Ħadd, li huwa frott taż-żewġ Konċilji ta’ Niċea u Kostantinopli ngħidu: “Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul.”

17


Leħen il-Qala - Milied 2013 Naraw lil Ġesù fil-proxxmu tagħna: Jiġifieri Sidna Ġesù Kristu huwa l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem. Huwa veru li l-bniedem ġie maħluq fuq xbieha ta’ Alla sa mill-bidu iżda l-miġja ta’ Ġesù fostna għolliet lill-bniedem. Għalhekk filproxxmu għandna naraw lil Kristu. Infatti Kristu għadu magħna fl-Ewkaristija, fl-Iskrittura u fil-proxxmu tagħna. Kien huwa stess li qalilna li f’jum il-ħaqq ser niġu ġġudikati kif inkunu ttrattajna mal-proxxmu tagħna. Naqraw fl-Evanġelju ta’ San Mattew: “Għax kont bilġuħ, u tmajtuni; kont bil-għatx, u sqejtuni; kont barrani, u lqajtuni; kont għarwien, u libbistuni; kont marid, u żortuni; kont il-ħabs u ġejtu ħdejja’. Imbagħad jgħidulu t-tajbin: ‘Mulej, meta rajniek bil-ġuħ u bil-għatx u sqejniek? Meta rajniek barrani u lqajniek, jew għarwien u libbisniek? Meta rajniek marid jew il-ħabs u ġejna għandek?’ Imbagħad iwieġeb is-sultan u jgħidilhom: ‘Ngħidilkom is-sewwa, kull ma għamiltu mal-iżgħar fost ħuti, għamiltuh miegħi” (Mt. 25, 24-40). Jekk aħna konvinti li fil-proxxmu tagħna hemm ix-xbieha ta’ Ġesù, allura nibdew nittrattawh b’mod differenti. L-imħabba tal-proxxmu tkun vera meta nħobbu lil kulħadd l-istess anki l-għedewwa tagħna.

18

Infatti l-ħniena mal-proxxmu hija ġenwina meta tiġi murija ma’ kulħadd, u bla interessi ta’ xejn. Il-ħniena mal-proxxmu għalhekk hija dmir tannisrani. San Ġwann fl-ewwel ittra tiegħu jikteb: “Jekk xi ħadd jgħid li jħobb ’l Alla u jobgħod ’il ħuh hu giddieb. Għax jekk wieħed ma jħobbx ’il ħuh li jarah, ma jistax iħobb ’l Alla li ma jarahx. Dan hu l-kmandament li aħna ħadna mingħandu: li min iħobb ’l Alla jħobb ’il ħuh ukoll” (1 Ġw 4, 20-21). B’dan il-mod il-festa tal-Milied hija dik talimħabba. Aħna nifirħu meta naraw lil Ġesù tarbija iżda tkun festa bla sens jekk ma nurux imħabba lejn min huwa fil-bżonn materjalment u spiritwalment. Ma nkunux fhimna s-sens veru tat-twelid tal-Mulej jekk niċċelebrawh biss permezz ta’ parties, ikliet u divertiment. Ejjew nieħdu bħala motto għall-Milied ta’ din is-sena sentenza mill-ewwel ittra ta’ San Ġwann: “Aħna għandna nħobbu, għax hu ħabbna l-ewwel” (1Ġw. 4, 19). U hekk inġarrbu ferħ u hena li Ġesù biss jaf jagħti. B’dan il-mod il-festa tal-Milied tieħu s-sinifikat proprju tagħha. Kif Kristu kien solidali mal-bnedmin, hekk aħna nħobbu lill-proxxmu qisu kien Ġesù stess.■


Leħen il-Qala - Milied 2013

Il-Missier u l-Omm ta’ Nażaret San Ġużepp u l-Madonna minn: Fr. Charles Buttigieg

San Ġużepp u Marija Mmakulata fil-Vatikan Jekk wieħed iżur il-Mużej Vatikani u jkollu ftit ħin sewwa ddedikat għal din il-viżta jammira mal-ewwel il-galleriji ta’ Raffaello u ħdejhom l-affreski tasSala tal-Immakulata. Din is-sala tassew meraviljuża xtaqha ħafna l-Beatu Papa Piju IX bħala tifkira tal-proklamazzjoni tad-Domma tal-Immakulata tal-1854, imżejna bix-xogħol tassew artistiku talpittur minn Ancona Francesco Podesti. Tajjeb li ngħidu li t-twemmin fl-Immakulata kien dejjem qed jikber fil-Knisja. Insemmu li Duns Skotu, il-Papa Pawlu V fl-1617 u Gregorju XV fl-1622 stqarrew li mhux korrett li wieħed jgħid li l-Madonna ma kinitx Immakulata. Il-Papa Alessandru VII fl-1661 qal li r-ruħ tal-Madonna kienet libera mid-dnub oriġinali u l-Papa Klement XI waqqaf il-festa talImmakulata għall-Knisja kollha fl-1708. Il-Papa Piju IX ipproklama d-Domma tal-Immakulata fl-1854. F’din is-sala nsibu tliet kwadri kbar tassew storiċi. Fi kwadru minnhom naraw id-diversi teoloġi jistudjaw u jiddiskutu dan il-privileġġ uniku tal-Immakulat Konċepiment ta’ Marija. Fi kwadru ieħor fil-kappella tal-Kor tal-Papa, naraw lill-Papa Piju IX jinċensa l-immaġni tal-Immakulata wara li nkurunaha b’dijadema tassew prezzjuża. Filkwadru tan-nofs naraw il-mument memorabbli taċ-

ċerimonja solenni tal-proklamazzjoni tad-Domma tal-Immakulata. Ħaġa importanti li tispikka f’din isSala hija l-post eminenti li jgawdi San Ġużepp fuq il-qaddisin kollha fejn naraw il-preċedenza assoluta li huwa jgawdi. Fis-sema San Ġużepp dejjem narawh ħdejn il-Madonna u Ġesù. U għalhekk San Ġużepp jidher ħafna qrib it-tron ta’ Alla. Piju IX, imlaqqam il-Papa Ġużeppin, xħin darba minnhom stieden pittur biex jagħmillu rappreżentazzjoni talproklamazzjoni tal-Immakulata Kunċizzjoni, xħin ġie biex japprova l-abbozz ta’ dan ix-xogħol, millewwel kien staqsa fejn kien San Ġużepp fil-kwadru. Xħin indikawlu fejn kien San Ġużepp li kien qalb il-magħżulin kollha, huwa ma għoġbux ix-xogħol, u b’rabja ġenwina indika huwa nnifsu l-post ta’ San Ġużepp, qrib ta’ Ġesù u hawnhekk biss għax tassew fis-sema hu jinsab hawnhekk. Kien f’dan il-kuntest storiku ta’ bejn il-Proklamazzjoni talImmakulata Kunċizzjoni fl-1854 u l-proklamazzjoni ta’ San Ġużepp nhar it-8 ta’ Diċembru, Festa talImmakulata tal-1870 bid-digriet ‘Quemadmodum Deus’ (Bl-istess mod Alla), bħala Patrun tal-Knisja Universali, li l-paroċċa tagħna ġiet iddedikata lillImmakulata Kunċizzjoni u lil San Ġużepp. Il-Madonna u San Ġużepp Fl-evanġelji naraw ir-rabta kbira bejn San Ġużepp u l-Madonna. San Ġużepp kien ġej mir-razza ta’

19


Leħen il-Qala - Milied 2013 Ġuda, mir-razza ta’ David (ara Matt 1:1-17), waqt li l-Madonna kienet ġejja mil-linja Saċerdotali ta’ Aronne, il-linja ta’ Levi. Fil-vanġeli niltaqgħu sittaxil darba ma’ San Ġużepp, tmien darbiet f’Mattew, seba’ darbiet f’Luqa u darba f’San Ġwann. San Mark qatt ma jsemmi lil San Ġużepp. Naraw fuq kollox lil Ġużeppi bħal Ġużeppi tal-Antik Testment jagħraf ittoroq tal-Mulej fil-ħolm (ara Ġen 37:5-9 u 42:6-9). Fl-Antik Testment għandna lil Ġużeppi bin Ġakobb li jirbaħ is-seduzzjonijiet tal-mara ta’ Putifar. FilĠdid Testment għandna lil San Ġużepp ir-raġel safi quddiem Marija, ‘sponsus Mariae’. San Ġużepp li kien ir-raġel kastissimu tal-Madonna u l-Missier Putativ ta’ Ġesù. Jekk naqraw l-ewwel kapitlu ta’ San Luqa nsibu li l-Anġlu Gabriel ħabbar lil Marija Verġni li ser issir Omm Alla mill-Ispirtu s-Santu. Però jekk inqallbu l-Vanġelu ta’ San Mattew insibu lill-anġlu deher lil San Ġużepp biex jieħu lil Marija għarustu b’martu li kienet tqila: “It-twelid ta’ Kristu kien hekk: Meta Marija, ommu, kienet mgħarrsa ma’ Ġużeppi, qabel ma għammru flimkien, saret omm mill-Ispirtu s-Santu. Ġużeppi, l-għarus tagħha, li kien raġel sewwa u ma riedx ixandarha, ried jitlaqha bil-moħbi. Hu u jaħseb dan, deherlu anġlu tal-Mulej f’ħolma u qallu: Ġużeppi, bin David, la tibżax tieħu għandek lil Marija, l-għarusa tiegħek, għax dak li tnissel fiha hu mill-Ispirtu s-Santu. Hi tiled Iben, u int issemmih Ġesù, għax hu jeħles il-poplu tiegħu minn dnubiethom.” (Mt 1,18-21). “Ġużeppi għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej u ħa ’l martu għandu” (Mt 1:24). Għalhekk San Ġużepp fuq din l-art kien xbieha tal-Missier Etern. Huwa kien il-ħarries u l-kustodju tal-familja ta’ Nazaret. Huwa kien iħares lill-Madonna u lil Ġesù kontra l-għedewwa, u kien jaqla’ l-għajxien ta’ kuljum permezz tax-xogħol tiegħu. Xi biblisti bħal Geza Vermes isostnu li l-kelma mastrudaxxa fit-Talmud hija użata għal missier għaref fil-liġi u fit-Torah. San Ġużepp huwa ‘nutritor Domini’ u ‘Redemptoris custos’; il-kustodju tal-Feddej. San Bernardinu ta’ Siena jikteb li “bħala l-iktar familja qaddisa huma għexu flimkien f’din id-dinja f’ħajja iebsa u f’imħabba kbira, issa ukoll huma jinsabu fil-glorja ta’ mħabba fil-ġenna”. Jean Gerson, Kanċellier tal-Università ta’ Pariġi jgħid li San Ġużepp, bħallMadonna, kien meħud is-sema bir-ruħ u bil-ġisem.

20

Ir-‘Redemptoris Custos’ Din il-missjoni San Ġużepp ‘ir-Raġel Ġust, irraġel ta’ Marija (Redemptoris Custos numru 17) wettaqha b’ċerta reqqa u devozzjoni flimkien ma’ silenzju tal-għaġeb. “Dan hu proprju l-misteru li fih kellu sehem Ġużeppi ta’ Nazaret, sehem li ebda bniedem ieħor qatt ma kellu ħlief il-Verġni Marija, omm il-Verb t’Alla magħmul bniedem, hu kien imsieħeb magħha f’dan il-misteru; kellu x’jaqsam

ma’ din il-ġrajja tas-salvazzjoni.” (ara Redemptoris custos numri 1). Din l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II, dwar il-persuna u l-missjoni ta’ San Ġużepp fil-ħajja ta’ Kristu u talKnisja tkompli turini fin-numru 4, il-għaqda tal-fidi tal-Madonna u dik ta’ San Ġużepp. “Flimkien ma’ Marija, San Ġużepp hu l-ewwel wieħed li għandu fdat lilu l-ħarsien ta’ dan il-misteru, flimkien ma’ Marija u b’rabta magħha hu għandu sehem f’dan l-aħħar mument tar-rivelazzjoni ta’ Alla nnifsu fi Kristu, u dan iseħħ sa mill-bidu” (ara numru 5). Fin-numru 8 naqraw, “San Ġużepp mexa millistess triq tal-fidi, triq kollha kemm hi tal-fidi filmisteru tal-Inkarnazzjoni” u fin-numru 19 insibu “Ġużeppi flimkien ma’ Marija f’dak il-lejl tal-Milied f’Betlehem kien xhud magħżul tal-miġja tal-Iben ta’ Alla fost il-bnedmin. Ma’ Xulxin fid-Dehriet “Fuit vir valde magnus”, San Ġużepp kien bniedem tassew kbir (ara Eżodu 11:3). Fil-fatt San Ġużepp jidher f’ħafna dehriet flimkien malMadonna bħalma seħħ ġewwa Fatima fit-13 t’Otubru 1917, id-dehriet lil San Piju tal-Pjagi. Iddehriet reċenti mill-1994 sal-1998 ġewwa Manaus fl-Amażonja fil-Brażil lil Edson Glauber u Maria Do Carmo fejn jidher San Ġużepp flimkien malMadonna u l-qaddisin. U d-dehriet ġewwa Knock fl-Irlanda fl-1879 tidher il-Madonna flimkien ma’ San Ġużepp. San Ġużepp flimkien mal-Madonna għandu devozzjoni kbira fil-Knisja speċjalment filpajjiżi tal-missjoni. Dan l-aħħar anke xi protestanti bħal Anne Rice, Jerry Jenkins u r-Reverendu Evanġeliku Edington urew l-interess tagħhom lejn San Ġużepp. Il-Knisja Kopta Eġizzjana teżalta ħafna lil San Ġużepp li tgħid li San Ġużepp kellu 111 meta miet (madwar is-sena 19 A.D.), mdawwar mill-Madonna u Ġesù li kellu 18-il sena. Fil-Knisja Kattolika għandna 71 qaddis u beati li għandhom l-isem ta’ dan il-kbir Qaddis. ■ Biblijografija Binello OSJ, Giuseppe, San Giuseppe nel Vecchio Testamento. (La verginità e la paternità di S. Giuseppe con nuovi lumi sulla Verginita’ e la paternita’ materna di María SS. nel Vecchio Testamento), Florencia 1965. Canal CMF, José María, Doctrina josefina de San Buenaventura. El matrimonio de María y José, Estudios Josefinos 50 (1996) 25-32. Molinari, P.; Hennessy, A., Giuseppe e Maria. Vocazione e missione di una coppia di sposi, Cinisello Balsamo 1993. Palmier OP, Stepanus, Il patrocinio de San Giuseppe alla luce dei due Concili ecumenici Vaticani, Divus Thomas 66 (1963) n. 1. Stramare OSJ, Tarcisio, Pio IX e San Giuseppe, Rev.Pio IX, 7 (1978). Villasenor Black, C., Creating the Cult of St.Joseph: Art and Gender in the Spanish Empire, Oxford 2006.


Leħen il-Qala - Milied 2013

Min “Għax Bilfors” u Min “Għal Qalbu” minn: Mons. Salv Grima

Kienu jħobbu jaqbdu diskursata fuq xi argument u minn punt jgħaddu għal ieħor. Inzertaw f’ħin li kien hemm in-nies ħerġin mill-knisja wara Quddiesa talĦadd filgħodu. Bla ma trid tibda tosserva lil dak, lill-ieħor u lill-oħra. Dan għaliex għadek tinnota li f’Jum il-Mulej ħafna għadhom imorru sal-knisja u ’k jistgħu ma jfallux il-Quddiesa. Kien hawn li Paul ġietu l-kurżità li jistaqsi: “Imħatra li hemm ħafna minnhom li ma jafux sewwa għaliex marru l-knisja llum! Jekk tistaqsihom joħorġulek b’iktar minn raġuni waħda”.

u għas-salvazzjoni tagħna u tal-bnedmin kollha, fejn konna tgħallimna li l-Quddiesa hija att ta’ radd ta’ ħajr li biha naduraw lil Alla bl-ikbar talba li għandna, b’merti infiniti biex naqilgħu l-maħfra ta’ ħtijietna. Dan ma semmejtlekx kollox, għax lanqas kapaċi nifhmu l-kobor ta’ dan is-sagrifiċċju li ħallielna Kristu. Ara, ma rridx nagħmel xi prietka, imma hemm bżonn wieħed jifhem kemm jeħtieġ japprezza ħwejjeġ bħal dawn. Ma nafx x’taqbad tgħid! M’aħniex nitkellmu fuq xi ħaġa li biha u mingħajrha xorta waħda” insista Peter.

“Imma kull tweġiba tista’ tkun tajba u tagħmel sens sakemm ma ssibx lil dawk li biex jeħilsu minnek iwieġbu li marru ‘għax bilfors”, irrispondieh Peter.

“Għandek tgħid x’fatta qlibna l-valuri. U aħna lanqas semmejna lil dawk li abbandunaw il-Quddiesa darba għal dejjem. Kultant nistaqsi x’seta’ wassalhom biex jagħmlu hekk. Niftakar darba l-kappillan ġibdilna l-attenzjoni li hemm dawk li qed jitilqu mill-knisja nkiss inkiss, fuq il-ponot ta’ subgħajhom. Fiha x’tifhem, Peter”.

“U nżid ngħid li anki l-iskuża ta’ bil-fors iżidulha xi raġuni magħha wkoll” wera li hu tal-fehma Paul. “Allura, xi tgħid għalihom nies bħal dawk?” staqsieh Peter. “Ħa nkun sinċier miegħek, Peter. Għalihom ta’ bilfors tista’ tkun minħabba l-obbligu li hemm talpreċett, biex dak li jkun jikkalma l-kuxjenza tiegħu, biex ma jaqtax drawwa li ilha tant fih, jew biex almenu jkun għamel bħall-oħrajn” ipprova jwieġeb Paul. “Kont naħsbek se ssemmi raġunijiet oħra ma’ dawk li semmejt, Paul”. “Ma tafx li hemm oħrajn? Ta’ bilfors għax min jaf kemm tinsisti miegħu jew magħha ommhom, biex ma jmorrux jgħidu bih/a, għax kieku mur żommhom b’ilsienhom lil martu jew żewġha. Insomma. Hawn jidher li għandhom xi ħaġa agħar, għax donnhom fuq qalbhom jew kontra qalbhom” kompla jispjega Paul. “Issa tinsiex li hawn qed nitkellmu dwar xi ħaġa speċjali, anzi tal-aqwa valur li għandna fil-fidi Nisranija,

“Erġajna ġejna minn fejn tlaqna. Irridu nwarrbu l-ħsieb li fejn tidħol il-Quddiesa għandna xi ħaġa ta’ bilfors. Għax hemm differenza kbira bejn “fuq qalbek” u “minn qalbek”. Għax anki fl-ikel jagħmel differenza. Bħalma mhux l-istess bejn min m’għandux tagħlim u min għandu t-tagħlim f’dawn l-affarijiet.” “Ftehimna. Il-gwaj ġej min-nuqqas ta’ tagħlim. Ħa nieqfu hawn. Ma jfissirx li m’għandniex bżonn nirriflettu iktar dwar il-valuri tal-ħajja, x’jiswa l-iktar, x’kienu kapaċi jgħallmuna ta’ qabilna. Kemm kienu jgħidulna li skont ma wieħed jiżra’, jaħsad! Kuraġġ, Peter, il-qalb għadha tħabbat. Nixtiequ kieku li tħabbat sewwa fejn hemm l-aqwa teżor! Ma nagħmlux l-affarijiet għax ta’ bilfors meta għandna nagħmluhom mill-qalb ”. “’K ma niltaqgħux, Il-Festi t-Tajba”. ■

21


Leħen il-Qala - Milied 2013

Tal-Kelba Building Contractor Crane & Generator Hire

Triq il-Kunċizzjoni Qala, Gozo

Contact: Raymond Cefai

Hardware

tel: +356 2156 5626 Antoine mob: 9922 4114 Franco mob: 7953 6874 email: info@divebluewaters.com web: www.divebluewaters.com

22

‘RayRita’, Triq it-Tempju, Qala, Gozo

Tel: 21557847 - 21562532

Mobile: 9949 3169

Best Quality Lowest Prices

Plot 24, Qasam Ta’ Dun Anton, Xagħra, Gozo. Tel: 2156 3457 Fax: 2156 4285 Mob: 9945 0523


Leħen il-Qala - Milied 2013

Mid-Djarju ta’ {u\epp Debono (24) Miġbura u ppreżentata minn: Euchar Mizzi

Ir-Raba’ Kapitlu - Ir-Raba’ Parti (Jaqbad mill-Ħarġa tal-Festa 2013)

Fil-ħarġa tar-Rivista tal-Festa 2013, ipproduċejna Kronaka ta’ twelidijiet, żwiġijiet u mwiet li seħħew filQala matul is-sena 1942. Illum ser inkomplu bl-istess kronaka minn fejn spiċċajna fl-aħħar ħarġa, cioe’ ser nibdew minn Jannar sa Diċembru 1943. Mela nibdew: 01.01.43 Miet f’daqqa Michael Attard ‘il-Ferħana’ armel. 02.01.43 L-iskejjel f’Malta u Għawdex għalqu minħabba l-marda ‘infantile Paralysis. 03.01.43 Mietet Anġela Camilleri ta’ ‘Salvu ta’ Ġorġi’. 05.01.43 Iżżewġet Ġuża Buttiġieġ lil Ġanni Mizzi ‘talPatri’. 06.01.43 Mietet Anġela Attard ‘taċ-Ċawla’. 09.01.43 Iżżewweġ Ġanni Portelli ‘ta’ Ċula’ ma’ Rosa Buttiġieġ ‘tal-Makku’. 19.01.43 Iżżewweġ Frank Tewma ‘tas-Sultan’ ma’ Anġla Tewma ‘tar-Rajjott ’. 19.01.43 Mietet Anġela Said fl-eta’ ta’ 73 sena, armla. 01.02.43 A/Headmaster Lawrence Grech, kien trasferit fuq talba tiegħu stess lejn l-iskola tal-Belt Valletta. Head Master Mr. Muscat kien trasferit minn Għajnsielem għall-iskola tal-Qala. 02.02.43 Mietet Anna Tabone ‘tal-Laċċu’, xebba. 04.02.43 Żwieġ bejn Salvu Camilleri ‘ta’ Ġorgi’ u Roża ‘tal-Bimbu’. 17.02.43 L-iskejjel reġgħu fetħu wara 55 ġurnata magħluqin. 20.02.43 Żwieġ bejn Marija Portelli ‘tal-Bimbu’ u Ġużepp Buttiġieġ. 07.03.43 Mietet f’daqqa Anġela Grima ‘ta’ Belin’ armla. 08.03.43 Head Master Mr. Muscat kien trasferit lejn Żabbar f’Malta, waqt li Mr. Carmel Buttiġieġ għamilha ta’ Acting Head. Ġużepp Debono in-charge minn Standard III. Josephine Xerri mill-iskola ta’ Għajnsielem ġiet trasferita lejn l-iskola tal-Qala in-charge minn Std. II. Boys. 09.03.43 Kwadru tad-Duluri wasal u tpoġġa fuq l-artal tal-Kurċifiss. 29.03.43 Teacher Mr. Joseph Xuereb kien trasferit mill-Qala għal Għajnsielem. L-iskola tasSubien tal-Qala, niżlet għal 3 klassijiet – III, IV, V.

04.04.43 L-arloġġ tmexxa siegħa ’l quddiem għall-ħin tas-sajf. 15.04.43 Mietet f’daqqa Ġużeppa Cassar ‘taż-Że’ armla. 22.04.43 Waslet il-pittura tal-koppla ta’ San Mikiel u twaħħlet dik il-ġimgħa. 28.04.43 Żwieġ bejn Paul Curmi ‘tal-Kastig’ u Ġianna Falzon ‘ta’ Kajżola’. 12.05.43 Mietet Roża Buttiġieġ ‘ta’ Kubritu’, armla. 16.05.43 Pellegrinaġġ lejn il-Kunċizzjoni għall-Paċi. 22.05.43 Żwieġ bejn Salvu Buttiġieġ ‘tad-Diedi’ u Warda Mizzi ‘ta’ Ġorbos’. 01.06.43 Żwieġ bejn Joseph Said ‘ta’ Gajtan’ u M’Grace Buttiġieġ ‘tad-Diedi’. 03.06.43 Żwieġ bejn Paul Spiteri ‘tan-Nan’ u Cetta Cremona ‘ta’ Koroħħu’. 05.06.43 Żwieġ bejn Lawrence Cutajar ‘tal-Bett’ u Karmni Magro ‘tas-Sajjakk’. 07.06.43 Ingħata bidu għax-xogħol fuq ajruport ta’ Għawdex fil-limiti tax-Xewkija. 12.06.43 Żwieġ bejn Joseph Vella ‘tal-Maġġa’ u Karmni Cefai ‘tal-Ħurban’. 14.06.43 Miet Joseph Zammit ‘iż-Żuż’. 20.06.43 Il-M.Tiegħu r-Re Ġorġ VI ġie għamel viżta f’Malta.

23


Leħen il-Qala - Milied 2013 23.06.43 L-ewwel żewġ Ajruplani jillandjaw flAjruport ta’ Għawdex. 04.07.43 Iżżewġet Michelina Camilleri ‘tan-Najsi’. 04.07.43 Mietet Teresa Buttiġieġ ‘tal-Laċċu’ armla. 08.07.43 Miet Koronato Portelli – Pulizija ‘tal-Ġus’, ġuvni. 21.07.43 Mietet Marija Said ‘tal-Prim’. 25.07.43 Mussolini rriżenja u l-Ġeneral Bodolio ħa postu. 21.07.43 Iżżewġet Gracie Mejlaq ‘ta’ Żelluma’. 01.08.43 Iżżewget Josephine Mifsud ‘tad-Dieċi’. 08.08.43 L-Isqof iċċelebra s-Sagrament tal-Griżma littfal fil-Qala. 17.08.43 Miet Frank Buttiġieġ ‘taċ-Ċoċu’. 17.08.43 Joseph Attard ta’ ‘Karmnu ‘tad-Derita’ għereq fix-Xmara Tyne. 12.09.43 Iżżewġet Consolata Cutajar ‘tal-Venġula’. 20.09.43 Illum għalqet il-Victory Kitchen - Kienet fetħet fid-9.8.42. 22.09.43 Miss Mary Buttigieg, teacher minn Nadur li kienet tgħallem Għajnsielem, ġiet trasferita lejn l-iskola tal-Qala Subien biex tgħallem Std. II 29.09.43 Jispiċċa l-ħin tas-sajf. L-arloġġ jitmexxa siegħa lura. 09.10.43 Iżżewġet Salvina Vella ‘taċ-Ċensier’. 09.10.43 Żwieġ bejn Nazzarenu Grima ‘ta’ Flusu’ u Grazzja Camilleri.

Salvu Camilleri & Sons Ltd. (Tan-Najsi)

Suppliers of Ready Mix Concrete, Crane Hire Ready Mix Plant: 2156 0346 Residence: 2155 1485 Mobile: 9949 5378

24

“Camilleri House” Belveder Street, QALA

24.10.43 Mons. Gonzi, Isqof t’Għawdex kien trasferit lejn Malta. 24.10.43 Mons. Ġużeppi Pace nħatar Vigarju Ġenerali għal Għawdex. 28.10.43 Żwieġ bejn Mary Vella ‘tal-Oħxon’ ma’ raġel Ingliż. 13.11.43 Żwieġ bejn Joseph Portelli ‘Buħarru’ ma’ Gracie Buttiġieġ ‘tal-Biżillu’. 27.11.43 Żwieġ bejn Kelina Portelli ‘tad-Dieċi’ ma’ Konsiljo Carabott, Marsaxlokk. 08.12.43 Malta u Għawdex kienu kkonsagrati lillQalb tal-Beata Verġni Marija. 16.12.43 Miet Emanuel Xuereb ‘taż-Żibeġ’, ġuvni. 17.12.43 Miet l-Arċisqof ta’ Malta, Dom Mawro Caruana. 21.12.43 Il-Funeral tal-Arċisqof Mawro Caruana. Dipartimenti u skejjel magħluqin. 24.12.43 Quddiesa tal-Milied inżammet fil-5.00pm għar-4 darba. Tqarbin fis-6 pm. 27.12.43 Jitwieled Edwin, iben Ġanni u Ġuża Mizzi. 28.12.43 L-Isqof Gonzi jingħata t-titlu ta’ Arċisqof. 29.12.43 Iżżewweġ Ġanni Buttiġieġ ‘tal-Mulejja. ■ NOTA:

Ikompli fil-ħarġa tal-Għid il-Kbir 2014, bis-sena 1944.


Leħen il-Qala - Milied 2013

Servizz mill-Vatikan (4)

Il-35 Anniversarju tal-Quddiesa tal-Ħatra tal-Beatu Ġwanni Pawlu II bħala Papa 22t'Ottubru 1978 - 22 t’Ottubru 2013 © Frank Zammit L-E.T. Prof. Joaquin Navarro-Valls jitkellem ma’ Frank Zammit, dwar kif beda jaħdem mal-Papa Pollakk “Darba waħda rċevejt telefonata, kont xogħol fluffiċċju. Il-messaġġ kien ċar: Jien kelli niekol mal-Papa bejn nofsinhar u s-siegħa u nofs. Jien tlabt lis-segretarja biex tiċċekkja dik it-telefonata għax kont issuspettajt li xi ħadd seta’ kien qed jagħmilli xi ċajta. Kont żbaljat. It-telefonata kienet waħda vera.

“Terrur fi Pjazza San Pietru” “Ħadd ma ħaseb li ser isir attentat fuq il-ħajja ta’ bniedem innoċenti, bniedem tal-paċi u fuq kollox fi Pjazza San Pietru. Iva, jien niftakar għax ċertament qatt ma nistà ninsiha! Dik daħlet f’moħħi, fil-memorja tiegħi f’rasi. Fuq kollox il-providenza! X’seta’ għamel il-bniedem?” “Kien impressjonanti li kien ferut serjament. Kien ser imut. Hekk kif beda l-vjaġġ lejn l-isptar jien smajtu jaħfer lill-attakkant tiegħu. Ħafirlu! U talab għalih kemm seta’ għax kif wasal l-iSptar Gemelli ntilef minn sensih.” “Huwa kien tilef ħafna demm… il-pjan kien li joqtlu. Waqt l-operazzjoni kien hemm mumenti ta’ diffikultà kbira. It-tabib tiegħu ġie qal li s-sitwazzjoni kienet delikata ħafna.. il-qalb kienet bil-kemm tinstema’. Il-pressjoni waqgħet drastikament u kien tilef abbundanza ta’ demm. Ħafna u ħafna problemi.”

Kilna flimkien. Huwa talabni sabiex nagħmel ftit suġġerimenti, biex nagħtih ftit ideat dwar kif jista’ jimpruvja s-sistema, il-mekkaniżmu tal-komunikazzjoni tas-Santa Sede fil-midja biex ikun jista’ jikkomunika aħjar l-universalità tal-valuri umani u Kristjani li għalihom il-Papa kien iħossu responsabbli.

“…Għaliex l-attentat kien intenzjonat li joqtlu. Il-balla baqgħet dieħla dritt fil-ġisem. Huwa kien bniedem talmisteri…. misteri kbar imma protett. Imħares minn Alla u mill-Madonna li tagħhom kien tant devot. ‘Huwa kien salvat minn Alla b’interċessjoni tas-Sinjura ta’ Fatima kif qal aktar tard.”

Hekk beda l-kuntatt tiegħi mal-Papa. Ftit wara jien kont infurmat li l-Papa kien innominani Direttur talInformazzjoni għas-Santa Sede. Jien ma aċċettajtx malewwel għax kont naf tajjeb bir-responsabbiltà kbira li kienet mistennija li tintrefa’ minn min iġorr kariga bħal dik. Però fl-aħħar aċċettajt. Jien ħsibt li din il-kariga ser nokkupaha għal xi sentejn jew tlieta, imma minflok, domt fiha tnejn u għoxrin sena. Imma hekk kienet il-biċċa.” L-Em.T. il-Kardinal Stanislaw Dsiwisz jitkellem dwar “L-Elezzjoni tal-Beatu Ġwanni Pawlu II għas-Servizz Petrinu” “Meta tħabbar il-Papa l-ġdid, jien kont fi Pjazza San Pietru viċin il-funtana fuq in-naħa tax-xellug. Wara jien mort fis-sala tal-konklavi biex nifraħ lill-Papa l-ġdid. “Ara x’għamlu!” qalli u rringrazzjani tal-awgurju” .

25


Leħen il-Qala - Milied 2013 “L-Aħħar sigħat fid-dinja tal-Beatu Ġwanni Pawlu II” L-aħħar ġurnata ta’ ħajtu, l-aħħar sigħat, l-aħħar jum, kien f’sensih. Hu kien konxju minn l-aħħar nofstanhar tiegħu tal-aħħar Sibt tiegħu. F’dak is-Sibt

Papa Benedittu XVI li kien ilu miegħu mill-bidu, kien stqarr li huwa kien ipprova jipperswadi lill-Papa milli jirriżenja. Waqt intervista mal-ġurnal ta’ kull ġimgħa Ġermaniż Bunte, l-Arċisqof qal illi hu kien jaf bl-intenzjonijiet ta’ Benedittu ferm qabel ġiet imħabbra r-riżenja tiegħu filpubbliku. Huwa qal li kien jargumenta kontra r-riżenja, imma l-Papa “mhux faċli li tħarrku mid-deċiżjoni li jkun ħa” L-Arċisqof Gànswein qal illi l-iskandlu tal-“Vatileaks” ma kienx il-fattur fid-deċiżjoni ta’ Papa Benedittu. IlPapa kien diġà ddeċieda, qabel ma l-iskandlu laħaq l-istampa, u qal li għar-raġuni li saħħtu kienet sejra lura b’ħeffa, għalih kien impossibbli li jkompli jwettaq irresponsabbiltajiet tal-Uffiċċju Petrinu. MISERANDO atque ELIGENDO

aħna kkonċelebrajna Quddiesa. Jien mexxejt bħala prim konċelebrant…..u fuq it-talb kollu li jgħid kull filgħodu … Il-meditazzjoni tiegħu.

“L-Ebda Ċella mhi hekk iżolata li teskludi barra lill-Mulej” Belt tal-Vatikan, 23 t’Ottubru 2013.Qabel l-Udjenza Ġenerali tal-lum il-Qdusija Tiegħu laqa’ l-parteċipanti li qed jattendu l-Kungress Nazzjonali taċ-Chaplains talĦabsijiet Taljani. Il-Papa Franġisku ħa din l-opportunità

Wara hu laqa’ lill-Kardinal Ratzinger li kien id-Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali u xi kollaboraturi oħra ….. wara nofsinhar huwa ried jipprepara ruħu… jipprepara lilu nnifsu għaliex kien jaf tajjeb li kien jinsab fit-tarf tal-ħajja tiegħu. Huwa talabna biex naqraw l-Iskrittura Mqaddsa li kien imdorri jaqra. Hu kien imdorru jitlob permezz talIskrittura Mqaddsa. Qassis, professur qralu disa’ kapitli mill-Evanġelju ta’ San Ġwann. Hekk ipprepara ruħu. U għalhekk aħna wkoll ħsibna li nikkonċelebraw Quddiesa ddedikata lill-Ħniena Divina s-Sibt filgħaxija. U tajnieh xi qatriet tad-demm ta’ Kristu fuq ilsienu. Wara l-Quddiesa għamilnilu l-Griżma tal-Morda u hekk bil-mod il-mod, huwa għadda għall-ħajja ta’ dejjem! Imma jien ngħid li huwa ta dinjità kbira lill-mewt. Hu kien iħobb jgħid li l-mewt hija biss passaġġ minn ħajja għal li jmiss. Il-Papa kien assistit miż-żgħażagħ u mill-folla li talbet għalih u li mliet Pjazza San Pietru. Segretarju pprova jipperswadi lil Benedittu XVI biex ma jirreżinjax L-Arċisqof Georg Gànswein, is-segretarju personali tal-

26

biex jestendi x-xewqat sbieħ tiegħu għall-ħabsin kollha. “Għidulhom li jien nitlob għalihom, jien nitlob lill-Mulej u lill-Verġni Marija sabiex huma jegħlbu pożittivament dan il-perijodu diffiċli ta’ ħajjithom, u ma jaqtgħux qalbhom, u ma jingħalqux fihom infushom, għax il-Mulej huwa qribhom, Huwa ma joqgħodx barra miċ-ċelel tagħhom, imma minflok huwa qiegħed ġewwa magħhom. Huwa wkoll huwa priġunier, anke llum; Huwa priġunier taleġoiżmu, tas-sistemi tagħna, ta’ ħafna inġustizzji, għax huwa faċli li tikkastiga lid-dgħajjef waqt li l-ħuta l-kbira tibqa’ tgħum libera fl-ilma tagħha. L-ebda ċella ma hija iżolata b’tali mod li teskludi lill-Mulej.” Il-Papa tkellem dwar ħbiberija li huwa kellu ma’ priġunier fi Buenos Aires, u qal liċ-Chaplains li huma għandhom ministeru importanti ħafna u li jitlob “li jagħmlu viżibbli u tinħass il-preżenza ta’ Alla fil-ħabs u fiċ-Ċella. Intom għandkom tpoġġu lil Kristu viċin ta’ dawk ħutna li għandhom bżonn it-tama. Riċentament intom tkellimtu dwar il-ġustizzja tar-rikonċiljazzjoni, imma wkoll tat-tama, ta’ bibien miftuħa, ta’ orizzonti miftuħa. Din mhix xi Utopia, tista’ sseħħ, tintlaħaq. Mhix faċli, għax id-dgħufija tagħna tinsab kullimkien, u x-xitan ukoll hu kullimkien, imma dejjem huwa neċessarju li tipprova”.■


Leħen il-Qala - Milied 2013

L-INKARNAZZJONI FIT-TAGĦLIM TA’ SAN PAWL Minn: Mons. Lawrenz Sciberras

Fid-diversi ittri tiegħu l-appostlu San Pawl għalkemm mhux b’mod sistematiku iwassal bosta tagħlim dommatiku, morali u axxetiku. Hekk dwar is-sagrament tal-magħmudija Pawlu jitkellem mill-verb Grieg baptizo li jfisser tgħaddas fl-ilma. Dwar l-Ewkaristija Pawlu jisħaq biex wieħed fl-ikla tal-Mulej jagħżel dak l-ikel minn ikel ieħor billi jgħarbel sew lilu nnifsu. Dwar is-sagrament taż-żwieġ Pawlu jgħallem dwar u jxebbah ir-rabta talmiżżewġin ma’ dik ta’ Kristu u l-Knisja. Dwar is-sagrament tal-ordni sagru Pawlu fl-ittri pastorali jitkellem mit-tqegħid tal-idejn u l-bidla li jġib dan is-sagrament. L-istess ħaġa ngħidu dwar it-tagħlim morali. Pawlu jikkundanna kull forma ta’ serq u kull forma ta’ inġustizzja soċjali oħra. Jikkundanna bil-qawwa kollha ż-żina. Il-kliem ħażin u baxx, ir-rabja, l-omosesswalità, l-adulterju. Jikkundanna l-moħqrija. Ninsabu fix-xahar tal-Milied. San Pawl kif jitkellem mill-misteru moħbi sa mill-eternità tal-inkarnazzjoni? Persuna waħda u żewġ naturi: Persuna bil-Grieg ipostasis, ġiet definita hekk: sustanza jew realtà individwali ta’ natura razzjonali jew intellettwali. Il-persuna hija dejjem xi ħadd uniku. Il-persuna, peress li hija esseri intellettwali, ċioè hija mżejna bir-raġuni, għandha wkoll rieda ħielsa; jiġifieri min hu persuna għandu xi forma ta’ kontroll fuq l-azzjonijiet tiegħu, huwa sid tiegħu nnifsu, mela responsabbli minnhom. Skont it-tradizzjoni Kattolika, fi Kristu, il-Verb Inkarnat, hemm żewġ naturi, natura divina u natura umana, iżda persuna waħda, il-persuna tal-Verb Divin. Il-Verb Etern, il-logos l-Iben ta’ Alla li kien minn dejjem fil-milja taż-żminijiet ħa l-ġisem minn Marija Verġni u sar bniedem bħalna, deher fostna u jibqa’ bniedem għal dejjem, iżda ma tilef xejn min-natura ta’ Alla.

