Page 1

Festa

2018

VO/0877 Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Il-Belt Pinto tifraħ u tistieden għall-festi kbar lill-Patrun tagħha, San Ġorġ Martri

mit-18 sal-24 ta’ Ġunju, 2018


Il-Werrej Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri Kumitat u Diretturi 2018

Kummissjonijiet 2018 Membri Onorarji Editorjal – Mumenti ta’ Tifkiriet

3

4

6 7

11

Messaġġ mill-Arċipriet

15

Messaġġ mis-Segretarju tal-Kumitat

21

Messaġġ mis-Sindku

19

Rendikont Finanzjarju 2017

26

Messaġġ mid-Direttur taż-Żgħażagħ

39

Ftit storja fuq il-Kumitat tal-Festa Ġorġjana

51

Mill-imħażen tal-armar

Messaġġ mic-Chairman taċ-Ċentinarju

29 43

Ikona ta’ San Ġorġ fil-Kremlin

59

Programm tal-Festa 2018

66

Il-Gran Mastru Emmanuel Pinto de Fonseca Dun Vinċenz Azzopardi

Tagħrif dwar Karmenu Mallia l-Lhudi

63

73

77

Il-Knisja iż-żgħira ta’ San Sebastjan

83

Il-Festa ta’ San Ġorġ, Dari w illum

98

L-imħażen tal-armar...

91

Ġorġi ta’ Lidda

101

L-ewwel Banda Qormija hija wirt Ġorġjan

117

San Ġorġ f’xi Brevjarji tal-Ġermanja Baned mistiedna

Niftakru u ngħożżu l-memorja tagħhom

105 119 120


Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919 - 2018 President Arċipriet Mario Mangion Segretarju Noel Gauci

Kaxxier Michael Muscat

Viċi President Pawlu Sammut

Viċi Segretarju Laurence Zammit

Viċi Kaxxier Jurgen Deguara

Asst. Viċi Segretarju Joseph Spiteri

Asst. Viċi Kaxxier George Zammit P.R.O. George Spiteri

Direttur Kumm. Żgħażagħ Christian Camilleri

Direttur Armar Justin Zahra

Direttur Attivitajiet Mark Cremona

Viċi-Direttur Spiro Bonanno

Viċi Direttur Victor Cilia

Viċi Direttur Christian Camilleri

Direttur Pubblikazzjonijiet Pawlu Sammut

Chairperson Radju Mro. Mario Testa

Direttur Nisa Phyliss Muscat

Viċi Direttur Noel Zammit

Segretarju Chris Bonnici

Viċi Direttur Lola Xerri

Reviżur Finanzjarju Walter Pawley

Konsulent Legali Dr Robert Abela LL.D.

Issettjat u Stampat: Print Right Ltd. Qormi Tel: 21250994 E: printright@onvol.net Programm Festa 2018 Bord Editorjali: Noel Zammit Pawlu Sammut Ġorġ Sammut

Reklamar: Spiro Bonanno Jurgen Deguara Michael Cilia

Ritratti Christian Camilleri Clayton Grech Josef Agius

Kull korrispondenza għandha tiġi indirizzata: Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri, 6, Triq il-Kbira, Ħal Qormi QRM 1100


4

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Festa San Ġorġ 2018

5


Kummissjonijiet

Kumitat Festi Esterni 2018 Kummissjoni Żgħażagħ

Kummissjoni Radju

Direttur - Christian Camilleri Viċi Direttur - Spiro Bonanno Membri: George Portelli, Carl Vella, Jurgen Deguara, Charles Gauci, Daniel Pullicino, Antoine Falzon, Matthew Azzopardi, Georg Camilleri, Christian Muscat, Thomas Barry, Dorian Grech, Lourdes Zammit, Jeanclaude Gravina, Gail Diacono, Gianluca D’Amato, Jurgen Mallia, Kieran Camilleri Bianco, Jessica Agius, Gabriel Camilleri, Joel Attard Rappreżentant - Justin Zahra Ko-ordinatur - Stephen Cauchi Kummissjoni Attivitajiet Direttur - Mark Cremona Viċi Direttur - Noel Gauci Membri: Christian Camilleri, Michael Muscat, Thomas Barry, George Spiteri, Charles Gauci Konsulent: Joe Bugeja

Chairperson - Mario Testa Segretarju - Chris Bonnici Head of programmes: Marouska Bonnici Tekniċi: Adrian Galea, Rachel Galea Kordinaturi: Antoine Falzon, Laurence Zammit, Reklami: Michael Cilia, Lourdes Zammit Recordings: Lourders Zammit, Emanuel Portelli Kummissjoni Pubblikazzjonijiet u Souvenirs Direttur - Pawlu Sammut Viċi Direttur - Noel Zammit (editur) Membri: George Sammut (Reviżur), Spiro Bonanno, Michael Cilia, Jurgen Deguara, George Spiteri, Stephen Cauchi Kummissjoni Armar

Kummissjoni Nisa Direttur - Phyllis Muscat Viċi Direttur - Lola Xerri Membri: Lourdes Zammit, Gail Diacono, Jessica Agius Helpers: Janet Gauci, Rita Bugeja, Maria Baldacchino, 6

Direttur - Justin Zahra Vici Direttur - Victor Cilia Membri: Pawlu Sammut, Joe Spiteri, Joseph Bezzina, Laurence Zammit, Clayton Grech, George Portelli, George Zammit, George Spiteri, Christian Camilleri, Roger Mamo Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


Membri Onorarji

Kumitat Festi Esterni

Ġorġ Schembri

Silvio Pace

Ġorġ Debono

Sunny Falzon

Joe Attard

Ġorġ Xerri

Henry Attard

Ġorġ Mifsud

Joe Xuereb

Anthony Agius

Gerenzio Azzopardi

Raphael Aquilina

Maria Baldacchino

Piju Curmi

Anthony Zammit

George Mallia

David Zahra

Festa San Ġorġ 2018

7


8

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Festa San Ġorġ 2018

9


10

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Editorjal

Mumenti ta’ tifkiriet

- Noel Zammit

Dawk li aħna fil-prattika nsejħulhom ‘anniversarji’ huma sempliċiment mumenti li jqanqlu fina serbut ta’ nostalġiji u tifkiriet, jew aħjar ħsibijiet li bihom aħna niftakru f ’dak li stajna għamilna aħna stess snin ilu, jew jistgħu jkunu mumenti li fihom niftakru f ’impenn li għamel ħaddieħor. Is-sena 1919, għall-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri, ta’ Ħal Qormi, żgur li ser tibqa’ mfakkra bħala s-sena tal-magħmudija tiegħu. Anniversarju li bih kemm il-membri tal-istess kumitat kif ukoll il-parruċċani ta’ din il-parroċċa qadima, ser iġeddu dawk il-mumenti tant importanti li bihom nibet dan il-grupp ta’ nies li xogħolhom kien, għadu u ma għandix dubju li se jibqa’, li jorganizzaw festi xierqa f’ġieħ il-patrun tagħna San Ġorġ Martri. L-impenn li sa mill-bidu tiegħu l-kumitat ħaddan u tant ħadem għalih, baqa’ jixgħel ħuġġieġa matul dawn il-mitt sena li għaddew u li ħalla tant opri u tradizzjonijiet li għalihom Ħal Qormi baqa’ msemmi. Fuq kollox il-valuri Nsara ta’ għaqda u tagħlim fost il-membri u voluntarji, qatt ma naqsu, u bis-saħħa ta’ dawn l-istess valuri, ħafna kienu dawk li qatt ma kien qabdu għodod b’idejhom, imma wara snin saru nies kapaċi jaħdmu anke għal rashom f ’ħafna oqsma involuti fir-restawr ta’ injam, ħjata, pittura u skultura. Hemm ukoll l-element tal-għaqda, fejn il-membri flimkien mal-familji tagħhom jiltaqgħu f ’okkażjonijiet ta’ mistrieħ mix-xogħol u mill-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum, u b’hekk huma jifformaw familja kbira fejn kull wieħed u waħda minnhom jaqsmu l-esperjenzi u jgħinu lil xulxin. Għalhekk dan l-anniversarju tant importanti fil-ħajja parrokkjali tagħna, għandu jkun ukoll il-magħmudija ta’ membri ġodda li jingħaqdu mal-grupp preżenti u jkunu huma wkoll ta’ eżempju għal ħaddieħor. B’hekk din il-familja tikber u tibqa’ taħdem għallħarsien tal-patrimonju tant sabiħ li ħallew dawk ta’ qabilna, u fl-istess ħin nassiguraw li dawk it-tradizzjonijiet li jifformaw dak li jagħmilna Qriema Ġorġjani, jibqgħu jiġu mħarsa u mgħoddija lil dawk li għad jiġu warajna. Nixtieq nieħu din l-okkażjoni sabiex nirringrazzja lil dawk kollha li tant tawni għajnuna matul dawn is-snin li għaddew, sabiex il-Kumitat Festi Esterni joħroġ dan il-ktejjeb blaħjar mod possibbli. Uħud minn dawn illum m’għadhomx magħna u għalhekk, nitolbu għalihom u għal dawk il-voluntiera u benefatturi kollha li, b’xi mod jew ieħor, tant ħadmu għall-festa Ġorġjana. Festa San Ġorġ 2018

11


12

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Festa San Ġorġ 2018

13


14

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Messaġġ mill-Arċipriet

“Agħmel inti li mħabbtina, tkun fil-ħidma mhux fil-kliem”