San Pawl dan kollu, jiġifieri fejn jidħlu ż-żewġ naturi f’persuna waħda, dan kollu kien jafu u fost l-oħrajn kitbu fl-ittra tiegħu lill-Filippin, propju f’dak l-innu Kristoloġiku tant profond. Is-suġġett tal-innu huwa Ġesù Kristu: “Hu għad li kellu n-NATURA ta’ Alla”, mela Kristu huwa tassew Alla. Imbagħad ikompli juri n-natura ta’ bniedem. San Pawl ikompli: “Iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-NATURA ta’ lsir”. Mela Pawlu qiegħed jgħallem li fil-persuna ta’ Ġesù hemm tassew żewġ naturi, dik ta’ Alla u dik ta’ bniedem. Meta mbagħad Alla l-Missier ra li wasal il-qofol taż-żmien, bagħat lil Ibnu l-waħdieni bniedem inkarnat bħalna. Minn nisel David: Pawlu issa jkellimna minn Kristu u dwar l-arblu tarrazza ta’ Ġesù. Huwa jiftaħ l-ittra lir-Rumani billi joħroġ għad-dawl li r-razza li minna ġej Ġesù hija dik tasslaten, mela waħda tan-nobbli għaliex ġej minn David. Issa aħna nafu li Alla lis-sultan David mhux biss dilku sultan f’Betlehem permezz ta’ Samwel, imma permezz ta’ profeta ieħor Natan kien ħabbarlu li mill-familja tiegħu għad jitwieled mexxej (2 Sam 7). Ħalli naraw mela kif isaħħaħ dan l-argument San Pawl. “Dwar Ibnu Ġesù Kristu Sidna li skont it-tnissil tal-ĠISEM, twieled min-nisel ta’ David” (Rm 1,3). Kliem ċar fejn juri minn fejn ġejja r-razza ta’ Ġesù. U dan l-istess ħsieb dwar irrazza u t-twelid ta’ Kristu, Pawlu jerġa’ jikteb fit-tieni ittra lil Timotju: “Ftakar f’Ġesù Kristu, li qam millimwiet, li hu min-nisel ta’ David, skont l-Evanġelju li ħabbart jien” (2 Tim 2,8). Għalhekk ukoll Kristu bi dritt kollu seta’ jgħid li huwa sultan. Pawlu hawn qiegħed jaqbel u konformi ma’ kliem Gabriel lil Marija ta’ Nazaret: “Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb” (Lq 1,32).

27


Leħen il-Qala - Milied 2013 Fl-istess ittra lir-Rumani, Pawlu jkompli jixħet dawl u tagħrif ieħor fuq ir-razza ta’ Ġesù. Dan it-tagħrif Pawlu jmexxih ħafna aktar ’il quddiem fiż-żmien, tant li jwasslu sa żmien il-patrijarki. Pawlu jikkonferma li l-Iżraelin huwa dak il-poplu magħżul direttament minn Alla. Għalhekk Alla għamel ma’ Iżrael pattijiet, ħa ħsiebhom, tahom il-Liġi, il-liturġija u l-wegħdiet. Imbagħad Pawlu jkompli “tagħhom huma l-patrijarki; u kien minnhom li, skont il-ġisem – inkarna - ħareġ Kristu, li hu fuq kollox, Alla mbierek għal dejjem ta’ dejjem” (Rm 9,5). Mela f’moħħ Pawlu, hemm rabta sħiħa bejn Kristu u Abraham u l-patrijarki l-oħra. Issa fil-ktieb tal-ġeneoloġija ta’ Kristu skont Mattew dawn iż-żewġ personaġġi kbar tat-Testment il-Qadim, ittnejn qegħdin hemm, anzi Mattew jibda bihom. “Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin DAVID, bin ABRAHAM” (Mt 1,1). Mela altru li Pawlu fejn tidħol l-Inkarnazzjoni ta’ Ġesù kien miexi skont it-tagħlim san u ċar tal-Bibbja. L-ittra lill-Galatin: “Iżda meta waslet il-milja taż-żmien, Alla bagħat lil Ibnu mwieled minn mara, mwieled taħt il-Liġi” (4,4). Dan it-test ta’ Galatin jixħet dawl qawwi u preċiż ħafna fuq l-Inkarnazzjoni ta’ Ġesù; mela dwar it-twelid tiegħu tarbija fostna. Pawlu jitkellem mill-milja taż-żmien pleroma tou kronou u dan ifisser li Alla li jista’ kollox għandu s-setgħa fuq iż-żminijiet kollha. Għalhekk skont Pawlu, l-inkarnazzjoni ta’ Ġesù fuq l-art ġabet magħha l-milja sħiħa ta’ kull taqsima ta’ staġuni u ta’ żminijiet oħra. Luteru jfisser b’mod qasir imma mimli – pragmatiku - ħafna din il-verità. “Ma kienx iż-żmien li sejjaħ għall-miġja tal-Iben, imma bil-kontra, il-miġja tal-Iben fostna kkawżat il-milja taż-żmien. Non enim tempus fecit filium mitti, sed e contra missi filii fecit tempus plenitudinis. Kien Alla ’l Missier li bagħat lil Ibnu hawn fostna. San Pawl jikteb il-verb eksapesteilen; u dan il-verb jippresupponi t-tluq tal-Verb minn eks Alla l-Missier. L-oġġett ta’ din il-miġja huwa huios aotou, jiġifieri l-Iben tiegħu, l-Iben t’Alla. Dan ifakkar fil-pre eżiżtenza ta’ dan il-mibgħut, mela l-Iben t’Alla. Id-dehra ta’ Ġesù fostna bniedem, tikkonsisti fl-Inkarnazzjoni tal-Verb. L-Iben t’Alla, l-mibgħut libes in-natura umana, sar bniedem permezz ta’ mara.

28

Ginestai ek, minn mara, ifisser li dan sar bniedem bħalna u inkarna fostna għaliex għandu ommu waħda mara. F’din it-tarbija hemm mhux biss in-natura tiegħu imma wkoll il-milja tal-istorja tiegħu Mela għal Pawlu dak li sa mill-eternità kien fi ħdan il-Missier (Rm 1,4), sar bniedem fil-milja taż-żmien. Dan il-kliem hekk mimli tifsir ta’ San Pawl isib il-milja sħiħa tiegħu fittwelid divin f’Betlehem tal-Lhudija. Dan it-tagħlim dwar l-Inkarnazzjoni tal-Verb, Pawlu jerġa’ jirrepetih fl-ewwel ittra lil Timotju 3,16. “Hu deher fil-ġisem….. ittieħed fil-glorja”. Għal kelma HU, Pawlu jikteb hos, maskil, b’riferenza diretta għal Kristu. Għall-kelma ĠISEM, Pawlu jikteb sarki, minn sarks, jiġifieri laħam; bit-Taljan carne, li minnha ġejja l-kelma inkarnazzjoni, tilbes il-laħam. Issa din hija l-istess kelma li jikteb San Ġwann ukoll fil-prologu dwar l-Inkarnazzjoni. “U l-Iben t’Alla sar bniedem – laħam – sarks u għammar fostna. Pawlu kien jaf sew minn huwa Ġesù u għal liema skop sar bniedem bħalna. Fejn tidħol l-Inkarnazzjoni tal-Iben t’Alla, ż-żewġ teoloġi tatTestment il-Ġdid Pawlu u Ġwanni jaqblu perfettament ma’ xulxin! L-Iben t’Alla li sa mill-eternità kien fi ħdan il-Missier in sinu Patris, libes il-laħam, u sar bniedem bħalna. Pawlu huwa żgur minn dan kollu, ebda dubju u qatt ma daħal f’moħħu dwar l-Inkarnazzjoni ta’ Ġesù. Għan l-Inkarnazzjoni: San Pawl mhux biss jikteb dwar l-Inkarnazzjoni ta’ Iben Alla, imma wkoll dwar il-għan u l-iskop ta’ din l-Inkarnazzjoni. F’żewġ testi qawwijin Pawlu jikteb li l-Inkarnazzjoni tal-Verb saret biex lilna bnedmin li konna skjavi tax-xitan minħabba d-dnub tal-ewlenin ġenituri ISALVANA. Mela fl-Inkarnazzjoni tal-Verb, Pawlu jqabbeż il-FIDWA sħiħa tal-bniedem. “Iżda meta feġġet it-tjieba ta’ Alla, hu SALVANA bil-ħasil tat-twelid ġdid u t-tiġdid tal-Ispirtu s-Santu” (Titu 3,4). U lil isqof l-ieħor Timotju, Pawlu jiktiblu hekk: “Kristu Ġesù ġie fid-dinja biex isalva l-midinbin; u fosthom lili l-ewwel wieħed” (1 Tim 1,15). Mela altru li kien ċar f’moħħ San Pawl il-mottiv tal-Inkarnazzjoni tal-Verb t’Alla. U altru wkoll kemm għandna għaliex nifirħu meta fil-milja taż-żmien inkarna fostna Salvatur hekk setgħani għaliex divin.■


Leħen il-Qala - Milied 2013

Skola Sajf 2013 fl-Iskola Primarja tal-Qala minn Linda Buttigieg Is-sajf li għadda, it-tfal tagħna reġgħu kellhom iċ-ċans jagħmlu parti mill-programm Skola Sajf, programm imfassal għat-tfal tal-primarja bl-iskop li jużaw il-ħiliet tagħhom matul ix-xhur tas-sajf f’opportunitajiet diversi, flimkien ma’ sħabhom u taħt it-tmexxija ta’ studenti Universitarji li fil-futur qarib, se jkunu għalliema ġodda. Bħas-snin li għaddew, kellna konkorrenza kbira ħafna meta tikkonsidra li r-raħal tagħna mhuwiex kbir. Jien erġajt kelli x-xorti li naħdem fil-qrib ma’ dawn l-għalliema u tfal matul l-ewwel erba’ ġimgħat bħala ko-ordinatriċi. Dan ix-xogħol kien jinvolvi ħafna ppjanar u ħsieb għax trid iddaħħal kemm jista’ jkun attivitajiet edukattivi u ħarġiet interessanti biex il-ħin allokat għall-programm jintuża sew

u t-tfal jieħdu gost waqt li qed jitgħallmu u jissoċjalizzaw. Kienu diversi l-attivitajiet li saru matul dawn l-erba’ ġimgħat. Nibda mill-Kwizz Edukattiv fejn erbat itfal tagħna ħadu sehem u kkompetew ma’ tfal oħra minn irħula oħra. Marru tajjeb ħafna u rebħu u b’hekk kellhom jerġgħu jieħdu sehem fis-semi-finali t’Għawdex. Attività oħra kienet dik tal-Futbol fejn morna l-Gym tar-Rabat u t-tfal tagħna ħadu sehem f’logħba futbol six-aside kontra rħula oħra. Qatt ma nistgħu nenfasizzaw biżżejjed l-importanza tal-isport għal ħajja iktar b’saħħitha. Żjara li żgur jibqgħu jiftakru t-tfal kienet dik li għamilna fil-fabbrika ta’ Magro Bros. fejn laqgħuna tajjeb u ħejjew

29


Leħen il-Qala - Milied 2013

programm dettaljat fejn it-tfal daru madwar il-fabbrika u raw vidjow li spjega l-użu tat-tadam minn xħin jinqata’ mill-bidwi sakemm jintuża fil-fabbrika. It-tfal raw it-tadam jingħażel, jiġi maħsul u magħsur. Raw ukoll il-makkinarju enormi li jinsab f’din il-fabbrika u kif prodotti differenti jitħejjew ta’ kuljum. Interessanti s-sezzjoni tal-Ħanini fejn prodotti bħal yoghurt u l-irkotta jiġu mħejjija. L-istudenti Universitarji kienu jippreparaw lezzjonijiet differenti u jippruvaw jimmotivaw lit-tfal biex iktar jieħdu pjaċir. Kont nieħu gost indur u nosserva lit-tfal waqt xi esperiment tax-xjenza jew waqt lezzjoni tat-tisjir. Żgur li ma jinsewhiex dik id-darba li għamlu l-pizza jew meta

30

ħawlu ż-żrieragħ. Attivitajiet bħal dawn ‘hands on’ huma effettivi ħafna u jħallu impatt ikbar fuq it-tfal. Attività oħra kienet li ffurmaw Kunsill tal-Istudenti u ltaqgħu u ddiskutew xi xtaqu li jsir matul Skola Sajf. Aħna tajna kas issuġġerimenti tagħhom u fejn kien possibbli u aċċettabbli, għamilt li stajt biex nattwa dak li xtaqu. L-għan ta’ din l-attivita’ hu li nagħtu lok lit-tfal biex isemmgħu leħinhom u jesprimu ruħhom, b’mod prudenti u f’waqtu. Matul dawn l-erba’ ġimgħat, kellna diversi kelliema li ġew mistiedna fl-iskola biex jitkellmu mat-tfal fuq diversi suġġetti. Insemmi lil tal-HSBC li ġew ikellmu lit-tfal dwar kif u għaliex għandna nibżgħu għall-ilma. Dr Ray Xerri ġie


Leħen il-Qala - Milied 2013

mistieden biex ikellem lit-tfal dwar id-drittijiet tagħna bħala ċittadini Ewropej. Ġew ukoll tat-Transport Malta li kellmu lit-tfal fuq is-sigurta’ fit-toroq. Tal-Wasteserv kellmu lit-tfal tagħna dwar l-importanza tas-separazzjoni tal-iskart. Ma nistax inħalli barra l-attività tat-tberik tal-annimali. Żgur li kienet waħda mill-iktar sbieħ għat-tfal. Nerġà nirringrazzja minn qalbi lil Fr Charles Buttigieg li laqa’ l-istedina tagħna u ġie fostna biex ibierek lill-annimali li

ġabu t-tfal waqt li ħaseb ukoll biex jagħtihom santa ta’ San Franġisk t’Assisi. Il-wiċċ jixgħel tat-tfal waqt li qed jgħollu l-pet tagħhom biex jitbierek hi xena imprezzabbli! L-erba’ ġimgħat għaddew f’ħakka t’għajn u għalkemm kultant is-sħana tremenda kienet tkun xi ftit tad-dwejjaq, nista’ ngħid li kienu erba’ ġimgħat sbieħ għax l-hena tiegħi naħdem mill-qrib mat-tfal. Nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lil kull min ta sehem f’dan il-programm, kif ukoll lill-istudenti Universitarji li kkoperaw bis-sħiħ! ■

31


Leħen il-Qala - Milied 2013

Portrait ta’ Dun Mikiel Buttigieg

Jingħata lis-Santwarju tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-Qala Nhar is-Sibt 23 ta’ Novembru, wara l-quddiesa tattlettax-il Sibt tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Pittur Pawlu Camilleri Cauchi għan-nom tiegħu u tal-Familja Bezzina, irregala lill-Arċipriet tal-Qala, il-Kan. Dr. Joe Zammit, Portrait (Monochrome Sepia) Pittura biż-żejt fuq it-tila, ta’ Dun Mikiel Buttigieg li għadda l-aħħar 26 sena ta’ ħajtu bħala Rettur ta’ dan is-Santwarju Marjan. Dan il-kwadru huwa biċċa xogħol oħra talarti li ħarġet minn idejn il-famuż bravu u magħruf Pittur il-Kav. Pawlu Camilleri Cauchi, li xogħlijiet tiegħu jinsabu mferrxin mal-erbat irjieħ tad-dinja. Dan apparti d-diversi knejjes f’Malta u Għawdex li huma mżejna bil-pittura tal-Pittur Pawlu. Dan il-Portrait ser jitpoġġa fis-Sagristija tal-istess Santwarju li hija wkoll imsemmija għal Dun Mikiel. Dun Mikiel ġie ordnat Saċerdot fis-sena 1952 minn Mons. Ġużeppi Pace, Isqof t’Għawdex. Għal diversi snin huwa kien l-organista tal-Knisja Arċipretali tal-Qala, fejn kien twaqqaf għall-ewwel darba l-kor “San Ġużepp”. Huwa għamel ukoll numru ta’ snin jaħdem fil-knisja bħala Sagristan Maġġur, li kien jieħu ħsieb jarma u jżarma għall-funzjonijiet kollha ta’ matul is-sena inkluża l-Festa Titulari flimkien mal-festi kbar bħall-Għid il-Kbir, il-Milied, il-Kwaranturi u oħrajn. Fl-1976 Dun Mikiel ġie nominat Rettur tas-Santwarju tal-Kunċizzjoni mill-mejjet Isqof Djoċesan Mons. Nikol G. Cauchi, fi żmien l-Arċipriet Ġużeppi Borg Attard li kien mill-Fontana. Huwa żamm din il-kariga sal-mewt, jiġifieri għal 26 sena sħaħ.

32

Matul il-ħatra tiegħu ta’ Rettur, is-Santwarju stana b’diversi proġetti kemm kbar kif ukoll żgħar. Biex insemmu ftit minnhom ngħidu li proprju sena wara li laħaq, huwa żejjen is-saqaf tal-knisja bil-pittura, skultura u induratura kif wieħed jista’ jara anke llum. Kienet rinovata wkoll in-Niċċa tal-Madonna minn ġewwa, xogħol ta’ Michael Camilleri Cauchi. Dun Mikiel għamel Artal Mejda maħdum ukoll millkawba, xogħol is-Sur Ġużeppi Mifsud. Opra kbira oħra kienet il-Paviment tal-irħam mill-ifjen maħdum midDitta A.F. Ellis ta’ Victoria, li kien imqiegħed b’sengħa kbira minn Frenċu Buttigieg u oħrajn. Anke l-Orgni li hemm illum huwa opra oħra ta’ Dun Mikiel Buttigieg. L-Antiporta tas-Santwarju hija wkoll opra ta’ Dun Mikiel, biċċa xogħol sabiħa maħduma fil-kawba millImgħallem Karmnu Portelli. Huwa ħaseb ukoll biex xtara sett gandlieri għas-sekonda maħdum fir-ram, li ngħata wkoll banju tal-fidda fuq ordni ta’ Dun Mikiel. Opra kbira oħra kienet l-istallazzjoni kompletament ġdida tas-sistema elettrika tas-Santwarju. Din kienet

inħadmet minn voluntiera mmexxija mill-mibki Pawlu Attard. Wara dan, Dun Mikiel kien għamel sett linef u brazzi tal-ferrobattuto, biex jintużaw fil-ġranet tal-festa u li nħadmu fin-Naxxar Malta. Għar-Randan Dun Mikiel għamel Kurċifiss għallartal maġġur li l-injam tiegħu nħadem ukoll minn Ġużepp Mifsud. Anke l-Urna ta’ San Kerrew saret fi żmien Dun Mikiel. L-istess ngħidu għall-Istellarji tadDeheb u Brillanti li tqiegħed madwar Ras il-Madonna fuq il-Kwadru Titulari. Dan kien tpoġġa mill-Isqof Nikol G. Cauchi f’għeluq il-25 sena mill-Inkurunazzjoni talistess Kwadru tal-Immakulata. Anke fil-Millennju Dun Mikiel ma naqasx li jfakkru bit-tqegħid ta’ Warda tadDeheb fuq l-Istatwa ta’ Marija Immakulata. Fi żmienu kienet tpoġġiet ukoll sistema ta’ qniepen u arloġġ mekkaniku u kompjuterizzat li d-daqq tiegħu jinstema’ kważi mar-raħal kollu. Opra kbira oħra ta’ Dun Mikiel kienet il-bini tasSagristija tas-Santwarju b’maħżen taħt għall-armar tal-festa u armar ieħor. Din l-opra tas-sagristija kien ilu jinħass il-bżonn tagħha peress li l-kamra li kien hemm kienet saret żgħira wisq, speċjalment waqt is-servizzi Liturġiċi li jinżammu fis-Santwarju. Sfortunatament waqt il-proċess ta’ dan il-bini, Dun Mikiel qabditu marda terminali li ma ppermettitlux li jara l-opra kompleta u nawgurata. Meta ġiet inawgurata mbagħad, din kienet imsemmiha għalih bħala wieħed mir-Retturi li l-aktar ħadem u wettaq opri f’dan is-Santwarju. Dun Mikiel miet fl-1 ta’ Frar tal-2002 fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-feneral li sarlu kien xhieda ta’ kemm Dun Mikiel kien maħbub u rrispettat mhux biss fil-Qala imma ma’ Għawdex kollu. Dun Mikiel Buttigieg għex u miet devot kbir talImmakulata u ta’ żewġha San Ġużepp. ■


Leħen il-Qala - Milied 2013

Dak id-Daqsxejn Baħar Minn: Dr Mario Saliba Il-ftit baħar li jifred lill-gżejjer tagħna huwa ta’ biċċa uġigħ ta’ ras ġmielha u joħloq ħafna problemi għall-Għawdxin, kemm għal dak li huwa xogħol u anke kura f’Malta. Minkejja dan, l-uniku mezz ta’ kuntatt bejn Għawdex u Malta kien bil-baħar. Is-servizz tal-vapur bejn il-gżejjer mhux dejjem kien effiċjenti u frekwenti bħal-lum. Il-Magħdija

Insibu li l-ewwel tip ta’ servizz bejn Għawdex u Malta kien jeżisti sa mis-seklu Tlettax. Dak iż-żmien iddgħajsa li kienet taqsam bejn il-gżejjer kienet tissejjaħ il-madia li llum għandna l-kelma magħdija jew mogħdija li tfisser passaġġ. Meta s-sengħa tal-bini tad-dgħajjes daħlet ukoll f’Għawdex, il-ħaddiem Għawdxi bena dgħajsa skont il-ħtiġijiet tiegħu biex tkun tista’ tintuża għal ġarr tal-merkanzija u bejn il-gżejjer. Din id-dgħajsa tat-tagħbija kienu jsejħulha “dgħajsa tal-mogħdija”. F’Għajnsielem hemm Triq il-Magħdija bħala tifkira.

Id-Dgħajsa tal-Latini Wara, l-imgħallmin Għawdxin tejbu din id-dgħajsa u ħolqu “id-dgħajsa t’Għawdex” jew id-“Dgħajsa talLatini” kif ukoll b’isem ieħor id-“Dgħajsa tal-Pass” li kienet iktar ħafifa u addattata għal dak it-tip ta’ xogħol. Biż-żmien id-dgħajsa t’Għawdex baqgħet tiżviluppa u fi żmien il-Kavallieri ħadet il-forma ta’ Xprunara li kienet komuni ħafna fil-baħar Mediterran. L-ixprunara ħadet isimha mill-ixprun (sperone) li kellha fuq quddiem. Kienet tintuża kemm mill-passiġġieri u biex tinġarr il-merkanzija. Kellha l-bidu tagħha fis-seklu sittax u baqgħet issalpa minn Malta għal kull parti talMediterran sal-bidu tas-seklu għoxrin. Is-servizz ta’ bejn Għawdex u Malta kompla għaddej matul iż-żmien u milli jidher dejjem kien immexxi minn xi kumpanija jew individwu li kien joffri l-aħjar offerta biex imexxi dan is-servizz tant bżonjuż għall-Għawdxin. Naturalment il-perikli li kien hemm waqt dan il-vjaġġ kienu kbar. Kien hemm mhux biss il-qilla tal-baħar fil-ġranet taxxitwa jew bir-riħ imma wkoll l-ikbar periklu kienu l-kursari li kienu

jaħbtu għal kull dgħajsa li jaraw fuq il-baħar. Dawn ilpirati kienu jiġu kemm mill-Ewropa u kemm mill-Afrika ta’ Fuq (mit-Tuniżija) u anke mit-Turkija. Tant hu hekk li l-gżira ta’ Kemmuna kienet magħrufa bħala l-bejta tagħhom. Huma kienu jistkennu fuq Kemmuna u malli jaraw xi dgħajsa kienu jaqbżu fuqha. Biex inaqqsu minn dan il-periklu fi żmien il-Kavallieri kienu bnew torri talgħassa fuq Kemmuna biex iħares lill- baħar ta’ bejn ilgżejjer mill-pirati. Illum minħabba li għandna vapuri moderni u tajbin għall-baħar rarament ikun hemm sospensjoni tasservizz għal ħin twil. Imma dari ma’ kienx hekk għax is-servizz kien imdaħħal mill-awtoritajiet, fi żmien ilGvern Ingliż, dan kien limitat u mhux l-ewwel darba li Għawdex safa kompletament maqtugħ minn Malta meta jkun il-maltemp. Kuljum, jekk it-temp jippermetti, kienet titlaq xprunara1 (speronara) fil-ħamsa ta’ filgħodu bil-posta tal-gvern u wkoll kienet tgħabbi xi passiġġieri mill-Imġarr għax-Xatt tal-Belt u terġa’ ssalpa lura lejn Għawdex għall-ħabta ta’ nofsinhar. Fix-xitwa dan is-servizz mhux l-ewwel darba li kien sospiż minħabba l-qilla tal-baħar, imma xi Għawdxin li kienu jinqabdu Malta kienu xorta jinsistu biex il-vjaġġ isir xorta waħda. Darba waħda, f’Ottubru tas-sena 1835 fl-isperonara “Santa Marija” beda dieħel l-ilma u nqalbet fil-maltemp u dakinhar kienu għerqu 22 persuna bejn passiġġieri u baħrin. Matul iż-żminijiet kienu l-eluf ta’ dgħajjes li passew bejn il-fliegu u ħażin u tajjeb irnexxielhom iwasslu l-merkanzija jew ilpassiġġieri qawwijin u sħaħ f’Għawdex. It-Traġedja ta’ Ħondoq ir-Rummien Waħda mill-agħar traġedji seħħet fit-30 t’Ottubru, 1948

meta 23 ruħ tilfu ħajjithom fil-fliegu bejn iż-żewġ gżejjer meta dgħajsa li kienu jivvjaġġaw biha nqalbet. Kien is-Sibt, u t-temp kien ħażin ħafna, b’riħ qawwi mil-Lbiċ u baħar qalil, tant li kien impossibbli għall-vapur t’Għawdex biex iwettaq iż-żewġ vjaġġi kuljum lejn il-Marfa. Ġara li t-Tnejn ta’ wara kienet se tkun festa pubblika, Jum il-Qaddisin Kollha u t-Tlieta tkun Jum il-Mejtin Kollha. Għaldaqstant, grupp ta’ Għawdxin li jaħdmu f’Malta kienu determinati li jaqsmu lejn Għawdex u jissieħbu mal-familji tagħhom akkost ta’ kollox. Magħhom kien hemm raġel Malti, membru tas-Soċjetà tad- Duttrina 1. J. Muscat: Il-Flotta tal-Ordni ta’ San Ġwann. Kullana Kulturali 2000, pp. 155-156.

33


Leħen il-Qala - Milied 2013 Nisranija, Leli Camilleri miż-Żurrieq, li kien jagħti l-lezzjonijiet tad-duttrina f’Għawdex. Huma ċemplu lil sajjied biex jiġi billuzzu tiegħu għalihom. Magħhom kien hemm mara waħda. Dan is-sajjied wera kompassjoni u aċċetta li jmur u meta wasal il-Marfa kien ġa d-dlam. Meta waslu qrib il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien, is-sajjied ħajjarhom li jkun aħjar li jidħlu hemm, imma huma insistew li kellhom ikomplu l-vjaġġ sal-Imġarr. Hekk għamlu u ftit wara, ħdejn taċ-Ċawl, beda dieħel l-ilma u l-luzzu nqaleb. Kienu salvaw biss erbgħa, li kienu Karmnu Attard – (iż-Żgħajar) mill-Qala, Ċikku Gauci minn Kerċem, Pawlu Zammit mix-Xagħra u Michael Buttiġieġ min-Nadur, u t-23 l-oħra, inkluż magħhom, sid il-luzzu, għerqu kollha. Bħala tifkira ta’ din it-traġedja kbira kien sar monument fiżŻewwieqa. Il-vittmi ta’ din l-ikbar traġedja tal-baħar li qatt kien hawn f’Għawdex kienu: Duminku Attard u Manwel Sultana mix-Xagħra, Karmnu Azzopardi, Mikiel Azzopardi, Rita Buttiġieg, Salvu Buttigieg, Ġużeppi Dingli, Wistin Magro,

każ tiegħu imma meta beda ma jġorxx il-posta bdew iħallsuh kull xahar b’ċerti kundizzjonijiet. Hekk li kellu jġorr ukoll mingħajr ħlas nies bl-uniformi navali u dawk fil-militar, kif ukoll uffiċjali tal-gvern. Huwa wkoll kien marbut li jagħtihom preferenza fuq passiġġieri oħrajn.2 Il-Baħħara Għawdxin

F’dan ix-xogħol tant diffiċli s-sigriet kien l-esperjenza li wieħed kien ikollu tal-baħar u l-ħiliet li hu jkun tgħallem mingħand xi ħadd tal-familja. Ġeneralment dawn il-patruni tad-dgħajjes li kienu jaqsmu l-fliegu kienu jkunu jafu kull sikka, blata u kurrent li setgħu jiltaqgħu miegħu waqt ilvjaġġ mill-esperjenza ta’ ħafna snin f’dan ix-xogħol. Din l-esperjenza kien jirtuha mill-missirijiet u huma jgħadduha lil uliedhom.

Karmnu Spiteri u Manwel Zammit ilkoll mix-Xewkija. Ġorġ Curmi, Grezzju Magro u Manwel Vella, minn Nadur. Karmnu Grima – (ta’ Ħariru), sid il-Luzzu u Pawlu Vella – (tal-Pajpaj) ittnejn mill-Qala. Salvu Refalo u Baskal Sammut it-tnejn minn Għajnsielem. Franġisku Portelli u Ġużeppi Scicluna millBelt Victoria. Manwel Camilleri – membru tas-Soċjetà talMuseum miż-Żurrieq Malta, Gatt Ġużeppi mill-Għarb, Ġorġ Galea miż-Żebbuġ u Ġanni Mercieca minn Sannat. L-uniċi żewġt irħula li ma kellhomx vittmi f’din it-traġedja kienu San Lawrenz u l-Għasri. Peress li din it-traġedja seħħet qrib il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien hemm min jirreferi għaliha bħala l-għarqa taddgħajsa f’Ħondoq ir-Rummien. Fil-Qala kienet issemmiet triq biex tfakkar din il-ġrajja. It-triq hija propju fl-inħawi taċĊawl u jisimha Triq it-Tletin ta’ Ottubru 1948. Wara din it-traġedja kienet inħatret kummissjoni biex tinvestiga din it-traġedija u kienet irrakkomandat li dan ix-xogħol ta’ ġarr ta’ passiġġieri għandu jkun regulat billiġi u l-ebda dgħajsa mingħajr permess ma’ tista’ ġġorr passiġġieri bejn il-gżejjer. Ir-rapport ta’ din il-kummissjoni kien ippubblikat fit-12 ta’ Diċembru 1949, tlettax–il xahar wara li seħħet it-traġedja.

34

L-Ewwel Kuntrattur L-ewwel persuna li pprovdiet servizz bil-baħar bejn Għawdex u Malta kienet Pubblju Ħili li kienu jgħidulu ta’ Miema. Huwa rċieva 220 Skud biex iġorr il-posta fis-sena 1820. Għal xi żmien kien igerger li ma kienx qed jirċievi l-ħlas dovut lilu mill-gvern fl-aħħar tas-sena. Għall-ewwel ma tax

Dawn il-baħħara tgħallmu s-sengħa mingħand tal-familja u bl-esperjenza tagħhom stess ta’ numru ta’ snin ibaħħru f’kull tip ta’ temp bejn Malta u Għawdex. Mhux l-ewwel darba li t-temp ma kienx jippermetti li l-vapur t’Għawdex ma jaħdimx u għalhekk diversi ħaddiema Għawdxin kienu jinqabdu Malta. Xi wħud minnhom kienu jaraw kif jagħmlu u jikru dgħajsa biex ikunu jistgħu jiġu Għawdex. Meta s-servizz tal-vapur ma kienx jaħdem, il-komunikazzjoni bejn il-gżejjer kienet tkun interrotta u lanqas posta ma kienet tinġarr lejn Għawdex. Żmien il-Gwerra Anke fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija l-ġarr ta’ merkanzija kien baqa’ għaddej u mhux talli hekk, talli l-Gvern Ingliż kien ħa taħt idejh l-iskejjen tat-tagħbija biex iġorr petrol u affarijiet oħra tal-gwerra. Waħda minn dawn l-iskejjen kienet il-‘Marie Giorgette’ li kienet imġiegħla mill-gvern Ingliż biex tagħti servizz għall-ġarr tal-petrol lejn Għawdex. Il-Kaptan tagħha kien Marċel Thewma li kien joqgħod ħdejn il-knisja ta’ Sant’Antnin t’Għajnsielem. Jum wieħed waqt vjaġġ minnhom ħdejn Pembroke intlaqtet waqt attakk millajruplani Ġermaniżi3 iżda ma kinitx għerqet. Din l-iskuna kienet anke tagħmel ġarr ta’ ħut minn Lampedusa peress li kellha l-friża. Snin wara kienet tranġat biex iġġorr it-turisti. L-istorja marittima tal-fliegu t’Għawdex hija waħda interessanti u hija parti mill-patrimonju Għawdxi. Kien pass tajjeb li l-għaqda non-governattiva “Wirt Għawdex” akkwistat l-aħħar dgħajsa tal-Latini li kien fadal, u li kienet sfortunatament qed titħalla titmermer, u ħadet f’idejha r-restawr ta’ din id-dgħajsa sabiħa u ta’ wirt nazzjonali. ■ 2. J. Bezzina: The Gozo-Malta Ferry Service - Il-Vapur ta’ Għawdex - From Prehistory to Present Days. Gaulitana 10, Bugelli Publications Valletta 1991, p.25 3. IBID. p.39


Leħen il-Qala - Milied 2013

All Souls’ Day

The origin of this Sanctified Day (Text taken from website ‘Catholic online’)

All Souls’ Day commemorates the faithful departed. In Western Christianity, this day is observed principally in the Catholic Church, although some churches of the Anglican Communion and the Old Catholic Churches also celebrate it. The Eastern Orthodox churches observe several All Souls’ Days during the year. The Roman Catholic celebration is associated with the doctrine that the souls of the faithful who at death have not been cleansed from the temporal punishment due to venial sins and from attachment to mortal sins cannot immediately attain the beatific vision in heaven, and that they may be helped to do so by prayer and by the sacrifice of the Mass (see Purgatory). In other words, when they died, they had not yet attained full sanctification and moral perfection, a requirement for entrance into Heaven. This sanctification is carried out posthumously in Purgatory. The official name of the celebration in the Roman Rite liturgy of the Roman Catholic Church is “The Commemoration of All the Faithful Departed”. The Western celebration of All Souls’ Day is on 2nd November and follows All Saints’ Day (1st Nov.), which commemorates the departed who have attained the beatific vision. If 2nd November falls on a Sunday, the Mass is of All Souls, but the Office is that of the Sunday. However, Morning and Evening Prayer (Lauds and Vespers) for the Dead, in which the people participate, may be said. In pre-1969 calendars, which some still follow, and in the Anglican Communion, All Souls Day is instead transferred, whenever 2nd November falls on a Sunday, to the next day, 3rd November, as in 2008.

The Eastern Orthodox Church dedicates several days throughout the year to the dead, mostly on Saturdays, because of Jesus’ resting in the tomb on Saturday.

The Western Celebration

All Souls’ Day procession, Tucson, Arizona, 2008 Historically, the Western tradition identifies the general custom of praying for the dead dating as far back as 2 Maccabees 12:42-46. The custom of setting apart a special day for intercession for certain of the faithful on November 2nd was first established by St. Odilo of Cluny (d. 1048) at his abbey of Cluny in 998. From Cluny the custom spread to the other houses of the Cluniac Order, which became the largest and most extensive network of monasteries in Europe. The celebration was soon adopted in several dioceses in France, and spread throughout the Western Church. It was accepted in Rome only in the fourteenth century. While 2nd November remained the liturgical celebration, in time the entire month of November became associated in the Western Catholic tradition with prayer for the departed; lists of names of those to be remembered being placed in the proximity of the altar on which the sacrifice of the mass is offered. The legend connected with its foundation is given by Peter Damiani in his Life of St Odilo: a pilgrim returning from the Holy Land was cast by a storm on a desolate island. A hermit living there told him that amid the rocks was a chasm communicating with purgatory, from which perpetually rose the groans of tortured souls. The hermit also claimed he had heard the demons complaining of the efficacy of the prayers

35


Leħen il-Qala - Milied 2013 of the faithful, and especially the monks of Cluny, in rescuing their victims. Upon returning home, the pilgrim hastened to inform the abbot of Cluny, who then set 2nd November as a day of intercession on the part of his community for all the souls in Purgatory.

Eastern-Rite Catholics and the Eastern Orthodox churches Among Eastern Orthodox and Eastern Catholic Christians, there are several All Souls’ Days during the year. Most of these fall on Saturday, since Jesus lay in the Tomb on Holy Saturday. These are referred to as Soul Saturdays. They occur on the following occasions: • The Saturday of Meatfare Week (the second

Saturday before Great Lent).the day before the Sunday of the Last Judgement

• The second Saturday of Great Lent • The third Saturday of Great Lent • The fourth Saturday of Great Lent • Radonitsa (Monday or Tuesday after Thomas

Sunday)

• The Saturday before Pentecost • Demetrius Saturday (the Saturday before the

feast of Saint Demetrius of Thessaloniki.26 October) (In the Bulgarian Orthodox Church there is a commemoration of the dead on the Saturday before the feast of Saint Michael the Archangel.8 November, instead of the Demetrius Soul Saturday)

(In the Serbian Orthodox Church there is also a commemoration of the dead on the Saturday closest to the Conception of St. John the Baptist 23rd September). Saturdays throughout the year are devoted to general prayer for the departed, unless some greater feast or saint’s commemoration occurs.

Protestantism and Roman Catholic Church

36

At the Reformation the celebration of All Souls’ Day was fused with All Saints’ Day in the Anglican Church, though it was renewed individually in certain churches in connection with the Catholic Revival of the 19th century. The observance was restored with the publication of the 1980 Alternative Service Book, and it features in Common Worship as a Lesser Festival called “Commemoration of the Faithful Departed (All Souls’ Day)”

Polish grave lights

Among continental Protestants its tradition has been more tenaciously maintained. Even Luther’s influence was not sufficient to abolish its celebration in Saxony during his lifetime; and, though its ecclesiastical sanction soon lapsed even in the Lutheran Church, its memory survives strongly in popular custom. Just as it is the custom of French people, of all ranks and creeds, to decorate the graves of their dead on the jour des morts, so German and Polish people stream to the graveyards once a year with offerings of flowers and special grave lights (see the picture), and among Czech people the custom of visiting and tidying graves of relatives on the day is quite common even among atheists. In North America, however, most Protestant acknowledgment of the holiday is generally secular, celebrated in the form of Halloween festivities.

Folklore The origins of All Souls’ Day in European folklore and folk belief are related to customs of ancestor veneration practised worldwide, through events such as the Chinese Ghost Festival, the Japanese Bon Festival, or the Mexican Day of the Dead. The Roman custom was that of the Lemuria. In Tirol, cakes are left for them on the table and the room kept warm for their comfort. In Brittany, people flock to the cemeteries at nightfall to kneel, bareheaded, at the graves of their loved ones, and to anoint the hollow of the tombstone with holy water or to pour libations of milk on it. At bedtime, the supper is left on the table for the souls. In Bolivia, many people believe that the dead eat the food that is left out for them. In Brazil people attend a mass or visit the cemetery taking flowers to decorate their relatives’ grave, but no food is involved.■


Leħen il-Qala - Milied 2013 il-kura tad-Dar t’Alla. It-tfal tad-duttrina flimkien mal-katekisti tagħhom huma mistiedna jġibu l-offerta tagħhom li jkunu ġabru matul il-ġimgħa sabiex tingħata lit-tfal fil-missjoni. It-Tlieta, 22 t’Ottubru L-EWKARISTIJA U JUM IL-MULEJ 8.00am - 12.00am Adorazzjoni fil-Kappella talQalb ta’ Ġesù. Mit-8.00am sad-9.00am Adorazzjoni animata mill-Grupp tat-Tlieta. 5.30pm Rużarju meditat quddiem Ġesù Ewkaristija. 6.00pm Quddiesa bl-omelija dwar l-Ewkaristija minn Mons. Lawrenz Xerri. Il-quddiesa tkun animata mill-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u tal-Kumitat Liturġiku.

Is-Sibt, 19 t’Ottubru – It-Tmien Sibt tal-Kunċizzjoni 5.45am Quddiesa fis-Santwarju minn Dun Karm Xerri. 5.30pm Rużarju Meditat. 6.00pm Quddiesa. 6.30pm - 8.30pm Irtir għall-Komunitajiet Ewkaristiċi f’Ta’ Kana r-Rabat. Kulħadd mistieden. Tluq mill-pjazza fis-6.00pm. Il-Ħadd, 20 t’Ottubru – Bidu tal-Ġimgħa Ewkaristika Jum il-Missjoni. Is-87 Jum tal-Missjoni. L-EWKARISTIJA U L-MISSJONI TAL-PAĊI Illum fil-quddies kollu jsir talb u tingħata għajnuna lill-Knisja fil-Missjoni. 10.00am Quddiesa li tiftaħ il-Ġimgħa Ewkaristika mmexxija mill-Arċipriet Kan Dr. Joe Zammit. Jingħataw offerti għallintenzjonijiet ta’ quddies għallMissjunarji u lill-Isqfijiet fil-pajjiżi talMissjoni. 4.00pm Adorazzjoni organizzata mix-Xirka talIsem Imqaddes t’Alla. It-Tnejn, 21 t’Ottubru L-EWKARISTIJA U L-FIDI F’ALLA 8.00am - 12.00am Adorazzjoni fil-Kappella talQalb ta’ Ġesù. 5.30pm Rużarju meditat quddiem Ġesù Ewkaristija. 6.00pm Quddiesa bl-omelija dwar l-Ewkaristija minn Mons. Anton Sultana. Il-Quddiesa tkun animata minn dawk li jieħdu ħsieb

L-Erbgħa, 23 t’Ottubru L-EWKARISTIJA U L-KARITA’ MAL-PROXXMU 8.00am -12.00am Adorazzjoni fil-Kappella talQalb ta’ Ġesù. 5.30pm Rużarju meditat quddiem Ġesu’ Ewkaristija. 6.00pm Quddiesa bl-omelija dwar l-Ewkaristija mmexxija minn Dun Charles Buttigieg. Il-Quddiesa ser tkun animata millmembri tal-Lectio Divina u tal-Komunita’ Ewkaristika u tal-Grupp tal-Adorazzjoni tal-Ħamis. Il-Ħamis, 24 t’Ottubru: L-Ewwel Jum talKwaranturi. L-EWKARISTIJA U L-QDUSIJA Filgħodu mota li tħabbar il-ftuħ tal-Adorazzjoni Solenni fil-Parroċċa. 7.30am Quddiesa u wara tibda l-Adorazzjoni. 9.00am Siegħa Adorazzjoni mmexxija millmembri tal-Leġjun ta’ Marija. 3.00pm Siegħa Adorazzjoni mmexxija millmembri tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla. 3.30pm – 5.30pm Servizz ta’ Qrar. 5.00pm Adorazzjoni bis-sehem tas-Saċerdoti. 5.30pm Talb tal-Għasar. Wara Barka Sagramentali. 6.00pm Konċelebrazzjoni Sollenni bl-ewwel prietka tal-Kwaranturi minn Dun Charles Sultana. Il-Quddiesa tkun animata millMinistri Straordinarji tal-Ewkaristija. Il-Ġimgħa, 25 t’Ottubru: It-Tieni Jum talKwaranturi. L-EWKARISTIJA U L-ĠUSTIZZJA 7.30aM Quddiesa u wara tibda l-Adorazzjoni. 9.00am - 10.00am Żjara mit-tfal tal-Iskola Primarja u tal-Iskola tas-Sorijiet Franġiskani talParroċċa.

37


Leħen il-Qala - Milied 2013 10.00am Siegħa Adorazzjoni mmexxija millmembri tal-Azzjoni Kattolika. 3.00pm Siegħa Adorazzjoni mmexxija millmembri tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla. 3.30pm – 5.30pm Servizz ta’ Qrar minn konfessuri barranin. 5.00pm Adorazzjoni bis-sehem tasSaċerdoti. 5.30pm Talb tal-Għasar. Wara Barka Sagramentali. 6.00pm Konċelebrazzjoni Sollenni bit-tieni prietka tal-Kwaranturi minn Dun Charles Sultana. Il-Quddiesa tkun animata millAdoraturi kollha. 7.00pm Adorazzjoni għall-adolexxenti u għażżgħażagħ Qalin fil-Knisja Arċipretali. Is-Sibt, 26 t’Ottubru: It-Tielet Jum tal-Kwaranturi. L-EWKARISTIJA U L-VERITA’ 7.30am Quddiesa u wara tibda l-Adorazzjoni. 3.00pm Siegħa Adorazzjoni mmexxija millmembri tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla. 3.30pm – 5.30pm Servizz ta’ Qrar. 5.00pm Adorazzjoni animata mill-Grupp talVokazzjonijiet u Abbatini tal-parroċċa. 5.30pm Talb tal-Għasar. Wara Barka Sagramentali. 6.00pm Konċelebrazzjoni Sollenni bit-tielet prietka tal-Kwaranturi minn Dun Charles Sultana. Il-Quddiesa tkun animata millGrupp tal-Vokazzjonijiet u mill-Abbatini. 8.00pm Jibda Lejl ta’ Adorazzjoni bil-quddiesa. Il-lejl bis-Santissimu Sagrament espost jagħlaq b’quddiesa f’nofsillejl minn Mons. Rożario Borg. Il-Ħadd, 27 t’Ottubru – Jum il-Mulej u l-Ewkaristija. Jum il-Bibbja. L-EWKARISTIJA U L-PAĊI FID-DINJA 10.00am Quddiesa mmexxija mill-Arċipriet Kan. Joe Zammit. Il-quddiesa tkun animata miż-żgħażagħ tal-parroċċa. 4.30pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija millArċipriet tal-Għarb Mons. Dr. Joseph Sultana, bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara ssir purċissjoni Ewkaristika Solenni flimkien mal-kleru tal-parroċċa u dak djoċesan u bissehem tal-Fratellanzi tas-Sagrament u ta’ San Ġużepp, mat-toroq tal-Wardija, Belvedere u 28 t’April 1688. Bħala għeluq jitkanta l-Innu ta’ Tifħir lil Alla, itTe Deum, u wara Barka Sagramentali.

38

Importanti  Se jgħaddi Ġesù mit-toroq tagħna. Innies li joqogħdu fit-toroq mnejn tgħaddi l-Purċissjoni huma mħeġġa jżejnu bi drapp, qsari, ward u dwal. Għinu biex ma jkunx hemm vetturi pparkjati minn fejn tgħaddi l-Purċissjoni Ewkaristika.  Servizz ta’ Qrar. Għożż din il-festa lil Ġesù Ewkaristija bi Qrara u Tqarbina. Ikun hemm il-Qrar il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt bejn it-3.30pm. u l-5.30pm.  B’servizz partikolari għall-morda u għallEmigranti, Radju Leħen il-Qala jxandar ilquddies ta’ filgħaxija matul din il-Ġimgħa Ewkaristika u l-Festa tal-Ewkaristija u l-Purċissjoni l-Ħadd filgħaxija, fuq 106.3 FM Stereo u ‘webcasting’: www. radjuleħenil-qala.com

KIF NGĦIX L-EWKARISTIJA FIL-ĦAJJA TIEGĦI - Meta wieħed imur fil-knisja biex jieħu sehem fil-Quddiesa, jixraq li jieħu l-ilma mbierek u jrodd is-salib bil-qima, wara li jkun għamel ġenuflessjoni. - Il-qagħda tan-nisrani, fil-knisja għandha tkun dejjem waħda reverenti, u mhux bħal meta jkun f’xi post taddivertiment. - Wara t-tqarbin, wieħed m’għandux joqgħod bilqiegħda mill-ewwel, jew joħroġ dritt mill-knisja, iżda għandu jinġabar jitlob għal xi ftit tal-ħin. - Meta jkun hemm is-Santissimu Sagrament espost, jew tkun għaddejja xi Purċissjoni Ewkaristika, wieħed ma għandux jibqa’ bilqiegħda, iżda għandu jagħmel ġenuflessjoni jew xi sinjal ieħor ta’ qima. - Fil-Quddiesa għandhom jitħallew mitfijin il-mobile phones, biex ma jiddisturbawx il-ġemgħa, x’ħin iċemplu. Il-motto u t-temi magħżula huma ispirati millPjan Pastorali Djoċesan 2013-2016 u mill-Pjan Pastorali Parrokkjali 2013-2014.

Ħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien.


Leħen il-Qala - Milied 2013 San Martin. Il-biljetti jinkisbu mill-uffiċċju parrokkjali. Il-Ħadd 17 ta’ Novembru: 8.00am Il-Quddiesa fil-parroċċa titmexxa minn Dun Alex Refalo, direttur spiritwali tas-Seminarju. 10.00am Il-Quddiesa fil-parroċċa titmexxa minn Dun Richard N. Farrugia, prefett tal-istudji fisSeminarju. It-Tnejn 18 ta’ Novembru: 4.00pm Tibda l-adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija bis-sehem tas-seminaristi, b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet. 5.00pm Is-seminaristi jiltaqgħu mat-tfal tad-Duttrina fid-Dar Parrokkjali u mal-istudenti l-oħra filM����� tal-bniet u fil-M����� tas-subien. Sadanittant fil-knisja parrokkjali tkompli għaddejja l-adorazzjoni fis-skiet. 5.30pm Is-seminaristi jibdew iż-żjajjar fil-familji fejn hemm l-adoloxxenti. 6.00pm Quddiesa mmexxija minn Dun Alex Refalo, direttur spiritwali tas-Seminarju. 6.30pm Tkompli l-adorazzjoni fis-skiet, sas-7.30pm.

Il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru: 6.00pm Quddiesa mmexxija mill-komunità tasSeminarju b’talb għall-vokazzjonijiet. Jieħdu sehem ukoll l-abbatini u l-grupp tal-vokazzjonijiet tal-parroċċa. Issir sejħa lill-Ispirtu s-Santu fil-bidu ta’ din il-ġimgħa vokazzjonali. 9.00pm Is-seminaristi jiltaqgħu mal-adoloxxenti talparroċċa fiċ-Ċentru parrokkjali. Is-Sibt 16 ta’ Novembru: 11.30am Fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni s-seminaristi jmexxu t-talba tar-Rużarju meditat b’talb partikulari lill-Madonna għall-vokazzjonijiet. 5.30pm Il-Quddiesa fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni titmexxa minn Dun Daniel Xerri, rettur tasSeminarju. 6.00pm Il-Quddiesa fil-parroċċa titmexxa minn Dun Michael Curmi, viċi-rettur tas-Seminarju. 7.00pm Fis-Seminarju ssir l-Ikla tradizzjonali ta’

It-Tlieta 19 ta’ Novembru: 4.00pm Tibda l-adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija bis-sehem tas-seminaristi, b’talb speċjali għal-vokazzjonijiet. 5.00pm Is-seminaristi jiltaqgħu mal-istudenti bniet minn Form 2 ’l fuq fil-M����� tal-bniet. Sadanittant fil-knisja parrokkjali tkompli għaddejja l-adorazzjoni fis-skiet. 5.30pm Is-seminaristi jkomplu biż-żjajjar fil-familji fejn hemm l-adoloxxenti. 6.00pm Quddiesa mmexxija minn Dun Michael Curmi, viċi-rettur tas-Seminarju. 6.30pm Fil-knisja ssir il-Lectio divina mmexxija millarċipriet tal-parroċċa Dun Joe Zammit. 6.45pm Is-seminaristi jiltaqgħu mal-istudenti subien minn Year 6 ’il fuq fil-M����� tas-subien. L-Erbgħa 20 ta’ Novembru: 1l.45am Laqgħa fraterna bejn is-saċerdoti tal-parroċċa u s-saċerdoti Ii jaħdmu fil-formazzjoni tasseminaristi. 4.00pm Tibda l-adorazzjoni quddiem ĠesùEwkaristija bis-sehem tas-seminaristi, b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet. 5.00pm Is-seminaristi jkomplu biz-zjajjar fil-familji fejn hemm l-adoloxxenti. Sadanittant fil-knisja parrokkjali tkompli għaddejja l-adorazzjoni fis-skiet. 6.00pm Quddiesa mmexxija minn Dun Richard N. Farrugia, prefett tal-istudji fis-Seminarju. 6.30pm Fil-knisja ssir il-laqgħa tal-Komunità Ewkaristika mmexxijja mill-vigarju parrokkjali Dun Charles Buttigieg.

39


Leħen il-Qala - Milied 2013 II-Ħamis 21 ta’ Novembru: 8.30am Fl-iskola Primarja tar-raħal is-seminaristi jiltaqgħu mal-ġenituri tat-tfal tal-iskola. 9.00am Is-seminaristi jiltaqgħu mat-tfal tal-iskola filklassijiet tagħhom. 10.00am Laqgħa mal-istudenti tal-Institute of Tourism Studies (ITS). 4.00pm Fil-knisja parrokkjali tibda l-adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija bis-sehem tasseminaristi, b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet. 5.00pm Is-seminaristi jkomplu biż-żjajjar fil-familji fejn hemm l-adoloxxenti. Sadanittant fil-knisja parrokkjali tkompli għaddejja l-adorazzjoni fis-skiet 6.00pm Quddiesa mmexxija minn Dun Daniel Xerri, Rettur tas-Seminarju. 6.30pm Tkompli l-Adorazzjoni ta’ nhar ta’ Ħamis għall-vokazzjonijiet, sas-7.30pm. Il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru: Illum aħna mħeġġin nagħmlu xi forma ta’ sawm jew penitenza għall-vokazzjonijiet. 5.00pm Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija bissehem tas-seminaristi. 6.00pm Quddiesa ta’ radd il-ħajr immexxija millarċipriet tal-parroċċa Dun Joe Zammit bis-sehem tal-komunità tas-Seminarju. Jieħdu sehem ukoll l-abbatini u l-grupp talvokazzjonijiet tal-parroċċa. Issir l-istqarrijatalfidi fl-okkażjoni tal-għeluq tas-Sena tal-Fidi. Sagrament tal-Qrar Mit-Tnejn sal-Ħamis, bejn l-4.00pm u s-7.30pm filknisja parrokkjali jkun hemm saċerdot disponibbli għas-sagrament tal-Qrar. Talba għall-Vokazzjonijiet Matul din il-ġimgħa aħna mħeġġin biex fil-familji ngħidu kujum it-Talba għall-Vokazzjonijiet li qed tidher fuq dan il-Programm. Offerta tat-Tbatijiet Il-morda u dawk li qed ibatu huma mħeġġin joffru t-tbatijiet tagħhom lill-Mulej għall-vokazzjonijiet.

40

Talba għall-Vokazzjonijiet O Missier, qajjem minn fost l-insara ħafna vokazzjonijiet qaddisin għas-saċerdozju, biex iżommu ħajja l-fidi u jħarsu t-tifkira għażiża ta’ Ibnek Ġesù permezz tax-xandir tal-Kelma tiegħu u l-amministrazzjoni tas-Sagramenti, li permezz tagħhom int iġġedded ta’ kuljum il-fidili tiegħek. Agħtina ministri qaddisin tal-artal tiegħek li jħarsu bir-reqqa u bil-ħeġġa l-Ewkaristija: is-sagrament tal-għotja sħiħa ta’ Kristu għall-fidwa tad-dinja. Sejjaħ aktar ministri tal-ħniena tiegħek li, permezz tas-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni, ixerrdu l-ferħ tal-maħfra tiegħek. Agħmel, o Missier, li l-Knisja tilqa’ bil-ferħ il-ħafna ispirazzjonijiet tal-Ispirtu ta’ Ibnek u, doċli għat-tagħlim tiegħu, tieħu ħsieb il-vokazzjonijiet għall-ministeru saċerdotali u għall-ħajja kkonsagrata. Ħu ħsieb l-isqfijiet, is-saċerdoti, id-djakni, il-persuni kkonsagrati u l-imgħammdin kollha fi Kristu, sabiex jaqdu b’fedeltà l-missjoni tagħhom għas-servizz tal-Evanġelju. Dan nitolbuhulek bi Kristu Sidna. Ammen


Leħen il-Qala - Milied 2013 titulari u devota ta’ Marija Mmakulata min-niċċa fost kant marjan u ċapċip mill-assembleja preżenti. IL-ĦAMIS 28 TA’ NOVEMBRU: L-EWWEL JUM TAN-NOVENA ‘MARIJA U L-BENEFATTURI’ Jum il-Benefatturi 11.00am Laqgħa Fraterna għas-Saċerdoti talParroċċa. 5.30pm Talb tar-Rużarju Meditat. 6.00pm Quddiesa tal-Ewwel Jum tan-Novena mmexxija mill-Kan. Michael Galea, Assistent Direttur tad-Dar Arka, li fiha jsir talb partikulari għall-benefatturi ħajjin u mejtin tas-Santwarju. Isir talb speċjali f’dan il-Jum ir-Radd il-Ħajr għallġid tal-ħolqien. IL-ĠIMGĦA 29 TA’ NOVEMBRU: IT-TIENI JUM TAN-NOVENA ‘MARIJA U T-TAGĦLIM TAD-DUTTRINA’ Jum it-Tfal u l-Katekisti 5.30pm Rużarju meditat bis-sehem tat-tfal u l-katekisti tal-parroċċa u wara Barka Sagramentali. 6.00pm Quddiesa tat-Tieni Jum tan-Novena mmexxija mill-Kan. Michael Galea, bis-sehem tat-tfal u tal-katekisti tal-parroċċa. Fi tmiem il-quddiesa titpoġġa f’riġlejn il-Madonna il-‘warda tad-deheb’ f’isem it-tfal kollha talParroċċa. Issir il-proposta għal abbatini ġodda. Janima l-kant, il-Kor Parrokkjali Magnificat. IS-SIBT 23 TA’ NOVEMBRU: IT-TLETTAX-IL SIBT TAL-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI U JUM IL-ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA 5.45am Quddiesa tas-Sibtijiet minn Dun Karm Xerri. 4.30pm Adorazzjoni, Rużarju Meditat, Kurunella u Barka Sagramentali. 5.30pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Arcipriet Kan. Joe Zammit li tagħti bidu għall-Festi ad unur l-Immakulata Kunċizzjoni. Mistiedna partikolari l-Qalin residenti barra l-Parroċċa. Janima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Jiġi offrut lis-Santwarju mill-pittur il-Kav. Pawlu Camilleri Cauchi portrait ta’ Dun Mikiel Buttigieg li serva bħala Rettur mill-1976 sas-sena 2002. Wara, ħruġ tal-Istatwa

IS-SIBT 30 TA’ NOVEMBRU: IT-TIELET JUM TAN-NOVENA U L-ERBATAX-IL SIBT TAL-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI ‘MARIJA GHALLIEMA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ’ Jum l-Adolexxenti u ż-Zgħażagħ 5.45am Quddiesa tas-Sibtijiet minn Dun Karm Xerri. 5.30pm Talb tar-Rużarju Meditat. 6.00pm Quddiesa tat-Tielet Jum tan-Novena mmexxija mill-Kan. Michael Galea bissehem tal-adolexxenti, iż-żgħażagħ u l-koppji għarajjes tal-parroċċa. F’dan il-jum issir il-proposta għall-grupp tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ f’ħidma ta’ volontarjat fil-Parroċċa. Janima l-kant, il-Grupp tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ.

41


Leħen il-Qala - Milied 2013 IL-ĦADD 1 TA’ DIĊEMBRU: IR-RABA’ JUM TAN-NOVENA ‘MARIJA SAĦĦA TAL-MORDA’ L-EWWEL ĦADD TAL-AVVENT Jum il-Morda 9.00am Quddiesa bis-sehem tal-morda u nies bi bżonnijiet speċjali mmexxija mill-Arċipriet Kan. Joe Zammit. Bħala ringrazzjament fil-Quddiesa jsir l-Att ta’ Konsagrazzjoni tal-Morda kollha lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija. Wara l-Quddiesa tingħata tifkira speċjali lil dawk kollha preżenti. 5.30pm Talb tar-Rużarju Meditat. 6.00pm Quddiesa tar-Raba’ Jum tan-Novena mmexxija minn Mons. Karm Gauci, Rettur tal-Knisja tax-Xlendi, bis-sehem ta’ persuni li jieħdu ħsieb il-morda filparroċċa. Isir talb specjali f’dan il-Jum Dinji kontra l-AIDS. Issir proposta għallGrupp Parrokkjali ‘Informa’. IT-TNEJN 2 TA’ DIĊEMBRU: IL-ĦAMES JUM TAN-NOVENA ‘MARIJA GĦAJNUNA TAL-INSARA’ Jum il-Għaqda tal-Knejjes Insara 5.30pm Talb tar-Rużarju Meditat. 6.00pm Quddiesa tal-Ħames Jum tan-Novena mmexxija minn Mons. Karm Gauci. Isir talb għall-Għaqda fil-Knisja ta’ Kristu bis-sehem ta’ ħutna kattoliċi barranin li jgħixu fostna. IT-TLIETA 3 TA’ DIĊEMBRU: IS-SITT JUM TAN-NOVENA ‘MARIJA OMM IL-VOKAZZJONIJIET’ Jum il-Vokazzjonijiet Saċerdotali u Reliġjużi 5.30pm Talb tar-Rużarju Meditat. 6.00pm Quddiesa tas-Sitt Jum tan-Novena mmexxija minn Mons. Karm Gauci. Isir talb partikulari għall-vokazzjonijiet Saċerdotali u għall-ħajja Reliġjuża u Ikkonsagrata bis-sehem tar-Reliġjużi Għawdxin. Isir talb speċjali f’dan il-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabilità. Issir il-proposta għall-membri ġodda fil-Grupp Parrokkjali tal-vokazzjonijiet. Janima l-kant, il-Grupp tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ.

42

L-ERBGĦA 4 TA’ DIĊEMBRU: L-EWWEL JUM TAT-TRIDU ‘MARIJA SULTANA TAL-FAMILJI’ Jum il-Familja 5.30pm: Talb tar-Rużarju Meditat.

6.00pm: Konċelebrazzjoni Solenni bl-omelija tal-Ewwel Jum tat-Tridu mmexxija millKappillan tal-Parroċċa ta’ San Lawrenz Dun Nazju Borg, bis-sehem tal-familji tal-parroċċa. Isir talb partikolari għallkoppji miżżewġin li qed jiċċelebraw l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Isir it-tiġdid tal-wegħdiet taż-żwieġ u ssir ilproposta għall-membri ġodda fil-laqgħa tal-familji ż-żgħar. Issir il-Preżentazzjoni tat-Trabi lill-Immakulata Kunċizzjoni. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Ikanta l-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. IL-ĦAMIS 5 TA’ DIĊEMBRU: IT-TIENI JUM TAT-TRIDU ‘MARIJA KENN TAL-MIDINBIN’ Jum ir-Rikonċiljazzjoni 5.30pm: Talb tar-Rużarju Meditat. 6.00pm: Konċelebrazzjoni Solenni bl-omelija tat-Tieni Jum tat-Tridu mmexxija mill-Kappillan Dun Nazju Borg. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Ikanta l-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. IL-ĠIMGĦA 6 TA’ DIĊEMBRU: IT-TIELET JUM TAT-TRIDU U L-EWWEL ĠIMGĦA TAX-XAHAR ‘MARIJA U L-EWKARISTIJA’ Jum l-Ewkaristija 9.00am: Quddiesa lit-Tfal tal-Iskola Primarja talQala. 5.30pm: Talb tar-Rużarju Meditat. 6.00pm: Konċelebrazzjoni Solenni bl-omelija tat-Tielet Jum tat-Tridu mmexxija millKappillan Dun Nazju Borg, bis-sehem tal-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin u l-Adoraturi tal-Ewkaristija. Fi tmiem ilquddiesa jitpoġġa l-brillant fil-girlanda ta’ l-istatwa tal-Madonna. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Issir ilproposta għall-Adoraturi l-ġodda. Ikanta l-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. IS-SIBT 7 TA’ DIĊEMBRU: TMIEM IN-NOVENA MQADDSA U L-ĦMISTAX-IL SIBT TAL-KUNĊIZZJONI - LEJLIET IS-SOLENNITÀ TALIMMAKULATA KUNĊIZZJONI 6.00am: Quddiesa, bil-kant Solenni tat-Te Deum f’għeluq in-Novena mmexxija millArċipriet Kan. Joe Zammit, b’suffraġju


Leħen il-Qala - Milied 2013 1.00pm 5.00pm

5.30pm 6.00pm

tar-Retturi u l-Benefatturi tas-Santwarju. Pellegrinaġġ mill-Parroċċa tax-Xewkija. Marċ mill-Banda tal-Qala ‘Ite ad Joseph’ li jibda minn Triq il-Kunċizzjoni (millfamilja Mizzi) u jasal sas-Santwarju fejn wara jakkompanja t-Translazzjoni Solenni. Talb tar-Rużarju Meditat. Translazzjoni Solenni tar-Relikwija ta’ Marija Immakulata mmexxija minn Mons. Lawrenz Sciberras, fil-pjazza tas-Santwarju li fiha tieħu sehem ilFratellanza ta’ San Ġużepp tal-Qala. Eżatt wara, Konċelebrazzjoni Solenni bis-sehem tal-kleru tal-parroċċa. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali.

IL-ĦADD 8 TA’ DIĊEMBRU: JUM IS-SOLENNITÀ TAL-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI Orarju tal-Quddies: 4.15am, 5.00, 5.45, 6.30, 7.15, 8.00, 9.30, 10.45, 11.30, 12.30pm, 1.15, 3.00. 4.15am Quddiesa mill-Arċipriet Kan. Joe Zammit. 5.00am Pellegrinaġġ mill-Parroċċa tan-Nadur. 5.45am Pellegrinaġġ mill-Parroċċa tax-Xagħra. 6.30am Quddiesa mill-Kan. Daniel Xerri Rettur tas-Seminarju ta’ Għawdex. 7.15am Pellegrinaġġ mill-Parroċċa ta’ San Lawrenz. 8.00am Pellegrinaġġ mill-Parroċċa t’Għajnsielem. 9.00am Talb tas-Salmi. 9.30am Konċelebrazzjoni Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, flimkien ma’ rappreżentanza tal-Kapitlu Katidrali u mas-Saċerdoti talParroċċa. 10.45am Pellegrinaġġ mill-Parroċċa tal-Għarb. 11.30am Pellegrinaġġ mill-Parroċċa taż-Żebbuġ. 12.30pm Pellegrinaġġ mill-Parroċċa ta’ Kerċem. 1.15pm: Pellegrinaġġ mill-Parroċċa ta’ Sannat. 1.30pm Tluq tad-59 Edizzjoni tal-Pellegrinaġġ Tradizzjonali tal-muturi, roti u karozzi mill-pjazza tas-Santwarju Ta’ Pinu. Malwasla tal-Pellegrinaġġ fil- pjazza tasSantwarju tal-Kunċizzjoni, isir it-tberik tal-vetturi mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit. Jitqassmu rikordji lis-sewwieqa. 3.00pm Pellegrinaġġ mill-Parroċċa tal-Fontana. 4.00pm Il-Banda tal-Qala ‘Ite ad Joseph’ iddoqq

marċi brijużi fit-triq prinċipali tasSantwarju. 4.00pm Kant tat-Tieni Għasar tas-Solennità millKleru tal-Parroċċa flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-W.R. Mons. Lawrenz Xerri. 5.00pm Ħruġ Solenni tal-Purċissjoni Aux Flambeau bl-Istatwa devota talImmakulata Kunċizzjoni. Il-Banda ‘Ite ad Joseph’ iddoqq l-Innu ‘Lill-Verġni bla Tebgħa tal-Qala’, mużika tas-Surmast Vincenzo Ciappara u versi tal-Poeta Għawdxi Ġorġ Pisani, bis-sehem talKor Parrokkjali ‘San Ġużepp’ u wara takkompanja b’marċi reliġjużi. Imexxi l-Purċissjoni Mons Ġużeppi Farrugia, flimkien mal-kleru, l-abbatini u l-Fratellanzi tal-parroċċa tal-Qala. Maddħul tal-Istatwa titkanta l-‘Ave Maria’, l-Antifona u wara Barka Sagramentali. • Lejliet il-Festa jkun hawn konfessuri barranin għall-Qrar mill-4.00pm sal-5.30pm. • Nhar il-Festa jkun hawn konfessuri barranin mill-5.00am sal-5.00pm. • Matul it-tlett ijiem tat-Tridu jieħu sehem il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’, taħt it-tmexxija tadDirettur u Organista Mario Portelli. • Il-mużika ta’ Lejliet u nhar il-Festa tkun taħt iddirezzjoni tas-Surmast Frankie Debono. • L-Għaqda Mużikali tal-Qala ‘Ite ad Joseph’ tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mark Gauci. • Il-Mixegħla ġenerali matul il-jiem tal-Festa issir mis-Sur J. Cutajar. • Il-Logħob tan-Nar ser jinħadem minn TalVirtù Fireworks Factory tal-Għarb u St Mary Fireworks Factory tal-Qrendi. • Radju Leħen il-Qala (106.3FM Stereo u ‘webcasting’: www.radjulehenil-qala.com) ser ixandar iċ-ċelebrazzjonijiet kollha. Xogħlijiet marbuta mas-Santwarju din is-sena: • Bankun tal-Istatwa Titulari • Restawr tal-Ex-Voto tal-Fidda • Restawr tal-Arloġġ fis-Santwarju • Xogħolijiet fiċ-Ċimiterju • Xogħolijiet fil-Ġnien ‘L-Isqof Mikiel Franġisk Buttigieg’ u fil-Ġnien taċ-Ċimiterju Nitolbu li fil-ġranet tal-festa u fil-jiem ta’ wara, ma jersaq ħadd lejn l-għelieqi tan-nar jekk mhux awtorizzat.

43


Leħen il-Qala - Milied 2013 Kull filgħaxija qabel il-Barka Sagramentali jitkanta l-innu: “Alma Redemptoris Mater”. Fil-ġranet tad-Duttrina fiċ-Ċentri tal-Katekiżmu, it-tfal u l-istudenti jitħejjew b’katekeżi tan-Novena tal-Milied.

Il-Ħadd, 15 ta’ Diċembru L-Ewwel Jum tan-Novena It-Tielet Ħadd tal-Avvent - Ħadd il-Ferħ Simbolu: Il-ħamiema NOÈ U L-ARKA TAS-SALVAZZJONI 7.45am 10.00am 4.00pm 5.00pm 6.30pm

Talb tas-Salmi fil-knisja. Quddiesa bl-omelija minn Mons. Salv Grima. Quddiesa fil-Kappella tal-Madonna Tal-Blat minn Dun Karm Xerri. Quddiesa fil-Knisja Arċipretali minn Dun Charles Buttigieg. Fil-Knisja Arċipretali, l-Erbgħa u Għoxrin Edizzjoni tal-Avveniment Ekumeniku ‘Gozo International Celebration’, edizzjoni tal-Milied. Wara riċeviment fiċ-Ċentru Parrokkjali.

It-Tnejn, 16 ta’ Diċembru It-Tieni Jum tan-Novena Simbolu: It-Twavel tal-Għaxar Kmandamenti MOSÈ U L-ĦELSIEN TAL-POPLU TA’ ALLA 6.00pm

Quddiesa mmexxija minn Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju Ta’ Pinu. Isir it-tberik tal-presepju artistiku fil-knisja, maħdum b’abbiltà minn Johnny Theuma u voluntiera oħra Qalin.

It-Tlieta, 17 ta’ Diċembru It-Tielet Jum tan-Novena Simbolu: Kuruna tad-Deheb DAVID U L-PAĊI FIS-SALTNA 6.00pm

Quddiesa bl-omelija minn Mons. Anton Sultana. It-Tfal huma mistiedna jġibu offerti ta’ ikel u flus għad-Djar tal-Karità u għallKappella ta’ San Ġużepp ġewwa Boqa flEtjopja.

L-Erbgħa, 18 ta’ Diċembru. Ir-Raba’ Jum tan-Novena. Simbolu: Il-Ktieb tal-Bibbja ESTER U L-PAĊI GĦAL-LHUD 44

6.00pm

Quddiesa bl-omelija minn Mons. Lawrenz


Leħen il-Qala - Milied 2013 Xerri. Janima il-kant il-Grupp tal-Adolexxenti u ż-żgħażagħ.

Il-Ħamis, 19 ta’ Diċembru

Il-Ħames Jum tan-Novena Simbolu: Il-Kewkba L-ANĠLI TAS-SMEWWIET 11.00am 6.00pm

Mument fratern għas-Saċerdoti talParroċċa. Quddiesa bl-omelija minn Kan. Dun Noel Saliba, Kap tal-Iskola tas-Seminarju Minuri, li fiha ssir il-prietka tal-Milied.

Il-Ġimgħa, 20 ta’ Diċembru Is-Sitt Jum tan-Novena Simbolu: Il-Ħarufa IL-RGĦAJJA TA’ BETLEĦEM 6.00pm

Quddiesa bl-omelija minn Dun Krystof Buttigieg, fejn nitolbu għall-paċi fid-dinja. Isir it-tberik tal-bambini li t-tfal iġibu middar sabiex jitpoġġew fil-presepji fil-familji tagħhom.

Is-Sibt, 21 ta’ Diċembru Is-Seba’ Jum tan-Novena Simbolu: Il-Qorq ĠWANNI L-BATTISTA 6.00pm

7.30pm

Quddiesa bl-omelija mill-Arċipriet il-Kan. Joe Zammit, bis-sehem tal-istudenti li din is-sena ser jirċievu s-sagrament tal-Konfirmazzjoni, fejn isir talb għall-vokazzjonijet saċerdotali u għall-ħajja reliġjuża. Kunċert tal-Milied fil-Knisja Arċipretali mtella’ mill-‘Malta Philarmonic Orchestra’. Kulħadd mistieden.

Il-Ħadd, 22 ta’ Diċembru It-Tmien Jum tan-Novena Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent Simbolu: Il-Ġarra MARIJA 7.45am 10.00am 4.00pm

Talb tas-Salmi fil-knisja. Quddiesa bl-omelija minn Mons. Paul Carmel Vella, bis-sehem tal-għarajjes u l-familji ż-żgħar. Adorazzjoni organizzata mix-Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla.

It-Tnejn, 23 ta’ Diċembru Id-Disa’ Jum tan-Novena Simbolu: Il-Ġilju SAN ĠUŻEPP 6.00pm

Quddiesa bl-omelija minn Dun Giovanni Curmi, Direttur Djoċesan tal-Pastorali. Jasal ‘Father Christmas’ fil-pjazza f’laqgħa ferreħija mat-tfal u l-ġenituri.

It-Tlieta, 24 ta’ Diċembru Lejlet il-Milied

Filgħodu jsir it-Tqarbin tal-Morda 4.30pm 6.30pm

11.30pm

Quddiesa tal-Vġili bl-omelija. Purċissjoni tradizzjonali tal-Bambin organizzata mis-Soċjetà tal-Mużew tal-Qala bis-sehem tal-Banda ‘Ite ad Joseph’. Wara programm fil-knisja bil-prietka tat-tifel. Talb tas-Salmi u Quddiesa Solenni tal-Lejl tal-Milied bil-kant tal-Glorja bis-sehem talKor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Il-komunità tippreżenta lil Ġesù Bambin lejn l-artal maġġur fejn jitpoġġa fil-maxtura mħejjija.

L-Erbgħa, 25 ta’ Diċembru Nifirħu fil-Jum tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

Quddies: 5.30am, 6.30, 8.00, 10.00 u fil-5.00pm. 10.00am Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija millArċipriet Kan. Dr. Joe Zammit flimkien malkleru tal-parroċċa. Janima l-kant il-grupp taladolexxenti u ż-żgħażagħ. Wara, jitqassmu rigali lit-tfal fil-pjazza u lill-morda fid-djar tagħhom.

Is-Sibt, 28 ta’ Diċembru Il-Qaddisin Innoċenti Martri 6.00pm

Quddiesa fejn isir talb favur il-ħajja talbniedem immexxija mill-Arċipriet il-Kan. Dr Joe Zammit.

Il-Ħadd, 29 ta’ Diċembru Il-Familja Mqaddsa 10.00am

Quddiesa bis-sehem tat-tfal u tal-familja. Mistiedna l-familji li qegħdin jagħlqu 25 jew 50 sena miż-żwieġ tagħhom.

It-Tlieta, 31 ta’ Diċembru L-Aħħar tas-Sena. 6.00pm

Velja tal-aħħar tas-sena u Kon-ċelebrazzjoni

45


Leħen il-Qala - Milied 2013

8.30pm

mmexxija mill-Arċipriet Kan. Dr Joe Zammit flimkien mal-kleru tal-parroċċa, bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Jitkanta l-Innu ta’ Radd il-Ħajr (Te Deum) b’ringrazzjament lil Alla. Ikla familjari tal-aħħar tas-Sena organizzata mill-‘Fund Raising Group’ fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali.

L-Erbgħa, 1 ta’ Jannar 2014 Sollennità tal-Imqaddsa Marija Omm Alla Jum il-Paċi Quddies: 5.30am, 6.30, 8.00, 10.00 u fil-5.00pm.

Il-Ġimgħa, 3 ta’ Jannar Festa tal-Isem Imqaddes ta’ Ġesù L-ewwel Ġimgħa tax-xahar 6.00pm

Quddiesa fejn isir talb ta’ riparazzjoni talIsem Imqaddes ta’ Alla.

Il-Ħadd, 5 ta’ Jannar L-Epifanija tal-Mulej

Festa tat-Tfal għall-Missjoni. Tħabbira tal-Festi 2014 10.00am

Quddiesa bis-sehem tat-tfal u tal-familja.

Il-programm kollu taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied ser jixxandar fuq Radju Leħen il-Qala 106.3FM u ‘webcasting’: www.radjulehenil-qala.com. Flimkien mal-programm tas-Saċerdoti tagħna, ser ikollna magħna konfessuri barranin għall-qrar.

It-Tnejn 23 ta’ Diċembru 2013 mit-3.30pm sas-6.00pm

It-Tlieta 24 ta’ Diċembru 2013 mit-3.30pm sal-5.30pm

Qegħdin inħejju ruħna għall-Festa tal-Milied, li fiha aħna nagħmlu t-tifkira tal-Ewwel Miġja ta’ Ġesù fidDinja.Żgur li tkun tħejjija xierqa għall-Festa tal-Milied 2013, jekk aħna matul din in-Novena nattendu bi ħġarna ħalli nuru lid-dinja l-Fidi kbira tagħna f’Ġesù, Alla magħmul bniedem għalina. It-Temi ta’ din in-Novena tal-Milied fil-Parroċċa tal-Qala huma ispirati mill-Pjan Pastorali Djoċesan 2013-2016 u dak Parrokkjali 2013-2014

L-Arċipriet u l-Kleru flimkien mal-Bord Editorjali jawguraw il-Milied it-Tajjeb u Sena mimlija Barka, Risq u Hena lill-parruċċani kollha 46


Leħen il-Qala - Milied 2013

Il-Knisja tal-Immakulata f’Ħaż-Żebbuġ Minn: MARIO FENECH Waħda mill-knejjes filjali li hemm fil-limiti talParroċċa ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ hija ddedikata lillImmakulata Kunċizzjoni. Din il-knisja li tinsab eżatt fid-daħla ta’ din il-Belt Rohan, ġiet mibnija bil-flus tal-benefatturi Ġiovanni u Pawlina Azzopardi flimkien ma’ binhom Dun Ġwann Pawl. Kien sar rikors biex tinbena din il-knisja. Id-digriet inħareġ fid-29 ta’ Awwissu tas-sena 1677 fi żmien meta l-Kappillan tal-Parroċċa kien Dun Domenico Pace li kien dam f’din il-kariga mis-sena 1674 sas-sena 1687. Il-bini tal-knisja tlesta fl-istess sena. Għandha altar wieħed, filwaqt li l-għamla tagħha hija sempliċi għalkemm fl-istess waqt studjata sew. Il-Kwadru Titulari huwa xogħol tal-Artist Tomaso Madiona. Dan il-kwadru fil-preżent jinsab fis-Sagristija tal-Knisja Arċipretali li kien tpoġġa fuq l-altar ta’ din ilknisja. Dan għaliex l-artist għex bejn is-sena 1803 u s-sena 1864 li jfisser li din il-knisja kienet ilha mibnija għal aktar minn 40 sena. L-Artist Tomaso Madiona għandu xogħlijiet oħrajn f’diversi knejjes. Fil-gżira t’Għawdex għamel il-kwadru tal-Madonna tal-Karmnu għall-knisja Ta’ Ħamet, ilKwadru tad-Duluri fil-Bażilika ta’ San Ġorġ u l-kwadri ta’ San Filippu Neri, Sant’ Agata u San Publiju fil-Katidral talBelt Victoria. Fil-kwadru ta’ din il-knisja ta’ Ħaż-Żebbuġ l-artist jagħtina xena mill-isbaħ tal-Immakulata bilwieqfa fuq sħaba bajda b’serp taħt riġlejha mdawwar ma’ qamar kbir. Fil-parti ta’ fuq tat-tila, dija ta’ kulur dehbi b’għadd ta’ anġli żgħar f’ċirku ta’ sħab. Il-ħlewwa fuq wiċċ l-Immakulata hija xhieda talkapaċitajiet artistiċi kbar li kellu dan l-artist. Nhar id-29 ta’ Lulju 1863 waslet f’Malta l-Istatwa Titulari ta’ San Filep u magħha kien wasal ukoll l-iskultur u disinjatur tagħha Luigi Fontana. Eżatt kif l-istatwa waslet f’Ħaż-Żebbuġ, din iddaħħlet fil-knisja tal-Kunċizzjoni peress li din tinsab f’tarf ir-raħal.