- Dun Mario Mangion

Kemm hu mirqum dan il-kliem, fl-innu popolari “Fjur ta’ Martri”, miktub mill-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila. Kliem li juruna li San Ġorġ ma ħabbx lil Kristu biss bilkliem u fil-mumenti faċli, imma baqa’ jħobb u jistqarr lil Kristu bix-xhieda ta’ ħajtu sattixrid ta’ demmu. Kultant jiġini dubju jekk dan il-kliem tal-innu popolari hux qiegħed jinftiehem ħażin! Xi wħud minna donnhom qegħdin jifhmu li għandna neskludu l-imħabba tagħna mill-kliem, b’mod speċjali f ’dawn il-jiem tal-festa. Hija ħasra li xi ċelebrazzjoni ta’ ferħ trid bilfors tkun imtappna minn nuqqas ta’ mħabba fi kliemna lejn l-oħrajn. Kliem iebes, tgħajjir, kliem ħażin u ta’ disprezz lejn persuni u lejn qaddisin oħra, żgur li ma jurix imħabba. Żgur li Dun Karm Psaila ma riedx ifisser dan kollu meta kiteb: “agħmel inti li mħabbtina tkun fil-ħidma mhux fil-kliem”. Aktar naħseb li kien qiegħed jirreferi għall-fatt li għal San Ġorġ, l-imħabba lejn Kristu ma kinitx biss paroli u ċapċip, imma kienet tfisser li jxammar il-kmiem u jgħin lill-batut u lil dawk l-aktar vulnerabbli. X’jiswa li nagħmlu xhur sħaħ nippreparaw għall-festa, nonfqu tant flus fil-festa, nagħmlu ġimgħa sħiħa attivitajiet barra, nċapċpu bil-qalb quddiem ix-xbieha ta’ San Ġorġ, u nkantawlu l-innu? X’jiswa dan kollu jekk imbagħad nibqgħu qalbna magħluqa għal dawk ta’ madwarna, jekk imbagħad inkunu lesti li noffendu lil xulxin u lil qaddisin oħra? Żgur li din mhix xhieda li tixbah lil dik ta’ San Ġorġ. L-imħabba vera u sinċiera lejn San Ġorġ, titlob minna aktar minn sempliċi ċapċip u kant. Titlob minna li nxammru l-kmiem u nersqu lejn min hu batut u abbandunat, u nippruvaw ngħinuh u nagħtuh dinjità. Titlob minna li niddefendu r-rigal tal-ħajja millbidu sat-tmiem tagħha. Titlob minna li fi kliemna u għemilna nirrispettaw lil xulxin, b’mod speċjali lil dawk li ma jaqblux magħna. L-imħabba tagħna lejn San Ġorġ titlob minna li nersqu aktar lejn Kristu f ’dawn il-ġranet ta’ festa u li nsibu ċans biex nagħmlu qrara tajba u tqarbina. Ejjew ma nħallux lil min f ’qalbu ma hemmx imħabba vera lejn San Ġorġ, imma hemm biss pika bla sens u materjaliżmu, itellifna milli niċċelebraw festa kif verament jixraq u kif jafu jiċċelebraw dawk devoti ta’ San Ġorġ. Viva San Ġorġ. Festa San Ġorġ 2018

15


16

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Festa San Ġorġ 2018

17


18

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Messaġġ mis-Sindku

- Jesmond Aquilina

Lejn l-Ewwel Ċentinarju Is-sena 1919 rat il-bidu ta’ dan il-Kumitat li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jieħu ħsieb jorganizza b’tant għożża l-festa tal-Patrun tagħna San Ġorġ Martri. Bla dubju dan il-Kumitat huwa ikona mhux biss għall-Parroċċa Ġorġjana, imma huwa wkoll imnaqqax fl-istorja tal-Belt Pinto. Meta tasal il-festa t-toroq tal-Parroċċa jibdew jimtlew bl-armar tant rikk u ppreservat tajjeb, li jixhed l-għaqal tal-membri li ħadmu fih matul is-snin. Tislima tmur lil dawk il-membri li llum m’għadhomx magħna, li tant ħadmu sabiex żejnu t-toroq minn fejn jgħaddi San Ġorġ u li llum qegħdin igawduh fis-Sema. Tislima lil dawk il-membri attwali u s-sezzjonijiet taż-Żgħażagħ u tan-Nisa li tant jirsistu biex jorganizzaw attivitajiet sabiex jiġbru fondi dejjem b’għan wieħed, li jkabbru l-festa ta’ San Ġorġ. Nawgura kull suċċess ġejjieni fil-ħidma tagħkom speċjalment il-proġett kbir talmaħżen ġdid li daqt ikun lest. Grazzi tal-ħidma u d-dedikazzjoni tagħkom. Żgur illi l-imħabba li tixgħel f ’qalbkom u tidher f ’għajnejkom għal San Ġorġ, tibqa’ tagħtikom il-kuraġġ taħdmu sabiex minn fejn jgħaddi San Ġorġ u l-madwar ikun liebes l-isbaħ libsa li tixhed l-imħabba li l-Qriema għandhom lejh u lejn Kristu, li għalih San Ġorġ ħa l-martirju sabiex b’demmu jagħti xhieda tal-għemejjel kbar Tiegħu. Awguri għal Festa mill-aqwa filwaqt li dejjem niftakru f ’dawk ħutna morda li kienu wkoll parti minn dan il-Kumitat li llum ma jistgħux igawdu magħna l-Festa. Viva San Ġorġ Martri. Festa San Ġorġ 2018

19


20

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Messaġġ mis-Segretarju

Responsabbiltà b’Sodisfazzjon - Noel Gauci Wara sena sħiħa ta’ ħidma kontinwa, ix-xhur gerrbu u magħna reġa wasal ix-xahar ta’ Ġunju, ix-xahar li fiħ niċċelebraw bl-aktar mod solenni l-Festa tant għażiża għalina l-Qriema, il-Festa tal-Glorjuż Patrun ta’ Beltna San Ġorġ MegaloMartri. Għeżież Ġorġjani, ħadd ma jista’ jiċħad li l-festi Maltin huma element importanti tal-identità Maltija. Il-festi Maltin qatt ma kienu jaslu fil-livell fejn waslu llum, mingħajr il-kontribut qawwi tax-xogħol volontarju. Numru ta’ voluntiera u membri li jissagrifikaw sigħat twal mill-ħin liberu tagħhom biex, jiggarantixxu l-livell ta’ eċċellenza li qed jintlaħaq fil-festi tagħna. Il-festi huma xempju ta’ kemm il-Maltin għandhom qalbhom kbira, u passjoni għal sfidi li jiffaċċjaw tradizzjonijiet bħal dawn. Il-voluntier ma jaħdimx għal ħlas, lanqas għat-tifħir u l-glorja. Kultant lanqas ma jistenna li jkunu jafuhulu. Iżda jixraq li ngħożżu t-teżor tal-volontarjat li sinċerament nistqarr li qiegħed dejjem jonqos u nħoss li dan huwa ta’ diżappunt kbir. Min jaf kemm membri u voluntiera tul is-snin kellhom jagħtu l-massimu tagħhom biex dak li bdew ta’ qabilhom ikomplu jibnu fuqu u jippreparaw pedamenti ġodda għall-futur. Minkejja n-nuqqas ta’ volontarjat, il-ħidma matul is-sena ma waqfitx fil-maħżen tal-armar. Għal sena oħra, l-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri, qed iżomm l-appuntament tiegħu billi jwasslilkom din il-pubblikazzjoni annwali bliskop li jżomm lill-poplu Ġorġjan infurmat b’dak kollu li sar matul din l-aħħar sena. Ħafna mix-xogħol ikun irid isir matul is-sena kollha, u allaħares ma jkunx hemm min huwa dedikat biex jagħmel dan ix xogħol. U hawn b’sodisfazzjon kbir ninnota, li ħafna minn dawk li tant huma ħerqana biex jaħdmu huma żgħażagħ. Proprju għalhekk il-Festa li niċċelebraw Ad Unur il-Patrun tagħna San Ġorġ Martri qiegħda tikber minn sena għal oħra. Mhuwiex biżżejjed li ta’ kull sena tiġi mżanżna xi ħaġa ġdida, imma wkoll ikun hemm il-bżonn li nduru dawra mal-opri li diġà għandna. Huwa dak li bħala kumitat b’dedikazzjoni kbira u mill-qalb, aħna nwettqu. Wara li ġew restawrati l-pedestalli ilikompli f’paġna 22 Festa San Ġorġ 2018