Wara li nħarġet mill-kaxxa li kienet inġiebet fiha l-istatwa ttieħdet fi knisja oħra filjali, dik tal-Madonna tal-Anġli qabel ma ddaħħlet biex tibqà fil-knisja Arċipretali ta’ San Filep. Waqt it-tieni Gwerra Dinjija, il-knisja kienet tintuża mir-refuġjati li kienu marru jgħixu f’Ħaż-Żebbuġ mittlett ibliet tal-Kottonera. Għalkemm mhux b’danni kbar, il-knisja kienet ġarrbet ukoll xi ħsarat bl-attakki tal-għadu. Fil-preżent din il-knisja qiegħda tintuża biex fiha jintrefa’ xi armar tal-festa ta’ San Filep. Ikun xieraq jekk il-knisja ddedikata lill-Immakulata Kunċizzjoni tingħata lura d-dinjità li jixirqilha u ma tibqax isservi ta’ maħżen tal-armar. ■

Nagħti l-FESTI T-TAJBA LIL KULĦADD!

47


Leħen il-Qala - Milied 2013

Knisja lil San Ġużepp li qed tinbena minn Benefatturi Qalin Fir-Raħal Fqir Ta’ BOQA, fl-Etjopja Rapport ta’ Mons. Anton Sultana F’Mejju li għadda konna rċivejna ittra mingħand Mons. Ġorġ Grima tal-Moviment Missjunarju “Ġesù Fil-Proxxmu” li fiha kien ħabbrilna x-xewqa tiegħu li l-Parroċċa tal-Qala tagħti sehemha fil-proġett ta’ bini ta’ knisja ddedikata lil San Ġużepp f’raħal fqir ħafna f’Boqa, fl-Etjopja. F’din l-ittra bid-data tas-17 ta’ Mejju, Dun Ġorġ kien qalilna li n-nies ta’ Boqa bdew jikkonvertu għall-Fidi Nisranija madwar ħames snin ilu u jgħoddu madwar 2,500 ruħ, imma huma foqra ħafna, m’għandhom assolutament xejn ħlief biċċa għarix fejn jimteddu billejl, u ħafna minnhom ibatu l-ġuħ, bla ilma, bla dawl u bla ebda kumdita’ fil-ħajja jew flus fil-but. Kellhom ikunu l-missjunarji Kattoliċi li sabu lil dawn in-nies foqra u bdew jgħinuhom b’ikel, ħwejjeġ u mediċini, għax il-Gvern u s-soċjeta’ tal-Etjopja jqisuhom bħala “mano”, jiġifieri skart, “outcasts”, nies li m’għandhom ebda dritt għal xejn. Ħafna kienu jmutu bil-ġuħ. Għalhekk xi seba’ snin ilu l-missjunarji Kattoliċi, bl-għajnuna ta’ Dun Ġorġ, kienu ħasbu biex jibnulhom “Day Care Centre”, fejn setgħu jieħdu ħsieb il-morda u t-tfal, jitimgħuhom, ilibbsuhom u anke jgħallmuhom. Bis-saħħa t’hekk, dawn in-nies abbandunati ta’ Boqa bdew isibu ftit tar-rifuġju, għajnuna u kura tant meħtieġa m’għand il-Patrijiet u s-Sorijiet missjunarji, u għalhekk fl-aħħar ħames snin bdew jinteressaw ruħhom anke fil-Fidi Nisranija u bdew isiru Kattoliċi. Ftit ftit, f’ħames snin kważi r-raħal kollu ta’ Boqa, mal-2,500 tgħallmu l-katekiżmu u ġew mgħammda fil-Knisja Kattolika.

magħmula mill-briks u b’saqaf sod kontra l-maltemp. Flus ma kellhom qatt, bilkemm jafu x’inhuma. Dun Ġorġ tħassarhom lil dawn il-foqra, avolja kellu ħafna proġetti oħra fil-Kenya u fl-Etjopja biex jibni djar, l-aktar għat-tfal morda bl-Aids, għomja, ħandikappati, u mitluqa u abbandunati minħabba l-faqar. Iżda, kif stqarrli Dun Ġorġ, meta dawn in-nies fqar għall-aħħar ta’ Boqa bdew jitolbuh bil-ħniena, tfaċċaw f’moħħu San Ġużepp u n-nies tal-Qala! U qalilhom: “Ibdew itolbu ħafna lil San Ġużepp! Hemm nies f’Malta għand min immur nitlob biex jgħinukom tibnu knisja, basta tiddedikawha lil San Ġużepp, għax fl-Etjopja kollha għad m’hawnx knisja jew kappella blisem tiegħu. Mela itolbu lilu!” Ferħu ħafna n-nies ta’ Boqa b’li qalilhom Dun Ġorġ, u b’fidi kbira u ħeġġa bdew jitolbu kuljum: “San Ġużepp, idħol għalina!” U ħaġa tal-għaġeb, f’inqas minn xahar wara bdew jidħlu l-ewwel offerti għal din il-knisja ġdida. Inġabru l-ewwel €7,000 u tqIegħdet l-ewwel ġebla u l-pedamenti tal-knisja, kif deher firritratt mal-ittra ta’ Dun Ġorġ li tqassmet mal-Bullettin tal-Ħadd f’kull dar fil-Qala fis-16 ta’ Ġunju, li għadda. Dun Ġorġ, fl-ittra tiegħu bid-data tat-12 ta’ Ġunju, kien informana li l-Isqof tal-post Mons. Markus G. Medhin, Vigarju Appostoliku ta’ Jimma – Bonga qallu li; “b’dak li diġà bgħatt għall-bini ta’ din il-knisja f’Boqa, diġà nxtara l-materjal biex ix-xogħol jibda malajr”.

Imma knisja fejn jistgħu jinġabru għall-quddiesa, għassagramenti u biex jitolbu kien għad ma kellhomx. Kienu jiddubbaw kif jistgħu taħt daqsxejn ta’ tinda magħmula miz-zkuk tas-siġar u weraq kbar tas-siġar tal-palm u ħaxix niexef bħala saqaf. Ma’ kull maltempata ta’ riħ jew xita, addio kappella!

48

In–nies ta’ Boqa saru Kattoliċi ferventi ħafna, u talbu lil Dun Ġorġ jara kif jipprovdilhom il-flus biex jibnu knisja sura ta’ nies,

Titlesta l-faċċata tal-Knisja f'Ottubru li għadda


Leħen il-Qala - Milied 2013 Novembru li għadda, waqt li rringrazzzja lin-nies tal-Qala għall-ġenerożita kbira tagħhom, qalilna li “wara li tlestew il-ħitan, issa jmiss li jibda x-xogħol fuq is-saqaf, tikħil talħitan, paviment, twieqi u bibien u bżonnijiet oħra biex il-knisja titlesta”. In-nies ta’ Boqa ferħanin ħafna u qed jitolbu għan-nies tal-Qala li qed jipprovdulhom il-flus meħtieġa biex ikollhom din il-knisja dedikata lil Il-bidu tal-bini tal-hitan tal-knisja, f'Awwissu li għadda San Ġużepp. Kemm hi ħaġa sabiħa li ti ft akar li l-qlub ġenerużi tal-Qalin huma U tassew hekk kien, għax matul ix-xhur tas-sajf (Lulju – Awwissu – Settembru 2013) inbnew l-erba’ ħitan issa magħqudin mal-qlub tal-foqra ta’ Boqa fl-Etjopja filprinċipali tal-knisja, bejn wieħed u ieħor daqs dik tas- qima u l-imħabba lejn San Ġużepp, Patrun tagħhom! Kos Santwarju tal-Kunċizzjoni f’raħalna, imma daqsxejn hux, San Ġużepp jaf kemm inħobbuh, u għalhekk nebbaħ aktar wiesgħa, b’ħafna twieqi bil-ħnejjiet fil-ġnub, u bieb lil Dun Ġorġ biex jakkwista m’għand in-nies tal-Qala prinċipali u żewġ twieqi kbar fil-faċċata, kif jidher fir- l-flus meħtieġa għal nies foqra f’raħal ieħor daqshekk ’il ritratti li qed nippubblikaw ma’ dan ir-rapport, u kif ukoll bogħod, fl-Etjopja, kważi bl-istess popolazzjoni daqs ilġie rapportat fil-Bullettin tal-Ħadd, 10 ta’ Novembru, Qala, biex jibnulu knisja hemmhekk! U hekk San Ġużepp mar-rendikont tal-ġabra ta’ €1,510 oħra minn diversi ser ikun il-Patrun ta’ Boqa kif inhu Patrun tal-Qala! benefatturi Qalin għal din il-knisja dedikata lil San Ġużepp Xħin taqra storja bħal din , tista’ forsi tiddubita jekk fir-raħal fqir ta’ Boqa. hux veru li San Ġużepp jaf kif jipprovdi lil min jitolbu, anke Fl-aħħar ittra bl-email li waslitilna mingħand il-Vigarju Appostoliku Mons. Markos Gebremedhin fis-16 ta’

lil nies minsija u foqra, għax talbuh b’ħeġġa kbira?! Forsi dan mhux miraklu ieħor “sieket” ta’ San Ġużepp?! ■

Jitlestew il-ħitan tal-ġnub tal-knisja f'Settembru li għadda

49


Leħen il-Qala - Milied 2013 “Morru għand Ġużeppi u għamlu kollox kif jgħidilkom hu” (Ġenesi 41:55)

San Ġwanni XXIII u San Ġwanni Pawlu II

Żewġ Papiet Qaddisin b’Devozzjoni speċjali lejn San Ġużepp minn Fr Charles Buttigieg Nhar is-27 ta’ April 2014, Festa tal-Ħniena Divina ser jiġu kkanonizzati fi Pjazza San Pietru l-Vatikan, mill-Papa Franġisku, żewġ Papiet kbar, il-Papa t-Twajjeb u tal-Konċilju San Ġwanni XXIII u l-Papa Pollakk li ġab il-waqgħa talKomuniżmu, Ġwanni Pawlu II. Żewġ Papiet qaddisin li kellhom imħabba speċjali lejn il-Kbir Patrijarka San Ġużepp il-Kustodju tal-Familja Mqaddsa u tal-Knisja. Dan għaliex m’hemm ħadd li hu qaddis li ma kienx devot ta’ San Ġużepp u ma hemm ħadd li mhux qaddis u kien devot ta’ San Ġużepp.

50

Angelo Giuseppe Roncalli, il-Papa Ġwanni XXIII, ‘il Papa Buono’, twieled f’Sotto il Monte, qrib Brusicco, qrib Bergamo fir-reġjun tal-Lombardija fil-25 ta’ Novembru tal1881 u miet fit-3 ta’ Ġunju fl-1963 fl-eta ta’ 81 sena wara li għal diversi xhur kien qed ibati minn tumur fl-istonku. Bħala t-tieni isem ingħata dak ta’ Giuseppe għal San Ġużepp. Huwa kien ordnat saċerdot fl-10 ta’ Awwissu tal1904 u ġie kkonsagrat Isqof nhar il-festa ta’ San Ġużepp fid19 ta’ Marzu tal-1925 meta kellu 44 sena. Laħaq Kardinal fit-12 ta’ Jannar tal-1953. Huwa fil-bidu tas-saċerdozju tiegħu kien segretarju tal-Isqof, imbagħad kappillan militari fl-ewwel gwerra dinjija, u mbagħad f’missjoni diplomatika bħala Nunzju fil-Bulgarija, Greċja, Turkija u Franza. Il-Papa Ġwanni XXIII kien Patrijarka ta’ Venezja qabel ma ġie elett Papa fit-28 t’Ottubru 1958 wara l-ħdax-il votazzjoni fir-raba’ jum tal-Konklavi fejn kien hemm 51 Kardinal, li 19 minnhom kienu barra mill-Ewropa. Jingħad li fl-ewwel votazzjoni filKonklavi kien ġab 7 voti biss. Huwa kellu 76 sena u 11-il xahar meta laħaq Papa. Il-motto tiegħu kien ‘Obedientia et Pax’, żewġ virtujiet kbar li kellu San Ġużepp. Huwa kien daħħal l-isem ta’ San Ġużepp fit-talba Ewkaristika tal-quddiesa u poġġa l-Konċilju Vatikan it-Tieni li kien ħabbar huwa stess nhar id-29 ta’ Jannar tal-1959, taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp bħala ‘Protector Universalis Ecclesiae’ permezz tal-Ittra Appostolika ‘Le Voci’. Fl-1961 huwa kien irringrazzja ħafna lill-Patrijiet Oblati ta’ San Ġużepp għat-talb tagħhom fixxahar ta’ San Ġużepp fis-Santwarju Ġużeppin ta’ Asti għall-intenzjoni u għas-suċċess talKonċilju Vatikan II li dakinhar kien għadu kif beda. Waqt l-udjenza ġewwa Castelgandolfo tad-29 ta’ Ġunju 1961, huwa ħeġġeġ ħafna lir-Retturi tas-Seminarji sabiex irawmu fisseminaristi devozzjoni speċjali lejn San Ġużepp (ara L’Osservatore Romano, 30 ta’ Lulju 1961, p.1). Wara li kompla jilqa’ l-eluf ta’ talbiet sabiex l-isem ta’ San Ġużepp jissemma fil-quddiesa, huwa kien ħass illi ż-żmien kien wasal sabiex jagħmel dan il-pass. Huwa għalhekk wera din ix-xewqa kbira li jagħmel dan

u informa lill-Kongregazzjoni tar-Riti Sagri. L-atmosfera talKonċilju Vatikan II kompliet tiffavorixxi din il-linja, b’diversi Isqfijiet li ppreżentaw l-interventi tagħhom dwar dan. Kien għalhekk nhar it-13 ta’ Novembru 1962 waqt li l-Papa nnifsu kien qed isegwi d-diversi sezzjonijiet tal-Konċilju, ħasad lil kulħadd meta permezz tal-Kardinal, Segretarju tal-Istat, intervjena għall-għarrieda minn jeddu (Motu Proprio) billi ordna li jixtieq iżid il-frażi: “tal-Għarus tagħha San Ġużepp” wara l-isem ta’ Marija, fil-kanoni tal-Quddiesa li qatt ma safa tibdil fih f’ħames mitt sena. Huwa ried li dan jidħol b’effett mit-8 ta’ Diċembru 1962 bir-rikonoxximent tal-Konċilju kollu li kellu lil San Ġużepp bħala Patrun tiegħu. Sat-30 ta’ Diċembru 1962, edizzjoni ġdida tal-Missal Ruman tal-Quddiesa ġiet ippreżentata b’din iż-żieda ta’ San Ġużepp. Din kienet l-ewwel tarġa importanti sabiex illum l-isem ta’ San Ġużepp qiegħed jissemma fit-talbiet Ewkaristiċi kollha. Ftit wara wkoll, il-Papa Ġwanni XXIII kien ta wieħed miċ-ċrieket tiegħu lill-Knisja ta’ Kalisz fil-Polonja biex jikkommemora din il-ġrajja u dan iċ-ċurkett ġie mwaħħal f’id l-istatwa inkurunata ta’ San Ġużepp filFesta tas-Sagra Familja.


Leħen il-Qala - Milied 2013 Karol Josef Wojtyla twieled f’Wadowice fil-Polonja fit-18 ta’ Mejju tal-1920 u miet fis-sena 2005 wara li sofra għal diversi snin il-marda tal-Parkinson’s. Anke huwa bħala t-tieni isem ingħata dak ta’ San Ġużepp filmagħmudija. Laħaq saċerdot fl-1 ta’ Novembru tal-1946 u sar Isqof fit-28 ta’ Settembru tal-1958 meta kellu 38 biss. Sar Kardinal fl-1967. Bħalma għamel San Ġużepp li kien ħarab mill-qilla ta’ Erodi, fis-6 ta’ Awwissu 1944 (data magħrufa bħala ‘Black Sunday’) huwa ħarab millqilla tal-Gestapo li kienu qatlu dakinhar lil sħabu kollha fosthom sieħbu djaknu li kien ser jilħaq saċerdot miegħu. Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien qabel Kardinal ta’ Krakovja u ġie elett Papa fis-16 t’Ottubru 1978 fl-eta’ ta’ 58 sena biss, wara 8 votazzjonijiet fit-tielet jum tal-Konklavi minn 111-il Kardinal. Jingħad li ġab 99 vot fl-aħħar votazzjoni wara li l-Kardinali kienu bidlu l-fehmiet tagħhom dwar il‘papali’, il-Kardinal Siri ta’ Genova u l-Kardinal Benelli ta’ Firenze. Il-motto tiegħu jkun ‘Totus Tuus’ li żgur dawn ilkelmiet qalhom San Ġużepp lill-Madonna fil-ħajja tiegħu. Huwa dam Papa 26 sena u 5 xhur, it-tielet wieħed l-iktar li dam wara San Pietru u l-Papa Piju IX. Fil-15 ta’ Awwissu 1989 flokkażjoni taċċentinarju talIttra Enċiklika: “Quamquam Pluries” ta’ Ljun XIII fl-1889 (ara «Leonis XIII P.M. Acta», IX [1890]

175-182), il-Papa Ġwanni Pawlu II, kiteb l-Eżortazzjoni Appostolika, Redemptoris Custos (Il-Kustodju tal-Feddej) dwar il-Persuna u l-Missjoni ta’ San Ġużepp fil-ħajja ta’ Kristu fejn naraw il-kobor tal-qaddis: “Dan hu proprju l-misteru li fih kellu sehem Ġużeppi ta’ Nazaret, sehem li ebda bniedem ieħor qatt ma kellu, ħlief il-Verġni Marija. Għalhekk hu r-raġel veru u Verġni ta’ Marija, omm Ġesu`…” (Redemptoris Custos nru.7). Nistgħu ngħidu li hi l-isbaħ kitba u l-aktar waħda ta’ tagħlim teoloġiku profond dwar San Ġużepp li qatt ħarġet minn id l-ogħla awtorita tal-Knisja. Meta kien f’Krakovja huwa xerred ħafna d-devozzjoni lejn San Ġużepp kif insibu fis-Santwarju ta’ Kalizs. Fil-fatt fid-19 ta’ Marzu 2004 ftit qabel ma miet huwa rregala ċurkett papali (pontifiċju, iċ-ċurkett tassajjied) lis-Santwarju Ġużeppin ta’ Wadowice fil-Polonja fl-okkażjoni tal-25 sena tal-Pontifikat tiegħu, bħala ġest ta’ mħabba lejn San Ġużepp, liema ġest ifakkar f’dak tal-Farun li neħħa ċ-ċurkett minn idu u tah lil Ġużeppi tal-Antik Testment u lin-nies qalilhom: “Morru għand Ġużeppi u agħmlu kollox kif jgħidilkom hu” (ara Ġ41, 4255). Huwa miet fit-2 t’April 2005 u sar qaddis wara disa’ snin biss. B’hekk tajna ħarsa qasira dwar dawn iż-żewġ Papiet qaddisin, li t-tnejn għexu l-faqar fit-tfulija tagħhom bħal San Ġużepp, u fejn it-tnejn kienu jġorru l-isem ta’ San Ġużepp fil-magħmudija tagħhom. It-tnejn kienu Kardinali umli qabel il-Konklavi li eleġġuhom, imma flumilta tagħhom Alla afdalhom id-don tal-Knisja, bħalma Huwa afda lil Ġesu’ u l-Madonna f’idejn siekta ta’ San Ġużepp, ir-raġel ġust. It-tnejn li huma bħalma għamel il-Farun lil Ġużeppi, irregalaw il-ħatem tagħhom f’idejn San Ġużepp, il-bniedem ta’ responsabbilta u fiduċja kbira. Fil-Pontifikat tagħhom bħala suċċessuri ta’ San Pietru huma ħadmu u stinkaw biex ixerrdu l-imħabba u d-devozzjoni lejn il-Kbir Patrijarka San Ġużepp, Patrun tal-Knisja Universali. ■ Biblijografija BATEY, R.A., “IS NOT THE CARPENTER?”, IN NEW TESTAMENT STUDIES 30(1984) 249-258. BOTTINI, C., GLI ANNI OSCURI DI GESU’, STUDIUM BIBLICUM FRANCISCANUM JERUSALEM 1998. Hebblethwaite, Peter (1995), Pope John Paul II and the Church, London. Hebblethwaite, Peter & Hebblethwaite, Margaret (2000), John XXIII: Pope of the Council, Continuum International. Istruzione della Pontificia Commissione Biblica: “La verita’ storica dei vangeli”, in Enchiridion Biblicum. Documenti della Chiesa sulla Sacra Scrittura, Bologna 1993, 682-697. Meissen, Randall (2011), Living Miracles: The Spiritual Sons of John Paul the Great, Alpharetta, (GA). O’Connor, Garry (2006), Universal Father: A Life of Pope John Paul II, London. Pope John XXIII, Journal of a Soul, trans. Dorothy White, 1965. Szulc, Tadeusz, Pope John Paul II: The Biography, London 2007. Wojtyła, Karol (1981), Love and Responsibility, London.

51


Leħen il-Qala - Milied 2013

Diskors ta’ Mons. Alfred Xuereb, Segretarju Privat tal-Q.T. il-Papa Franġisku, waqt Omelija fil-quddiesa ta’ lejlet ilFesta ta’ San Ġużepp, fil-Qala Għawdex is-Sibt 3 t’Awwissu 2013 Ħuti għeżież,

B’qalbi kollha rrid nirringrazzjakom ta’ din l-istedina li għoġobkom tagħmluli, għaliex permezz tagħha nista’ naqsam magħkom il-ferħ illi tħossu f’qalbkom f’dawn il-jiem illi qed tiċċelebraw b’mod maestuż il-Festa talPatrun Universali tal-Knisja Mqaddsa San Ġużepp. Għentuni mhux biss biex nieħu sehem fil-ferħ tagħkom imma anke biex nikber dejjem iżjed fid-devozzjoni li jien irrid li jkolli lejn dan il-Qaddis hekk kbir. B’qalbi kollha nirringrazzja l-ewwel nett lill-Arċipriet il-Kanonku Joe Zammit li flimkien miegħu qattajt iż-żgħożija tiegħi, l-ewwel bħala tfal id-duttrina, il-katekiżmu, l-Oratorju Don Bosco, imbagħad fis-snin tant għeżież tas-Seminarju tagħna, li għenuna nħobbu lil Alla, inħobbu lill-proxxmu u jkollna devozzjoni sinċiera lejn il-qaddisin, fosthom lejn il-Kbir San Ġużepp. Nixtieq allura nirringrazzjakom u meta Dun Joe stedinni u jien staqsejtu, il-fidili, l-insara u devoti ta’ San Ġużepp, il-Qala jippreferu prietka stil ta’ Paneġierku jew inkella omelija sempliċi li permezz tagħha naqsam magħkom xi riflessjonijiet u devozzjonijiet li jien għandi lejn San Ġużepp u anke d-devozzjonijiet li jiena rajt kemm fi snin li għext ma’ Papa Benedittu XVI kif ukoll issa f’dawn l-aħħar xhur ma’ Papa Franġisku? L-Arċipriet aċċetta mill-ewwel u qalli, le aħjar dawn ir-riflessjonijiet milli paneġierku, għax inti biss kważi tista’ tirrakkontalna ċerti affarijiet. U bl-umilta kollha jien aċċettajt, f’sens illi ma

52

nħossx li għandi xi privileġġ kbir, imma għandi dan id-don li Alla fdali u nixtieq li naqsmu magħkom. Meta madwar sitt snin ilu l-Papa Benedittu XVI sejjaħli biex inkun it-tieni segretarju tiegħu, jien aċċettajt bil-ferħ u bdejt ngħix miegħu fil-Palazz Appostoliku. L-ewwel żmien, l-ewwel ġimgħat naturalment kienu ġranet ta’ entużjażmu, ta’ ferħ kbir u l-Papa Benedittu mill-ewwel aċċettani b’qalb kbira, bħala missier u ta’ spiss kien jistaqsini dwar it-tradizzjonijiet tagħna f’Malta u Għawdex. Kien bniedem li jinteressa ruħu immens, u kien jgħidli imma intom fil-Milied kif tiċċelebrawh? Intom fl-Għid x’tagħmlu? Intom fil-festi tal-Patrun tagħkom kif tiċċelebraw dawn il-festi? Jien kont nirrakkontalu. Imma dawn l-ewwel ġimgħat ta’ entużjażmu għaddew u bdejt nintebaħ kemm kien diffiċli li ngħix f’post magħluq, fissens illi l-kuntatt li kelli mal-insara fil-Parroċċi fejn kont, u anke fl-Assoċjazzjoni li tagħha jien kont Assistent Spiritwali ġie ridott ħafna, ġie limitat ħafna u dan kien ovvjament ta’ tbatija għalija u ta’ diffikulta. Diffiċli ngħix qisni fi klawsura meta jien qatt ma ħassejt li kelli vokazzjoni li nidħol f’xi kunvent tal-klawsura, imma l-Bambin li talab minni din ilmissjoni jiena ridt li nwettaqha b’qalbi kollha. U niftakar li kont tlabt parir anke lill-Konfessur tiegħi, Patri Franġiskan, raġel għaqli u qaddis u qalli, biex tgħix tajjeb il-missjoni tiegħek ma’ Papa Benedittu kun ixbah lil San Ġużepp. Ħu mudell tiegħek lill-Patrun tal-Familja Mqaddsa San Ġużepp, illi kien dejjem preżenti imma fl-istess ħin kien dejjem mistur. Fil-fatt ħuti għeżież, fil-


Leħen il-Qala - Milied 2013 Vanġelu li għandna San Ġuzepp ma jitkellem qatt, mhux għax kien bniedem ġwejjef li m’għandux sinsla, anzi kien hu li jmexxi l-Familja Mqaddsa. Lilu l-Mulej ta din il-missjoni, ‘mexxi lil Marija, mexxi lil Ġesù’. Imma San Ġużepp kien jiskopri l-virtujiet kbar li kellu u l-mod kif għexhom, l-umilta kbira tiegħu, u San Ġużepp kien umli għaliex kellu fidi kbira. Jien nemmen ħuti għeżież, illi mhux possibbli li nkunu umli, li nibqgħu mistura, li nibqgħu fil-ġenb jekk ma jkollniex fidi kbira għax illum jew għada se jiġu mumenti li l-applawsi jieqfu, in-nies jinsewna, it-tislim ma jibqax. U jekk ma jkollokx fidi sħiħa illi Alla ser jinqeda bik u ser jagħmel dak li Hu jixtieq permezz tiegħek, is-skiet li inti qed tgħix, fis-satra li inti qed tgħix, allura tqum fuq saqajk u tagħmel dak li tħoss li għandek tagħmel biex innies jarawk, biex in-nies jisimgħuk, biex in-nies jerġgħu jibdew isellmulek u jċapċpulek. Fidi kbira f’Alla, għax inkella l-istorja u l-missjoni li Alla talabni, Alla ma jibqax il-protagonist tagħha, mhux Hu jwettaqha permezz tiegħi imma jien nipprova nwettaqha kif naf jien. U aħna nafu li m’ħemmx paragun bejn it-triqat tagħna u t-triqat t’Alla. Jaħasra kultant, għan-nuqqas ta’ fidi tagħna nippruvaw nantiċipaw lil Alla. Ġesù fuq is-salib illi jitlob; ‘Mulej, Missier, għaliex tlaqtni?’ Imma baqa’ sod fil-fidi li l-Missier mhux ser jabbandunah. Kulħadd kien qed jifhem li l-missjoni ta’ Ġesù Kristu ta’ Nazaret kien falliment, imma Hu baqa’ jemmen li fil-ġisem imtertaq tagħna bħala bnedmin, kellu jwettaq fil-milja tagħha l-missjoni li l-Missier bagħtu għaliha f’din id-dinja. Papa Beneditttu għallimni ħafna dwar San Ġużepp. L-ewwel nett kien jidher li kien grat ħafna lejn il-ġenituri tiegħu li dakinhar tal-magħmudija tawh l-isem ta’ Joseph. Kien kburi bih u kien iħoss li San Ġużepp kien preżenti b’mod speċjali fil-ħajja tiegħu. Jien konvint ħuti għeżież illi d-deċiżjoni diffiċilissima illi l-Papa Benedittu għamel meta għaraf illi l-Knisja ta’ Kristu kellha bżonn Ragħaj Spiritwali mimli b’enerġija u ħajja u allura ħass, fehem mingħand Alla li kellu jagħmel pass lura pass ta’ gvern, uħud ħasbu li kienet rinunċja din l-abdikazzjoni, li qisu għax beża’, imma wera kuraġġ kbir u wera li jaf jigverna għax għamel pass lura, u jien nemmen li dan il-pass għamlu bil-għajnuna u bid-dawl ta’ San Ġużepp Patrun tiegħu. Kemm kien iħobbu lil San Ġużepp u kien jgħid anke lil dawk li jiltaqgħu miegħu fl-Udjenzi. Niftakar darba minnhom ġie Arċisqof għadu kif ġie kkonsagrat u ġab miegħu lil xi familjari u qed jippreżentahom lill-Papa Benedittu u l-aħħar wieħed kien neputi ta’ dan l-Arċisqof, żagħżugħ ta’ madwar 24 sena u Papa Benedittu staqsieh: “Inti x’jismek”? Għax kien iħobb jibni rapport personali, u dak qallu: “Giuseppe”. IlPapa wiċċu xegħel. Qallu allura bħali, qallu tinsiex li taħt Benedittu hemm mistoħbi Ġużeppi. Kemm kien kburi. Kemm kien rikonoxxenti lejn din il-figura għażiża, moħbija imma fl-istess ħin li qed twettaq b’mod konkret il-missjoni li għaliha l-Mulej sejjaħlu.

53


Le침en il-Qala - Milied 2013

54


Leħen il-Qala - Milied 2013 Kelmtejn dwar id-devozzjoni ta’ Papa Franġisku illi huwa simpatiku l-mod kif hu jġib ruħu quddiem dan ilqaddis kbir San Ġużepp. Niftakar kien għadu kif ġie elett Papa u kien talab lil dawk is-saċerdoti u l-Isqfijiet li kienu jgħixu miegħu fl-Arġentina f’Buenos Aries, biex jibagħtulu l-ftit oġġetti li kellu fl-uffiċċju tiegħu, ftit ħafna, tant hu hekk illi bagħtuhom f’kaxxa waħda. Fost l-oġġetti li ried Papa Franġisku li jintbagħat lilu fil-Vatikan kienet statwa żgħira ta’ San Ġużepp. Beda jiftaħ, għax hu stess jagħmel l-affarijiet, jiftaħ, ineħħi l-karti, ineħħi l-plastik. F’ħin minnhom ġie ħdejja jiġri qisu tifel, tifel imma tal-Vanġelu, kien qisu tifel ta’ qalb maqsuma. Urieli l-istatwa, qalli nqassmet, ir-ras ta’ din l-istatwa ma nistax insibha kif ser nagħmel u bdejna nfittxuha. Kompla jfittex, għaddew xi jumejn jew tlieta, fl-aħħar sab biċċa plastik tonda u ġo fiha kien hemm ras San Ġużepp ta’ din l-istatwa. Qalli isma, m’għandha l-ebda valur artistiku, imma din l-istatwa ta’ San Ġużepp jien kbirt magħha, jien kbirt ma’ din l-istatwa ta’ San Ġużepp, għax kont inpoġġiha fuq l-iskrivanija tiegħi, inħares lejha u ngħidlu San Ġużepp illuminani. San Ġużepp mexxini int. Jiġifieri ma kinetx devozzjoni fiergħa, kienet devozzjoni li tittraduċi ruħha f’ħajja konkreta. San Ġużepp għenni fl-għażliet li għandi nagħmel. Allura sejjaħt lil wieħed minn dawn id-dekoraturi u l-istatwa ta’ San Ġużepp reġgħet ġiet kif kienet u llum qiegħda fl-uffiċċju tiegħu, tittroneġġa din l-istatwa żgħira ta’ San Ġużepp illi artistikament tidher bla valur kbir, imma fuq livell spiritwali għenet lil dan il-Papa meta kien Arċisqof u meta kien Kardinal jagħmel l-iktar għażliet diffiċli fil-ħajja pastorali tiegħu. Ftit ġranet wara li ġie elett Papa, Papa Franġisku rċieva wkoll statwa sabiħa ħafna tal-injam, din id-darba statwa artistika, oriġinali. Għalija l-ewwel darba li rajt statwa ta’ San Ġużepp, San Ġużepp mimdud. X’aktarx li hija simbolu tal-mument tal-Vanġelu li għadna kif qrajna ta’ San Ġużepp waqt il-ħolma li kellu waqt li l-Anġlu kien qed jurih li għandu jibqa’ fidil lejn il-missjoni tiegħu u jieħu ħsieb lil Marija. Quddiem il-bieb prinċipali ta’ fejn joqgħod Papa Franġisku hemm żewġ gredenzi jixbhu lil dawn. Naħa minnhom inpoġġulu d-dokumenti, l-aġenda u x-xogħol

tiegħu, dak li jrid iwettaq. In-naħa l-oħra fin-nofs, taħt drapp sabiħ u rikk din l-istatwa ta’ San Ġużepp mimdud. Dejjem iħobb ipoġġilha l-fjuri. U qalli, issa din l-istatwa tibda tintrefa’. Jien ħarist lejh ftit mibluh. Hu fehem li jien ma fhimtux. U qalli l-għaliex jien imdorri li meta jkolli xi intenzjoni speċjalment dawk diffiċli, nħażżiżhom fuq karta, nitniha u npoġġihielu taħtu u tant nagħmel intenzjonijiet li ftit ftit jibda jintrefa’. Fil-fatt hekk hu u lili ħeġġiġni u qalli, afda fih int ukoll ta, agħmel ukoll int intenzjonijiet. Fil-fatt jien għamilt. U waqt li kien qiegħed iħeġġiġni, bniedem prattiku u sempliċi bħal ma stajtu tintebħu f’dawn ixxhur minn fuq it-televiżjoni, minn fuq il-mass media meta qalli jekk trid titolbu xi grazzja itlobhielu. Idum ta biex jaqlagħhielek bħal kull mastrudaxxa ieħor, li

55


Le침en il-Qala - Milied 2013

56


Leħen il-Qala - Milied 2013 jekk titolbu jagħmillek xkaffa, iddum tistenniha żmien. Imma llum jew għada l-grazzja jaqlagħhielek. U hekk hu ħuti għeżież, xħin ngħaddu minn quddiem l-appartament tiegħu, naraw qisu żewġ artali, wieħed mimli bix-xogħol, dokumenti, karti, l-aġenda, l-impenji. In-naħa l-oħra, l-artal l-ieħor, San Ġużepp li qiegħed hemm biex isostni dawk l-impenji li għandu Papa Franġisku. Ħuti għeżież, il-Papa Franġisku jaf li l-lejla jien qiegħed hawnhekk magħkom, għaliex jien irrakkontajtlu, għedtlu li ser nagħmel din il-quddiesa u permezz tiegħi huwa bagħat il-Barka Appostolika tiegħu fuq l-Arċipriet, fuq il-kleru u fuqkom ilkoll, speċjalment qalli fuq il-morda u anke fuq dawk li huma devoti ta’ San Ġużepp imma li jinsabu ’l bogħod minn pajjiżna. Qalli ninkoraġġikom biex tkomplu tkunu devoti kbar ta’ San Ġużepp, imma din iddevozzjoni m’għandhiex tkun devozzjoni sentimentali li tieqaf biss f’dak li hu fieragħ, imma devozzjoni li twassalna għall-ħajja konkreta. Inwettqu bħalu, bħal San Ġużepp, dak li qed jitlob Alla minna.

Fit-talb tagħna, ħuti għeżież, speċjalment wara li nirċievu lil Ġesu’ Ewkaristija, tajjeb illi nidħlu ftit fina nfusna u nitkellmu ma’ Ġesù ħaj ġewwa fina u ngħidulu, Mulej, int lili, ħsibt dwari sa mill-eternita, wellitdni, tajtni l-ħajja, tajtni d-doni, xi trid minni? Ejjew nistaqsuh, inkomplu nistaqsuh, mhux iż-żgħażagħ u t-tfal biss Mulej int xi trid minni meta nikber, anke minnkom il-kbar, anke minnkom ix-xjuħ, Mulej illum la sliftni l-għomor, xi trid minni? U l-Mulej, illum jew għada jnebbaħna, jilluminana. Jien irrid minnek ... hekk. Jien irrid minnek din il-missjoni. Imbagħad nerġgħu nduru lejh u ngħidulu, Mulej grazzi talli għarraftna xi trid minna, għinna ħa nwettqu dak li int trid minna. U dan nagħmluh jekk ikollna umilta u fidi. Fidi li Alla llum jew għada ser jagħtina dik l-għajnuna li aħna tant għandna bżonn biex inwasslu fil-milja tagħha l-missjoni li Hu fdalna. Ejjew nirringrazzjaw lil Alla talli tana lil dan il-Patrun kbir San Ġużepp jieħu ħsiebna, jieħu ħsieb il-Parroċċa tagħna, il-familji tagħna, il-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. Viva San Ġużepp u jkun imfaħħar Ġesù Kristu. ■

Segwi Leħen il-Qala fuq facebook www.facebook.com/lehen.ilqala

57


A Whole New Look

Leħen il-Qala - Milied 2013

58

Sharmain’s Styling Salon 1, Triq Ta Kassja Qala Gozo. Tel: 2156 6236 Mob: 7926 7490


Leħen il-Qala - Milied 2013

Qala International Folk Festival – 2013 Minn: Victor Grech – Kunsillier

żfin, mużika, kant u kostumi biex juruna kif kienu jgħixu missirijiethom. Min-naħa l-oħra, il-Menħir Qala Folk Group u diversi gruppi folkloristiċi Għawdxin jitfgħu dawl fuq il-kultura Għawdxija u b’hekk wieħed jista’ jqabbel il-kultura lokali mal-kulturi barranin, jara fejn hu divers u tant interessanti, u fejn dak li hu komuni, għax hemm ħafna elementi barranin li jixbhu lil dawk lokali.

It-tmien edizzjoni tal-Qala International Folk Festival organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Qala flimkien malMenħir Qala Folk Group, għal darba oħra ġibdet udjenza numeruża ta’ Għawdxin, Maltin u barranin lejn il-pjazza ta’ San Ġużepp fil-Qala. Għal tlett ijiem ir-raħal tal-Qala mexa lura fiż-żmien, reġa` għex mumenti talpassat u ġie fil-qrib mal-istil ta’ ħajja u l-mod ta’ ħsieb ta’ missirijietna u ta’ popli Ewropej oħra bħalma huma l-popli tal-Irlanda, Belarus, Russja, Greċja, Repubblika Ċeka, Slovenja, Slovakkja, Portugal, Italja u oħrajn. Gruppi folkloristiċi minn dawn il-pajjiżi jiġu l-Qala ta’ kull sena għal dan il-festival u jagħtu spettaklu ta’

Il-festival ingħata bidu nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Settembru 2013 u ħadu sehem il-grupp folkloristiku Sqalli ‘Tatarata’ minn Casteltermini u l-grupp ‘Il Val d’Akragas’ minn Agrigento. Il-grupp ‘Tatarata’ hu assoċjat mal-Festa tas-Salib li tfakkar is-sejba ta’ salib li hu meqjus bħala l-eqdem salib fid-dinja Nisranija. Dan il-Grupp jiġġieldu waqt li jiżfnu b’ħila kbira bix-xwabel u għandhom preċiżjoni u ħeffa inkredibbli. Iż-żfin u l-ġlied tagħhom ifakkar ukoll il-ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin, l-abbundanza fir-rebbiegħa u l-iskarsezza fix-xitwa u l-ġlied u l-paċi bejn l-Isqallin u l-Għarab matul is-sekli. Il-Grupp Folkloristiku ‘Il Val d’Akragas’ iżomm ħajjin it-tradizzjonijiet Sqallin li għandhom x’jaqsmu mar-riti tal-passaġġ bħalma huma namur, żwieġ, tqala, ħlas u mewt, ma’ xogħlijiet marbutin mal-ħajja Sqallija bħalma huma sajjieda, bdiewa u ħassiela, u mal-emigrazzjoni talIsqallin b’mod speċjali lejn l-Istati Uniti. Dan jagħmluh bis-saħħa tal-kostumi, kant, żfin u mużika. Fi tmiem l-ispettaklu tal-Ġimgħa kien hemm l-ikla tradizzjonali.

59


Leħen il-Qala - Milied 2013

Is-Sibt kien hemm il-Ħames Edizzjoni talKonferenza Folkloristika Internazzjonali ġewwa s-Sala tal-Komunità tal-Kunsill Lokali. Ms. Melanie Mercieca ppreżentat studju eċċellenti dwar ir-riti talpassaġġ fl-antik b’mod partikolari f’Għawdex, waqt li l-gruppi barranin kellhom Power Point Presentation dwar l-istess tema f’pajjiżhom. Ħaġa interessanti kienet li r-riti f’pajjiżna u fi Sqallija tassew jixxiebhu għax wara kollox iż-żewġ popli huma iżolati f’nofs il-Mediterran, it-tnejn huma Nsara u Ewropej. Dan ix-xebh jindika b’mod ċar l-unità fid-diversità. Dawn l-istudji jinġabru fi ktejjeb ieħor ħalli nkomplu ndommu kullana ta’ kotba dwar folklore f’Għawdex miġburin u analizzati minn esperti folkloristiċi. Wara l-ispettaklu Freddie Portelli kanta bosta kanzunetti Maltin u barranin qodma li kienu tant popolari f’pajjiżna fil-passat.

60

Wara l-Ispettaklu ta’ żfin tqassmu l-mementos lillparteċipanti mill-Ministru għal Għawdex, Dr Anton Refalo. Bla dubju dan il-festival għen lill-udjenza lokali jitgħallmu kif kienu jgħixu u jaħsbu l-antenati li sawruna u għamluna dak li aħna u kif kienu jgħixu l-ġirien Sqallin u setgħu jqabblu. L-udjenza barranija tgħallmet iktar dwar il-kultura u l-identità Maltija. Dan kien pass importanti li bħal Gozo International Celebration (Qala) iservi biex jgħaqqad popli varji flimkien f’atmosfera ta’ ħbiberija u ftehim li jsaħħaħ il-paċi għax tagħrif dwar kif ngħixu lkoll jippromovi l-paċi u l-kooperazzjoni.

Nhar il-Ħadd l-ispettaklu beda bit-Tieġ l-Antik bi tmenin attur u attriċi lkoll lebsin kostumi mill-aqwa u mill-isbaħ li tawna stampa ħajja tat-tieġ tradizzjonali bid-dettalji kollha tiegħu u tefgħu dawl fuq l-istil ta’ ħajja u drawwiet oħra Għawdxin ta’ dari.■


Leħen il-Qala - Milied 2013

Żjara lis-Santwarju Marjan ta’ Rocamadour Minn: Dun Krystof Buttigieg Din is-sena matul is-sajf kelli ċ-ċans nagħmel esperjenza mill-isbaħ f’Santwarju Marjan antikissimu ġewwa Franza. Jien personalment qatt ma kont smajt bih qabel iżda mhux l-istess għall-Franċiżi u għall-eluf ta’ turisti li jżuruh kull sena. Xhieda ta’ dan huma ċ-ċelebrazzjonijiet ġubilari li din is-sena qigħdin jagħmlu sabiex ifakkru l-istorja twila ta’ pellegrinaġġi u l-grazzji infiniti li l-Verġni Marija dejjem qalgħet lillpellegrini li jirrikorru għandha f’kull bżonn tagħhom.

qima. U mal-bidu tal-Kristjaniżmu, il-fidili ma fittxewx postijiet ġodda għall-kult iżda biddlu l-istess imqades tal-allat foloz f’santwarji fejn jaduraw lil Alla l-ħaj u veru u jivveneraw kif jixraq lill-qaddisin tiegħu. U f’Rocamadour probabbilment ġara l-istess. Maż-żmien is-Santwarju ma baqax iżolat iżda numru mdaqqas ta’ nies għażlu li jmorru jgħixu għall-kenn tas-Santwarju u ftit ftit kellha wkoll tinbena fortizza għall-ħarsien millgħadu. Sal-lum il-ġurnata għadha tiġi venerata l-istatwa ċkejkna tal-Madonna s-Sewda. Il-Verġni Marija hija raffigurata inkurunata fuq tron bit-tfajjel Ġesù fi ħdanha. Minquxa fl-injam kulur il-ħamrija skura, simbolu tal-fertilità, għax hija dik li tgħajjixna bil-ħajja ta’ binha Ġesù. Inkurunata Sultana biex tkun hi, bilħlewwa u s-safa tagħha, dik li taħkem dejjem fuqna. U quddiem din id-devozzjoni kbira l-Verġni Marija ma setgħetx tibqa’ siekta, iżda minn dan il-post bdiet ixxerred kotra ta’ grazzji u mirakli.

Kollox beda madwar daqsxejn ta’ għar mas-sisien għolja ta’ Alzou: wieħed mill-widien għammiela finnofsinhar ta’ Franza fir-reġjun tal-Midi-Pyrénées fid-dipartiment ta’ Lot. Benniena ta’ ħajja sa milleqdem 25,000 sena Q.K kif juru t-tpenġijiet tażżmien paleolitiku mal-ħitan tal-għerien kbar li jinsabu f’dawn l-inħawi. L-għerien sa minn dejjem kienu jattiraw u jaffaxxinaw il-bniedem. Fihom, fil-qalba talart mhux biss ifittex jidħol għall-kenn mill-elementi tan-natura imma jfittex ukoll jidħol f’kuntatt dirett mad-divin; fihom imur lil hinn min-natura tal-art biex jesperimenta s-sopranatural. Eluf ta’ għerien kbar u żgħar f’kull rokna tad-dinja nbiddlu f’santwarji ta’

Wieħed mill-ewwel devoti kbar tal-Verġni Marija kien bla dubju Sant’Amadour, l-eremita li ħalla ismu lil dan il-post għażiż. L-eżistenza tiegħu għalkemm magħrufa minn fomm in-nies tal-lokal ġiet ikkonfermata meta nstab ġismu midfun taħt is-santwarju fis-sena 1166. Ħafna leġġendi ntrabtu mal-istorja ta’ dan ilqaddis fosthom dik li hu kien qaddej fid-dar tal-Familja Mqaddsa. Iżda llum, kif meqjum fil-kripta taħt issantwarju, jibqa’ mfakkar fuq kollox għall-imħabba li xerred lejn il-Verġni Marija. Kien f’dan iż-żmien, fis-sena 1105, li l-Papa Paskal II jirreferi għal dan is-Santwarju Marjan bħala wieħed mill-erba’ postijiet l-iktar qaddisa tal-Kristjaniżmu: Ġerusalemm, Ruma, San Ġakbu ta’ Kompostella u Rocamadour. Fost il-pellegrini l-iktar imsemmija nsibu lil Roland in-neputi ta’ Karlumanju, Eleonora

61


Leħen il-Qala - Milied 2013 t ’A q u i t a i n e , ir-Re Enriku II tal-Ingilterra, Blanche ta’ Kastilja, u r-Rejiet Franċiżi Lwiġi IX, Karlu IV u Lwiġi XI. Fl-1172 kien jinżamm bilmiktub fi ktieb kull miraklu li jseħħ u fosthom hemm saħansitra referenza għal xi persuna minn Malta. Fis-seklu 15 mbagħad nerġgħu nsibu lista ta’ mirakli maqlugħa, miżmuma minn Santa Flora Verġni tal-Ordni ta’ Malta li kienet taqdi fi sptar ġewwa Beaulieu qrib Rocamadour. Il-mijiet tal-ex voto li llum iżejnu l-kappella tas-Santwarju juru illi l-maġġoranza tal-mirakli huma dawk maqlugħa mill-ommijiet fittqala u mat-trabi tat-twelid u fuq kollox mal-baħħara u s-sajjieda li lkoll ħallew mudell tax-xwieni tagħhom bħala tifkira ta’ ringrazzjament lis-Santwarju. Hemm ħafna aktar x’wieħed jgħid dwar dan il-post speċjali, iżda ma nistax ma nistqarrx magħkom li meta kont hemm, dan kollu li għadni kemm irrakkontat, fakkarni kontinwament fis-Santwarju għażiż tagħna tal-Immakulata Kunċizzjoni. Żewġ Santwarji Marjani li jixxiebħu mmens. Anke s-Santwarju tagħna huwa mibni fuq l-għerien flok tempju ta’ qima pagana ħdejn wied għammiel. Għandu storja mżejna b’ħafna leġġendi. Huwa onorat bil-preżenza tal-qaddis eremita Kerrew li nstab waħdu midfun fis-Santwarju u llum meqjum fil-kripta. Kien miżjur minn eluf ta’ pellegrini hekk li fi żmien il-Kavallieri kellu jinbena t-torri ta’ San Bjaġju fil-viċinanzi u dar li tilqa’ l-pellegrini li sal-lum għadha wieqfa quddiem is-santwarju. Madwar isSantwarju jinħoloq ukoll bħal subborg ċkejken b’nies

62

li xtaqu jgħixu għallkenn tas-santwarju. Anke l-Immakulata Kunċizzjoni ġiet inkurunata u sallum il-ġurnata taqla’ eluf ta’ grazzji. L-ex voto tax-xwieni malħitan tas-santwarju u d-devozzjoni ta’ San Kerrew li jħares ittrabi tat-twelid ukoll jixxiebħu mmens mal-grazzji maqlugħa f’Rocamadour. Dan kollu hu biss eżempju wieħed minn ħafna santwarji simili li juru kollha kemm il-Verġni Marija taf tqanqal l-istess sentimenti devoti f’dawk kollha li jirrikorru għandha huma min huma, sew jekk minn popli diversi u sew jekk qatt ma ltaqgħu flimkien. Il-figura tal-Verġni Marija tibqa’ għalhekk fattur li jgħaqqad lilna l-insara lkoll flimkien f’kull żmien u f’kull post. Jalla għalhekk aħna u niċċelebraw il-Milied niftakru f’Marija Omm Alla, sabiex nibqgħu nikkolaboraw maxxewqa u mal-ħidma siekta tagħha li tnissel unità u paċi qalb il-popli kollha fid-dinja. ■

  Il-pellegrinaġġ tar-roti lejn is-Santwarju


Leħen il-Qala - Milied 2013

NAGĦRFU D-DIEQA TAL-MILIED Minn: JOSETTE BUTTIGIEG

“U ġara li meta kienu hemm, Marija għalqilha ż-żmien biex teħles, u tat lid-dinja l-ewwel iben tagħha; fisqietu u medditu f’maxtura għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda” (Luqa 1:67). Żewġ versi b’kollox. Daqshekk jieħu l-evanġelista San Luqa biex jirrakkontalna l-akbar ġrajja li qatt seħħet fl-istorja tal-umanita; l-Iben t’Alla sar bniedem u ġie jgħammar fostna. Ħaġa stramba forsi li tgħid li hemm dwejjaq fi ġrajja bħal din li aktar tqajjimlek sentimenti ta’ ħlewwa, ta’ tenerezza u ta’ konsolazzjoni. U proprju għalhekk li jekk jirnexxielna npoġġu fil-ġenb is-sentimentaliżmu, nagħrfu l-iebes, is-swied il-qalb filġrajja tat-twelid ta’ Kristu. Huma żewġ versi li filwaqt li

jirrakkontawlna ġrajja tal-għaġeb, huma wkoll ċanfira iebsa għalina. Nieħdu l-aħħar kelmiet tar-rakkont; għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda. Kullħadd seta’ jara li Marija kienet fl-aħħar żmien tat-tqala tagħha. Ħabbtu bibien imma dawn jew ma nfetħux, inkella nfetħu u reġgħu ngħalqu bil-herra f’wiċċhom. Aħna nitkellmu b’mod ħelu, sentimentali dwar il-għar ta’ Betlem u ma narawx il-kefrija tiegħu, għar miftuħ, fil-kesħa taxxitwa fid-dlam tal-lejl, fejn hi l-ħlewwa tiegħu? Qatt jgħaddilna minn moħħna meta nkunu qegħdin inlestu l-presepju xi tbatija kien ifisser dak il-għar? Marija u Ġużeppi żgur li qalbhom kienet se tinqasam , waħda għax dak kien is-saqaf li setgħu joffru lit-tarbija divina. Imma iżjed u iżjed għall-fatt li f’belt sħiħa ħadd ma nstab li jilqagħhom. Tgħid imkien ma kien hemm rokna fejn setgħu jingħataw ftit kenn? Ma jistax ikun, u għalhekk naraw l-egoiżmu li biex dak li jkun ma jċedix xi ftit mill-kumdita’ tiegħu, ma jimpurtahx mit-tbatija ta’ ħaddieħor u jagħlaq ilbieb f’wiċċ mara li waslet biex twelled. U aħna wkoll nintilfu fl-egoiżmu tagħna. Mimlijin sentimentaliżmu, nlestu l-presepju nkella l-maxtura. Nivvintaw kull xorta ta’ tiżjin, dwal, festuni tal-fidda, blalen kuluriti, bizzilel, friegħi tal-prinjol, aktar ma nżidu aktar inħossu sodisfazzjon u ninsew il-verita’ tal-ewwel Milied, ilfaqar, it-tbatija tal-għar ta’ Betlem. Hemm ma kienx hemm dwal sakemm ma iddiex id-dawl tas-sema. Fittiżjin tagħna aħna nħarsu lejn dan id-dawl tal-glorja u nippruvaw nikkupjaw lilu u fl-istess waqt ninsew il-veru dawl li kien hemm fl-għar, Kristu. Naqraw filliturġija tal-Milied is-silta mill-profeta Isaija; ‘Il-poplu li kien miexi fid-dlam ra dawl kbir; dawk li kienu jgħixu fid-dell u d-dlamijiet tal-mewt, dawl kbir idda fuqhom’. Id-dawl li hu Kristu. Dawl li jeSiġi li nħarsu sewwa lejn it-triq li mixjin fiha u jekk hemm bżonn inbiddlu r-rotta. Dawl li ma jistax ikun sostitwit mill-blalen u l-bozoz kuluriti.

63


Leħen il-Qala - Milied 2013 Ningħaqdu ma’ Marija fl-adorazzjoni kontemplattiva tat-tarbija li għadha kemm welldet. Marija wkoll dak il-ħin ħsiebha kien l-iskop li għalih ġiet fid-dinja dik ittarbija. Ġiet biex issalva l-umanita’ jiġifieri lilna. U aħna ninsew dan fis-sentimentaliżmu tagħna. Forsi kieku għal ftit mumenti nitfu d-dwal li bih dawwarna l-grotta jew il-figura tal-Bambin, nixegħlu xemgħa żgħira li tippermettielna naraw ftit, u fil-ħemda u nofs dlam, naħsbu ftit xi jfisser il-Milied. Kristu Tarbija ġie fid-dinja għax aħna bnedmin dgħajfa, waqajna u konna qegħdin ngħixu fil-miżerja tad-dnub. Ġie biex jeħlisna minn din il-miżerja, minn dan il-jasar. Ġie biex ikun dawl għalina, jurina kif għandna ngħixu biex nistgħu ngawdu l-frott tal-fidwa li kellu jiksbilna. Għażel il-faqar forsi biex jurina u jġagħalna nagħrfu l-faqar tal-eżistenza tagħna. Għażel id-dlam tal-lejl biex forsi jgħinna nifhmu d-dlam tal-ħajja tagħna mingħajr grazzja. Għażel il-kesħa u l-għera biex jagħmilna konxji tal-vojt u l-għera tal-ħajja mingħajr it-tama tas-salvazzjoni. Il-Milied, it-tifkira tat-twelid ta’ Kristu, jitlob iva li aħna niċċelebrawh bil-ferħ bħal ma niċċelebraw it-twelid ta’ tarbija ġdida fil-familja. Imma nżommu f’moħħna x’norbtu wkoll mat-twelid ta’ tarbija. Filwaqt li nifirħu, moħħna dejjem konxju li din it-tarbija għad trid tikber f’mara jew raġel. Li quddiemha hemm futur li hu għal kollox fid-dlam. Trid tkun magħġuna u ffurmata biex tkun kapaċi tgħix dan il-futur li jiżviluppa pass pass ma’ ħajjitha, biex tilħaq l-iskop li għalih irċeviet il-ħajja. Iżda dan il-ħsieb ma jnaqqsilna xejn mill-ferħ għattwelid gdid. Hekk ukoll fit-twelid ta’ Kristu. Nifirħu u bir-raġun għax twieldet tarbija, pero’ ma nistgħux ninsew min hi dik it-tarbija u għal liema skop ġiet fiddinja. Hemm bżonn nagħtu sura għall-ferħ tagħna. Fi kliem ieħor inżommu ċar quddiem għajnejna l-verita’ tal-Milied u nwassluha sal-ibgħad rokna tad-dinja. Fost iċ-ċelebrazzjonijiet profani li bihom nimlew żmien ilMilied, id-dwal, il-kant, it-tiżjin, l-ikel, ix-xorb, ir-rigali, nieqfu ftit u nikkontemplaw il-ġrajja misterjuża talgħar ta’ Betlem.

64

F’Betlem ma nstab ħadd li jagħti ftit kenn lillFamilja Qaddisa. Lil dik it-Tarbija għalqulha l-bibien u kellha titwieled barra mill-belt, fil-għera. Ma nkunux aħna wkoll li nagħlqulha l-bieb tal-qalb tagħna. Meta fil-ġranet tal-Milied nifirħu u niċċelebraw, nifhmu li l-għerq tal-ferħ tagħna mhux ġej mid-divertiment u mir-rigali li rċevejna, imma mill-veru rigal tal-Milied, ittwelid ta’ Salvatur. Konna fid-dnub imma ma ġiex biex iċanfarna, ġie biex jifdina. “Illum tweldilkom Salvatur li Hu Kristu” Hekk kantaw l-anġli u għalhekk nifirħu fil-Milied. Ġibilna l-akbar rigal li qatt stajna nirċievu, is-salvazzjoni. Meta nħarsu lejh fil-faqar tal-grotta ta’ Betlem nagħtuh rigal li jpatti għal dik it-tbatija, fi kliem qasir nagħtuh lilna nfusna mhux b’sentimentaliżmu imma b’rieda sinċiera li ngħixu ħajjitna kif għallimna hu, ħajja mneżża’ mill-egoiżmu, ħajja mfawra b’altruwiżmu. Inkunu qawwija biżżejjed li napprezzaw is-sempliċità ta’ dak l-ewwel Milied u nħallu l-ħsieb jinżel fil-fond ta’ qalbna. L-Iben t’Alla ma stmerrniex imma niżel mis-sema biex jaqsam magħna n-natura tagħna ta’ bnedmin. ■


Leħen il-Qala - Milied 2013

“Grazzi talli ħabbejtna lkoll, kollha kemm aħna”

65


Leħen il-Qala - Milied 2013

Opri ġodda u restawr li sar mis-sena 2005 sas-sena 2013 taħt it-tmexxija tal-Arċipriet Kan. Dr Joe Zammit fil-Parroċċa tal-Qala

66

1.

Premises ġodda għall-istudjows ta’ Radju Leħen il-Qala.

29.

Syntesizer ġdid għall-Kant Liturġiku fil-Knisja.

2.

Il-Vara ta’ Ġesù Redentur tal-Qala maħduma millistatwarju Għawdxi Michael Camilleri Cauchi.

30.

Restawr tas-slaleb tal-Via Sagra fil-pjazza.

31.

Website ġdida tal-Parroċċa.

3.

Restawr u Induratura bid-deheb tal-Pedestall talIstatwa Titulari ta’ San Ġużepp.

32.

Rinnovazzjoni tan-Niċċa ta’ San Ġużepp.

33.

4.

Sorveljanza ġdida (CCTV) fis-Santwarju talKunċizzjoni u ċ-Ċimiterju tal-Parroċċa.

Tisbieħ tal-Ġnien ‘Isqof Mikiel F. Buttigieg’ maġenb is-Santwarju tal-Kunċizzjoni.

34.

5.

Apparat modern bl-aħħar teknoloġija għal Radju Leħen il-Qala.

Girlanda tal-Ganutell għal fuq il-Kwadru talMadonna tas-Saħħa.

35.

Globi u Brazzi għall-vari kollha tal-Ġimgħa l-Kbira.

6.

Restawr tal-Maħżen tal-Armar fi Triq San Ġużepp.

36.

7.

Tużell ġdid fuq l-Altar Maġġur tal-Knisja Arċipretali

Restawrazzjoni u intonazzjoni tal-Orgni talKnisja.

8.

Restawr tal-Pedestall tal-Istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni

37.

Restawr ta’ żewġ anġli li jintramaw għal malpavaljun ta’ San Ġużepp.

9.

Drapp Lama rrakkmat bid-deheb għat-Tużell

38.

Trieħi ġodda għall-altari.

10.

Xogħlijiet fid-Dar tal-Arċipriet (Dar Nazzaret)

39.

Sistema kompjuterizzata fl-Uffiċċju Parrokkjali.

11.

Statwa ta’ Ġesù fl-Ort tal-Ġetsemani, xogħol Michael u ibnu Adonai Camilleri Cauchi

40.

Pjan Uniku ta’ Sigurtà u Ekwavazzjoni fil-Knisja Arċipretali.

12.

Restawr tal-Ħajt fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni

41.

13.

Restawr tal-Istatwa Kunċizzjoni

Sistemazzjoni tal-Mudell tal-ġebel tal-Knisja Arċipretali.

42.

14.

Urna għall-Monument

Restawr tal-Ġilju Bastun tal-fidda u deheb talIstatwa ta’ San Ġużepp.

15.

‘Cargo Lift ’ fis-Sagristija

43.

Projector u Surround System għall-Katekeżi u Amplifier għall-Liturġija.

16.

Sett ta’ 14-il Girlanda tal-ganutell għall-Via Sagra tal-Knisja Arċipretali maħduma minn voluntiera Qalin.

44.

Drapp ġdid għall-Artal tar-Ripożizzjoni.

45.

Tapit aħmar għall-korsija tal-Knisja fil-festi.

46.

Gwarniċ ġdid għall-Kwadru tal-Madonna tasSaħħa.

47.

Rinnovazzjoni Rużarju.

Titulari

tal-Immakulata

17.

Antenna ġdida (self-elector) għal Radju Leħen ilQala.

18.

Urna tal-injam għall-Kwadru ta’ Salus Infirmorum.

19.

Bradella, Padestellata, u Bankun għall-Vara tarRedentur.

48.

20.

Raġġiera tal-Fidda għar-Redentur.

Restawr tal-anġli tal-Istatwa tal-Madonna tarRużarju.

21.

Girlanda ta’ Fjuri tal-Ganutell għall-Istatwa Titulari ta’ San Ġużepp.

49.

Restawr tal-Qniepen Kunċizzjoni.

50.

Vetrata ġdida tal-Ispirtu s-Santu fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni.

tan-Niċċa

tal-Madonna

fis-Santwarju

tar-

tal-

22.

Brazz tal-Kristall għall-pilastri maġġuri.

23.

Induratura bil-fidda tal-istendard tal-Fratellanza.

51.

Restawr fiċ-Ċimiterju tal-Parroċċa.

24.

Induratura bid-deheb isfar u abjad tar-Raġġiera tal-Ispirtu s-Santu.

52.

Rinnovazzjoni Sagristija.

25.

Sistema ġdida ta’ ‘Main Switch’ tad-dawl għallKnisja.

53.

26.

Tkomplija tad-Dekorazzjoni bid-dawl ghall-Festa, tal-Koppla, Kampnari u Faċċati tal-Knisja.

Girlanda ġdida tal-Istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni għall-Festa, b’warda tad-deheb bi brillant ġo fiha.

54.

Restawr tal-Ostensorju tal-Fidda tal-Festa.

27.

Tkabbir ta’ kamra b’raff fuq is-Sagristija tal-Knisja.

55.

Restawr tal-Purtiera tal-Bieb il-Kbir.

28.

Sistema ta’ dawl għall-Kwadru ta’ Santa Marija tal-Qala.

56.

Xogħol fuq il-Qniepen tal-Knisja Arċipretali.

57.

Ostensorju Ġdid.

tal-Kamra

Guest

Room

fis-


Leħen il-Qala - Milied 2013 58.

12-il globu tas-Slaleb tal-Konsagrazzjoni talKnisja Arċipretali.

92.

Ittieħed ritratt professjonali Mirakoluża ta’ Salus Infirmorum.

59.

Restawr tal-Istellarju tal-Istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni bid-deheb u l-fidda.

93.

Ittieħed ritratt professjonali tal-Kappella tasSantwarju.

60.

Restawr tal-Pittura tax-xema’ ta’ mal-Istatwa talImmakulata Kunċizzjoni.

94.

Link diġitali biex isir ix-xandir mis-Santwarju għal fuq Radju Leħen il-Qala.

61.

Leġiju tal-Bronż għas-Santwarju tal-Kunċizzjoni.

95.

Xogħol ta’ manutenzjoni fis-Santwarju.

62.

Bradella ġdida għall-Istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni.

96.

Induratura fid-deheb tal-Leġiju tal-festi l-kbar.

97.

Induratura tal-Urna tal-Artal tar-Repożizzjoni ta’ Żmien l-Għid il-Kbir.

tax-Xbieha

63.

Salib għall-fontispizju tas-Santwarju.

64.

Lampier għall-Kappella tal-Madonna tal-Blat.

98.

Restawr ta’ Kurċifiss Antik.

65.

Xogħlijiet ta’ restawr fuq il-bejt tal-Knisja Arċipretali.

99.

Xogħol ta’ manutenzjoni Madonna tal-Blat.

66.

Xogħlijiet fid-Dar Parrokkjali.

100. Restawr tal-Lampieri tal-Festa u ta’ matul is-sena.

67.

Sistema ta’ protezzjoni mis-sajjetti fil-Knisja u flIstudjows ta’ Radju Leħen il-Qala

101. Palk professjonali ġdid fiċ-Ċentru Parrokkjali.

68.

Drapp Abjad, Aħdar u Vjola għat-Tużell.

69.

Drapp Vjola tal-Bellus għall-Kurċifiss.

103. 24 mejda ġdida għal attivitajiet varji fil-Parroċċa.

70.

Ventartal ġdid għall-artal ta’ Salus Infirmorum.

71.

Restawr tal-Lampier tal-Fidda tas-Santwarju.

72.

Armarju ġdid għad-drapp tat-Tużell fis-Sagristija.

106. Restawr mid-Ditta Laga tat-42 ex-voto tal-fidda lis-Santwarju tal-Kunċizzjoni.

73.

Sitt Twieqi tal-iStained Glass fil-Knisja Arċipretali.

107. Live-Streaming fil-Knisja Arċipretali.

74.

Installazzjoni mill-ġdid tas-sistema tas-sound fisSantwarju.

108. Live-Streaming fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni.

75.

Pedestallata ġdida għall-vara tad-Duluri.

109. Restawr u Induratura bid-deheb tar-Ruġġiera talurna tas-Sepolkru.

76.

Tliet raġġieri tal-Fidda għall-Vari tal-Ġimgħa l-Kbira.

110. Niċċa ġdida għall-istatwa tar-Rendentur.

77.

Xogħol u induratura ta’ 50 ġummiena tat-Tużell minn voluntiera Qalin.

111. Fjoretti tal-Ganutell għall-Artal tar-Rużarju.

78.

Xogħol estensiv fiċ-Ċentru Parrokkjali.

79.

Konfratiji.

113. Restawr tal-Kappella tal-Blat.

80.

Ilbies ġdid għat-tfal tal-Ġimgħa l-Kbira meħjuta minn voluntiera.

81.

24 fan għall-Knisja Arċipretali.

82.

Armarju ieħor ġdid fis-sagristija.

83.

Dwal ġodda fiċ-Ċimiterju.

84.

Restawr umbrella tas-Sagrament.

85.

Xogħol u Manutenzjoni fuq il-bejt tal-Knisja għall-winch tat-Tużell.

86.

Restawr ta’ żewg kalċijiet għas-Santwarju talKunċizzjoni.

87.

6 Torċi.

88.

Winch għat-Tużell.

89.

Bankuni, Bradelli, lasti u forċini għall-vari talĠimgħa l-Kbira kollha.

90.

Roti għall-Vari kollha tal-Ġimgħa l-Kbira.

91.

Camera motorizzata għal video streaming filpjazza għall-benefiċċju tal-emigranti.

fil-Kappella

tal-

102. Sala Rikreattiva għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ. 104. Restawr estensiv tal-Kappella taċ-Ċimiterju. 105. Restawr tal-bejt tas-Santwarju.

112. Lasti għall-Vara tal-Monument. 114. Restawr tal-Arloġġi tal-Knisja u tas-Santwarju 115. Restawr tal-Isfera tal-Fidda. 116. Żebgħa tal-bibien kollha tal-Knisja. 117. Restawr fis-sagristija tal-Knisja. 118. Xogħolijiet fiċ-Ċentru Parrokkjali. 119. Regolariżżazzjoni tal-Fire Extinguishers tal-Knisja. 120. Karlotta tal-Papa Franġisku. 121. Bankun tal-Istatwa Titulari tal-Kunċizzjoni. 122. Tapit prezzjuż orjentali għas-sala tas-saċerdoti fid-Dar tal-Arċipriet

Total: € 376,321 Armar tal-Festa ta’ Barra 123. Alabardi ta’ fuq l-antarjoli tal-pjazza. 124. Restawr tal-istatwa ta’ San Ġużepp tal-Ħamis u tal-istatwi ta’ David u Ġużeppi. 125. Restawr tal-erba’ statwi ta’ mal-pedestall ta’ San Ġużepp fil-pjazza.

67


Leħen il-Qala - Milied 2013 126. Bandalori ġodda għal Triq 28 ta’ April 1688 127. Pavaljun ġdid tad-dawl minn sett għal Triq San Ġużepp. 128. Restawr ta’ żewġ pilandri għall-pjazza l-Isqof Mikiel F. Buttigieg. 129. Restawr estensiv tal-Pedestall tal-pjazza. 130. Liedna għal Triq San Ġużepp u Triq il-Wardija. 131. Għodda neċessarja għall-Maħżen tal-Armar.

132. Restawr tal-Istatwa ta’ San Ġużepp taddimostrazzjoni tal-Ġimgħa. 133. Pavaljun tad-drapp ġdid għal Triq San Ġużepp. 134. Restawr estensiv tal-pavaljuni tad-dawl kollha. 135. Żewġ karrijiet ġodda għall-ġarr tat-Trofej talPjazza. 136. Tkomplija tal-Armar, Pavaljuni, Bandalori u talPedestall tal-Pjazza. 137. Restawr estensiv tal-antaljoli tal-Festa.

Total: € 20,194

Karità:

Komunità Żgħira, b’Qalb Kbira (Dawn huma flus li nġabru tul dawn l-aħħar 8 snin mill-poplu tal-Qala bħala għajnuna għal persuni barra r-raħal tal-Qala, kemm fil-kumplament tal-Gżejjer Maltin kif ukoll barra minn xtutna.)

Sena

Flus

2013

€ 33,299.09

2012

€ 25,271.69

2011

€ 19,063.59 + 105 US $

2010

€ 21,200 + 100 US $

2009

€ 17,660.18 + 80 US $

2008

€ 18,077.24

2007

Lm 9,804.30 (€ 22,837.84)

2006

Lm 9,426.98 (€ 21,958.92)

2005

Lm 10,402.67 (€ 24,231.66)

Total

€ 203,810.97

-

Festi ta’ San Ġużepp: 9 Festi

-

Ħlas lis-Saċerdoti tal-Parroċċa u Barranin

-

Festi tal-Immakulata Kunċizzjoni: 9 Festi

-

Lay Renumeration

-

Leħen il-Qala (rivista parrokkjali): 27 rivista

-

Inċens, Xema’ u Fjuri

-

Gozo International Celebration (ċelebrazzjoni ekumenika): 24 Edizzjoni

-

Ostji u Inbid

Attivitajiet Pastorali

-

Dawl u Ilma

-

Programmi Liturġiċi (Missjoni tax-Xirka, Randan, Kwaranturi, Milied, etc…)

-

Telephones

-

Total: € 1,061,603 Total Ta’ Kollox: € 1,661,929

L-Arċipriet fil-waqt li jirringrazzja lill-Kbir Patrijarka San Ġużepp u lill-Verġni Omm Alla Marija Immakulata u lill-poplu kollu tal-Qala mill-kbir saż-żgħir għall-ġenerożità kbira tiegħu fil-Parrokat tiegħu, huwa jiddikjara li 68

ma ħalla ebda ħlasijiet pendenti ma’ ħadd jew xi piżijiet fuq il-parroċċa.


Leħen il-Qala - Milied 2013

Gozo International Celebration

St Joseph Feast 2013 Edition minn: Victor Grech

Once more as has become customary, locals, Maltese and foreigners thronged St. Joseph Parish Square of Qala to thoroughly enjoy the 9th Festa edition of the Gozo International Celebration, the ecumenical event which has the aim of promoting Gozo’s Diversity of Cultures and Heritage. The presence among the audience of distinguished personalities like His Excellency the President of the Republic of Malta - Dr. George Abela, the Parliamentary Speaker - the Hon. Dr. Anglu Farrugia, The Hon. Minister for Gozo - Dr. Anton Refalo, the Parliamentary Secretry - the Hon. Dr. Franco Mercieca and the United States Ambassador for Malta HEs Excellency Gina Abercrombie-Winstanley, is ample evidence of the cultural stature and unique nature of he GIC which has now reached its 23rd edition. Unlike the Christmas and vidence of the cultural stature and unique culure of he GIC which has now reached its 23rEaster editions, the Festa edition is held in the open air on the parvis of Qala’s Parish Church and best captures the Mediterrenean style of life. The theme of the 2013 Festa edition of the GIC was ‘Positivity through Faith’ and it was very effectively and enjoyably conveyed by the brilliant heartfelt executions by the Joy Gospel Singers directed by founder Ms. Michelle Marie Abela ATCL, LTCL (TD). This group which consists of forty singers including soprano , Alto and Tenor Voices, and a band, interpreted various styles of the Gospel. Their vibrant and uplifting style of Christian music is coupled to lovely and synchronised choreography. The Joy Gospel Singers opened the GIC with ‘This is the Day’, ‘Swing low Sweet Chariot’ and ‘In this House’, went on to interpret ‘Happy Day’, ‘Joshua fit the battle’ and ‘Sweet Jesus’ and brought the curtain down with a long applause with ‘This light of mine’, ‘His Eye is on the Sparrow’, ‘Born Again’

and ‘I will Follow Him’. Vibrating joy emanated from the happy voices of the choir and the joyful music flowing from instruments and from the movement and facial expressions of the Group musical director. These interpretations showed God’s infinite undying love for mankind and his eagerness to help us only if we are positive and open our heart to Him who is Joy and Love. Our heart is a closed door with a handle on the inside and none on the outside. The Lord knocks and only we who are on the inside can open to let Him in. The Qala Parish Archpriest Can. Dr. Joe Zammit, the originator and main orchestrator of the GIC delivered his message emphasizing the need to be positive and to derive confidence and courage from God’s presence in our lives to overcome the challenges life poses for us. God will give us the spiritual strength we need to move on only if we accept it and appreciate it. We should never lose heart or lose our way because God constantly watches over us. There is always the providential light at the end of the tunnel, the rainbow following the tempest. Another personality who graced the GIC and captured the sympathy and the admiration of the audience was undoubtedly Malta’s new musical hero, Gianluca Bezzina. Following his success in Eurovision 2013, Gianluca released his 10 track debut album ‘Waiting for Tomorrow’. The enthusiasm and joy of Gianluca was contagious and carried away one and all. He created a magical moment when he invited the children to go up on the parvis near him to sing ‘Tomorrow’ with him. These were happy children from different countries with glowing faces clearly reflecting and emphatically underlining the ecumenical nature of the GIC and its effort to draw together various Christian denominations seeking unity in diversity through the infinite love of God for all.■

69


Le침en il-Qala - Milied 2013

70


Leħen il-Qala - Milied 2013

“Positivity through Faith” By the Hon. Dr. Franco Mercieca M.P.