21


kbar tal-gruppi, u xogħlijiet oħra, din is-sena ġiet restawrata wkoll l-statwa famuża tal-Ħamis, San Ġorġ taż-Żiemel. Din l-opra sabiħa tkompli ssebbaħ il-pjazza fejn tiġi armata għall-ġimgħa tal-Festa. Ta’ dan nirringrazzja lil dawk l-individwi li għenu fix-xogħol kif ukoll lil dawk li kkontribwew finanzjarjament. Ma nistax ukoll fl-istess ħin ma nurix l-apprezzament tiegħi lejn dawk kollha li b’xi mod huma mdaħħla fix-xogħol tad-drapp u fuq armar ieħor, li s-sena kollha jaħdmu anke b’sagrifiċċju sabiex tkun tista’ tkompli tikber il-Festa tagħna. Il-ħsibijiet tiegħi jmorru wkoll lejn dawk in-nies li jieħdu ħsieb jiġbru d-donazzjonijiet, speċjalment għall- mixgħela tat-toroq, kif ukoll dawk li jieħdu ħsieb u jorganizzaw attivitajiet matul is-sena, kemm barra kif ukoll ġewwa l-maħżen. Għaldaqstant kulħadd għandu japprezza kemm xogħol ikun meħtieġ li jsir biex tkun tista’ tiġi organizzata Festa hekk kbira. Għalhekk sabiex ma jintilifx dan ix-xogħol kollu li jkun sar, nappella lil kulħadd sabiex matul il-ġranet taċ-ċelebrazzjoni tal-Festa, b’mod speċjali waqt il-marċi li jsiru, filwaqt li nieħdu pjaċir u nifirħu b’dak kollu li jkollna, għandna noqogħdu attenti u ma nħallux l-entużjażmu jiġri bina u nġibu ruħna sewwa, sabiex blgħajnuna t’Alla u ta’ San Ġorġ Martri, jkollna Festa kbira u sabiħa kif jixraq. Il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri, jesprimi wkoll l-apprezzament tiegħu għas-sehem u r-relazzjoni tajba mal-Għaqda tan-Nar 23 ta’ April, il-fergħa l-oħra tal-festa tagħna, li matul is-sena din l-għaqda taħdem in-nar għall-festi kbar ta’ San Ġorġ Martri, kemm f ’April fil-Festi Liturgiċi, u kemm f ’Ġunju fil-Festi Solenni. Dawn huma nies li l-inqas li jgawdu l-festa, biex ma nsemmux ukoll is-sagrifiċċji kbar li jagħmlu, u l-periklu kbir li kontinwament ikollhom jaħdmu fih. Ħajr ukoll lis-Sagristan u lill-helpers, li kienu responsabbli mit-tiżjin u l-indafa tat-Tempju Ġorġjan, u lil numru sabiħ ta’ adolexxenti u volontiera oħra, li kienu jgħinuhom sabiex fil-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali jkollna atmosfera ta’ festa li tixraq lid-dar t’Alla. Ma’ dawn inżid ukoll il-grupp tal-Abbatini u l-Kor Exsultate Domino, li wkoll ta l-aqwa sehem tiegħu biex tinħoloq din l-atmosfera sabiħa. Rikonoxximent liż-żewġ Każini tal-baned, kemm lill-Banda Aniċi, u kemm lillBanda San Ġorġ Martri, għas-sehem tagħhom fil-festa, u attivitajiet oħra li dejjem kienu suċċes għal Ħal Qormi. Il-Kumitat Festi Esterni juri apprezzament lejn il-Kunsill Lokali, tal-kooperazzjoni u l-għajnuna li offra, f ’sena mimlija ħidma u attivitajiet ta’ livell għoli, kif rajna filfesti ċentinarji tal-275 sena Belt Pinto. 22

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


Minn qalbi nirringrazzja lil dawk il-benefatturi kollha, speċjalment benefatturi emigrati, li b’xi mod taw u qegħdin jagħtu l-għajnuna tagħhom biex bħas-snin l-imgħoddija l-Festa tagħna tkun veru suċċess kbir. Nirringrazzja lill-membri kollha f ’Kummissjonijiet li jaħdmu f ’oqsma differenti, u fuq kollox lill-Kumitat tal-appoġġ li dejjem sibt. Għandna nibqgħu magħqudin kif aħna, sabiex negħelbu kull sfida li jista’ jkollna biex b’hekk insaħħu din l-Għaqda tagħna. B’mod speċjali nirringrazzja lill-familji rispettivi tagħna għall-paċenzja li jieħdu bina, u li jkunu wkoll ta’ appoġġ morali għalina tul is-sena kollha. Nagħlaq dan l-Messaġġ tiegħi billi nistieden lil kulħadd biex jipparteċipa bi ħġaru fl-attivitajiet kollha li hemm ippreparati għall-Festa, u nżommu dejjem lill-Glorjuż Patrun tagħna San Ġorġ Martri f ’moħħna u f ’qalbna. Nawgura il-festi t-tajba lillĠorġjani kollha. Viva San Ġorġ Martri.

Festa San Ġorġ 2018

23


24

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Appell mill-Kaxxier

Ir-Rendikont Finanzjarju - Michael Muscat Kienet sena oħra ta’ ħafna xogħol u taħbit għall-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri. Kif wieħed jista’ jara mir-rendikont finanzjarju, b’sagrifiċċju kollettiv, irnexxielna nwettqu ħafna xogħol sabiex il-festa Ġorġjana nkomplu nżommuha flogħla livell. Fil-perjodu tal-2016 u l-2017, kompla sar ħafna xogħol li għandu x’jaqsam marrestawr tal-armar, speċjalment minħabba l-ħsarat li l-armar ġarrab bil-maltempata. Sar xogħol ġdid ta’ gandilabri u pavaljuni, u tkompla xogħol li kien inbeda mis-snin ta’ qabel. Irsistejna, kulħadd fil-linja partikolari tiegħu u wasalna. Min jaħdem biex iġib il-finanzi, min jaħdem biex jiġu iffrankati l-ispejjeż. U wieħed jista’ jara dan fir-rendikont għall-festa li għaddiet, ippeżentat hekk kif amministrat mill-kaxxier bl-għajnuna tal-awdituri tal-Kumitat Festi Esterni. Mingħajr id-donazzjonijiet tal-parruċċani, l-isponsers u d-ditti, ma konniex naslu. L-istess jista’ jingħad għall-membri fi ħdan il-kumitat, żgħażagħ u dilettanti tal-festa li jaħdmu bla ħlas. Barra x-xogħol tal-kumitat fl-armar u attivitajiet, tkompla x-xogħol fuq il-maħżen ilġdid fi Triq San Pietru ħdejn iz-zona tar-Rużarju. Dan qed isir bla ma naqqasna xejn mill-festa. F’dan il-proġett lestejna u twaħħlu l-bibien u t-twieqi, tlesta r-restawr talbitħa, sar paviment bil-madum, galleriji u l-membrane kollu tas-saqaf. Bosta minn dan ix-xogħol sar u qed isir bla ħlas mill-membri tal-kumitat. Grazzi mill-qalb lillindividwi, sponsers u ditti li tawna bosta materjal u donazzjonijiet. Dan ix-xogħol sar taħt il-ħarsien tal-Perit David Zahra, li hu wkoll membru onorarju. Qabel nagħlaq, nixtieq nirringrazzja lill-membri kollha tal-Kumitat, kemm kbar u ikompli f’paġna 27 Festa San Ġorġ 2018

25


Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri - Qormi Dikjarazzjoni tad-Dħul u Ħruġ Festa 2017 Awwissu 2016 - Lulju 2017

Dħul Festa 2016 Attivitajiet fund raising Bilanċ mill-programm tal-festa Ġbir għad-dawl fit-toroq Ġbir ieħor Donazzjonijiet lejlet il-festa Donazzjoni mill-Parroċċa Donazzjonijiet oħra u miżati Lotteriji u dħul ieħor.

€ 9,654.30 € 392.40 € 11,107.91 € 15,487.07 € 400.00 € 1,400.00 € 2,200.00 € 1,148.05

Total:

€ 41,789.73

Ħruġ Festa 2016 1,590.90 2,248.70 13,849.00 4,126.75 1,621.96 1,470.00 429.27 198.72 14,525.00

Armar ġdid — statwi, drapp, injam, ,etċ. Materjal għall-manutenzjoni tal-armar Dawl elettriku fit-toroq, kera u konsum Baned fil-festa — ħlas u donazzjonijiet Repò għall-baned, armar u beneffatturi Donazzjoni lill-Għaqda tan-nar 23 t’April Insurance, permessi, pulizija, eċċ Spejjeż amministrattivi, telefon, kera etċ. Spejjeż fil-maħżen il-ġdid

€ € € € € € € € €

Total:

€ 40, 160.30

Bilanċ NET

Ralph Puli Reviżur

€ 1.629.43

Michael Muscat Teżorier

Nota: Il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri jrodd ħajr lill-Ġorġjani u liddilettanti kollha tal-festa ta’ San Ġorġ għall-appoġġ u l-għajnuna finanzjarja tagħhom. Ħajr speċjali jmur ukoll lejn dawk kollha li ħadmu b’kull mod voluntarjament fid-diversi oqsma b’risq il-festa. Grazzi 26

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


dawk żgħar, lill-benefatturi, stabbilimenti li jirreklamaw f ’dan il-ktejjeb u fuq kollox ir-Radju Leħen il-Belt Ġorġjana. Ħajr ukoll lill-mastrudaxxa, inġiniera, ħaddieda, ħajjata, tad-dawl u lil dawk kollha li fis-skiet u bla daqq ta’ trombi, jagħtu l-għajnuna b’riżq il-festa. Nixtieq ukoll nagħmel appell lill-Ġorġjani sabiex ikomplu jgħinuna fil-proġett tal-maħżen. Qed niġbor għall-granit tat-taraġ, li kull tarġa ser tiswielna €75. Diġa ġbart sabiex isiru 20 tarġa u għad jonqos 33 oħra x’isiru. Dawk li jixtiequ jgħinu, jistgħu javviċinaw lili bħala t-Teżorier. San Ġorġ seddaqna U żomm idejk fuqna.