PARLIAMENTARY SECRETARY FOR RIGHTS OF PERSONS WITH DISABILITY AND ACTIVE AGEING

I remember quite vividly the day I had promised the altar boys that we will be going for a hike in the afternoon during their Easter holidays. We all looked forward with sheer joy at the coming event. And just after the mid-day meal we set off towards Hondoq ir-Rummien bay. But so unexpectedly, dark clouds loomed above and drops of heavy rain started just when we set foot on the beach. We were all so disappointed. Our only option was to look for a sheltered place. In my heart of hearts I complained to the Good Lord. “Why did you allow rain to ruin our outing?” And at that moment one of the boys blurted out: “Look what a beautiful rainbow. I have never seen one bigger or so colourful”. Now I knew why we had showers instead of sunshine. The Good Lord wanted my boys to enjoy for once the vision of a rainbow reaching the vastness of the sea right in front of us. Yes it is all a question of attitude. Even when the going is tough one can always see light at the end of the tunnel. But many times we opt to look at the dark side of life. Just like we kids did many years ago when our school teacher brought out a blank sheet of paper and right in the middle he had put a black spot not bigger than a one cent coin. When asked about our comments we all said that there was this black spot forgetting all about the big white space surrounding it. Life is never easy and not always just. Some people have to encounter heavy storms. They have two

options. Either to think negatively and ruin their living or else to look at the bright side and turn the difficulties into new opportunities. It is like hitting a stone while having a stroll in the countryside. You can feel some pain and keep on moving or else picking up the stone and putting it just in front of your eyes to see clearly what had hit you. You will then suffer the same pain as before and see only the stone. Your vision is now blurred and you will never enjoy the presence of your friends, and the vision of flowers growing by the wayside, birds flying just above you and trees laden with delicious fruits. You have decided to concentrate on the stone. To speak only about your ills and pains. How often we keep on harping on the same negative thoughts. Fretting over something that happened to us the other week or month. As if our mind cannot let go of these unpleasant and sometimes downright destructive thoughts. We opt to hang on this negative repetition. We keep on recalling the event even if it actually happened only once. No wonder we feel so tired and disappointed. Successful people acted otherwise. Theodore Roosevelt, was sickly and puny from childhood and doctors told his parents that he would never grow into a strong man. Yet he mastered every handicap and became president of the United States and today he is known as “Rough Riding Teddy”. But we can change all this if we manage to alter our attitude towards life. To look on the bright side. To be positive rather than negative. To be aware of the white space instead of focusing on the black spot. To motivate optimistic thoughts rather than dwell on

71


Leħen il-Qala - Milied 2013 pessimistic outlooks. Let us promise ourselves to enjoy the rainbow and forget about the rain. And this positive thinking should help us deal better with people passing through difficult times. Our attitude could bring in supportive influence which could very well help our friends and colleagues passing through hard times. Lighting candles in their lives would help us put away any apparent darkness in our own life. We would reinforce and strengthen their ability to keep on hoping, never to stop trying and always trusting the Good Lord who despite everything would be near to help us along. As the psalmist said: The Lord is my shepherd I shall not want Even if I walk through the valley of the shadow of death I fear no evil for thou art with me. And the well known hymn written by Cardinal Newman says it all: Lead kindly light Amid the encircling gloom Lead thou me on The night is dark And I am far from home. Negative thinking never comes from God because our God is a God of joy and love. Let us make an act of faith in his fatherly care and we get the promise of his constant watch over us despite all the hardships we will meet along the road of daily living. Such a promise would surely help us achieve inner peace. ■

72


Leħen il-Qala - Milied 2013 Parroċċa Arċipretali San Ġużepp – Qala Għawdex:

Pellegrinaġġ / Ġita Parrokkjali Pastorali f’LOURDES u PARIĠI – mid-09 sat-18 ta' Settembru 2013

“Lourdes – Bieb ta’ Fidi” Minn: Euchar Mizzi – Tour Leader

Kif kien imwiegħed fil-bidu tal-Pjan Pastorali għas-sena li għaddiet, Ottubru 2012 u Settembru 2013, il-Parroċċa organizzat Pellegrinaġġ / Ġita għal Lourdes u Pariġi. Bdejna b’ Lourdes fejn wasalna fil-10 ta’ Settembru 2013 u fejn qattajna erbat ijiem sħaħ induru u nesploraw il-paċi, is-serenità u s-sbuħija ta’ dan il-post qaddis tal-Madonna. Lourdes: It-Tema għal din is-sena ġewwa Lourdes kienet “Lourdes – Bieb ta’ Fidi”. U hekk hu, għax kull min ikun Lourdes u jara b’għajnejh dawk il-ħlejjaq kollha ġejjin minn kull rokna taddinja, anke jekk ma jkunux jemmnu, jibda jistaqsi u jgħid, “x’inhu dan is-seħer li jaħkmek hekk kif tirfes l-art ta’ quddiem il-grotta tal-Madonna?” Dan tħossu l-aktar waqt il-purċissjoni Aux Flambeaux meta l-folla kollha għalenija tkanta l-‘Ave Maria’. U dak il-ħin int min int u int x’int tingħaqad ma’ dawk l-ilħna numerużi u magħhom issellem lil Marija bil-kant talAve Maria. Ġewwa Lourdes, aħna dorna l-postijiet kollha konnessi ma’ Bernardette Soubirous. Bdejna bil-quddiesa li l-Arċipriet qaddes fil-Kappella tal-‘Kurċifiss Glorjuż’ u wara bdejna bl-ispjega tagħna fis-Santwarji; Il-Bażilika tal-Immakulata Kunċizzjoni li tinsab fuq u li hija l-ewwel knisja li bdiet tinbena fuq xewqa tal-Madonna fejn ordnat lill-Qassisin biex jagħmlu purċissjoni kuljum u jingħad ir-rużarju. Taħt din il-knisja hemm il-Kripta, li għalkemm bdiet tinbena wara l-Bażilika tal-Immakulata, pero’ hija l-ewwel waħda li bdiet tiffunzjona peress li hija ferm inqas fid-daqs, u isfel il-Bażilika ddedikata lill-Madonna tar-Rużarju. Din tikkonsisti fi ħmistax-il kappella li jirrappreżentaw il-ħmistax-il posta tar-Rużarju. Dawn it-tliet Bażiliki jiffurmaw l-hekk imsejjaħ is-Santwarju ta’ Lourdes. Minn hawn imxejna għall-Bażilika ta’ Santa Bernardette

li tinsab in-naħa l-oħra tax-Xmara Gave u faċċata tal-Grotta tal-Madonna. Il-post ta’ din il-Bażilika kien magħżul proprju fuq il-post fejn Bernardette kellha l-aħħar dehra tal-Madonna meta l-aċċess normali lejn il-Grotta kien imbarrat mill-pulizija sabiex ħadd ma jersaq ’l hemm. Hawn għamilna viżta qasira lis-Santissimu Sagrament fil-Kappella mibnija apposta għallAdorazzjoni lejl u nhar. Hawn għamilna l-ispjega ta’ x’ġara fil11 ta’ Frar 1858, meta Bernardette, waqt li marret tiġbor xi ftit ħatab biex isajru bih, rat l-ewwel darba lill-Madonna f’għar ċkejken fil-wied ta’ Massabielle li minn quddiemu tgħaddi x-Xmara Gave Komplejna bid-dawra tagħna u din id-darba morna filBażilika San Piju X, knisja mibnija taħt l-art kollha rampi għallwheel chairs u strechers, li tesa’ aktar minn 27,000 ruħ. F’din il-Bażilika jsir il-Quddies Internazzjonali kull nhar ta’ Ħadd u nhar ta’ Erbgħa matul l-istaġun, jiġifieri bejn l-Għid il-Kbir u l-aħħar ta’ Settembru. Hawn aħna assistejna għall-Quddiesa Internazzjonali nhar l-Erbgħa 11 ta’ Settembru fejn l-Arċipriet ikkonċelebra ma’ numru kbir ta’ Saċerdoti, Isqfijiet u anke Kardinal li kien il-Prim Konċelebrant. Hawn il-qari kollu jsir b’sitt lingwi differenti li huma l-Franċiż, it-Taljan, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Ġermaniż u l-Olandiż. Filgħaxija komplejna bid-dawra tagħna ta’ Lourdes billi żorna l-Knisja Parrokkjali tal-Belt ta’ Lourdes iddedikata lillQalb ta’ Ġesu u li qabel il-gwerra kienet iddedikata lil San Pietru. Din kienet ġarrbet ħsarat kbar u wara li reġgħet kważi nbniet mill-ġdid, iddedikawha lill-Qalb ta’ Ġesù. Bernardette Soubirous kienet mgħammda f’din il-knisja fid-9 ta’ Jannar 1884, jumejn wara li twieldet li ħabat eżatt għeluq is-sena miż-żwieġ tal-ġenituri tagħha. Fil-fatt għad hemm il-fonti talmagħmudija oriġinali kif ukoll statwa ta’ San Ġwann Battista

73


Leħen il-Qala - Milied 2013 u silta mill-kopja taċ-ċertifikat tal-magħmudija. Taħt din ilknisja hemm ukoll kripta li fiha hemm midfun il-Kappillan/ Kurat ta’ żmien id-dehriet, Fr. Peyramale li fil-bidu kien xettiku ħafna dwar id-dehriet, imma meta sema’ l-frażi “Jien Jien l-Immakulata Kunċizzzjoni”, ħassu ċert li dik kienet verament il-Madonna u għamel ħiltu kollha biex jibni knisja kif talbitu l-Madonna. Minn hawn morna fid-dar miżerabbli fejn Barnardette u l-familja tagħha għexet għal numru ta’ xhur li ġġib l-isem ta’ il-Cachot. Post abbandunat li kien jintuża mill-ħabsin. Kien proprju minn din id-dar ħarġet Bernardette meta d-destin laqqagħha mal-Madonna fil-grotta ta’ Massabielle. Il-familja Soubirous iffurmata minn sitta min-nies kienet tgħix f’din il-kamra waħda żdingata u nieqsa mill-faċilitajiet kollha immaġinabbli. Minn dakinhar ’l hawn, bosta kienu dawk l-erwieħ li sabu l-fejqan u l-faraġ f’din il-kamra ċkejkna talCachot. Wara l-ispjega rreċitajna tliet Ave Marijiet lill-Madonna u Santa Bernardette u komplejna l-mixja tagħna lejn l-aħħar post tagħna li kien ‘il-Boly Mill’, midħna tad-dqiq fejn twieldet Bernardette u għexet l-ewwel għaxar snin tagħha mal-familja, li hija tqis bħala l-aħjar għaxar snin ta’ ħajjitha. Hawn rajna s-sodda, il-benniena, u xi għamara oħra ta’ dan iż-żmien. Apparti ż-żjara ta’ dawn il-postijiet qaddisa kollha, ilgrupp attenda wkoll għall-purċissjonijiet Aux Flambeaux kull filgħaxija. Dħalna fil-Grotta tal-Madonna aktar minn darba. Attendejna darba għall-Purċissjoni tas-Sagrament fil-5.00pm u nvistajna wkoll il-Via Sagra ta’ fuq il-Għolja. Ħafna minna assistejna wkoll għar-rużarju tas-sitta li jintqal bil-lingwa Taljana u li jiġi trasmess fuq it-TV 2000. Ma naqasx ukoll li nixegħlu x-xemgħa quddiem il-Madonna u npoġġu anke xi bukkett ward frisk bħala tkomplija tad-devozzjoni tagħna lejn Ommna Marija ta’ Lourdes. Devozzjoni oħra attwata mill-maġġoranza tal-membri tal-grupp tagħna kienet li tinżel fil-pixxina. Bakkarna kmieni biex ma noħorġux iddisgustati u fis-6.30am konna diġa filkju. B’hekk sal-11.00am, il-membri tagħna kienu kollha lesti kuntenti u sodisfatti li għamlu d-devozzjonijiet kollha. Kien hemm anke min għamel żjara fil-mużew tax-xema’, kif ukoll telgħu fuq ix-‘Chateau Forte’, fortizza antikissima li għandha rabtiet kbar mal-istorja ta’ Lourdes għas-sigurta u protezzjoni li tat liċ-ċittadini tal-post. Illum dan il-Forti hu Mużew kbir mimli teżori ta’ valur kbir. Apparti dan, minn fuq dan it-torri wieħed jista’ jgawdi dehra panoramika tal-belt kollha ta’ Lourdes.

74

Apparti minn Lourdes u dak kollu li ssib fih, il-grupp kellu wkoll organizzati erba’ eskursjonijiet sbieħ li kienu: a) Żjara tar-Raħal ta’ Bartres fejn Bernardette għaddiet xi snin dritt wara li twieldet peress li ommha kienet instamtet u ma setgħetx tkompli tradda lit-tarbija. Ċertu Marie Lagues, ħabiba tal-familja Soubirous, li kellha tifel u miet tat-twelid, iddeċidiet li tieħu lil Bernardette u tkompli trabbiha hi, almenu sa ma’ ommha tieħu saħħitha. F’Bartres, rajna wkoll id-dar fejn kienet tgħix Marie Lagues, il-knisja Parrokkjali ddedikata lil San Ġwann Battista kif ukoll il-qabar tal-istess Marie Lagues. Minn hawn morna l-Lake ta’ Lourdes, għadira kbira li jmorru fuqha bil-‘paddle boats’ u li quddiemha hemm ‘Golf Course’ kbira u ferm attrezzata. b) It-tieni ġurnata morna r-raħal muntanjuż ta’ ‘Gavarnie’. Raħal żgħir, imdawwar bil-muntanji qisu nkurunat b’kuruna ta’ qċaċet ta’ muntanji, 1360 metru ’l fuq millbaħar, minfejn tibda x-Xmara Gave li tibqa’ sejra u tgħaddi minn Lourdes. Hawn kien hemm min mar ‘horse-riding’ madwar il-post. Triq mimlija negozji ħelwin ibigħu kull tip ta’ souvenirs, cafès u anke ristoranti. F’nofs ta’ triq għamilna waqfa fuq il-‘Pont Napoleon III’, pont għoli li minn fuqu jipprattikaw l-‘ispringjump’ għal isfel. c) Fit-tielet ġurnata għamilna żjara fuq ‘Pont D’Espagne’, muntanja għolja li min tela’ sa fuq nett – sa Lac de Gaube – kien f’għoli ta’ 3298 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar. Hawn għadira sabiħa ħafna fuq nett, waqt li fin-nofs insibu l-akbar kaskata ta’ ilma fir-reġjun. Din il-muntanja tifforma parti mill-‘Park Nazzjonali talPyrenees’. Fit-triq għaddejna minn numru ta’ rħula u bliet ħelwin, fosthom il-belt ta’ ‘Couterets’, belt magħrufa sew għall-iskiing, l-aktar fix-xhur tax-xitwa. Din il-belt hi magħrufa wkoll għall-produzzjoni ta’ diversi tipi ta’ ġobon u anke zalzett. d) L-aħħar eskursjoni tagħna f’Lourdes kienet proprju żjara fil-Park tal-Annimali ta’ Lourdes – annimali li wieħed isib l-aktar fil-Pyrenees. Dan huwa post għall-arja, kbir u mifrux fejn wieħed jara mhux biss numru ta’ annimali ħajjin, iżda anke annimali bbalzmati u ppreżentati f’ambjent verament adattat u ferm naturali. Fil-ħames jum tat-tour tagħna, wara l-quddiesa u l-kolazzjon irħejnielha lejn l-Istazzjon tal-ferrovija biex nitilqu


Leħen il-Qala - Milied 2013 lejn Pariġi, il-belt kapitali ta’ Franza. It- tren veloċi telaq fil-11.30am u fil-5.00pm wasalna fl-Istazzjon tat-tren ta’ Montparnasse. Hawn sibna l-Coach u fis-6.00pm wasalna filHotel Ibis Berthier, lukanda kbira ta’ 688 kamra mqassma fuq 9 sulari. F’Pariġi kellna programm mimli bħal bajda u għalhekk l-għada filgħodu wara l-quddies u l-kolazzjon irħejnielha lejn it-Torri Eiffel, simbolu grandjuż ta’ Pariġi. Tlajna fuqu fejn stajna ngawdu dehra mill-isbaħ ta’ Pariġi f’temp verament xemxi u ċar. Dakinhar inzertajna l-famuża ‘Techno Music Parade’, parata ta’żfin, mużika tad-daqq ta’ tnabar, fejn eluf ta’ nies, l-aktar żgħażagħ kollha lebsin il-kulur tagħhom għaddew jiġru mat-toroq ewlenin tal-qalba ta’ Pariġi. Kawża ta’ hekk, bosta toroq kienu għal xi ħin magħluqin. Wara li nżilna mit-Torri Eiffel, bdejna t-tour tal-belt ta’ Pariġi. Bdejna minn l-‘Invalide’ fejn għamilna waqfa u dħalna naraw il-qabar ta’ Napuljun. Hemm rajna wkoll l-‘Ecole Militaire’, l-Akkademja taż-żgħażagħ li jkunu ser jingaġġaw flarmata jew fl-artellerija. Minn hemm għaddejna lejn ‘Palais de Caillot’, ‘Champ de Mars’, ‘Palais Bourbon’, ‘Place de la Concorde’, fejn għamilna waqfa oħra. Rajna wkoll il-Palazz talPresident. Għaddejna minn quddiem ‘la Madaleine’, ‘l’Opera’ u mbagħad soqna lejn il-‘Louvre’ u minn hemm lejn ‘ChampsElysees’ dritt lejn l-‘Ark de Triomphe’ fejn għamilna waqfa oħra ta’ madwar siegħa u tliet kwarti. Naturalment quddiem kull Monument minn dawn saret spjega tal-post mit-‘Tour Leader’. L-għada li kien it-Tnejn għaddejna ġurnata Euro Disney, fejn kulħadd isir tfal. Hawn il-grupp ixxala kemm felaħ tiela’ fuq attrazzjoni u nieżel minn oħra. L-aktar popolari żgur li kienu

‘It’s a Small World’, ‘Pirates of the Caribbean’, ‘Pinocchio’, ‘Peter Pan’, ‘Sindirella’, ‘Michael Jackson Show’ u tant u tant attrazzjonijiet oħrajn. Dawn apparti n-numru kbir ta’ ħwienet tas-souvenirs, ħwejjeġ, ristoranti, bars, u tant u tant oħrajn. M’hemmx dubju li waħda mill-attrazzjonijiet speċjali ta’ Euro Disney kienet bla dubju l-Parata li tgħaddi mixgħula mit-toroq prinċipali bil-figuri prinċipali ta’ Walt Disney, Micky Mouse, Mini, u l-kumplament. Ovvjament kien hemm ukoll l-Walt Disney Studios fejn stajna naraw kif inħadmu ċerti films ta’ ġiri ta’ karozzi eċċ. Imma minkejja li dħalna fl-10.00am hekk kif fetaħ, u ħriġna fid-9,00pm x’ħin għalaq, xorta ma kellniex ħin biżżejjed biex induru kullimkien. Bdejna b’dawra bit-tren li turik it-tqassim tal-park kif inhu u spiċċajna għajjenin wara aktar minn għaxar sigħat induru minn ħaġa għall-oħra, pero’ kuntenti u sodisfatti ħafna. It-Tlieta filgħodu wara l-kolazzjon tlaqna lejn is-‘Sacrè Coeur, Bażilika oħra f’Pariġi li apparti d-dehra maestuża li għandha, tippossiedi importanza u devozzjoni kbira lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù f’Pariġi. Knisja Monumentali magħmula minn ġebla speċjali li meta tixxarrab bix-xita minflok li tiswied, tibjad u dan waħdu jagħmilha wieħed millMonument l-aktar attraenti ta’ Pariġi. Apparti dan is-‘Sacrè Coeur tinsab fuq l-għolja Montmartre u tidher minn kważi Pariġi kollha. Din il-Bażilika hija wkoll ‘Landmark’ ta’ din il-belt hekk sabiħa u maestuża. Wara morna nżuru il-Palazz ta’ Versailles. Palazz mibni minn Louis XIV u li bih ried kieku jgħaqqad il-Palazz ma’ Champs-Elysees, l-aqwa triq ta’ Pariġi. Dan il-Palazz huwa l-akbar wieħed fid-dinja. Dan il-Palazz Irjali tar-Re Lwiġi XIV, għandu ġnien meraviljuż li hu mimli bl-istatwi, funtani u naturalment siġar u fjuri. Versailles huwa attrazzjoni mondjali

75


Leħen il-Qala - Milied 2013 li l-ebda viżitatur li jkun Pariġi ma għandu jonqos li jżur. Wara din iż-żjara, morna u qattajna sagħtejn fil-qalba ta’ Pariġi fi Pjazza del Opera. Hawn apparti t-teatru tal-Opera li huwa wieħed mondjali, insibu wkoll l-Istabbilimenti ta’ ‘Lafayette’. Ħwienet kbar li jagħtu fuq żewġ toroq kbar magħqudin flimkien permezz ta’ pont minn stabbiliment għall-ieħor. Minn hemm tlaqna lejn il-lukanda fejn inħsilna u erġajna ħriġna nieklu barra. Kull bidu għandu t-tmiem. Waslet l-aħħar ġurnata tagħna f’Pariġi u wara l-quddiesa u l-kolazzjon morna nżuru l-Katidral Ewlieni ta’ Pariġi ‘Notre Dame de Paris’. Katidral maestuż, li din is-sena qed ifakkar it-850 sena mill-Konsagrazzjoni tiegħu. Kumbinazzjoni, dakinhar filgħodu sibna l-Katidral imballat bittfal u żgħażagħ, peress li kellhom quddiesa fil-bidu tal-ftuħ tassena skolastika tagħhom. Għalhekk qgħadna nistennewhom jispiċċaw u sadanittant dorna dawra l-Katidral u stajna napprezzaw il-kobor, l-arkitettura u s-sbuħija u l-maestrija ta’ dan il-Katidral. M’hemmx għalfejn ngħid li l-faċċata hija wirja ta’ arkitettura mill-ifjen u mill-isbaħ tal-knejjes Ewropew. L-istess nista’ ngħid dwar l-istained glass li hemm ġewwa l-Katidral, fosthom ir-Rose Window li hemm fil-faċċata f’nofs il-korsija. Xi ħaġa li tatna sodisfazzjon kbir kienet li l-Arċipriet tagħna Rev. Dr. Joe Zammit irnexxielu jqaddes quddiesa fuq l-artal maġġur flimkien ma’ qassis tal-post li ħarġet f’nofsinhar. Kien verament ta’ sodisfazzjon għalina l-grupp kollu tat-tour talQala li naraw u nassistu għall-quddiesa tal-Arċipriet tagħna ġewwa l-Katidral ta’ Pariġi f’din is-sena hekk importanti għallInsara Kattoliċi Pariġini kif ukoll għalina lkoll f’din is-Sena talFidi. Nagħlaq dan ir-rapport dwar il-Pellegrinaġġ / Ġita li l-Parroċċa għadha kif organizzat għas-sitt darba konsekuttiva bħala parti mill-Pjan Pastorali Parrokkjali. Din hi inizzjattiva tal-Arċipriet Fr. Joe Zammit li ta’ kull sena jinsisti li jagħti opportunita lill-parruċċani tiegħu, li għal ftit ġranet joħorġu barra minn xtutna u jimirħu f’ambjenti u kultura kompletament differenti minn tas-soltu. M’hemmx dubju li attivitajiet bħal dawn iħallu ġid kemm spiritwalment kif ukoll kulturalment, soċjalment u anke mentalment. Dawn jgħallmuk dejjem aktar u jġagħluk tifhem u tapprezza dejjem aktar is-sbuħija ta’ kulturi differenti, ta’ ambjenti differenti kif ukoll ta’ postijiet differenti u daqs tant ieħor interessanti. J’Alla din l-attivita Parrokkjali tkompli anke matul is-snin li ġejjin.

76


Leħen il-Qala - Milied 2013

AUSTRALIAN QALA ASSOCIATION L-ASSOĊJAZZJONI TAL-QALA FL-AWSTRALJA 48 Cowper Avenue, St Albans, Victoria 3021, Australia. Tel: 0061 (03) 93674268

Tagħrif mill-Awstralja dwar ħutna l-Qalin emigranti, minn MICHAEL BUTTIGIEG, President Australian Qala Association

Aħbarijiet minn Melbourne għall-Qalin tal-Qala Għeżież Qalin insellmilkom, Kif intom? Huwa ta’ pjaċir u gost għalija li nerġa’ nitkellem ftit magħkom permezz tal-kitba tiegħi f’din ir-Rivista ta’ Leħen il-Qala, li saret tant popolari magħna l-emigranti, speċjalment il-Qalin, huma fejn huma mxerrdin mal-erbat irjieħ tad-dinja. Reġgħu għaddew erba’ xhur oħra mill-aħħar li kellimtkom. Hux kemm jgħaddi jiġri ż-żmien! Filli għadna kemm bdejna s-sena l-ġdida u filli wasalna fi tmiemha. Issa niġi biex nagħtikom ftit aħbarijiet li ġraw u qegħdin jiġru fil-belt kbira u sabiħa ta’ Melbourne. Erġajna bdilna l-istaġuni, intom ħarifa u xitwa, aħna rebbiegħa u sajf. Pero’ għalikom tgħidu għall-erwieħ, għax tistrieħu ftit minn dik il-qilla tax-xemx u s-sħana li tħobb tagħmel fl-istaġun tas-sajf, speċjalment matul Lulju u Awwissu. Kollox reġa’ għan-normal, in-nies jibdew ix-xogħol, it-tfal jirritornaw fl-iskola u għad-duttrina, il-ġranet jibdew jiqsaru u kollox juri li issa s-sajf għadda, għalkemm dejjem jibqa’ jagħmel xi ftit bnazzi u sħana sa ma tidħol sewwa x-xitwa. Aħna għalina qegħdin fir-rebbiegħa, staġun sabiħ ferm għan-natura, fejn kollox jerġa’ jibda jieħu r-ruħ wara raqda kważi ta’ erba’ xhur xitwa jew aktar. Meta s-siġar jarmaw il-weraq ġdid. L-għasafar jagħmlu l-bejtiet tagħhom u anke ġie li tara xi frieħ diġà bdew itiru. Ix-xtieli kollha ward ikkulurit u s-siġar tal-frott jibdew idawru u jgħaqqdu l-frott waqt li l-ġranet jibdew jitwalu u kollox jurina li s-sajf qiegħed wara l-bieb. Pero’ ħej, ma tantx għamlilna bnazzi f’din irrebbiegħa. Forsi qrajtu u rajtu fuq l-internet kemm għamlilna maltemp kbir u riħ qawwi feroċi. Tant kien qawwi li anke siġar kbar inqalgħu mill-għeruq tagħhom. B’xorti ħażina dawk il-karozzi li nzertaw kienu taħthom kollha tgħaffġu. Siġar oħra waqgħu fuq id-djar u kkaġunaw ħsarat kbar. B’xorti tajba ħadd ma miet. Xita u riħ biss. Hawn in-natura tilgħab bil-goff ħafna, speċjalment fir-rebbiegħa meta t-temp ikun ser jaqleb għas-sajf. Hawn għalina l-ħarifa l-aħjar, għax jibqa’ l-bnazzi tas-sajf.

Kellna wkoll ir-“Royal Melbourne Show” li ddum għaxart ijiem. Din tkun bħal wirja ta’ Santa Marija t’Għawdex, pero’ ferm aktar x’tara. Logħob għat-tfal u tagħlaq bil-logħob tan-nar. Fil-belt ta’ Melbourne jsiru ħafna attivitajiet ta’ kull xorta, kbar u sbieħ fejn wieħed jista’ jmur u jarahom. Teatrini, films għallkbar u għaż-żgħar, Luna Parks, Circus u specjalment dik il-varjetà ta’ ikel minn kull nazzjon. L-Awstralja hija nazzjon multi kulturali fejn hawn tal-anqas 160 lingwa minbarra l-Ingliż li bih nitkellmu aħna. Dawn l-attivitajiet kollha jkunu ħdejn ix-xmara ‘JARRA’ fisCity qrib il-‘Crown Casino’, fejn wara tista’ tmur u tieħu ftit tal-mistrieh tiekol u tixrob xi ħaġa friska. Hemm entertainment għal kulħadd. Kellna l-famuża ‘Grand Final’ tal-futbol Awstraljan, fejn eluf ta’ nies miż-żewġ naħat imorru fil-grawnd biex jarawhom. Jibdew minn filgħodu kmieni, pero’ l-logħba tibda mis-2.30pm sal-5.30pm. u jaqsmuha f’erba’ partijiet. Is-sena kienu ‘Hawthorn vs Freemantle’. Rebħu ‘Hawthorn’ li huma minn Victoria Melbourne. (Freemantle huma minn West Australia). Wara jiċċelebraw bil-kbir. Fetaħ ukoll l-istaġun taż-żwiemel li jissejjaħ “Spring Carnival”, fejn isiru tiġrijiet kbar taż-żwiemel fejn twassalna għal dik it-tiġrija l-kbira tal-“Melbourne Cup”, li fiha jsiru ħafna tiġrijiet kbar bi żwiemel tajbin u jintrebħu ħafna flus – jintilfu wkoll tafux. Din tkun ġurnata ta’ vaganza pubblika fejn eluf ta’ nies imorru ‘Flemington Racecourse’ biex jarawhom jiġru. Ilfutbol u l-Melbourne Cup huma l-aqwa żewġ festi kbar għall-belt ta’ Melbourne. Issa li aħna qegħdin noqorbu għas-sajf, diġà qegħdin ibassru li ser ikollna sajf niexef u sħun ħafna aktar mis-soltu. U nista’ naħseb jien x’ser jiġri; aktar ħruq ta’ foresti speċjalment fejn hemm id-djar qalb is-siġar. L-aktar matul Jannar u Frar, meta s-sajf ikun fl-aqwa tiegħu. Pero’ meta jasal iż-żmien ngħid hux veru dak li ħsibt jew inkella le. Almenu hekk naħsibha jien.

77


Leħen il-Qala - Milied 2013

“Tagħrif fuq l-Għaqda tagħna, Australian Qala Association Incorporated” Din hija t-18-il sena mit-twaqqif tal-Għaqda tagħna u wara 18-il sena, issa ġejna ‘Incorporated’ – “A.Q.A. Inc.” Hekk issa ġejna aktar rikonoxxuti u stabbiliti mill-Gvern. Ix-xahar ta’ Novembru huwa x-xahar tal-Erwieħ u jġibilna memorji u nostalġiji sbieħ tal-għeżież tagħna mejtin – Il-Mulej jagħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem. Hawn l-għaqdiet kollha jiċċelebraw quddiesa għal ruħhom. L-għaqda ta’ Tarxien S/C tiċċelebra quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ ‘Altona Memorial Park’, fejn l-għaqda tagħna wkoll tieħu sehem bil-banner tagħha. Wara nimmarċjaw għax-“Shrine tal-Memorial Park’, fejn flimkien malqassis isir talb għal ruħhom. Wara jkun hemm xi refreshments. Issa li qegħdin noqorbu għaż-żmien sabiħ tattwelid ta’ Ġesù Bambin – il-Milied - il-ħwienet diġà ramaw bit-tiżjin u minn kull xorta ta’ ġugarelli u tiżjin ieħor. Il-Plazas kollha mimlijin b’kollox, minn kull ma tixtieq qalbek. B’xorti t-tfal!. Eħ, fi żmieni ftit ħelu u lewż tal-Milied u daqshekk. Dak kien żmien! Illum l-ispirtu tal-Milied spiċċa għal kollox, għalkemm fil-knejjes kollha jkun hemm il-funzjonijiet kollha li normalment isiru fi żmien il-Milied. Anke l-quddiesa ta’ nofsillejl ikun hawn u qabel jibda l-kant talMilied u kollox bil-Malti. Tiżjin fid-djar, ġewwa u barra, Christmas Trees fix-shopping centres kbar sas-saqaf u anke kant tal-Milied. Pero’ dejjem ngħid li reġa’ wasal il-Milied, wara kollox il-Milied huwa festa tal-kbar u anke taż-żgħar. Issa li qegħdin noqorbu biex nispiċċaw is-sena 2013, fadal biss żewġ festi oħra, St. Andrew li tiġi ċċelebrata mis-St. Andrews Luqa S/C u l-Kunċizzjoni li tkun iċċelebrata mill-għaqda ‘Immaculate Conception S/C u din tkun l-aħħar waħda wkoll. Aħna tal-Qala niċċelebraw din il-festa wkoll, liema festa llum saret l-akbar u l-isbaħ festa milli nara jien.

78

L-għaqda tagħna fadlilha biss żewġ Trips oħra: Ġurnata bil-bus, il-Ħadd 17 ta’ Novembru 2013, fejn immorru ħdejn il-baħar, nieħdu l-Morning Tea u BBQ Lunch. Wara mmorru fuq bajja oħra u hemm naqbdu d-dgħajsa fejn nibqgħu sejrin bil-bus b’kollox għal bajja oħra. Nieqfu siegħa u nieħdu Afternoon Tea. Wara nirritornaw lura lejn Melbourne u ngħaddu minn triq oħra. L-aħħar vjaġġ tagħna jkun nhar l-Erbgħa għall-Border ta’ N.S.W. Is-Sibt 30 ta’ Novembru u l-Ħadd 1 ta’ Diċembru, nerħula għall-‘Corowa’, fejn ikollna lil

Father Christmas preżenti fil-bus lura lejn il-Motel, u fejn inkantaw il-Christmas Carols bl-Ingliż u bilMalti. B’hekk l-għaqda tal-A.Q.A. Inc. tagħlaq l-attivitajiet kollha li kellha din is-sena 2013. Hekk aħna tal-Kumitat, nieħdu ftit tal-mistrieh ukoll, biex imbagħad nerġgħu nibdew nippreparaw għas-sena li ġejja 2014. Din hija l-aħħar ħarġa tar-Rivista ta’ Leħen ilQala għal din is-sena. Jien ilni niktbilkom fuqha sa mill-1999, meta kont bgħatt l-ewwel ittra tiegħi li kont indirizzajtha lil Dr. Ray Xerri fit-2 ta’ Ottubru tal-istess sena. Din kienet ġiet ippubblikata fil-ħarġa tal-Milied. Ilna 13-il sena nikkomunikaw ma’ xulxin permezz tal-kitba tiegħi, grazzi għal Leħen il-Qala. Il-Milied huwa festa ta’ ferħ kbir għalina l-Insara għax fih niċċelebraw il-Birthday ta’ Ġesù Bambin. Għalhekk ħudu grokk jew tnejn, pero’ dejjem oqogħdu attenti mis-sewqan. Tinsewx, li ‘min isuq xurban huwa l-akbar baħnan’. Jien nibgħat inselli għalikom ħafna u minn qalbi, flimkien ma marti Roseanne u l-familja kollha, nixtiequ lilkom u lill-familji kollha tagħkom, Milied mimli risq, hena, paċi u ferħ. U s-Sena t-Tajba mimlija b’kull hena, paċi u prosperità lil kulħadd. Nerġgħu niltaqgħu fejn inkomplu nitkellmu s-sena d-dieħla 2014. Saħħa u paċi lir-raħal kollu tal-Qala, l-Milied u s-Sena t-Tajba lil kulħadd. Ippermettuli wkoll nieħu din l-opportunità biex flimkien ma’ marti u l-familja tiegħi, u f’isem il-Kumitat tiegħi tal-Australian Qala Association Incorporated, nibgħatilkom l-isbaħ xewqat għallMilied u l-Ewwel tas-Sena, mimlija risq, hena, ġid u paċi, lill-W.R. Arċipriet il-Kan. Dr. Joe Zammit, lil Fr. Charles, lis-saċerdoti kollha tal-Parroċċa. Lissindku s-Sur Clint Camilleri u lill-Kunsilliera kollha, lill-Editur il-Kav. Euchar Mizzi u lill-familja, kif ukoll lill-Bord Editorjali tar-Rivista, lil Ivan Cefai u lil sħabu kollha ta’ Radju Leħen il-Qala, lil Fr. Krystof u lill-familja, lis-Surmast ġdid tal-Banda Mro. Mark Gauci, lill-President tal-Banda ‘Ite Ad Joseph’ is-Sur Raymond Tabone u lill-Onor. Dr. Franco Mercieca, Segretarju Parlamentari u Ophtalmic Surgeon u lill-familja. Nawgura wkoll lill-Kumitat, Players u membri tas-St. Joseph Football Club u lill-Għaqdiet l-oħra kollha u lill-familji tagħhom kollha. Lil dawn kollha nixtieq il-Milied u s-Sena t-Tajba, b’kull ġid u barka tal-Mulej. ■

Viva l-Immakulata - Viva l-Manjus Viva l-Qala.


Leħen il-Qala - Milied 2013

Message from the Committee of:

To My Dear Friends, As the year is coming to an end, I would like to look back and reflect on what went on within the American Qala Association. Although we experienced a year full of ups and downs with our economy, the Association remains a committed group for the cause it represents. The American Qala Association is a vibrant group of people who organise activities during the year to bring the Maltese Community in New York together for a good cause. As always, the proceeds made from the activities are donated to the “Radju Leħen il-Qala”. This year was no different than last, we again donated $5,000. We are currently in the process of organizing the annual New Year’s Party, which has turned out to be a great success in the past years. With the help of the dedicated committee members, family and friends, we always manage to put together a party that is remembered for a long time. As President of the committee, I am extremely proud of our achievements as we continue our tradition of giving back to the Qala Community. It gives us great pleasure in being able to donate the proceeds to “Radju Leħen il-Qala”, who is doing a great job. This past summer, I had the pleasure to see our feast from the camera that was installed by our fine group of very devoted members who work hard to keep us close from so far away. Members of our association had the opportunity to be at the Radio station this summer at an interview with Ivan Cefai and thanked every one involved on behalf of the committee in person for the outstanding job they are doing. The radio doesn’t only help people in Malta but it helps people in New York too. With today’s technology, we now can listen to the radio and now we see inside and outside our church which enables us to relive our childhood memories of listening to Mass everyday as we did growing up. The activities and other programs that are played by the radio are very informative to anyone that is interested in learning about the Qala Parish and in some cases, Gozo in general. On a final note, we would like to wish everyone a healthy and happy Christmas and New Year. With the help of St. Joseph, we will work together to keep the radio station going and keep the tradition alive. Until next summer, so long and take care.

A VERY HAPPY AND BLESSED CHRISTMAS AND A PROSPEROUS NEW YEAR TO YOU ALL! Sincerely, Joseph Muscat President of American Qala Association

79


Leħen il-Qala - Milied 2013

Email: carlo.jourdan@gmail.com Mob: 79647964 Facebook page: carlojourdan photography

80

Whether you are mother of the bride/groom or guest we want you to have the perfect dress for your special occasion. We also carry evening dresses and formal wear, shoes, bags and also hiring of hats. 2, St George’s Square, Victoria, Gozo, Malta - Tel: 2155 1287 Left handside of St George’s Basilica


Leħen il-Qala - Milied 2013

PERSUNAĠĠI QALIN (9) Sensiela informattiva u edukattiva dwar persunaġġi li għamlu ġieħ lill-Qala

L-Onorevoli Anġlu Camilleri, ex-M.P. (Il-Bedeq)

Emigrant – Missier – Bennej u Kuntrattur – Deputat Parlamentari – Benefattur – Għamel diversi proġetti essenzjali fil-Qala: minn: Dr. Raymond C. Xerri

It-Tfulija ta’ Anġlu Camilleri: Anġlu Camilleri twieled fis-7.00 ta’ filgħodu nhar l-14 ta’ April 1913 il-Qala Għawdex, minn Karmnu, iben ta’ Frenċu u Anna neé Ellul u Margerita bint Anġlu Xerri u Roża neé Mifsud. Il-familja Camilleri kienet toqgħod f’dar numru 33 fl-aktar parti għolja ta’ Triq il-Wardija (illum Triq il-Barbaġann) fejn kellha veduta sabiħa tal-gżejjer ta’ Kemmuna, Kemunett u nofs Malta. Illum insibu lapida mal-ħajt bir-ritratt tad-Deputat Parlamentari Anġlu Camilleri li tfakkar fejn twieled u trabba. Huwa ġie mgħammed mill-Kappillan Dun Ġwann Saliba fl-istess jum fil-knisja ta’ San Ġużepp, fejn bħala parrinijiet kellu lil Anġlu Abela, bin Mikieli minn Għajnsielem, u Marija, it-tifla ta’ Indrija Vella minn Għajnsielem ukoll. Il-ġenituri tiegħu tawh l-ismijiet ta’ Anġlu, Loretu u Ġużeppi. Anġlu kien l-iżgħar fost ħamest itfal: Marija, Frenċu, Rożina, Vanġela u hu.

bajja ta’ Daħlet Qorrot. Ix-xogħol fl-għalqa kien ixxogħol ta’ filgħaxija għal missier Anġlu u binhar kien naġġar. Anġlu tħajjar jieħu l-linja ta’ missieru u mar Malta biex isib ix-xogħol għaliex f’Għawdex ma kienx hemm. Beda jgħix f’kera fin-numru 54 Triq San Fidel, il-Ħamrun u jattendi l-iskola tal-bini l-Furjana sa ma laħaq bennej. Fl-istess triq kien hemm familja minNadur, Koronatu u Anna Attard fejn Koronatu kellu l-istess sengħa, dik ta’ kuntrattur u bennej. Peress li

In-nannu ta’ Anġlu kien jaħdem fil-barriera, jaqta’ l-ġebel tas-samm li dak iż-żmien kien jintuża fl-ewwel filati tal-bini minflok il-qatran. Wara x-xogħol, bħal kull raġel ieħor kien imur sal-għelieqi tiegħu biex b’hekk imantni l-familja tiegħu. Kienu żminijiet ta’ għaks u ġuħ kbir. Anġlu beda l-iskola primarja bieb ma’ bieb ma’ daru, dak iż-żmien kienet ma’ ġenb fejn illum hemm il-Każin tal-Għaqda Mużikali Ite ad Joseph – Qala, fejn tgħallem jaqra u jikteb. Minħabba l-ħtieġa li jgħin lil missieru fix-xogħol tiegħu kellu jħalli l-iskola. Anġlu jemigra lejn Marsilja: Fl-1929, Anġlu siefer għall-ewwel darba fl-eta’ ta’ sittax-il sena fejn mar fil-Port-Belt Franċiża ta’ Marsilja, belt li dak iż-żmien kienet tattira eluf ta’ Għawdxin u Maltin. Hu ħadem ta’ burdnar fil-port għal sentejn sħaħ, iġorr l-ixkejjer tqal sa ma rritorna Għawdex fl-1931 bħala sinjur żgħir. Meta ġie lura Għawdex hu għen lill-familja tiegħu tħallas xi djun li kellha u b’sittax-il lira Anġlu xtara lil missieru raddiena tar-riħ, sabiex ikun jista’ jiffaċilitalu ħajtu billi biha jkun jista’ jsaqqi l-għelieqi fiż-żona msejħa Ta’ Kassia. Illum din ir-raddiena tinsab fuq in-naħa tax-xellug qabel ma taqbad in-niżla inti u nieżel il-

Anġlu u Ġużeppa neè Muscat fis-27 ta’ Ġunju 1936 fil-ġurnata tat-tieġ tagħhom

81


Leħen il-Qala - Milied 2013 kienu Għawdxin u tal-istess sengħa, ma damux ma saru ħbieb. Gradwalment, il-bennej Anġlu Camilleri beda jsib ix-xogħol u beda anke jħaddem miegħu ħaddiema Għawdxin li kienu jgħixu Malta. F’Malta huwa bena diversi binjiet, fosthom il-Lukanda Metropole u xi bini ieħor f’Qui si Sana f’Għar id-Dud, it-tnejn f’Tas-Sliema. Anġlu jiżżewweġ u jifforma familja: Fit-2 ta’ Lulju 1933 Anġlu daq l-ewwel mrar filfamilja meta kienet mietet oħtu ta’ qablu, Vanġela fleta’ ta’ 25 sena. Wara tliet xhur għerusija mill-festi talGħid sa jum id-demostrazzjoni tal-Imnarja, Anġlu ta’ 23 sena u Ġużeppa Muscat ta’ 16-il sena żżewġu nhar is-27 ta’ Ġunju 1936 mill-Arċipriet il-Kanonku Ġużeppi Cassar. Fl-10 ta’ Ġunju 1940 faqqgħet il-Gwerra u Anġlu ħa ħsieb iġib il-familja tiegħu lejn Għawdex u ħaffer xelter fil-Wied ta’ San Blas. Anġlu xorta baqa’ jaħdem Malta fejn ħa kuntratti biex ħaffer diversi xeltrijiet f’Tas-Sliema u San Ġiljan, xogħlijiet bħal barracks għassuldati f’Ħal Far u l-Mosta; kif ukoll kien ġie mqabbad minn Air Ministry War Department biex jibni hangers bħala xeltrijiet għall-ajruplani. F’Għawdex fiż-żmien ilgwerra huwa bena l-istazzjon tar-Radar li kien hemm fuq il-għolja ta’Ġordan, qrib il-fanal; il-kwartieri f’Ta’ Dbieġi u l-akbar biċċa xogħol kienet fit-tħejjija talajruport li sar fil-limiti ta’ Xħajma, taħt it-Torri ta’ Kenuna.