Xogħol fil-maħżen il-ġdid

Festa San Ġorġ 2018

27


Ħidma kbira fuq l-armar għall-festa 2018

28

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


Messaġġ mid-Direttur Armar

Mill-imħażen tal-armar - Justin Zahra

Merħba. Għaddiet sena oħra u bi pjaċir f ’dawn il-kelmtejn, qiegħed nagħti rendikont tal-ħidma li wettaqna matul is-sena li għaddiet, mill-Kummissjoni Armar fi ħdan il-Kumitat Festi Esterni. Bħalma kulħadd jaf, il-festa ta’ San Ġorġ hi mogħnija b’armar antik u ta’ valur artistiku, maħdum minn artisti magħrufa. Dan jitfa’ fuqna responsabbiltà kbira u bir-riżorsi limitati tagħna, nagħmlu li nistgħu sabiex, minkejja s-snin twal li dan l-armar għandu, inżommuh fl-aħjar kundizzjoni. Dak li writna, hu d-dover tagħna li ngħadduh lil ta’ warajna. Hekk kif għaddiet il-festa, il-Kummissjoni Armar iltaqgħet u fl-ewwel seduta ġie mfassal programm ta’ ħidma li ħsibna li jkun l-aħjar li jitwettaq. F’kull suġġeriment il-membri ħadu r-responsabbiltà skont il-ħiliet u s-sengħa rispettiva tagħhom. Restawr ta’ statwi Minħabba l-maltemp li kellna sentejn ilu fl-aħħar jum tat-Tridu, tkompla r-restawr fuq l-erba’ statwi ta’ fuq iz-zuntier: Policronia u Geronzio, omm u missier San Ġorġ, San Ambroġ u San Pier Damiani. Fil-pjazza tal-Vitorja sar restawr fuq l-erba’ anġli li fl-imgħoddi kienu tal-kuruna fejn il-Vitorja, u din is-sena se jerġgħu jiġu armati fl-istess pjazza. Nixtiequ nirringrazzjaw lill-artisti Kurt Friggieri u Dominic Xerri għallgħajnuna tagħhom. ikompli f’paġna 30 Festa San Ġorġ 2018

29


L-istatwa ta’ Malta Rebbieħa wkoll kellha bżonn dawra sew. Għalhekk sar xogħol estensiv fuqha. B’hekk għandna l-pedestall u l-istatwa lesti. Hemm il-ħsieb ukoll li sena oħra jsir il-kanċell għal madwar l-istess pedestall. Minħabba inċident mal-lejl waqt iż-żarmar tal-armar, wieħed millanġli tal-kuruna ġarrab ħsarat konsiderevoli. B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ u l-anġlu ssewwa mill-ġdid. Sar ukoll xogħol kbir ta’ restawr fuq anġlu ieħor li jiġi armat fejn l-Abatija, wara li kważi tfarrak għal kollox f ’inċident tat-traffiku. Din is-sena, bħas-snin ta’ qabel, il-Kummissjoni Żgħażagħ ħadet ħsieb proġett ieħor. Din id-darba ħadu ħsieb jiffinanzjaw ir-restawr tal-istatwa ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel. Dan ir-restawr ħa ħsiebu l-artist ta’ din l-istess statwa, Silvio Pace. Ta’ min isemmi li ġiet indurata b’deheb ta’ 24 karat. Il-membri fi ħdan il-Kummissjoni Armar għenu qatigħ f ’dan ix-xogħol. Ix-xogħol ta’ “white metal” sar minn Twanny Zammit. B’hekk issa ż-żewġ statwi tad-dimonstrazzjoni huma restawrati u ndurati bid-deheb. Grazzi kbira lillKummissjoni Żgħażagħ għall-ħidma u l-għajnuna kbira tagħhom. Għall-festa ta’ din is-sena, l-artist Manuel Farrugia, se jerġa’ jagħtina opra oħra. Din is-sena se nżanżnu statwa ġdida li tirrappreżenta lid-Duttur tal-Knisja u devot kbir ta’ San Ġorġ, San Ġerman, Isqof ta’ Franza. Grazzi kbira lill-benefattur ta’ din l-opra, ilPerit David Mifsud Parker. Tlestiet l-induratura minn Dominic Xerri fuq l-istatwa ta’ Sant’ Elena, liema statwa żżanżnet is-sena l-oħra. Għall-okkażjoni tal-275 sena mill-għoti tat-titolu ta’ Città Pinto, il-Kummissjoni Armar iddeċidiet li tfakkar din il-ġrajja billi żżanżan pavaljun bil-pittura li turi lillGranmastru Pinto qed jagħti d-digriet lill-Kappillan Dun Ġużepp Vella. Dan ser jiġi armat fi Triq il-Kbira maġenb il-Palk Prinċipali, fil-bidu ta’ Triq il-Blata. Id-disinn 30

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


huwa ta’ Silvio Pace filwaqt li l-pittura hi ta’ Kurt Friggieri. Nirringrazzjaw lill-Kunsill Lokali li kien ta’ għajnuna fuq din l-inizjattiva. Grazzi wkoll ngħidu lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom sabiex din l-opra ssir. Din is-sena komplejna s-sett ta’ pavaljuni tal-Pjazza San Franġisk, li jintramaw ħdejn l-istatwa ta’ Santa Margerita, iżda jonqos l-isfumar tagħhom. Fi Triq il-Kbira, ħdejn San Alwiġi, sar sett ġdid ta’ tnax-il gastra għall-anġli tal-puttini. Ix-xogħol sar fil-pjanċi u “white metal”, u nħadmu b’sengħa minn Carmelo Xerri. Kif ħafna setgħu jinnotaw, fil-festa tas-sena l-oħra, iż-żewġ pedestalli kbar li jintramaw fi Triq il-Kbira, magħrufa bħala tal-gruppi, kienu nħarġu miżbugħa bojod. Din is-sena dawn il-pedestalli se ngawduhom u napprezzaw ix-xogħol ta’ rħamar u induratura tant sabiħ li sar fuqhom li kompla ħareġ is-sbuħija artistika tagħhom. ikompli f’paġna 32 Festa San Ġorġ 2018

31


Fi Triq Anici tkompla l-irħamar ta’ żewġ trofej oħra, xogħol li qed isir minn Etienne Tabone. Tkomplew il-bandalori ġodda għall-istess trofej minn Henry Attard li qed jieħu ħsieb il-ħjata tagħhom. Saru wkoll banketti ġodda għall-istess trofej.

Rigward il-pedestall tal-Papa San Zakkarija fi Triq Anici, il-Kummissjoni bdiet taħseb sabiex issir l-iskultura fuqu, fuq disinn ta’ Silvio Pace. Ix-xogħol qed isir minn Joseph Micallef u filwaqt li se nżanżnu xi biċċiet minnha, nisperaw li jkun lest għall-festa tas-sena d-dieħla. Tkompla x-xogħol ta’ restawr kbir fuq 4 trofej oħra li jintramaw fi Triq il-Vitorja. Fuqhom qed isir tindif ta’ skultura u bdil ta’ gwarniċi. Sar ukoll xogħol ġdid ta’ ħadid għall-armi u nbidlu s-seratizzi ma’ oħrajn tal-ħadid, sabiex b’hekk ikun aktar faċli li jiġu armati. Ix-xogħol kollu tal-ħadid sar minn Carmelo Xerri. Il-bnadar tat-trofej tal-Pjazza tal-Vitorja kienu waslu għal dawra wkoll, u għalhekk inbidlet il-kurdiċella tal-bnadar minn Christina Grech, filwaqt li l-pumi tal-istess bnadar ġew indurati bid-deheb mill-ġdid. Kif konna għidna s-sena l-oħra, għamilna disinn għal sett pedestalli għall-anġli peress li kien hemm min kellu ħsara kbira minħabba l-maltemp. Kif stajtu taraw waqt il-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt ta’ din issena, ħriġna pedestall minnhom, xogħol maħdum b’sengħa kbira mill-Membru Onorarju Ġużi Xuereb ikompli f ’paġna 34 32

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


Statwa ġdida ta’ Sant’Elena Imperattriċi xogħol Manuel Farrugia għall-Festa 2017

33


fuq disinn ta’ Silvio Pace. Din is-sena ser noħorġu żewġ pedestalli minnhom u jitkomplew aktar tard. Ħadna ħsieb ukoll l-induratura tax-xejds kollha talfustuni ta’ Triq il-Kbira u ħafna xogħol ieħor ta’ tiswija fl-istess armar tal-istess triq, li ma nistax noqgħod insemmih kollu. Tajjeb li nsemmi wkoll li l-Kumitat ta erba’ bandalori lil “Festa San Ġorġ Association”, sabiex jiġu armati waqt il-festi li jsiru f’ġieħ San Ġorġ Martri ġewwa Toronto, il-Kanada. Barra dan kollu, id-dilettanti ta’ wara l-Għassa tal-Pulizija, ħadu ħsieb li jsir restawr tal-istatwa ta’ San Ġorġ li jintrama fl-akkwati, sar xogħol ta’ rħamar tat-trofej u komplew bil-ħjata tal-bandalori għall-istess triq. Prosit għal din l-inizjattiva sabiex iżommu it-toroq f ’ambjent ta’ festa mill-aqwa. Kif jidher f’dan ir-rendikont, il-membri fi ħdan il-Kummissjoni Armar kellhom sena mimlija ħidma bla heda, dejjem b’riżq il-festa ta’ San Ġorġ Martri. Ħidma f’kull qasam sabiex dak li writna mhux biss inżommuh, iżda fejn nistgħu, ngħadduh aħjar lil uliedna. Iżda dan mhux possibli mingħajr l-għajnuna finanzjarja tal-poplu. Ir-responsabbiltà mhux biss hi tal-Kumitat Festi Esterni, imma hi tal-Qormin u l-Ġorġjani kollha li jgħidu li jħobbu l-festa ta’ San Ġorġ. Grazzi lill-benefatturi, liż-żgħażagħ, lill-membri fil-Kummissjoni Armar u lillmembri kollha tal-Kumitat tal-festa, għall-għajnuna tagħhom matul is-sena kollha. Ma nistax ma nsemmix lill-membri tal-familji tagħna, għall-appoġġ u s-sagrifiċċji li jagħmlu huma wkoll. Grazzi lil dawk li jiġu jgħinu fil-maħżen u dawk il-voluntiera li jgħinuna sabiex narmaw it-toroq fil-ġranet tal-festa. Il-festa t-tajba mimlija ferħ u mħabba lejn xulxin. Viva San Ġorġ Martri, Patrun ta’ Beltna 34