Żmien il-Gwerra: Matul il-Gwerra l-familja ta’ Anġlu u Ġużeppa kompliet tikber biż-żieda ta’ tlett itfal oħra; Kelinu fil5 ta’ Lulju 1940, Evanġelista (Vanny) fis-16 ta’ Marzu 1942 u Joey fit-8 ta’ Novembru 1943. Wara l-gwerra hu mar jgħix in-Nadur fejn xtara dar antika fi Triq ilMitħna l-Qadima. Anġlu baqa’ jaħdem ta’ bennej u kuntrattur u l-interess fil-politika lokali kompliet tiżdied speċjalment l-ammirazzjoni tiegħu lejn il-Perit Dom Mintoff u l-Partit Laburista. Fis-17 ta’ Lulju 1947 miet missieru, Karmnu fl-eta’ ta’ 76 sena. Sa wara l-gwerra Anġlu u Ġużeppa kellhom ħamest itfal oħra; Loreta (Lolly) fl-1945, Pietru Pawl sena wara, Mary fl-1948 (li mietet sitt xhur wara), Carrie fl-1949 u M’Assunta fl-1950. Tant kien jammira lil Mintoff, li Anġlu semma’ d-dar tiegħu St. Domenic u lil ibnu li twieled fit-18 ta’ April 1952 għalih. Anġlu Camilleri jidħol fl-arena tal-politika: Anġlu Camilleri ġie elett Deputat fuq it-Tmien Distrett li kien id-Distrett ta’ Għawdex wara l-elezzjoni ġenerali li saret fis-26, 27 u 28 ta’ Frar 1955 f’isem ilMalta Labour Party li kien immexxi mill-Pertit Dom Mintoff. Anġlu ġab 1,451 voti u kien elett l-ewwel minn tliet kandidati f’isem l-istess partit, fejn ġab iżjed voti mill-elezzjoni ġenerali ta’ qabel li kien ikkontesta fit-12, 13 u 14 ta’ Diċembru 1953 fejn kien ġab 1,220 vot. Bħala Deputat fil-Gvern ħadem bla heda sabiex il-poplu Għawdxi jkollu l-ilma fid-djar u tibda ssir issistema tad-drenaġġ biex b’hekk jispiċċaw il-fosos. Fil-21 ta’ Marzu 1955, id-Deputat Anġlu Camilleri kellu laqgħa mad-Duka ta’ Edinburgh, il-Prinċep Philip, waqt li kien fuq żjara f’Malta. Kapitlu iswed fil-Ħajja Politika ta’ Anġlu u tant oħrajn: Anġlu Camilleri daħal fil-politika fi żmien l-epoka politika ta’ pajjiżna meta kien hawn kwistjonijiet kbar bejn il-Knisja f’pajjiżna u l-Partit Laburista. Il-ħakkiema Ingliżi komplew jagħtu n-nar lil din is-sitwazzjoni u f’April 1961, il-Knisja tat l-Interdett lil numru ta’ membri tal-Partit Laburista u ġurnali politiċi. Wara diversi tentattivi sabiex iwaqqfu lil Anġlu Camilleri

Anġlu u Ġużeppa flimkien mal-familja Camilleri

82

Anġlu jieħu ħsieb il-bini tal-ajruport t’Għawdex: Fil-5 ta’ Ġunju 1943, Anġlu fl-eta’ biss ta’ 30 sena mexxa x-xogħol fuq l-ajruport t’Għawdex bit-300 ħaddiem kuljum. Dawn il-ħaddiema kienu mħallsa paga xierqa ta’ lira kuljum u mhux sitt xelini (75 ċenteżmu tal-Ewro tal-lum) u kienu eżentati mill-lieva, dan kollu grazzi għall-impenn ta’ Anġlu li kien innegozja dawn il-kundizzjonijiet. Kien proprju l-Ħadd, 30 ta’ Mejju 1943, meta ġewwa r-residenza tal-Kummissarju talPulizija s-Sur Ġużeppi Axisa, saret laqgħa bejnu, bejn il-Kummissarju għal Għawdex is-Sur George Ransley, l-Assistent Gvernatur Mr. Geoffrey N. Nunn u Anġlu li fiha sar dan il-ftehim. Ix-xogħol mhux talli tlesta fil-ħin iżda qabel, u ġie mfaħħar minn diversi kwartieri.

L-Onor. Anġlu Camilleri jinawgura esibizzjoni fl-Iskola Primarja tal-Qala fl-1972


Leħen il-Qala - Milied 2013 Hija daħlet mas-sorijiet bħala novizza fil-20 ta’ Frar 1962 u damet tlettax-il xahar Ruma u f’Settembru 1964 għamlet ilvestizzjoni tagħha bħala soru. David kien l-aħħar tarbija li kellhom il-familja Camilleri f’Settembru 1962. L-Interdett jitneħħa: Fl-Elezzjoni Ġenerali mis-17 sas-19 ta’ Frar 1962, Anġlu kien stampa u qassam dak li kien kiteb ‘Carcas’ fuq il-Ġurnal The Whip fejn irrisponda lill-Isqof ta’ Għawdex. Anġlu kien ġab 321 vot u baqa’ tiela’ sa 827 vot u kienu telgħu tlieta f’isem Il-Gvern tal-Perit Dom Mintoff tas-sena 1955 li kien jinkludi lill-Onor. Anġlu Camilleri (il-ħames mix-xellug) il-Partit Nazzjonalista u tnejn mal-Partit ta’ Ganado. Il-ħabib tiegħu Coronato Attard milli jikkontesta f’isem il-Partit Laburista – b’diversi (Natu) ġie elett f’isem il-Partit ta’ Ganado. Fis-26 ta’ affarijiet: rigali kbar ta’ flus, maħfra taċ-ċnus kollha li Settembru 1964, tneħħielu l-interdett billi l-Arċipriet kellu jagħti lill-Knisja fuq ir-raba’ fl-inħawi Ta’ Kassia Portelli ħabbar dan waqt il-quddiesa, fejn għarrfu – pero’ Anġlu baqa’ sod u leali lejn il-prinċipji li kien b’din id-deċiżjoni tal-Isqof. Fl-elezzjoni ġenerali tas-26jemmen fihom. Din l-attitudni ta’ determinazzjoni 28 ta’ Marzu 1966, Anġlu ġab 490 u bl-aħħar għadd li jaħdem biex jgħin il-fqir u l-magħkus sabiex joħroġ b’1301 vot. Fl-4 ta’ April 1969 il-kwistjoni bejn il-Knisja mill-qoxra tal-injoranza kellha prezz qares. u l-Partit Laburista intemmet bi ftehim. Fis-7 ta’ Jannar 1962, l-Isqof Mons. Ġużeppi Pace Anġlu jerġa’ jsir Deputat Parlamentari: bagħat l-Interdett lid-Deputat Laburista Camilleri. Kien Fl-Elezzjoni Ġenerali tat-12 sal-14 ta’ Ġunju 1971 interdett kontroversjali għaliex il-gazzetti kkummentaw l-Partit Laburista rebaħ il-maġġoranza ta’ siġġu wieħed, ħafna dwar il-każ ta’ Anġlu. Għal min ma jafx, min u Anġlu kien reġa’ sar Deputat fejn kien ġab 987 vot u kien jingħata l-interdett, ma kienx ikun jista’ jersaq spiċċa b’1957 vot. lejn is-sagramenti tal-qrar u tat-tqarbin; lanqas ikun jista’ jidħol il-knisja, jagħmilha ta’ parrinu, xhud fiż- Il-komplott sabiex jixtruh biex jaqa’ l-Gvern Laburista: Fil-31 ta’ Mejju 1973 inkixef komplott sabiex żwiġijiet; ma jibdlux il-bullettini, ma jbirkulux id-dar; jekk imut, jittieħed bla salib u jindifen fil-miżbla (parti numru ta’ negozjanti jixtru lid-Deputat Anġlu Camilleri taċ-ċimiterju fejn fih jindifnu dawk li ma kinux Kattoliċi b’somma flus bil-patt li jivvota kontra l-Gvern ta’ jew miġġielda mal-Knisja). Anġlu xorta baqa’ jisma’ Mintoff u b’hekk kien jaqa’ u jispiċċa l-Gvern. L-ewwel quddiesa kull nhar ta’ Ħadd u xorta kien jersaq lejn is- somma kienet Lm30,000 u anke telgħet sa Lm120,000. Id-Deputat Anġlu Camilleri kien u baqa’ sod fil-prinċipji sagrament tal-qrar. tiegħu lejn il-Gvern li kien jifforma parti minnu. Dawn Il-familja Camilleri kompliet tikber fejn kellhom erbat in-negozjanti ġew immultati u spiċċaw il-ħabs. itfal oħra, Rajmondu fl-1954, Anton fl-1955 , Ewġenju fl-1957 u Anna Marija fl-1961. Wara t-twelid tal-aħħar Id-Deputat Camilleri jkompli jsaħħaħ il-bażi politika tarbija, il-familja Camilleri kienet vittma ta’ tagħjir u ta’ tiegħu: Fl-Elezzjoni Ġenerali li saret fis-17-18 ta’ Settembru vjolenza politika minn ċorma xebbiet li kienu membri tal-Azzjoni Kattolika, jgħajtu: ‘Assassini, lil Mintoff 1976, Anġlu mhux biss ġie elett iżda’ kiseb 1631 ma rriduhx’. Il-familja Camilleri, anke t-tfal batew il- mal-ewwel għadd u spiċċa b’2497 vot. Matul din ilkonsegwenzi tal-interdett, fl-iskola u saħansitra kien leġiżlatura l-Onorevoli Anġlu Camilleri ġie magħżul hemm komplott sabiex jisparawlu fi Triq l-Imġarr biex imur mad-delegazzjonijiet governattivi Maltin, f’salib it-toroq bejn il-Qala, in-Nadur u Għajnsielem. darba fil-Libja mis-26 sad-29 ta’ Jannar 1978 u flRuħ tajba saret taf b’dan il-komplott u avżatu b’ittra Awstralja u n-New Zealand mit-13 ta’ Novembru anonima u hu affronta l-persuna fuq il-post pero’ qatt sas-6 ta’ Diċembru 1979. Ħaġa sabiħa kienet li mhux ma sar jaf min kienet. Bintu, Maggie uriet ix-xewqa l-ewwel darba li ż-żewġ Deputati Nadurin, Anġlu u tagħha li tidħol soru mas-Sorijiet ta’ Maria Bambina Kurunat, kienu jmorru flimkien fl-istess karozza għal (Sorijiet tal-Karita’) li l’Casa Madre tagħhom qiegħda Parlament. Anġlu kien maħbub u rrispettat mhux biss ġewwa Milan, fl-Italja. F’Malta m’għandhomx kunvent. min-Nadurin fejn għex ħafna minn ħajtu, iżda anke

83


Leħen il-Qala - Milied 2013 f’raħal twelidu l-Qala. Fl-Elezzjoni Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 1981, Anġlu ġab 1328 vot fl-ewwel għadd u spiċċa b’1483 vot, iżda ma telax minkejja x-xogħol kollu li kien għamel. Il-Qala baqgħat għal qalb Anġlu: Ħafna nies li telqu minn raħal twelidhom insewh. Id-Deputat Anġlu mhux biss baqa’ jiftakar fil-Qala, iżda għamel ħafna xogħljiet li għadna ngawduhom illum. Diversi kilometri ta’ kanen tal-ilma fid-djar, l-istess trinek tad-drenaġġ, ħafna toroq fil-qalba talQala bit-tarmak, wires tad-dawl fid-djar, is-servizz tattelefon li kollha għadhom jintużaw sal-lum. Iva, Anġlu għamel ħafna ġid u ġab il-Qala ’l quddiem. Fl-aħħar għoxrin sena ta’ ħajtu kien iqatta’ l-ġurnata kollha filKlabb tal-Boċċi ta’ Xerri, illum Xerri l-Bukkett. L-aħħar snin ta’ ħajjet Anġlu Camilleri: Fil-25 ta’ Ġunju 1983 ibnu Duminku ġie ordnat saċerdot u fis-27 ta’ Ġunju 1986, Anġlu u Ġużeppa ċċelebraw l-anniversarju tad-deheb (50 sena) tażżwieġ tagħhom fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu. Sentejn wara sar bużnannu għall-ewwel darba bittwelid ta’ Jonathan iben it-tifla Lydia, ta’ ibnu l-kbir Karmnu. Anġlu kien benefattur kbir tal-Bażilika tanNadur fejn f’diversi okkażjonijiet hu ta l-influwenza tiegħu biex iġib il quddiem in-Nadur u anke b’mod finanzjarju. Minkejja li kien jaf li ma kienx ser jerġa’ jiġi elett, Anġlu kkontesta l-Elezzjoni Ġenerali tad-9 ta’ Mejju 1987, pero’ ried jgħin lill-Partit Laburista jġib kemm jista’ jkun voti. L-aħħar snin ta’ ħajtu qattagħhom ikabbar is-summien u fil-ħanut tal-Klabb tal-Boċċi ta’ Xerri fi Triq iż-Żewwieqa l-Qala fejn għal għoxrin sena sħaħ kien jiġi kuljum, rari kien ifalli. Jien li kont inqatta’ xi ħin fil-Klabb ta’ missieri kont nara lil Anġlu kważi kuljum. Kelli rispett kbir lejn Anġlu għaliex kien ikellemni dejjem u ma ninsa qatt f’Mejju tal-1993 kien

qiegħed jirkeb il-karozza tiegħu sejjer id-dar wara ġurnata sħiħa fil-Klabb ta’ missieri u ndunajt li kellu uġigħ f’sidru u li ma setax itella’ siequ fil-karozza. Dlonk għajjat lil missieri, għaliex jien mutur kelli dak iż-żmien ta’ 24 sena, u wasslu d-dar in-Nadur. Xahar wara Anġlu kellu attakk tal-qalb u spiċċa l-Isptar ta’ Għawdex. Wara l-kura, Anġlu ħareġ mill-isptar u qatta’ l-aħħar snin ta’ ħajtu d-dar. Il-Mewt ta’ Anġlu Camilleri: Anġlu Camilleri ħalla din id-dinja fl-4 ta’ filgħodu fl-età ta’ 81 sena, nhar il-Ħadd, 24 ta’ Awwissu 1994 u l-funeral sar filgħaxija. Anġlu kien missier ta’ 15, nannu ta’ 34 neputi u bużnannu ta’ ħamsa. Għall-Qala, raħal medju fid-daqs, Anġlu Camilleri (il-Bedeq) kien it-tieni Deputat parlamentari li oriġina minn raħalna wara l-Ex-President tar-Repubblika, Dott. Anton Buttigieg, it-tnejn mill-kamp Laburista. Dan hu unur kbir għar-raħal tagħna u l-ġid li ħalla warajh l-Onorevoli Anġlu Camilleri għadna ngawduh sal-lum. Iben id-Deputat Anġlu Camilleri, Anton Camilleri serva għal tmien snin sħaħ bħala Kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Qala sa ma ħalla din id-dinja fl2009. Iben Anton, il-Pertit Clint Camillieri ġie elett is-Sindku l-ġdid tal-Qala fl-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tal-10 ta’ Marzu 2012. Riferenzi: APQ, Bapt. III (1908-1929), p.123, n.254. APN, Matr., V. f. 150, n. 300. BONNICI, Alexander, In-Nadur, II, p. 491. CAMILLERI, Dom (1992), 100 Sena Arċipretali, Vigilant 5, p. 65. CAMILLERI, Dom (1992), Mitt Jien biex tgħix Int, Vigilant 6. Carcas, “Kelmtejn lill-Isqof t’Għawdex”, The Whip, Jannar 1962, p. 3. GALEA, C., “Għaliex l-interdett”, p.4. GAUCI, A. (1981), Ħwejje[ li Rajna I, pp.157-158. Il-Berqa, 9 ta’ Jannar 1962, p.12. Il-Ħajja, 5-14 ta’ Ġunju 1973. Il-Ħelsien, Teftif minn Għawdex, 18 ta’ Jannar 1962, 18 ta’ Jannar 1962, p. 6. In-Nazzjon Tagħna, 5-14 ta’ Ġunju 1973. Il-Mument, 21 ta’ Awwissu, 1994. L-Orizzont, 5-18 ta’ Ġunju 1973. L-Orizzont, 3 ta’ Lulju 1988, p. 2. Leħen is-Sewwa, 12 ta’ Jannar 1962, p.5. Leħen is-Sewwa, 27 ta’ Awwissu, p. 14. Luminaria, Ġunju, 1987, p.14. Malta News, 5-14th June 1973. Minuti tal-Kamra tar-Rappreżentanti, 25 ta’ Lulju 1994.

84

L-Onor. Anġlu Camilleri qiegħed jiffirma d-dokument li jistabbilixxi lil Malta bħala Repubblika quddiem l-ispiker Dott. Emmanel Attard Bezzina

SCHIAVONE, Mario J.(1992), L-Elezzjonjiiet f’Malta 1849-1992, Storja Fatti Ċifri, pp. 237-252. The Bullettin, 5th June 1973.


Leħen il-Qala - Milied 2013

IL-MILIED TA’ TFULITI Jew ta’ Ħamsin sena ilu u aktar Minn: CARMEL PORTELLI Il-Milied hu dejjem żmien ta’ stennija u żmien ta’ ferħ għall-poplu kollu, imma speċjalment għat-tfal. Min jaf bħalissa kemm għaddejjin memorji sbieħ minn dawk li qegħdin jaqraw dan l-artiklu, u jiftakru fi tfulithom. Ħsibt li din id-darba infakkarhom f’dawk l-erba’ ġimgħat sbieħ li jibdew minn wara l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, u jagħlqu mal-festa tat-TreRe, jew l-Epifanija. Naturalment ser nirrakkonta x’konna nagħmlu aħna t-tfal, illum nanniet, f’dan l-istaġun ta’ ferħ. Preparazzjoni: Fi żmieni tista’ tgħid it-tfal kollha kienu jattendu s-Soċjeta’ tad-Dutrina Kristjana, jew aħjar kif jafu kulħadd, il-M.U.S.E.U.M. Hawnhekk kien il-post per eccellenza fejn kienet issir ħafna attivita’ bi preparazzjoni għal żmien ilMilied. Kif jasal Ottubru s-Superjur kien jagħżel tifel, aktarx ta’ madwar l-għaxar snin biex jibda jistudja l-Prietka talMilied, magħrufa sal-lum bħala l-Prietka tat-Tifel. Dan kien ikun irid jitgħallem, kemm jista’ jkun bl-amment, prietka dwar it-Twelid ta’ Ġesù Bambin, li kienet tkun inkitbet minn xi Soċju tal-M.U.S.E.U.M. aktarx minn Malta. Attivita’ oħra importanti fil-mużew kienet ix-xogħol fuq il-grotti, jew għerien żgħar, li kienu jingħataw lit-tfal li jattendu għad-Dutrina. Għal dawk li ma jiftakruhomx, ħa nispjega kif nista’ kif kienu jsiru dawn il-grotti. Tinqata’ biċċa kartuna ta’ madwar 25 ċentimetru kwadru, u fuqha titwaħħal biċċa karta kbira biżżejjed li tkun tista’ tiġi mdawra forma ta’ għar, u li qabel kienet tkun indilket bil-lamtu u milwija għal tnejn, u titħalla tinxef. Għal min ma jafx, illamtu hu taħlita ta’ dqiq u ilma, li jissajru fuq in-nar sakemm it-taħlita tieħu sura ta’ kolla bajda. X’ħin il-karta midluka tinxef tieħu l-forma li tkun tajtha, f’dan il-każ forma ta’ għar. F’dak iż-żmien il-lamtu kien jintuża ħafna min-nisa li jaħdmu l-bizzilla, għax bih kienu jagħmlu t-trajbu li fuqu jaħdmu l-bizzilla. Wara li dawn il-grotti kienu jinxfu kienu jinżebgħu lewn il-blat b’kuluri differenti tal-ġir (nara). X’ħin kienu jkunu lesti u nixfu sew, fihom jitpoġġa Bambin żgħir tax-xema’ f’maxtura żgħira u jintrefgħu sakemm tasal il-ġurnata li jitqassmu. Ġie li kienet titpoġġa wkoll xi ftit ‘leħja tax-xiħ’. Pero’ din

l-iktar li kienet tintuża fit-tiżjin tal-presepji. Xħin kienet toqrob in-Novena dawn il-grotti kienu jitqassmu lit-tfal taddutrina biex kull min irid, kien jarma l-presepju madwar din il-grotta. Imma mhux it-tfal kollha kienu jieħdu pjaċir b’din il-grotta, għax xi wħud kienu jaqilgħu l-Bambin minn ġol-grotta, u jarmuha mal-art kif joħorġu barra. Veru kienet tkun tal-mistħija, u insult lejn is-Soċi tal-M.U.S.E.U.M. Il-Presepju: Il-Presepju kien il-qofol ta’ kollox fi żmien il-Milied. Malli tgħaddi l-festa tal-Kunċizzjoni wieħed kien jibda jaħseb biex jibni l-Presepju, biex ikun lest sa kemm tibda n-novena tal-Milied. Aktarx li kull familja kienet tarma presepju d-dar. Dawn kienu jkunu ta’ kull għamla u daqs. Uħud kienu jkunu tal-kartapesta, bħalma għadhom jinħadmu sal-lum, u oħrajn kienu jibnuh bil-ġebel tas-sajjieħ. Drawwa oħra, u din għadha sal-lum, hi ż-żrieragħ tal-ġulbiena u qamħ biex tintuża fi żmien il-Milied għat-tiżjin tal-presepji, jew xi post fejn jintrema Bambin kbir minn dawk li jintramaw flok ilpreseppju. U f’xi djar anke kienu jintramaw it-tnejn. Niftakar li dejjem kien ikollna presepju d-dar. Meta konna żgħar missieri kien jagħmlilna kaxxa tal-kartun miksija b’xi karta tal-‘ħammiema’, ipoġġi bambin f’maxtura, ilMadonna u San Ġużepp, baqra u ħmara u xi żewġ nagħġiet. Imbagħad meta kbirt ftit aktar bdejt nagħmel wieħed jien kif kont tgħallimt nagħmlu mill-M.U.S.E.UM. Kien anke jkun fih pasturi li konna nżommu minn sena għall-oħra, u li kull sena konna nżidu xi wieħed ’l hawn u ’l hemm skont kif kien ikun il-karus! Mhux l-ewwel darba li xtaqt xi pastur u ma stajtx nixtrih. Il-pasturi ta’ dak iż-żmien kienu jkunu tat-tafal u maħdumin Għawdex, u ma kinux fini bħal tal-lum.

85


Leħen il-Qala - Milied 2013 Anke l-M.U.S.E.U.M. kien jintrama’ presepju kbir u niftakar li man-Novena tal-Milied dejjem kien ikun lest u mixgħul. Niftakar li dan il-Presepju kien jinbena (ħafna kaxxi tal-kartun u karti tax-xkejjer tas-siment miksija bil-lamtu mitfugħa fuqhom biex jieħdu forma ta’ għoljiet u għelieqi) mis-soċji Carmelo Portelli u Pawlu Attard. Ma ninsa qatt ixxena tal-Milied li kien pinġa Lorenzo Żammit taż-Żuż. Dan is-sinjur kien għadu ġej mill-Amerika, u kien jinqala’ ħafna biex ipitter. Għadni narah qisu issa jħares lejn il-Presepju u x-xena ta’ wara ma għoġbitux. Talab kartunċini suwed u ġibs ikkulurit (bħal dak li kien jintuża fuq il-blackboard taliskola) lis-superjur Salvu Camilleri biex jagħmel xena li tkun tixraq fil-Presepju. Pinġa xena ta’ Betlem bil-lejl li kienet bħala Background tal-presepju li saħħret lil kulħadd . Din ix-xena damet tintuża għal diversi snin ma’ kull presepju li kien jinbena fil-Qasam. Imma bla dubju ta’ xejn il-Presepju ta’ iktar minn ħamsin sena ilu li l-aktar baqa’ jissemma, kien il-Presepju mekkaniku li rnexxielu jibni Dun Ġużepp Vella. Dan dam għal diversi snin jibnih kull sena. Kien jibnih f’dar li kienet fejn illum hemm iċ-Ċentru Parrokkjali. Għall ewwel kien fih xi sitt pasturi biss jiċċaqalqu, imma kull sena dejjem kien iżid sa kemm fl-aħħar il-pasturi kollha kienu jiċċaqalqu. Dawn il-pasturi kienu kollha maħduma minn Dun Ġużepp innifsu u kollha mlibbsa b’libsa taċ-ċarruta b’kuluri tradizzjonali. Niftakar fl-aħħar presepju li għamel, il-Madonna kienet tqum bilwieqfa u tbus il-Bambin li tħaddan u San Ġużepp jagħmel inkin biex jadura lill-Bambin! Tgħidx kemm kienu jiġu nies minn Għawdex kollu u anke minn Malta biex jaraw dan il-Presepju bil-pasturi jiċċaqalqu! U bir-raġun għax kien l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu f’Għawdex u f’Malta. Wara l-1958 Dun Ġużepp ma baqax jagħmel dan il-Presepju, għax din id-dar għaddiet f’idejn iż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara, u allura ma kellux post addattat fejn jibnih. Kartolini: Minn qabel il-Milied sew, il-familji kienu jaħsbu biex jibagħtu kartolini tal-Milied lil qrabathom imsefrin, għax kienet għadha ma daħlitx, għallinqas f’raħalna, d-drawwa li nibagħtu kartolina anke lil dawk li nistgħu nawgurawlhom ix-xewqat tal-Milied kif niltaqgħu magħhom! Mir-raħal tagħna kien hawn ħafna emigranti dak iż-żmien flAwstralja, Amerika, Kanada, Ingilterra u anke f’pajjiżi oħra. Kull familja tista’ tgħid kellha lil xi ħadd jiġi minnha msiefer, u għalhekk il-kummerċ tal-kartolini tal-Milied kien populari sew. Niftakar li konna nibagħtu l-kartolini l-Amerika għax kellna z-zijiet imsefrin. Tgħidx kemm kont nistenna l-ġurnata li nirċievu l-kartolini tagħhom għax kienu jkunu vera sbieh. Barra minn hekk kont ukoll nistenna l-kejk talMilied, kollu frott, li z-zija kull sena kienet tibagħtilna. Aktar ’il quddiem bdejna nsibu l-kunfettura u ċ-ċirasa, u dan ilkejk tal-Milied bdiet tagħmlu ommi.

86

In-Novena: Meta kienet tibda n-Novena tal-Milied konna nkunu mħeġġin biex nattendu l-funzjoni tal-knisja wara li tispiċċa d-dutrina fil-M.U.S.E.U.M. Kienet drawwa għalina t-tfal

li matul in-novena konna nagħmlu ‘Libsa lill-Bambin’. Din kienet tkun talba personali li ngħiduha kuljum, u jkun tahielna l-konfessur meta nqerru. Għal dawk li ma jafux, din ma kellha x’taqsam xejn mat-tewba li jagħtik il-konfessur, imma talba biex tgħidha kuljum ad unur ta’ Ġesù Bambin. Purċissjoni u Prietka: L-iktar avveniment li niftakar tajjeb, u li kulħadd kien ikun jistenna, kienet il-Purċissjoni bil-Bambin lejlet il-Milied. Din kienet bdiet f’Malta s-Soċjeta’ talM.U.S.E.U.M. fl-1921 fil-Ħamrun u f’Għawdex saret l-ewwel darba fl-1941. Fil-Qasam tal-Qala kienu jsiru preparamenti sew għal din il-Purċissjoni. Mal-5.00pm kienu jiġu mixgħula l-lampi tal-‘mantle’ biex jixegħlu t-triq mnejn tgħaddi l-purċissjoni. Niftakarni nieħu l-lampa tal-mantle li konna nużaw fil-ħanut ta’ missieri qabel ma ġie d-dawl elettriku, jew li kienet tintuża meta jintefa dan id-dawl, għax din kienet ħaġa komuni f’dak iż-żmien! Minn dawn il-lampi kien ikun hemm xi erbgħa fil-purċissjoni. Kienu jintramaw fi braket tal-ħadid apposta mwaħħal ma’ lasta biex jinġarru fil-għoli ħalli jagħtu d-dawl. Billi kienu aktarx xi ftit tqal, kienu jinġarru minn tfal xi ftit kbar u mibnija. Barra minn hekk, tfal oħra kienu jġorru wkoll fanali apposta bi kwotazzjonijiet dwar it-twelid ta’ Kristu (bħal ma għadhom sal-lum) waqt li erbat itfal oħra kienu jġorru l-maxtura bil-Bambin. Il-Bambin li kien jintuża fi żmieni kien jisilfu lis-Soċjeta’ Bernard Vella li kien jiġi z-ziju ta’ Dun Ġużepp Vella li kien jagħmel il-presepju msemmi fuq. Dan il-Bambin kien ilu jintuża għal diversi snin qabel niftakar jien, u kien jieħu ħsiebu Fredu Vella, ħu Dun Ġużepp. Dan il-Bambin kien jintuża wkoll fil-purċissjoni li kienet issir fir-raħal tan-Nadur, peress li s-Superjur ta’ dak il-Qasam kien Salvu Buttigieg mill-Qala. Niftakar li kienu jeħduna għal din il-purċissjoni għax kienet issir fil-ġurnata tal-Milied u mhux lejlietu. Biex inkompli fuq il-purċissjoni tagħna. Konna nitilqu għal ġot-toroq tas-Salib u dawk it-tfal li ma kienu jġorru xejn minn dak li semmejt iktar ’il fuq, kien ikollhom il-kotba talkant, u kulħadd ikanta innijiet tal-Milied. Allaħares xi ħadd ma kienx ikanta, jew ma jġibx ruħu sewwa, għax jaqla’ ċanfira minn għand is-superjur Salvu Camilleri, li f’okkażjonijiet bħal dawn kien rigoruż. Wara dawra f’tasSalib, konna naslu fil-pjazza, u nieqfu fil-kantuniera fejn illum joqgħod Euchar Mizzi. Hawn kien ikun hemm palk żgħir armat li fuqu kien jitla’ t-tifel biex jagħmel il-Prietka tal-Milied. Is-Superjur Ganni Calleja, mix-Xewkija, kien jarma l-apparat biex it-tifel ikun jinstama’ aħjar waqt ilprietka. Kienu jitkantaw iktar innijiet tal-Milied fosthom l-‘Adeste Fidelis’, li kien ikanta s-superjur Salvu flimkien ma’ Fredu Vella u Ganni Portelli. Imbagħad kienet issir il-Prietka tat-tifel. Billi kważi t-tfal subien kollha kienu jieħdu sehem, l-attendenza mill-pubbliku tal-Qala, kienet tkun tajba ħafna. Naturalment, din l-attivita’ kienet issir jekk it-temp kien jippermetti; jekk kien ikun il-maltemp jew ix-xita ċ-ċerimonja kienet issir fil-knisja.


Leħen il-Qala - Milied 2013

Xħin kienet tispiċċa l-prietka tat-tifel kienu jitkantaw xi innijiet oħra, u tispiċċa ċ-ċerimonja. Konna nitfu x-xema’ tal-fanali u l-lampi, u nieħdu kollox il-M.U.S.E.U.M. Hemm konna ngħaddu xi ftit ħin ieħor, u nippreparaw biex immorru l-Quddiesa ta’ nofsillejl. Rigali: Meta kont żgħir ma kinux jingħataw rigali lit-tfal bħallum. L-uniċi rigali li konna naqilgħu kienu rigali żgħar millGħalliema tal-iskola. Dan kien ikun jew xi borża żgħira lewż, xi kagħka tal-għasel, jew tliet soldi (3 ewro cents tal-lum) skont min kien ikun l-għalliem. Fid-dar konna nistennew xi borża bi ftit lewż tal-Milied, u xi ftit ħelu, li l-omm kienet tpoġġi taħt l-imħadda, għal taparsi ġabhielna l-Bambin. Dak iż-żmien kienet għadha ma daħlitx id-drawwa li jiġi Father Christmas bir-rigali u jpoġġihom taħt is-Siġra talMilied, biex imbagħad jitqassmu. L-Għada tal-Milied it-tfal konna niltaqgħu u kulħadd jgħid x’ġablu l-Bambin billejl! Billi kważi kulħadd kien ġablu l-lewż konna nitfugħa nilagħbu bil-lewż tal-Milied. L-iktar popolari kienet il-logħba tal-Kastell. Kulħadd ipoġġi erba’ lewżiet f’għamla ta’ kastell (tlieta taħt u oħra tistrieħ fuqhom), ġo ċirku mmarkat fl-art. Minn post iktar ’il bogħod, li kien ikun immarkat ukoll, min imissu kien jimmira u jitfa’ lewża kbira, jew xi ġog (boċċa kbira) u jieħu dak li jirnexxielu jwaqqa’ jew joħroġ barra miċ-ċirku, skont il-ftehim. Fil-perjodu bejn il-Milied u l-ewwel tas-sena t-tfal kollha kienu jkunu moħhom biex jilagħbu bil-lewż tal-Milied. Dak iż-żmien ma kienx ikun hawn affarijiet oħra fiex it-tfal jistgħu jqattgħu l-ħin. Illum il-logħob tat-tfal fit-toroq kważi spiċċa, imma, ħamsin / sittin sena ilu, jekk it-temp kien jippermetti, il-vaganzi tal-iskola kollha konna nqattgħuhom nilagħbu barra. Mhux li kien li t-tfal tal-lum jaħlu dik l-enerġija li konna naħlu aħna fil-logħob! Kieku forsi ma hawnx din l-obeżita’ kollha fuq it-tfal! Imma jekk konna nistennew lejlet il-Milied biex il-‘Bambin’ iġibilna xi ħaġa, daqshekk ieħor konna nistennew li tasal il-ġurnata tal-Ewwel tas-

Sena biex naqilgħu xi ħaġa tal-flus bħala strina. Ma għandniex xi ngħidu, għallmaġġoranza tagħna t-tfal din kienet l-unika ġurnata fissena li kien ikollna xi ftit flus li nistgħu nonfqu kif irridu! Niftiehmu, ma konniex indaħħlu xi somma kbira, għax għandu xorti wieħed kien idaħħal eqwivalenti ta’ żewġ ewro tal-lum. Kienet drawwa li l-Kappillan jagħti strina lil kull tifel tal-Parroċċa. Għalhekk, nhar l-Ewwel tas-Sena filgħodu, ħafna tfal subien kienu jinġabru quddiem id-dar tal-Kappillan biex jieħdu l-istrina. IlKappillan kien joqgħod fil-bieb u t-tfal jitilgħu wieħed wieħed wara xulxin u jieħdu sold (ċenteżmu tal-lum) kull wieħed, jitilgħu minn ġenb tal-parapett u jinżlu mill-ieħor. Xi tifel, naqra mqareb, wara li kien ikun ħa sehmu, kien jerġa jipprova jitla’ wara sħabu biex jerġa’ jieħu strina oħra! Imma l-Kappillan kien jinduna u jgħidlu li diġà ħa sehmu! Illum l-istrina nqatgħet għal kollox, u fi żmien il-Milied it-tfal ikunu jistennew ir-rigali li ser iġibilhom Father Christmas. Jekk biss issemmilhom dak li kienu jgħidu lilna, jiġifieri li lilna kien iġibilna ‘l-Bambin’, tgħidx kemm jidħku bik! Drawwa oħra li lħaqt kemm kemm, kienet l-Awgurju tal-Festi bil-Banda lin-nies prominenti tar-raħal. FlEwwel tas-Sena filgħodu, għall-ħabta tal-10.00am, kienu jiġu erba’ bandisti mir-Rabat u jdoqqu xi żewġ biċċiet wara l-bieb tal-Kappillan, imbagħad imorru jdoqqu l-istess wara l-bieb tal-Maġistrat Salvu Attard, li kien joqgħod fil-pjazza, eżatt flok ‘Zeppi’s Bar’. Wara li kienu jispiċċaw idoqqu, kienu jingħataw xi grokk brandy ta’ dak iż-żmien, u xi ħaġa tal-flus kull wieħed. Fil-Qala dawk in-nies l-iktar prominenti li kellna dak iż-żmien, kienu l-Maġistrat u l-Kappillan. Wara l-Ewwel tas-Sena aħna t-tfal kien ikun baqgħalna sitt ijiem oħra vaganzi għax l-iskola kienet tiftaħ wara t-TreRe, li meta kont żgħir kienet Festa kmandata. Xħin konna nerġgħu niltaqgħu l-iskola konna nirrakkontaw x’għamilna fil-vaganzi, u x’laqqatna strina, għax dak iż-żmien, billi kien hawn ħafna tfal, tal-Pjazza u tas-Salib kienu jilagħbu għalihom, ta’ fuq il-Wileġ u ta’ Ċini għalihom, kif ukoll tal-Wardija, ta’ fuq il-Ġebel, u talKunċizzjoni. Għalhekk fil-klassi tal-iskola wara l-vaganzi kulħadd jitħallat u jirrakkonta. Nagħlaq dan l-artiklu tiegħi billi nixtieq il-Festi t-Tajba lill-qarrejja kollha, u nispera li dawn il-memorji li ktibt dwarhom, iġibu iktar memorji sbieħ lill-qarrejja ta’ mpari u b’hekk ikollhom x’jirrakkontaw lin-neputijiet tagħhom. ■

87


Le침en il-Qala - Milied 2013

88


Leħen il-Qala - Milied 2013

IL-KUNĊIZZJONI, QAMĦ U ĠILBIENA JEW IL-ĠNIEN TA’ ADONIS minn: Guido Lanfranco

Ħafna mill-attivitajiet, drawwiet u tradizzjonijiet popolari li l-poplu jkun ilu jirrepeti għal żmien twil isiru biss riti u ritwali li jispiċċaw billi kulħadd jinsa għalfejn qed jagħmluhom. F’Malta hawn diversi drawwiet minn dawn, u jekk tistaqsi lil xi ħadd għaliex qed jagħmel dik il-ħaġa, ma jagħtikx raġuni jew spjegazzjoni, u jispiċċa biex jgħidlek, ‘Għax kulħadd hekk jagħmel’. Tradizzjoni: Dak huwa l-karattru tat-tradizzjonijiet popolari. Isiru l-affarijiet ukoll jekk ma jkunux jistgħu jispjegawhom. Ħalli nieħdu eżempju wieħed. Hawn tradizzjoni ġenerali li mal-presepju nħejju l-ġilbiena u l-qamħ. Ma tistax tagħmel qasrija bil-fjuri? Ma tistax tgħaddi mingħajru? Ftit wisq hemm min jgħidliek għaliex hemm din id-drawwa

tal-qamħ u l-ġilbiena għall-presepju...u wkoll għasSepulkru jew (Artal tar-Repożizzjoni) tal-Ġimgħa Mqaddsa nippreparaw il-ġilbiena u l-qamħ. Mhux dan biss, imma għall-Milied għaliex niżirgħuhom fil-Kunċizzjoni? Il-Kunċizzjoni: Missirijietna sa seklu u nofs ilu, għalkemm kienu jafu jgħoddu ma kinux jużaw kalendarji u numri stampati imma għall-appuntamenti, saħansitra fil-kuntratti notarili biex jitħallsu kirjiet minflok in-numri tad-dati kienu jużaw it-titoli tal-festi tal-Madonna u tal-qadddisin prinċipali li kważi kulħadd kien jafhom bl-amment wara xulxin. Ilfesta tal-Kunċizzjoni, importanti u mifruxa malġżejjer tagħna, magħrufa minn kulħadd, instabet bħala data tajba f’Diċembru għaż-żriegħ tal-

89


Leħen il-Qala - Milied 2013 qamħ u l-ġilbiena għax tħalli żmien biżżejjed biex dawn jikbru sal-Milied. Għalkemm Santa Katarina m’għandhiex konnessjoni diretta mal-Milied, innies taż-Żurrieq u taż-Żejtun jippreferu li jiżirgħu l-qamħ u l-ġilbiena f’Jum il-festa ta’ Santa Katarina, forsi aktar fl-imgħoddi milli issa, mhux biss għax hija l-qaddisa tagħhom, imma l-festa tagħha taħbat fil-25 ta’ Novembru, xahar preċiż qabel il-Milied. Kemm Santa Katarina, kif ukoll il-Kunċizzjoni huma festi li jaħbtu fi żmien meta jista’ jkun maltemp, għalhekk it-tnejn huma magħrufin bħala “Stilel talmaltemp”. Ġilbiena: Hawn ta’ min jgħid ukoll li jien qed nikteb ġilbiena, u mhux ġurbiena kif jgħiduha wħud. Dan għaliex il-kelma ġilbiena ġejja mill-kelma ġelben jew iġelben. Din il-kelma tfisser xi ħaġa li tintelaq ’l isfel, tintreħa, bħal meta ngħidu li d-dmugħ iġelben ma’ ħaddejk. Il-ġilbiena hija pjanta li tiddendel u tintelaq ’l isfel jekk ma jkollhiex ma’ fejn tixxeblek, u l-kelma mhux bilfors tirreferi għallpjanta partikolari, imma l-ġilbiena li nużaw f’Malta taħbat tajba biżżejjed għat-tiżjin; din fil-botanika ngħidulha Vicia sativa u bl-Ingliż Common Vetch. Ġnien ta’ Adonis: Imma x’għandhom x’jaqsmu l-qamħ u żerriegħa oħra mal-Milied? U fejn jidħol il-Ġnien ta’ Adonis? Il-qamħ u l-ġilbiena hawn huma “IlĠnien ta’ Adonis”, sempliċiment għax fl-istudju tal-folklor, dan hu t-terminu wżat (kull lingwa bl-istess tifsira), biex jirreferi għal kull tip ta’ ħxejjex li jinzergħu f’ċerti żminijiet tas-sena bħala parti minn ritwali jew riti u ċerimonji li jkollhom x’jaqsmu mal-fertilità tal-uċuħ tar-raba’. Sa minn żminijiet imbiegħda, tistà tgħid li fl-Ewropa kollha sal-artijiet tal-Lvant kien hemm u għad baqa’ riti biex jawguraw prodotti tajbin. Għal dawn jiżirgħu żerriegħa tal-qamħ, xgħir, ħass, busbies, u prodotti agrikoli oħra, jagħżluhom li jistgħu jikbru malajr, u wara ftit żmien biż-żfin, talb u ċerimonji oħra skont it-twemmin lokali ta’ kull pajjiż, jixħtuhom fl-ilma tax-xmajjar jew fir-raba’. Kien hemm u għad hemm ukoll drawwiet fejn jagħmlu riti jew ċerimonji li fihom juru xi ħaġa tixbaħ dak li jixtiequ li jsir. Għalhekk, jekk iridu li tinżel ixxita jbexxu ftit ilma simboliku, jekk iridu x-xemx u l-bnazzi jixgħelu n-nar, u jekk iridu li l-uċuħ tarraba’ jagħtu l-frott kienu jagħmlu ’l hekk msejjaħ Ġnien ta’ Adonis, f’ħammiela fejn iż-żerriegħa tikber malajr bħalma jridu li jiġri fir-raba’.