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


Armar mill-isbaħ fil-Festa ta’ San Ġorġ Martri

36

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


38

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Messaġġ mid-Direttur taż-Żgħażagħ

Ħidmet il-Kummissjoni Żgħażagħ - Christian Camilleri Nixtieq nibda billi ngħid li huwa ta’ unur għalija li ser inwassal il-messaġġ ta’ żmien il-festa għall-ewwel darba bħala Direttur tal-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan ilKumitat Festi Esterni. F’dan l-artiklu nixtieq nagħti ħarsa lejn dak li sar mill-Kummissjoni Żgħażagħ u r-riżultati li qed tħalli fil-parroċċa tagħna kemm ili f ’din il-kariga ta’ direttur ta’ din l-istess kummissjoni, propju għal dawn l-aħħar tmien xhur. Nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-membri, kemm tal-Kumitat kif ukoll tal-Kummissjoni, tal-fiduċja li wrew fija. Din il-fiduċja se nkompli nsarrafha f ’ħidma kontinwa, kemm għall-ġid tal-Kummissjoni kif ukoll tal-festa. Bdejt il-ħidma billi ħadt ħsieb id-dħul ta’ diversi membri ġodda fil-kummissjoni, fejn din is-sena daħlu seba’ membri li huma: Joel Attard, Jurgen Mallia, Kieran Camilleri Bianco, Gianluca D’Amato, Gabriel Ġorġ Camilleri, Jessica Agius u Gail Diacono. Bħalma tafu, ix-xogħol tagħna ma jiqafx; l-ħidma tagħna tibda malli tidħol il-vara ta’ San Ġorġ Martri billi ngħinu biex jiddaħħal l-armar lura f ’postu. Il-Kummissjoni Żgħażagħ tista’ tgħid li tidħol f ’kull qasam ta’ xogħol li jirrikjedi l-Kumitat Ċentrali. Apparti l-attivitajiet li jiġu organizzati matul is-sena, ħafna żgħażagħ jieħdu hsieb jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fuq l-armar fl-imħażen tagħna. L-attivitajiet jinkludu BBQ’s, ikliet, fieri, wirjiet annwali, cake sale u anki l-Qormi Wine Festival. Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, il-Kummissjoni żgħażagħ ħadet ħsieb li terġa’ torganizza lejla għad-dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira, attività li minn sena għal oħra qiegħda tikber u tkun ta’ interess għal dilettanti ta’ rħula oħra. Waqt l-istess attività, ħadna ħsieb ukoll Ii nagħtu tifkira ta’ ringrazzjament lill-Għaqda Mużikali Beland, għall-ħbiberija bejn iż-żewġ għaqdiet. Bdew ukoll it-tħejjijiet fix-xahar ta’ Marzu għall-Wirja tal-Ġimgħa Imqaddsa blikompli f paġna 42

Festa San Ġorġ 2018

39


40

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Festa San Ġorġ 2018

41


isem ta’ ‘Hakeldama’. Wirja ta’ livell għoli li kull sena qiegħda tikber u tiġbed numru sabiħ ta’ nies, speċjalment dilettanti minn irħula oħra li jiġu apposta f ’dan iż-żmien, kif ukoll il-‘walkthrough’ fix-xelter, b’kollaborazzjoni ma’ ‘4teenth Production’ blisem ta’ Yeshua Minaż’rat. Fl-aħħar nett, bħalma kulħadd innota, il-Kummissjoni Żgħażagħ, kull sena taħdem fuq proġett ġdid. Din is-sena ġie ffinanzjat ir-restawr tal-istatwa ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel u ser tkun lesta sal-festa ta’ din is-sena stess. Nagħlaq dan l-artiklu billi nirringrazzja lil kull min jagħti s-sehem tiegħu matul is-sena, speċjalment lil Laurence Zammit, ex-direttur tal-Kummissjoni, kif ukoll lil Spiro Bonanno viċi-direttur, li dejjem ikunu ta’ spalla fid-deċiżjonijiet u x-xogħol kollu li nagħmlu, flimkien mal-bqija tal-membri tal-Kummissjoni għall-ġid talfesta ta’ San Ġorġ Martri. Nawgura lill-Ġorġjani kollha l-festa t-tajba.

42

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


Messaġġ miċ-Chairman tal-Kummissjoni Ċentinarju

Festi kbar f ’għeluq il-100 sena tal-ewwel Kumitat Festi Esterni f ’Malta - Mark Cremona

Huwa ta’ unur għalija nikteb dan l-artiklu bħala chairman tal-Kummissjoni Ċentinarju f’isem il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ. Din is-sena jibdew il-festi li ser ifakkru l-100 sena mit-twaqqif ta’ dan il-kumitat, li mhux biss kien strumentali sabiex matul dawn issnin sebbaħ it-toroq bl-armar, iżda kien strumentali wkoll sabiex b’mod rivoluzzjonali biddel l-festa għal waħda li tagħmel gieħ lill-kultura tal-Festi Maltin. Il-Kumitat ħass li din li l-kummisjomi tkun magħmula minn membri varji b’esperjenza varja fil-festa, mużika u kultura Maltija. Il-Kumitat huwa ffurmat mill-membri imsemmija hawn: Mark Cremona (Chairman), Noel Gauci, Pawlu Sammut, Joseph Spiteri, George Spiteri, Clayton Grech, Charlie Camilleri, George Scerri, Joseph F. Grima, Joseph Bugeja, Mario Testa, Henry Attard u Walter Pawley. Bl-enerġija, esperjenza u entużjażmu, fassalna diversi attivitajiet u inizjattivi li ser jimmarkaw dawn il-festi kbar.

Ftuħ tal-Festi Ċentinarji

Iċ-Ċentinarju ser jiftaħ b’Quddiesa fil-Katidral tal-Imdina, Quddiesa li se tkun konċelebrata mill-Arċiprieti li servew fil-Parroċċa tagħna. Dawn l-Arċiprieti servew ukoll bħala President tal-istess kumitat, fit-terminu tagħhom fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ. Kif jixraq ser ikunu mistiedna wkoll il-membri kollha fi ħdan il-Kumitat, kemm dawk attivi kif ukoll dawk kollha li xi darba kienu jagħmlu parti minn dan il-Kumitat. Fil-lista ta’ mistednin ma jonqsux il-helpers u l-benefatturi, kif ukoll nies distinti. L-attivitajiet ser jiftħu fl-1 ta’ Lulju 2018 fis-7:30 pm, bil-Konċelebrazzjoni li semmejna u li fiha ser jieħu sehem il-kor tal-Parroċċa Exsultate Domino.

Logo tal-100 sena

Se jkun qiegħed jiġi varat logo ġdid biex ifakkar dawn iċ-ċelebrazzjonijiet kbar. Illogo hu xogħol ta’ Silvio Pace, artist Qormi, li fl-imgħoddi kien jifforma parti minn dan il-Kumitat. ikompli f paġna 46

Festa San Ġorġ 2018

43


44

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Festa San Ġorġ 2018

45


Ktieb dwar l-istorja tal-kumitat

Fuq kitba tas-Sur Joe Bugeja, bl-għajnuna tal-istoriku Dr. Joseph F. Grima u tas-sinjuri Clayton Grech u George Spiteri, is-sena d-dieħla l-kummissjoni ser tippubblika ktieb informattiv li fih ser nagħtu ħarsa lejn il- mitt sena tal-Kumitat u l-involviment tiegħu fil-festa Ġorġjana. Dan li-ktieb ser ikun wieħed storiku u informattiv. Kull dilettant ikun jista’ jakkwista kopja meta dan jiġi ppubblikat.

Bolla kommemorattiva

Se tiġi ppubblikata wkoll bolla kommemorattiva. Din se tkun ippreżentata bħala ‘First Day Cover’ għal dawk id-dilettanti. Din il-bolla se tkun turi pittura, xogħol oriġinali tal-artist Għawdxi Manuel Farrugia, li se jfisser il-100 sena tal-kumitat mill-immaġinazzjoni tiegħu.

Ftuħ tal-Maħżen il-ġdid fi Triq San Pietru

Il-Festi Ċentinarji ser ikomplu nhar it-23 t’April 2019, bil-ftuħ tal-maħżen il-ġdid fi Triq San Pietru, proġett mistenni ħafna mill-membri. Fl-aħħar il-kumitat ser ikollu dar ġdida fejn, apparti li ser jgħin fil-manutenzjoni aħjar tal-armar għaż-żminijiet tal-lum, ser jgħin fl-aspett amministrattiv. Dan il-proġett huwa ħolma kbira, kemm għal kumitat u wisq aktar għall-kaxxier Michael Muscat, għaliex flimkien ma’ Stephen Cauchi, George Zammit, Michael Cilia u Pawlu Sammut, ħadmu bla heda sabiex illum nistgħu ngħidu li għandha maħżen mgħammar bil-faċilitajiet li joffru iż-żminijet tal-lum. Qabel il-ftuħ ser issir serata kommemorattiva li fiha ser naraw ix-xogħol kollu involut. Waqt din is-serata ser tiġi mnedija diska fl-okkażjoni tal100 sena.