90

Minn dawn ir-riti, f’ħafna artijiet baqgħu l-qamħ, xgħir u l-ġilbiena li nafu. Issa jidher li l-Maltin ħadu din it-tradizzjoni minn Sqallija għax dawn ukoll iħejju ż-żerriegħa għall-Milied u għasSepulkru, forsi kultant iżidulhom xi żigarella ċoff jew santa. Bosta Sqallin għamlu żmien jiġu jgħixu u jaħdmu Malta, l-aktar fi żmien l-Ordni. Mhux biss, imma aħna wkoll irridu nkabbruhom malajr, u nsebbluhom fid-dlam.... Mingħajr ma nafu qegħdin nagħmlu riti li għandhom x’jaqsmu ma’ qawmien ġdid, fil-każ tagħna t-twelid ta’ Kristu żmien ilMilied, u fil-Ġimgħa Mqaddsa l-qawmien tiegħu filGħid, it-tnejn jissimbolizzaw ħajja ġdida. Il-Milied u l-Ġimgħa Mqaddsa jiġu fi żmien meta n-nies kienu jkunu preokkupati dwar is-suċċess tal-uċuħ tar-raba’ fejn ir-riti tal-fertilita’ kienu mill-aktar komuni. F’diversi artijiet kienu jġorru qfief żgħar bil-qamħ, xgħir u ġilbiena msebblin biex jixħtuhom fir-raba’ jew fix-xmajjar u l-għadajjar. F’artijiet oħra fejn għandhom dawn iċ-ċerimonji assoċjati marraba u l-fertilità tal-art, mal-qoffa żgħira kienu jżidu għamla ta’ immaġni li tirrappreżenta lil Adonis. Adonis: U għaliex daħal isem Adonis f’dawn ir-ritwali? Adonis huwa figura mitoloġika li dwaru hemm diversi leġġendi. Ommu kienet Mirra. Kienet inbidlet f’siġra tal-mirra mill-allat bħala kastig għal xi nuqqas, u Adonis binha, twieled minnha meta kienet siġra. Billi twieled minn siġra ttieħed bħala alla protettur tal-veġetazzjoni għalhekk kienu jqabbluh mal-fertilità tar-raba’ u massiġar li jikbru u jagħtu l-frott. Imma l-mitoloġija, jiġifieri ħrejjef, leġġendi, u taħlit ieħor orali mitluf, mibdul, imħallat u mifrux taħt forom differenti f’ċiviltajiet mill-aktar antiki, ħalliet warajha ħafna truf li baqgħu jidhru, imqar taħt forom oħra, ukoll fiż-żminijiet tagħna. Din il-qamħ tal-Milied hija waħda minnhom. Imma rridu nsemmu ħaġa oħra... Il-mitoloġija stess, iddaħħlilna lil Astarte, li għallFeniċi kienet alla tal-imħabba, għall-Eġizzjani alla tal-gwerra, u għal ċiviltajiet oħra alla tal-fertilità. U l-Griegi jafuha bħala Aphrodite tal-imħabba. Billi f’din it-taħwida kollha Astarte ħabbet lil Adonis, għandha xi ftit ukoll x’taqsam mal-Milied, għaliex is-simbolu tagħha huwa Venus jew l-‘Istilla ta’ filgħaxija’. Fiż-żmien tal-Milied aħna għandna ukoll l-istilla... dik li mxew warajha t-tliet maġi sakemm wasslithom fil-grotta ta’ Betlem. U aħna niżirgħu l-qamħ u l-ġilbiena fil-Kunċizzjoni, bħala Ġnien ta’ Adonis, biex jawgura twelid ġdid, u nlaqqgħuh ma’ Astarte bl-istilla tal-maġi fir-Tre Re! ■


Leħen il-Qala - Milied 2013

Rokna Letterarja

Ismek f’Qalbna Dejjem u Kullimkien Imperrċa fuq baħar kaħlani Fil-lvant ta’ dil-Gżira Għawdxija, B’kampanja arjuża w’li tgħaxxaq B’xenarju mill-isbaħ mogħnija.

Sew fid-daħla ta’ raħalna, Għandna Ġnien bil-wisq sabiħ, Il-Kunsill Lokali għamlu, Tista’ tmur kuljum tgawdih.

Insibu l-Qala, Raħalna, Il-post illi tana t-twelid, Fejn lgħabna, tfarfarna u kbirna, Trabbajna, u stagħnajna fil-ġid.

Xena oħra tant imfittxa, Mill-Qalin u l-barranin, Hija dik ta’ Triq Żewwieqa, L-aktar fil-jiem sħan sajfin.

Il-bajja ta’ Ħondoq magħrufa W’imfittxa bil-wisq mill-Qalin, Mhux biss, imma anke minn ħutna Li fostna bil-gzuz dawn ġejjin.

Fuq il-għolja tal-Wardija, Firxa raba’ bellusija, Żara, silla, bħajra u l-bqija, Jagħtu dehra t’armonija.

Il-Maqdes għażiż ta’ Marija Li fih sabu l-faraġ tant nies, Illum għadu wieqaf setagħni, Mnejn grazzji joħorġu bla qies.

Imma l-qofol ta’ raħalna Hija l-Knisja Arċipretali, L’ issa għandha fuq mitt sena, Teżor kbir Monumentali.

Għad-dell ta’ dal-Maqdes insibu Jistrieħu midfuna l-Qalin, Post sagru, pulit li jtaffilek Id-diqa ta’ niesna l-mejtin.

Għaliex fiha hemm Ġużeppi, Ta’ dar-raħal il-Patrun, Protettur tal-Knisja kollha, Ta’ Dar Nażaret kien bastun.

Il-‘Mitħna ta’ Randu’ hemm wieqfa, Bħal speċi qed tgħasses lill-Qala, Fejn xogħolha għamlitu fl-imgħoddi, Kuljum, ta’kull ħin u fis-sahra.

Flimkien ma’ martu Marija, U ma’ ibnu Ġesù Sidna, Huwa dejjem jgħasses fuqna, Insalvaw ilkoll iriedna.

Insibu l-‘Ġebla l-Wieqfa’ Aħna lkoll hawn insellmulu, Hemm wieqfa fil-post tas-Salib, Ħajr minn qalbna u ġieħ nagħtuh, Li magħha ġġorr storja hekk kbira; U ‘nwegħduh li ġo familtna, Jekk ma smajtx, staqsi dwarha ħabib! Ismu dejjem insemmuh. Għat-tagħlim tat-tfal tagħna fil-Qala, Għandna skola arjuża u kbira. Kien fetaħha l-Prinċep Filippu, L-isbaħ waħda li għandna fil-Gżira. L-Għid tal-Manjus

Biex ġurnata lkoll kemm aħna, L-Qalin, ferm imferrxin, Lilu nsibu jistenniena, Biex jgħoddna mal-Qaddisin. Euchar Mizzi Il-Ħadd 4 t’Awwissu 2013

91


Leħen il-Qala - Milied 2013

LEJN IR-RAĦAL TAL-QALA MINN RAS IL-QALA Għanja Il-ħin jgħaddi jiġri, igerbu s-sigħat, minn hawn issa mmorru, minn fuq dan il-blat. Nitilqu minn haw’, immorru, isaw, mill-ġdid lejn ir-raħal tal-Qala, ir-raħal sabiħ, li jien nifraħ bih, ihennini ma nafx sew ’il għala. Imdawwar bl-egħlieqi fil-ħemda u l-kwiet, djar nodfa xummiema fis-saltna tas-skiet. Iż-żmien qatt ma jgħaddi, bil-mod jimxu s-snin, fl-inħawi tal-ġonna, fit-toroq Qalin.... Ninġabru flimkien mingħajr telf ta’ żmien niltaqgħu fir-raħal tal-Qala, ir-raħal sabiħ, li jien nifraħ bih, ihennini bla naf sew ’il għala. Il-ħin jgħaddi sieket, igerbu s-sigħat, minn hawn issa mmorru, minn fuq dan il-blat. ANTON F. ATTARD 92


Leħen il-Qala - Milied 2013

Tislima lil San Ġużepp Sena 2014 O Ġużeppi maħbub tiegħi, Din is-sena wkoll ngħannilek Għanja sbejħa u minn qalbi Kif minn dejjem jien għamiltlek. Għaliex Int, dejjem smajt talbi, W’qatt ma bgħatni lura mħawwad, Jew mifxul, u mingħajr faraġ Meta jien bik ridt niddawwal. Tifħir jixraq lil qdusitek Għax biha nqeda’ Alla l-Kbir Meta ried fid-dinja jiġi U bniedem bħalna seta’ jsir.

Kelma lil San Ġużepp San Ġużepp tiegħi Ejja ftit ħdejja Int taf li nħobbok Mel’ersaq lejja. Ħalli nitkellmu Ftit ma’ xulxin U naqsmu kollox It-tnejn flimkien. Int tagħraf lili Jien nagħraf lilek Ħallini fejnek Isma’ x’se ngħidlek.

Fommok sieket, imma bieżel, Qalbek imfawra bl-imħabba; Qdusitek, xogħlok u għaqlek, Miegħek Iben Alla trabba!

Xtaqt ngħidlek kelma Għall-ġid ta’ ruħi Biex lejn dan Alla Lejh int ressaqni.

Familja fqajra f’Nazaret, Ħaddiem ma’ martu u Bambin; Oh x’dehra ta’ ferħ li tgħaxxaq, Għalina l-Maltin u l-Għawdxin!

Dak il-kbir Alla Li lilu qdejt Flimkien ma’ Martek Minn dejjem qdejt.

Qaddis kbir u wisq setgħani, Kull ħin Int, titlob għalina, U bl-eżempju tiegħek tgħallem Biex f’kull xogħol faraġ tagħtina.

Għandi wisq x’ngħidlek Għażiż Missieri Int taf li ismek Qiegħed f’ilsieni.

Lill-għedewwa tar-ruħ tagħna Li dejjem iduru magħna; Il-bogħod minna dejjem żommu, U b’hekk tibqgħu dejjem ħbieb tagħna!

Jien Patri Ġużi Għalik imsemmi Kif xtaqet ommi Ukoll missieri.

Patri Ġużi Mifsud OSA Qima, mħabba w’devozzjoni, Minn qiegħ qalbna nagħtuk qegħdin, 19 ta’ Settembru 2012. Għalhekk ibqa’ dejjem magħna Missier Twajjeb, tagħna, il-Qalin! Patri Ġużi O.S.A. 7 t’ Ottubru 2013.

Ritratt lil San Ġużepp Rajtek u lmaħtek Ġwejjed u sieket B’Ġesù ma’ ġenbek Tgħożżu fi ħdanek. Turih dejjem lilna Flimkien ma’ Marija Li flimkien miegħek Lilu tant tħobbu. Issa ħalluni, Noħdilkom ritratt, Biex fikom niftakar U ma ninsiekom qatt. Tibqgħu stampati Hienja u tajbin. F’moħħi għal dejjem, Tibqgħu ħajjin. Qatt ma ninsiekom, qatt ma nonqoskom. Dejjem inħobbkom, Dejjem nitlobkom. Patri Ġużi Mifsud O.S.A. 19 - 06 - 2012

93


Leħen il-Qala - Milied 2013

Peter’s Butcher Shop

Triq Piju Cellini, Nadur - Gozo 2785 5051 - 7905 5051 For top quality fresh meat cuts, marinated pork, beef & chicken for BBQs, a vast selection of superior meat products such as roast pork, beef, or chicken, kebabs, meatballs, bragioli, burgers and lots more...

MARTIN HARDWARE BARUMBARA STREET, GĦAJNSIELEM 94

TEL: 2155 3407 MOB: 9980 5975


Leħen il-Qala - Milied 2013

Talba lil Ommna Marija

Il-Ġebla l-Wieqfa Nitħasseb ħafna kif narak hawn wieqfa. Nieqaf miblugħ u barra minn sensija Kif nibda naħseb f’dawk ta’ żmien il-qedem Dawk li żgur minna m’huma qatt minsija.

Qed nara li reġà wasal iż-żmien Li terġà twiddibna, Ommna Marija. Jien naf fi żgur, li ħsiebek dejjem fina Għax qed nintilfu mal-bluha tad-dinja.

Qumu mejtin minn nagħsa ixhdu ’l ġrajja Ta’ dawk il-ġranet sbieħ taż-żmien ta’ dari. Għidulna għall-inqas minn liema naħa ġejtu, Ġrajjiet bħal dawn illum huma wisq rari.

Id-don tal-maħfra agħtina Marija, Għallimna nħobbu dejjem lil xulxin Kif għallem dejjem Ibnek il-waħdieni. Ftakar Marija, li aħna bnedmin.

Nitilqu aħna lkoll, int hawn sa tibqa’, Tirrenja waħdek fil-ħemda, fis-skiet. Tistor fik dejjem dawk il-kbar leġġendi, Ħielsa minn kollox, minn kull tip ta’ nkwiet. Iż–żmien għaddej, għaddej bla ma tittendi. Int dejjem tistor u tkabbar il-leġġendi. Joseph Portelli 09/06/2013

B’idejk miftuħa żomm fuqna Marija B’idejk miftuħa ilqà lil kulħadd Jien naf l’ idejk fuqna dejjem miftuħa. Widdeb fiss lura jekk tbiegħed xi ħadd. Nissel fiss fuqna l-imġiba għaqlija L’int urejt dejjem maċ-ċkejken tarbija. Joseph Portelli 29/01/2013

Ċanfira Nitħasseb jiena kif nara dil-ħajja, Għax m’għadha tixbah xejn lil dik ta’ dari. Illum ma fadal xejn minn dik il-ħajja L-għaqal tan-nanna dieb u ġie wisq rari. Illum id-dinja nbidlet, dieb dak l-għaqal. Ħafna nies jaħsbu li ġew hawn għal dejjem; Għax jagħmlu minn kollox u xejn m’hu xejn. Għad tidwi t-tromba u lil kull ġens tqajjem! It-toroq tagħna saru mirja tal-iskandli; Kif saru llum ix-xtut tagħna sajfija; X’sar minn dak l-għaqal lin-nanniet għallmuna. Ma nafux ngħożżu sew ix-xtut xemxija. Int qiegħda hemm fuq b’idejk miftuħa għalina Ommna Marija dak id-dawl urina. Joseph Portelli. 21/08/13

95


Leħen il-Qala - Milied 2013

ACCOUNTS O LEVEL TUITION

Commencing in August in preparation for Matsec and Edexcel London 2014 Classes to be held once weekly, learning material to be provided and past examination papers shall be thoroughly covered. The course is also ideal for students currently pursuing Business Studies.

Call 99891202

We organise your wedding from start to finish... you have less hassle and more peace of mind Joe Gatt - Wedding Organiser Jothain - Plot 19, Triq il-Mag. Salvu Attard - Qala Tel: 2156 4209 Mob: 9922 8699

GEORGE ZAMMIT & SONS d e a l e r & s u p p l i e r o f r e l i g i o u s a r ti c l e s Opening Hours: Monday to Saturday 09.00 - 13.00 Friday open all day 146, Old Bakery Street, Valletta - Malta Shop: 2123 2933 • Mob: 9985 6842

96

Cera dell’Erom - Xema Likwida


Leħen il-Qala - Milied 2013

Kronaka tal-Parroċċa  miġbura minn J�������� X�����

16 ta’ Lulju Fil-quddiesa ta’ filgħaxija anima l-liturġija bil-kant kor Ingliż u wara attendejna bi ħġarna għall-kunċert mill-orkestra prestiġjuża tal-istess skola ta’ Guildford fl-okkażjoni tat-325 sena mit-twaqqif tal-parroċċa Santa Marija tal-Qala.

tas-surmast Mark Gauci flimkien mal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara sar il-ħruġ tradizzjonali tal-istatwa titulari u devota ta’ San Ġużepp min-niċċa fost kant u ċapċip mill-folla preżenti. Il-Banda Ite ad Joseph laqgħet lil San Ġużepp fuq iz-zuntier bl-innu popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’, mużika ta’ Mro. Vincenzo Ciappara u versi talpoeta Għawdxi Ġorġ Pisani. 25 ta’ Lulju: L-Ewwel Jum tan-Novena Jum it-tfal u l-istudenti Il-quddiesa kienet immexxija mill-W.R. Kan. Michael Galea, bis-sehem tat-tfal u tal-istudenti. Matul il-quddiesa saret il-vestizzjoni tal-abbatini ġodda filwaqt li saret il-proposta għall-abbatini ġodda. Anima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘Magnificat’. Wara ttellgħet serata ta’ logħob u divertiment għat-tfal u għall-istudenti kollha tal-parroċċa.

24 ta’ Lulju Jum il-Ġenerożità Tajna bidu għall-Festi ad unur il-Kbir Glorjuż Partrijarka San Ġużepp b’Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-W.R. Mons. Giovanni Bosco Gauci, Vigarju Ġenerali. Mistiedna partikulari kienu l-Qalin residenti barra l-parroċċa. Animat il-kant, il-Banda tagħna Ite ad Joseph taħt id-direzzjoni

26 ta’ Lulju: It-Tieni Jum tan-Novena Jum il-Katekisti Il-Quddiesa tan-Novena tmexxiet mill-W.R. Kan. Michael Galea, bis-sehem tal-katekisti tal-parroċċa. Saret ilproposta għall-membri ġodda fil-Grupp Parrokkjali talKatekisti u fis-Soċjetà tal-Mużew. Anima l-kant il-Grupp taladolexxenti u ż-żgħażagħ. 27 ta’ Lulju: It-Tielet Jum tan-Novena Jum il-Vokazzjonijiet Il-Grupp tal-Vokazzjonijiet u l-Grupp tal-Abbatini tal-parroċċa mexxa t-talba tar-Rużarju b’intenzjoni għall-vokazzjonijiet filwaqt li l-W.R. Kan. Michael Galea mexxa l-quddiesa. Animaw il-liturġija, is-Sorijiet Franġiskani tal-Qala. Mistiedna partikulari kienu r-Reliġjużi u l-Lajċi Kkonsagrati. 28 ta’ Lulju: Ir-Raba’ Jum tan-Novena Jum l-Adolexxenti u ż-Żgħażagħ Il-Konċelebrazzjoni Solenni tmexxiet mill-W.R. Patri Christopher Farrugia O.F.M. bis-sehem tal-adolexxenti u

97


Leħen il-Qala - Milied 2013 ż-żgħażagħ Qalin. Anima l-kant, il-Grupp tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ. 29 ta’ Lulju: Il-Ħames Jum tan-Novena Jum ir-Residenti Barranin Matul il-quddiesa mmexxija mill-W.R. Patri Chrisopher Farrugia O.F.M. saret il-proposta għal talb Ekumeniku lillgruppi ta’ talb eżistenti fil-Parroċċa. Anima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Aktar tard ittellgħet it-23 Edizzjoni tal-‘Gozo International Celebration’ fil-pjazza ewlenija bit-tema tkun: ‘Positivity through Faith’.

Aktar tard filgħaxija, marċ brijuż mill-Banda Ite ad Joseph li ntemm bit-tlugħ tal-istatwa ta’ San Ġużepp fuq il-pedestall fi Pjazza l-Isqof Mikiel Buttigieg u b’feature mill-Għaqda Briju San Ġużepp. 2 t’Awwissu: It-Tielet Jum tat-Tridu Solenni Jum l-Ewkaristija Matul din il-Konċelebrazzjoni, bl-omelija tat-Tielet Jum tatTridu, saret il-proposta għall-Adoraturi l-ġodda. Id-dimostrazzjoni popolari bl-istatwa ta’ San Ġużepp, xogħol l-istatwarju Għawdxi Wistin Camilleri, kienet akkompanjata mill-Baned Ite ad Joseph tal-Qala u Prekursur tax-Xewkija. Waqt it-tlugħ tal-istatwa fuq il-pedestall filpjazza ndaqq l-Innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’.

30 ta’ Lulju: Is-Sitt Jum tan-Novena Jum l-Għaqdiet Soċjali Il-quddiesa tal-lejla li għal darb’oħra kienet immexxija millW.R. Patri Christopher Farrugia O.F.M. kienet bis-sehem tal-Għaqdiet Soċjali tal-Parroċċa. Wara ttella’ Kunċert Mużikali mill-Banda tagħna Ite ad Joseph fil-pjazza ewlenija. 31 ta’ Lulju: L-Ewwel Jum tat-Tridu Solenni Jum il-Familja Inġbarna lkoll flimkien għall-Kant Solenni tal-Għasar ippresedut mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit. Wara l-Arċipriet tal-Parroċċa mexxa Konċelebrazzjoni Solenni bl-omelija mill-W.R. Dun Richard Nazzareno Farrugia. Sar talb partikulari għall-koppji miżżewġin li qed jiċċelebraw l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom kif ukoll sar it-tiġdid talwegħdiet taż-żwieġ.

98

1 t’Awwissu: It-Tieni Jum tat-Tridu Solenni Jum l-Emigranti Il-Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tieni Jum tat-Tridu kienet bis-sehem tal-emigranti Qalin, bl-omelija mill-W.R. Dun Richard Nazzareno Farrugia. Wara, l-emigranti Qalin kienu mistiedna għal riċeviment fiċ-Ċentru Parrokkjali.

3 t’Awwissu: Tmiem in-Novena Mqaddsa u Lejlet isSolennita’ ta’ San Ġużepp Jum il-Benefatturi Il-Konċelebrazzjoni Solenni, bil-kant Solenni tat-Te Deum f’għeluq in-Novena tmexxiet mill-W.R. Mons. Lawrenz Xerri, bis-sehem tal-morda, tal-anzjani u tal-persuni bi bżonnijiet speċjali. Fl-aħħar ingħatat tifkira tal-festa. Filgħaxija, it-Translazzjoni Solenni tar-Relikwija ta’ San Ġużepp tmexxiet mill-W.R. Mons. Alfred Xuereb, l-ewwel Segretarju u Segretarju Personali tal-Q.T. il-Papa Franġisku, mill-Kappella tas-Sorijiet Franġiskani għall-Knisja Arċipretali li fiha ħadet sehem il-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-Qala flimkien ma’ Fratellanzi oħra.


Leħen il-Qala - Milied 2013 Wara, beda l-marċ trijonfali u popolari mill-Banda Victory tax-Xagħra u mill-Banda San Ġużepp ta’ Għajnsielem filwaqt li l-Banda Ċittadina La Stella tal-Belt Vittorja tellgħet Programm Mużikali fil-Pjazza. F’nofsillejl kien hawn illogħob tan-nar tal-art fil-pjazza. 4 t’Awwissu: Jum is-Solennità ta’ San Ġużepp L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex mexxa l-Konċelebrazzjoni Pontifikali Solenni flimkien ma’ rappreżentanza tal-Kapitlu Katidrali u ma’ numru sabiħ ta’ Saċerdoti. Il-marċ popolari u brijuż ta’ din is-sena kien f’idejn il-Banda San Ġużepp tal-Kalkara, bis-sehem taladolexxenti u ż-żgħażagħ Qalin.

31 t’Awwissu Tajna bidu għas-Sibtijiet tal-Kunċizzjoni bi preparazzjoni għall-Festa Titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni fisSantwarju Nazzjonali. 9 – 13 ta’ Settembru Ġimgħa Mużewmina Għal sena oħra konsekuttiva, is-Soċjeta’ tal-Mużew organizzat il-Ġimgħa Mużewmina fil-Mużew tas-Subien. Matul din il-ġimgħa stajna nisimgħu taħdita dwar ‘L-Importanza tat-Tagħlim’ kif ukoll feature. L-istudenti tagħna tellgħu play bl-isem ‘Imħabba ta’ żewġ ommijiet’. 29 ta’ Settembru Festa devota tal-Madonna tas-Saħħa

Il-Kant tat-Tieni Għasar tas-Solennita’ tmexxa mill-W.R. Mons. Lawrenz Xerri. Il-purċissjoni bl-istatwa devota ta’ San Ġużepp tmexxiet mill-W.R. Mons. Giovanni Bosco Cremona tal-Kapitlu talKatidral, flimkien mal-Kleru tal-Parroċċa u l-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-Qala u Fratellanzi oħra. Il-Banda Ite ad Joseph tal-Qala taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mark Gauci esegwiet l-Innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’ u l-Innu l-Kbir A San Giuseppe ta’ Mro Indri Borg bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara, l-istess banda akkompanjat il-Purċissjoni Solenni bid-daqq ta’ innijiet reliġjużi. Il-Banda Mnarja tan-Nadur tellgħet programm mużikali fil-pjazza. IdDħul Solenni tal-istatwa Titulari ta’ San Ġużepp kien akkompanjat minn spettaklu kbir tal-logħob tan-nar talajru. Lura fil-knisja ndaqqet l-Antifona u ngħatat il-Barka Sagramentali. Il-Banda Santa Margerita V.M. ta’ Sannat esegwiet programm mużikali ta’ marċi popolari fil-pjazza ewlenija bħala marċ tal-aħħar. 8 ta’ Awwissu Għeluq it-42 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari ta’ San Ġużepp Il-konċelebrazzjoni Solenni ta’ Radd il-Ħajr bil-kant tat-Te Duem, tmexxiet mill-W.R. Gabriel Gauci saċerdot novell li bħala seminarista wettaq ħidma pastorali fil-parroċċa tagħna. Anima l-kant il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara sar id-dħul tal-istatwa ta’ San Ġużepp fin-niċċa.

Mons. Pawl Cardona, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ, mexxa l-Konċelebrazzjoni Solenni. Wara, sar pellegrinaġġ devot bil-Kwadru mirakoluż tagħha. 6 t’Ottubru Festa tal-Madonna tar-Rużarju Il-Konċelebrazzjoni Solenni bis-sehem tal-Fratellanza tmexxiet minn Patri Christopher Farrugia OFM. Anima l-kant il-Kor parrokkjali San Ġużepp. Wara ħadna sehem fil-purċissjoni blistatwa artistika u devota tal-Madonna tar-Rużarju. 19 – 27 t’Ottubru Ġimgħa Ewkaristika Il-motto għal matul din il-ġimgħa kien: “L-Ewkaristija u l-Kmandamenti ta’ Alla”. Il-motto u t-temi magħżula

99


Leħen il-Qala - Milied 2013 kienu ispirati mill-Pjan Pastorali Djoċesan 2013-2016 u mill-Pjan Pastorali Parrokkjali 2013-2014. Ftaħna din il-ġimgħa b’quddiesa mmexxija minn Mons. Salv Grima fejn ingħataw offerti għall-intenzjonijiet ta’ quddies għall-missjunarji u lill-isqfijiet fil-pajjiżi talMissjoni. Kuljum, matul in-nofstanhar ta’ filgħodu kien hemm adorazzjoni fil-Kappella tal-Qalb ta’ Ġesù. Il-quddiesa ta’ filgħaxija kienet immexxija minn predikaturi differenti li wasslulna ħsibijiet dwar l-Ewkaristija. Il-prietki tal-Kwaranturi kienu f’idejn Dun Charles Sultana. F’nhar il-festa lil Ġesuù Ewkaristija, Mons. Joseph Sultana, l-Arċipriet tal-Għarb, mexxa Konċelebrazzjoni Solenni bissehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara saret purċissjoni Ewkaristika Solenni flimkien mal-kleru talparroċċa u dak djoċesan u bis-sehem tal-Fratellanzi tas-Sagrament u ta’ San Ġużepp. Bħala għeluq tkanta t-Te Deum u ngħatat il-Barka Sagramentali. 3 ta’ Novembru Sar pellegrinaġġ mill-pjazza għaċ-ċimiterju parrokkjali fejn tbierku l-oqbra u l-għeżież tagħna mejtin. Wara saret quddiesa fis-Santwarju għall-istess erwieħ. 15 ta’ Novembru Tajna bidu għall-Ġimgħa Vokazzjonali mmexxija millkomunità tas-Seminarju fil-parroċċa tagħna.

It-tfal li rċevew l-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Arċipretali ta’ San Ġużepp, Qala Għawdex minn idejn l-Arċipriet Dr Joe Zammit nhar il-Ħadd 26 ta’ Mejju 2013 Solennità tat-Trinità Qaddisa Mix-xellug għal-lemin: Matthew Buhagiar, Shirley Debattista, Eathen Buttigieg, Francesca Buttigieg, Joelyn

Cutajar, Brooklyn Philip Buttigieg, Jamie Xerri, Josepha Abela, Maria Scerri, Andrea Buttigieg, Maria Xerri, Adam Costa u Nigel Tabone.

100

(Nota: Dan ir-ritratt qed jidher għat-tieni darba biex ġie kkorreġut isem li kien tħalla barra bi żball).


Leħen il-Qala - Milied 2013 Mill-Uffiċċju Parrokkjali

Mill-1 ta’ Novembru 2012 sal-1 ta’ Novembru 2013 TGĦAMMDU FIL-FIDI NISRANIJA 18/11/2012 Matthew Mizzi 02/12/2012 Jurgen Mercieca 02/12/2012 Solei Marie Sultana 09/12/2012 Liam Frank Buttigieg 26/12/2012 Andrea Camilleri 30/12/2012 Jaques Grech 27/01/2013 Dilin Portelli 31/03/2013 Matthias Pace 07/04/2013 Jerome John Buttigieg 14/04/2013 Lilly May Portelli 12/05/2013 Samuel Borg 25/05/2013 Vienna Anouk Cassar 26/05/2013 Keevon Bigeni 02/06/2013 Quinn Isabella Camilleri 24/06/2013 Brooke Maree Said 06/07/2013 Alicia Antoinette Ursola Allagbe 28/07/2013 Candice Muscat 10/08/2013 Tristan Joe Camilleri 31/08/2013 Marie Bigeni 21/09/2013 Isaac Mifsud 29/09/2013 Ella Tabone 06/10/2013 Chelsey Buttigieg MIETU BIS-SINJAL TAL-FIDI U MIDFUNIN FIĊ-ĊIMITERJU TAL-QALA 14/12/2012 Ġużeppa Grech 07/12/2012 Pawla Vella (Nadur) 07/12/2012 Dun Lawrenz Theuma 05/01/2013 Angelo Buttigieg 16/01/2013 Anthony Mifsud 30/01/2013 Albert Mizzi 19/02/2013 Karmena Said 28/02/2013 Anġela Abela 10/03/2013 Emmanuel Vella 11/03/2013 Wenzu Theuma 05/04/2013 Mary Debono 08/04/2013 Angelo Mizzi 08/04/2013 Pawlu Cremona 09/04/2013 Joseph Buttigieg 24/04/2013 Teresa Mizzi 25/04/2013 Rose Galea (Nadur) 16/05/2013 Joe Cutajar 02/06/2013 Salvu Portelli 16/06/2013 Peter Paul Meilak 16/07/2013 Maria Roża Buttigieg 15/08/2013 Ġiaċinta Sultana (Nadur) 18/08/2013 Spiridione Gauci (M’Forn/Żebbuġ) 27/08/2013 Ġamri Borg 26/09/2013 Teresa Buttigieg 28/09/2013 Emmanuel Xuereb 25/10/2013 Yvonne Debono (Nadur) 01/11/2013 M’Antonia Abela

miġbura minn Melita Camilleri

INGĦAQDU FIS-SAGRAMENT TAŻ-ŻWIEĠ FIL-PARROĊĊA Francis Teuma ma’ Elma Digamon Joseph Buttigieg ma’ Mary Mizzi Regina Portelli ma’ Martin Debono Sena Janno Maxi Allagbe ma’ Carine Mary Rose Cuono Antonella Cutajar ma’ Mark Refalo Eucharist Buttigieg ma’ Gabriela Dionesia Morales Rowena Bigeni ma’ Savio Debrincat Christina Said ma’ Paul Refalo Ruben Theuma ma’ Vivian Said Samuel Camilleri ma’ Neerah Grima

88 sena 90 sena 78 sena 87 sena 75 sena 45 sena 88 sena 79 sena 58 sena 63 sena 69 sena 69 sema 57 sena 90 sena 87 sena 89 sena 57 sena 93 sena 61 sena 84 sena 58 sena 81 sena 79 sena 81 sena 86 sena 57 sena 66 sena

INGĦAQDU FIS-SAGRAMENT TAŻ-ŻWIEĠ BARRA L-PARROĊĊA Josef Abela ma’ Nadine Cauchi Daniela Buttiġieġ ma’ Robert Meilaq Joseph Theuma ma’ Ramona Debono Lorne Cremona ma’ Maria Vassallo Omar Zerafa ma’ Analise Camilleri Patrick Cutajar ma’ Charmaine Portelli

101


Le침en il-Qala - Milied 2013

21 55 79 93

FLOWER ZONE

102


Leħen il-Qala - Milied 2013 Ir-Ritratt ta’ din il-Ħarġa: (Nru. 9)

23 Tifel u Tifla li għamlu l-Ewwel Tqarbina fis-Sena 1916 fil-Qala

Dan hu ritratt li jeħodna lura 97 sena ilu meta grupp ta’ tfal mill-Iskola Primarja tal-Qala Għawdex resqu għallEwwel Tqarbina fl-età ta’ bejn sitta u seba’ snin. Kieku llum dawn it-tfal għadhom ħajjin, kieku dawn illum għandhom mal-104 snin. Għalhekk naħseb li dawn it-23 tifel u tifla llum ħadd minnhom m’għadu magħna. Fil-fatt kif jidhru fir-ritratt, dawn huma ħmistax subien u tmint ibniet li f’dik is-sena (fl-1916), almenu hekk sibna miktub fuq wara ta’ dan ir-ritratt, għamlu l-Ewwel Tqarbina tagħhom fil-Knisja Arċipretali, (dakinhar Parrokkjali) tal-Qala Għawdex. L-ilbies tagħhom kien wieħed tipiku għal dak iż-żmien, bil-bniet jużaw velu speċi ta’ mant abjad fuq rashom kif kienet id-drawwa dakinhar. Il-maġġor parti tat-tfal jużaw żarbun abjad (kif kienet id-drawwa), però hemm ukoll uħud mit-tfal subien li għandhom żraben suwed. Ma ninsewx li f’dawk iż-żminijiet ma kienx hawn il-lussu ta’ żmienna fejn mhix problema li minflok żarbun wieħed ikollhom tnejn jew tlieta, mentri dakinhar kien ikollok wieħed biss u trid tibża’ għalih ħafna biex iservik fit-tul. Ir-ritratt jidher li aktarx ħadu s-Sur Ġużeppi Grech ‘tal-Ħawwiefa’, li apparti li kien għalliem kien ukoll fotografu stabbilit fil-Qala. Il-post jidher li huwa fil-bitħa tal-iskola tas-subien fejn illum hemm Joe il-mekkanik u jidhru fuq il-bankijiet tal-iskola, ta’ quddiem bilqiegħda, waqt li ta’wara bilwieqfa fuqhom. Inħeġġeġ lill-anzjani tagħna forsi xi ħadd minnhom jirnexxielu jagħraf lil xi ħadd minn dawn it-tfal, naf li mhux faċli, però min jaf, forsi xi ħadd jirnexxielu jagħraf lil xi persuna minnhom.■ Ħajr lill-Uffiċċju Parrokkjali li sellifna dan ir-Ritratt storiku. Min ikollu xi ritratt antik konness mar-raħal tal-Qala, huwa mitlub iġibulna u aħna nġibuh fir-Rivista. Grazzi. L-Editur.

103


Le침en il-Qala - Milied 2013

104


Peter Bugeja Fisheries

Suppliers of Fresh & Frozen Fish

Triq il-Merkanti Tel/Fax: 21563413 G침ajnsielem GSM 1951 Mob: 99430470 Gozo - Malta Email: peterbugejafisheries@gmail.com


Mario Portelli Woodworks Factory GXA007, Triq l-Industrija, Xewkija.

T: 2155 6649 • F: 2156 2985 • M: 9944 0360 E: marioilletrop@hotmail.com Manufacturers of High Quality Custom Furniture, Water-Proofed External Apertures and Interior Fitments, such as Kitchens, Doors, Bedrooms and more.

Leħen il-Qala Milied 2013  

Leħen il-Qala Milied 2013

Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you