Wirja dwar l-artist Karmenu Mallia l-Lhudi

Se tkun imtellgħa wirja b’diversi xogħlijiet tal-artist Qormi Karmenu Mallia, magħruf bħala l-Lhudi. Karmenu Mallia għandu ħafna statwi li jsebbħu t-toroq tal-Parroċċa tagħna. Dan l-artist għamel xi żmien ukoll iservi bħala membru filkumitat. Kull dilettant tal-festa, speċjalment tal-armar, għandu jżur din il-wirja li d-data tagħha titħabbar iżjed ’il quddiem.

Kunċert Mużikali

Il-qofol tal-attivitajiet ser jintlaħqu nhar il-21 ta’ Ġunju 2019, bil-Kunċert Mużikali organizzat fil-Knisja Arċipretali. Din il-kunċert ser jiġi organizzat bl-għajnuna tassur Henry Attard, Mro Mario Testa u Charlie Camilleri, li qed jaħdmu ħafna sabiex 46

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


ikollna kunċert ta’ livell għoli, kemm fil-mużiċisti kif ukoll fil-mużika magħżula. Dan il-kunċert bla dubju ser ikun miftuħ għall-pubbliku. Iżjed dettalji se jitħabbru ’l quddiem.

Stendard ġdid

Stendard huwa opra li jibqa’ jintuża għal għexieren ta’ snin. Kien wasal żmien li jsir stendard ġdid bl-emblema tal-Kumitat Festi Esterni. Dan l-istendard se jkun wieħed ta’ valur imprezzabbli, speċjalment għaliex se jkun irrakkmat bid-deheb. Bix-xieraq dan l-istendard se jkun imżanżan fis-sena 2019.

Restawr tal-Ark

Il-kummissjoni Armar ħasbet biex bħala proġett għaċ-Ċentinarju, se tieħu ħsieb ir-restawr tal-Ark li jintrama fi sqaq ġo Triq il-Kbira. Ark ta’ valur storiku, kemm għax-xogħol li fih, kif ukoll għall-ammont ta’ snin li gawdejnieh. Fis-sena 2019 se narawh isbaħ minn qatt qabel. F’dan l-artiklu semmejt ħafna xogħol li l-kummissjoni Ċentinarju flimkien malKumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri se jkunu qed itellgħu biex ifakkru l-ewwel 100 sena ta’ dan il-kumitat. Dan li semmejt hawn fuq mhuwiex kollox. Hemm attivitajiet oħrajn li qegħdin naħdmu fuqhom u d-dettalji tagħhom se joħorġu iżjed ’il quddiem. Appell sinċier huwa biex il-poplu Qormi, speċjalment dak Ġorġjan, din is-sena ikun ġeneruż bħalma dejjem kien fis-snin l-imgħoddija. Hija ovvja li sabiex torganizza dawn l-attivitajiet kollha, jirrikjedi li jintefqu ħafna flus. Għalhekk nappellaw sabiex min jista’ jagħti xi donazzjoni, ikun qed jgħin lill-kumitat. Ma nistax nagħlaq mingħajr ma nsellem lil dawk kollha li ħadmu għall-Kumitat f ’dawn il-mitt sena, fosthom lill-membri li ħallew din id-dinja. Insellem ukoll b’mod speċjali lin-nisa, tfajliet u tfal tagħna, li ta’ kull sena jagħmlu sagrifiċċji kbar sabiex aħna nagħtu s-sehem tagħna biex inkabbru l-kultura u l-livell tal-festa. Dan l-artiklu niddedikah lill-ħabib tagħna Charlon Borg li ħalla din id-dinja fl-età ta’ 17-il sena, nhar is-6 ta’ Ottubru 2011. Inħeġġeġ lil żgħażagħ sabiex jimxu fuq l-passi ta’ Charlon u jkomplu dak li kien jagħmel hu, li juri l-imħabba tiegħu lejn San Ġorġ mhux bil-kliem biss imma bil-ħidma b’riżq il-festa. Festa San Ġorġ 2018

47


48

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Festa San Ġorġ 2018

49


50

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Ftit Storja fuq il-Kumitat tal-Festa Ġorġjana - Pawlu Sammut

| Viċi-President

Din is-sena qegħdin infakkru l-250 sena minn meta s-Sultan Pinto ta ġieħ u t-titlu ta’ belt lit-territorju ta’ Ħal Qormi, jiġifieri nhar il-25 ta’ Mejju, 1743. Dan sar wara li l-Kappillan ta’ Ħal Qormi, Dun Ġużepp Vella, f ’isem il-kleru u l-poplu Qormi, għamel talba lill-Altezza Tiegħu sabiex Ħal Qormi jingħata t-titlu ta’ belt. Il-poplu Qormi feraħ u kien kburi b’dan it-titlu ta’ “Belt Pinto”. Tant li nsibu li fissena 1881, meta ġew biex iżejnu t-toroq għall-festa ta’ San Ġorġ, kellmu lill-Perit Luigi Vella sabiex jagħmlilhom pjanta ta’ palk tal-banda u sabiex tiddomina fuqu jkun hemm statwa tal-Granmastru Pinto. Dan il-palk maestuż beda jinħadem u ġie mżanżan fl-1884, iżda kien għad jonqos l-iskultura ornamentali u l-istatwa ta’ Pinto. Fuq insistenza tad-dilettanti tal-festa u patrijotti Qriema, din l-istatwa tlestiet fl1893, propju f ’għeluq il-150 sena mill-għoti tat-titlu “Belt Pinto”, sabiex b’hekk jitfakkar dan l-avveniment importanti. Din l-istatwa, kapulavur tal-artist Carlo Darmanin, tpoġġiet kif kien ippjanat, tiddomina fuq dan il-palk prinċipali. Statwa proporzjonata, xbieha li tqaxxar il-karattru dittatorjali tal-Granmastru Pinto li ħakem fuq dawn il-gżejjer għal tlieta u tletin sena. Din l-istatwa reġgħet ġiet restawrata s-sena li għaddiet wara ħsarat li ġarrbet filmaltempata li laqtitna fil-festa tal-2016. Għalhekk din is-sena għalqet 125 sena minn meta saret u għadha tagħmel parti importanti mit-tiżjin tal-festa. B’tifkira tal-ġieħ li jġib miegħu l-isem “Belt Pinto”, il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri, qed jesebixxi din ix-xbieha quddiem il-knisja arċipretali nhar il-25 ta’ Mejju. Qiegħed ukoll iżanżan pavaljun sabiħ fuq disinn tal-artist Silvio Pace, b’pittura li turi lill-Granmastru Pinto qed jagħti d-digriet lill-kappillan Dun Ġużepp Vella, xogħol l-artist Kurt Friggieri. Tul il-medda taż-żmien, inħolqu diversi avvenimenti marbuta ma’ Ħal Qormi. Mat-twaqqif tal-Kumitat Festi Esterni, l-ewwel kumitat rikonoxxut uffiċjalment f ’Malta, il-festa u l-organizzazzjoni tal-festa ħadu spinta kbira ’l quddiem f ’kull ikompli f’paġna 53 Festa San Ġorġ 2018

51


qasam. Insibu per eżempju, li disgħin sena ilu, fl-1928, il-kumitat ġab u qabbad lill-Professur Alfio Sampieri u lil Carlo Famoso, sabiex jiġu jaħdmu u jaħarqu n-nar tal-festa ta’ San Ġorġ. Għalkemm illum il-piroteknika hija ħaġa komuni f ’Malta u Għawdex u li narawha f ’kull festa, iżda ma kienx il-każ disgħin sena ilu, meta ġew introdotti riċetti u sistema fil-ħruq tan-nar mekkanizzat, kif ukoll dak tal-ajru. L-istess nistgħu ngħidu għat-termini li għandhom x’jaqsmu mal-logħob tan-nar, bħal ‘chiaro schuro’, jew ‘tal-bomba’, ‘kaxxa infernali’ u ‘batterija Spanjola’. Disgħin sena ilu wkoll, nhar is-26 ta’ Jannar, 1928, is-Sur Giorgio Baldacchino ‘Ċianċi’, irrapporta f ’seduta tal-Kumitat Festi Esterni, li l-kamra tan-nar kienet iġġarrfet kawża ta’ riħ qawwi (urugan) li laqat l-inħawi. Għalhekk l-l-istess kumitat qabbad lil Mastru Giorgio Cassar ‘Ta’ Mastranġ’, li kien membru tal-istess kumitat, sabiex jerġa’ jtella’ il-post mill-ġdid. Nibqgħu fl-istess sena, jiġifieri l-1928, meta f ’jum il-festa tant popolari ta’ San Ġorġ, ġara avveniment ieħor importanti, għaliex il-kumpanija Farsons, waħda mill-kumpaniji qodma u magħrufa f ’Malta, żanżnet ix-xarba tant popolari ‘Cisk Lager’ propju fil-festa ta’ San Ġorġ f ’Ħal Qormi. U mid-dehra l-festa ta’ San Ġorġ ġabet ir-riżq lil din ix-xarba, li tul id-disgħin sena li għaddew, baqgħet daqshekk imfittxija f ’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Fil-fehma tiegħi, naħseb li ma kinitx kumbinazzjoni l-għażla tal-festa Ġorġjana sabiex jippromwovu dan il-prodott. F’dawk iż-żmenijiet, minkejja n-nuqqas ta’ trasport, għajr dak ta’ xi bhima, eluf ta’ nies kienu jiġu minn kull rokna ta’ Malta, b’mod speċjali għall-wirjiet tal-logħob tan-nar. Insibu fil-kitba ta’ Carmelo Psaila, f ’paġna 190 fil-ktieb ‘Il-Knisja Arċi Matriċi ta’ Ħal Qormi’, fejn jgħid li “għall-ħabta tad-disgħa ta’ billejl, kotra kbira ta’ nies jibdew ġejjin sabiex jaraw il-logħob tan-nar li jsir ġewwa l-wied, naħseb ikunu jinsabu nies għall-ħin tal-giuoco di fuoco mal-20,000 ruħ bejn wieħed u ieħor.” Għall-festa tal-1938, tmenin sena ilu, il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri, żanżan erba’ pavaljuni kbar bil-pittura fi Pjazza San Franġisk. Dawn inħadmu millartist Giuseppe Muscat ta’ Birkirkara fuq disinn tiegħu stess, u tħallas għalihom is-somma ta’ £5-12s-2d-il wieħed. Għall-ħabta tal-1938, l-istess kumitat beda x-xogħol ta’ dekorazzjoni fuq it-trofej ta’ Triq il-Kbira ħdejn il-knisja, fuq direzzjoni tal-artist Giuseppe Muscat Ta’ Mans, u l-ispiża tagħhom telgħet għal-£15-10s-0d. Fl-istess sena, iżżanżan innu ġdid bil-Malti bl-isem ‘Żiemel Sbejjaħ Fieres Isbaħ’, kliem tal-Poeta Karmenu Vassallo u b’mużika ta’ Rafel Muscat. Inħasset il-ħtieġa li jsir dan l-innu bil-Malti, kontra drawwa li f ’dawk iż-żmenijiet kienu jsiru bit-Taljan, għaliex kienet bdiet tinħass il-klima tal-gwerra kontra l-Italja, u kien ipprojbit kant popolari bit-Taljan fil-pubbliku. Il-poplu xorta ħass li għandu jkompli b’din iddrawwa tal-innijiet, iżda din id-darba daħal il-Malti minflok it-Taljan. Dan l-innu ġie approvat bil-liċenzja tal-Kurja nhar il-25 ta’ Marzu, 1938. 52

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


ikompli f’paġna 54 Festa San Ġorġ 2018

53


54

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Fl-istess sena, eżattament fl-10 ta’ Ottubru, 1938, il-Qorti Ċivili tat is-sentenza tagħha wara li l-Kumitat Festi Esterni fetaħ kawża dwar l-armar tal-festa ta’ San Ġorġ. Il-Qorti kienet qatgħetha favur li l-armar jibqa’ jiġi armat għall-festa ta’ San Ġorġ. Din id-deċiżjoni reġgħet ġiet appellata fil-Prim Awla Ċivili tar-Re. Insibu li għaxar snin wara, fl-1948, sebgħin sena ilu, nhar it-3 ta’ Frar, il-Kardinal Tedeschini, bl-awtorità tal-Papa Piju XII, bagħat lill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Mikiel Gonzi, id-digriet tal-Inkoronazzjoni tax-xbieha mirakoluża tal-Madonna tas-Saħħa tar-Rabat. Il-patrijiet Franġiskani, permezz tal-kumitat organizzattiv li ħa ħsieb iċ-ċelebrazzjonijiet tal-inkoronazzjoni, talbu lill-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri sabiex l-istess inkoronazzjoni tax-xbieha ssir fuq il-Palk Prinċipali jew, kif inhu magħruf ukoll, il-Palk ta’ Pinto. Il-kumitat tal-festa laqa’ din it-talba tal-Patrijiet Franġiskani u ħatar lil Ġanni Cini ‘Ta’ Ħaxja’, sabiex ma’ oħrajn, fosthom Ġorġ Briffa ‘L-Għasfur’, Giuseppe Azzopardi ‘Żbari’, Salvu Debono ‘Patata’, Luigi Cassar ‘Ta’ Mastranġ’, Ġorġ Baldacchino ‘Tal-Paċċ’, Salvu Sammut ‘Gori’ u Kola Mamo, ilkoll flimkien jarmaw dan il-palk fuq il-fosos tal-Furjana. Kien il-Ħadd, 4 ta’ April, 1948, meta quddiem folol kbar ta’ nies, ġiet inkurunata ixxbieha tal-Madonna tas-Saħħa, mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi, megħjun mill-Isqof t’Għawdex Mons. Giuseppe Pace, Isqof ukoll ta’ Tralles. Din l-okkażjoni speċjali baqgħet imfakkra bi plakka tar-ram mogħtija millKomunità Franġiskana tar-Rabat u għadha titpoġġa mal-faċċata ta’ dan il-palk sabiħ, u li fuqha hemm miktub: “Biex ma jintesiex il-jum 4 ta’ April, 1948, meta fuq dan il-palk sabiħ ġiet inkurunata il-Madonna tas-Saħħa, il-Kumitat tal-Festa din l-iskrizzjoni jfakkar.” Insibu wkoll li sebgħin sena ilu, il-Kumitat tal-festa jikkummissjona lil Giuseppe Muscat biex jerġa’ jiżbogħ l-armar ta’ Pjazza San Franġisk, bil-ħlas ta’ sitt liri l-biċċa jew erba’ liri mingħajr induratura. Il-kumitat qabel li l-armar ikun indurat. Fl-istess sena, l-istess kumitat xtaq, u għamel ħiltu kollha sabiex jerġa’ jġib lil Prof. Ignazio Potenzione sabiex jaħdem in-nar għall-festa ta’ San Ġorġ. Saret talba ma’ uffiċjali governattivi biex il-kumitat jagħmel garanzija u nħatret delegazzjoni biex tkellem lis-Segretarju tal-Gvern u ma’ uffiċjali oħra għoljin, sabiex dan Ignazio Potenzione jitħalla jiġi Malta, iżda minħabba r-relazzjonijiet ħżiena bejn l-Italja u l-Gvern Kolonjali, kull sforz spiċċa fix-xejn. ikompli f’paġna 56 Festa San Ġorġ 2018

55


56

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Il-festa ta’ sittin sena ilu, dik tal-1958, ma ġietx iċċelebrata fi klima tajba minħabba tilwim bejn l-amministrazzjoni lokali u dik kolonjali Ingliża, fejn il-Gvernatur kien ħareġ Ordinanza ta’ Emerġenza, li fost affarijiet oħra kien hemm il-projbizzjoni talmarċi bil-baned fil-festi. Kien hawn ħafna xnigħat u l-affarijiet ma kinux ċari biżżejjed. Il-festa ta’ San Ġorġ kienet se tibda mill-14 ta’ Mejju sat-18 ta’ Mejju. L-Arċipriet Dun Gerald Frendo kien kellem lill-assistent kummissarju tal-pulizija biex jiċċara l-pożizzjoni u qallu li filwaqt li l-baned jistgħu jdoqqu fuq il-palk jew planċier, iżda ma setgħux jagħmlu marċi fit-toroq. Fis-seduta tal-5 ta’ Mejju tal-kumitat tal-festa, wara diskussjoni mqanqla b’vot sigriet, il-membri iddeċidew li l-festa ta’ San Ġorg ta’ dik is-sena għandha ssir fiċ-ċirkostanzi ta’ dak il-mument. Iżda l-istess festa kompliet blinkwiet minħabba x-xita u l-maltemp li seħħ fl-aħħar jiem, u għalhekk sar qbil sabiex il-festa ssir il-ġimgħa ta’ wara, jiġifieri l-Ħadd, 25 ta’ Mejju. Minħabba x-xita kontinwa ġrat ħafna ħsara speċjalment lill-istatwi li jintramaw fit-toroq. Il-festa tal-1958 kompliet bil-ħażin, għaliex nhar il-25 ta’ Settembru, reġgħet splodiet il-kamra tan-nar u ħalla ħajtu Ġamri Zammit ‘Iċ-Ċojja’, fl-età ta’ 31 sena. Wara dan l-inċident, id-dilettanti tan-nar ma ridux ikomplu jaħdmu. Il-president avviċina lis-Sur Salvu Baldacchino bħala mgħallem responsabbli mill-kamra tannar, sabiex jara jekk id-dilettanti tan-nar kinux ser jieħdu sehem. Id-dilettanti kienu tal-fehma li mhux bi ħsiebhom jaħdmu n-nar u riedu jagħtu l-imfietaħ tal-post tannar lill-Arċipriet. Xtaqu wkoll li bil-flus li kien baqgħalhom f ’idejhom, jagħmlu xi opra fil-knisja. Fil-fatt bil-flus kienu għamlu sett gandlieri u pedestall tal-fidda għall-ostensorju, u offrewhom lill-parroċċa sabiex jintużaw waqt it-transulazzjoni. Tletin sena ilu, fl-1988, nhar it-28 ta’ Lulju, il-kumitat laqa’ proposta sabiex f ’għeluq il-250 sena minn meta ġiet imżanżna l-istatwa titulari ta’ San Ġorġ, jiġifieri fl-1741, issir xi ħaġa speċjali bħala tifkira. Il-kumitat qabel li għandu jsir, u jingħata bħala rigal ta’ tifkira, sandli tad-deheb sabiex jitlibbes fuq l-istatwa titulari. Għalhekk issegretarju ġie inkarigat jikteb lill-Presbiteru Parrokkjali u jitolbu jressaq din it-talba u x-xewqa tiegħu u jsir rikors lill-Awtorità Ekkleżjastika Maltija. Fl-istess sena, nhar il-25 ta’ Ottubru, 1988, il-kumitat laqa’ proposta sabiex is-sett gastri bil-gandilabri u trofej li jiġu fi Pjazza San Franġisk, kif ukoll l-istatwa ta’ Malta, jiġu mtella’ Londra u jiġu esebiti f ’Earl Court waqt l-“International Boat Show”, esebizzjoni ferm popolari li jżuruha eluf kbar ta’ nies kull sena. Hemm ħafna aktar avvenimenti li għal raġuni ta’ spazju ma stajtx inniżżilhom kollha, iżda nittama li dan it-tagħrif qasir mill-Istorja tal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri, qanqal interess u nostalġija lill-qarrejja, u fl-istess ħin naraw kemm ħadem b’imħabba għall-festa ta’ San Ġorġ u l-Belt Pinto dan l-istess kumitat f ’dawn l-aħħar 99 sena. Festa San Ġorġ 2018

57


58

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Ikona ta’ San Ġorġ fil-Kremlin - Fr Reno Muscat Meta nsemmu l-ikoni nkunu qed nirreferu għal dawk l-opri tal-arti reliġjużi li huma aktar komuni fil-knejjes Ortodossi milli dawk tagħna. Il-kelma “Ikona” ġejja millGrieg “eikōn”, li tfisser xbieha. L-aktar xbihat komuni fl-ikoni huma dawk ta’ Kristu, il-Madonna, l-Anġli u qaddisin Orjentali tal-ewwel żminijiet tal-Knisja. Ikona ma jkollhiex firma tal-pittur, għax dak li joħloq l-ikona lanqas jissejjaħ pittur imma awtur. Dan għaliex il-kelma sewwa ta’ xogħol dawn l-ikoni, ma hijiex ‘jitpittru’, imma ‘jinkitbu’ għaliex kull ikona hija maħsuba biex twassal messaġġ jew storja daqslikieku hija storja miktuba fuq folja. Allura għalhekk l-ikona jingħad li hija miktuba minn awtur. L-ikoni jkunu L-Ikona ta’ San Ġorġ Martri ġewwa l-Kremlin miktubin fuq twavel tal-injam li jsirilhom proċess biex jiġu lixxi biżżejjed biex ikunu jistgħu jilqgħu fuqhom ix-xbieha. Qabel ma dawn l-ikoni bdew jinkitbu fuq l-injam, kien hemm id-drawwa li jsiru direttament mal-ħajt. Ħaġa interessanti oħra dwar l-ikoni hija li dawn qatt ma jkunu ffirmati, għax l-awturi tagħhom huma biss messaġġiera. Huma jwasslu biss dak li jridu jgħaddu dawk il-qaddisin li jidhru fl-ikona. Kif diġà għidna, fost l-aktar qaddisin popolari li naraw fl-ikoni hemm qaddisin tal-ewwel żminijiet tal-Knisja u għalhekk fuq quddiem insibu lil San Ġorġ Martri. Ix-xbieha ta’ dan il-qaddis mhux dejjem narawha fl-istess qagħda u mhux dejjem naraw dik il-figura tant popolari mad-dinja kollha: il-qaddis riekeb iż-żiemel waqt li jissielet mad-dragun, bil-prinċipessa fil-ġenb. F’waħda mill-eqdem ikoni ta’ San ikompli f’paġna 60 Festa San Ġorġ 2018

59


Ġorġ li għadna nistgħu naraw, ma narawx lil San Ġorġ fil-ġlieda mad-dragun. Qiegħed nirreferi għall-ikona li nsibu fil-Katidral Ortodoss tal-Assunta li hemm ġewwa l-Kremlin f ’Moska, ir-Russja. Il-qaddis gwerrier jidher minn qaddu ’l fuq f ’din l-ikona li nkitbet għall-ħabta tassena 1170. Huwa jidher liebes ilbies aħmar u f ’idu tal-lemin qed iżomm lanza, filwaqt li taħt abtu tax-xellug tidher biċċa mix-xabla. Minn fuq spalltu tal-lemin tidher nieżla l-korazza ta’ suldat, iżda l-ilbies fuq ix-xellug ma huwiex militari. Dan huwa l-mod li juri li dan huwa suldat (il-korazza) u qaddis (il-kumplament talilbies) . Wiċċ il-qaddis donnu jarmi d-dija, xhieda taż-żgħożija u tal-qawwa tiegħu, wiċċ imdawwar b’ras xagħar kannella nnukklat. L-isfond tal-figura huwa dehbi filwaqt li ’l barra minn dan l-isfond, mill-istess ikona, tidher burdura skura. Aktarx li din l-ikona kienet ordnata minn xi prinċep. Il-fatt li l-qaddis jidher b’xabla, jagħti lill-istudjużi x’jifhmu li min ordna l-ikona kien ta’ demm sovran, għaliex ix-xabla fl-ikonografija hemm min jassoċjaha mad-dinjità ta’ prinċep. Il-qies ta’ din l-ikona huwa kbir ħafna. Fil-fatt hija għolja metru u 74 ċentimetru (bejn wieħed u ieħor l-għoli ta’ bniedem) u l-wisa’ tagħha huwa ta’ metru u 22 ċentimetru. Il-qies talikona wkoll jindika li din kienet ordnata minn xi ħadd ta’ dinjità, għaliex ikoni ta’ dak id-daqs ma nsibux wisq fiddinja. Illum din l-ikona hija waħda mill-attrazzjonijiet prinċipali li nsibu fil-katidral tal-Assunta ġewwa l-Kremlin. Tajjeb ngħidu xi ħaġa dwar dan il-katidral biex nifhmu sewwa l-importanza talpost li fih hemm din l-ikona talqaddis Ġorġi.

Il-Katidral tal-Assunta ġewwa l-Kremlin, Moska 60

Aktarx li l-art fejn illum hemm dan il-katidral kienet tintuża għad-dfin. Fil-post kien hemm knisja tal-injam li nbidlet ma’ waħda tal-ġebel madwar issena 1326. Kien il-Metropolita Pietru li ħeġġeġ lid-Duka Ivan I biex jibdni katidral iddedikat lir-raqda ta’ Marija. Fl-1472

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


beda jinbena katidral ieħor imma waqt il-bini, fl-1474, ċediet il-koppla u ġġarraf kollox mingħajr ma kien għadu lest. Il-bini tal-katidral tal-Assunta li nsibu llum sar bejn is-snin 1475 u 1479 fuq xewqa tad-Duka Ivan III ta’ Moska. Id-disinn tiegħu sar mill-arkitett Taljan Aristotile Fioravanti. Dan l-arkitett kien minn Bologna u għadna nistgħu naraw xogħol tiegħu f ’din il-belt, iżda għandu għadd ta’ binjiet ukoll barra l-Italja, fosthom dan il-katidral li qed insemmu u bini ieħor fl-Ungerija. Huwa kien mistieden midDuka Ivan III biex imur Moska u jippjanta dan il-katidral. Hemm storja li tgħid li meta dan l-arkitett ried jerġa’ lura lejn pajjiżu, id-Duka Russu ma ridux, għax riedu jagħmillu xi xogħol ieħor u għalhekk tefgħu fil-ħabs fejn baqa’ sa mewtu. Ma nafux kemm din l-istorja hija minnha, imma turina l-kobor ta’ dan l-arkitett. Intant bejn l-1547 u l-1896 f ’dan il-katidral kienet issir l-inkurunazzjoni talmonarki Russi. Hawn ukoll insibu midfunin l-isqfijiet metropoliti u l-patrijarki talKnisja Ortodossa Russa. Ma rridux ninsew li dan il-katidral jinsab fil-Kremlin u allura minħabba l-qagħda tiegħu bosta drabi ġarrab ħsarat meta kien ikun hemm xi attakki fuq Moska, ħsarat li kull darba ġew irranġati. Bħal kull knisja oħra firRussja wara r-rivoluzzjoni tal-1917, dan ingħalaq għall-kult reliġjuż iżda nżamm biss bħala mużew. Wara l-waqa’ tal-Komuniżmu l-katidral reġa’ għadda f ’idejn ilKnisja Ortodossa Russa fl-1991. Illum dan il-katidral jista’ jżuru dak li jkun qed iżur il-Kremlin. Fih ma għadhomx isuru funzjonjiet reliġjużi għajr fil-festi l-kbar tal-Knisja, bħall-Għid il-Kbir, ilMilied u l-Epifanija. Waħda mill-aktar attrazzjonijiet li tiġbed turisti lejn dan ilkatidral hija l-ikona ta’ San Ġorġ Martri li semmejna aktar qabel.

Donazzjoni ta’ erba’ bandalori Festa San Ġorġ Association Toronto Għall-Festa ta’ San Ġorġ f ’Toronto li tiġi organizzata mill-Festa San Ġorġ Association’, din is-sena il-Kumitat Festi Esterni irregala sett ta’ erba’ bandalori biex jiġu armati fis-sala waqt il-festa ta’ San Ġorġ li ssir f ’April.

Festa San Ġorġ 2018

61


62

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Il-Gran Mastru Emanuel Pinto de Fonseca

- Dr. Joseph F. Grima

Ħakkiem ta’ Malta mill-1741 sal-1773 Preċiżament 275 sena ilu, fil-25 ta’ Mejju 1743, Ħal Qormi ngћata l-ġieћ u l-isem ta’ belt: Città Pinto jew Belt Pinto. F’din l-gћotja jien nilmaћ tliet protagonisti ewlenin: ilKappillan Dun Ġużepp Id-dokument li ddikjara lil Ħal Qormi bћala l-Belt Pinto. Bil-kortesija talVella, il-Baruni Ferdinand Librerija Nazzjonali ta’ Malta. Ernst von Stadl li kiteb memorjal favur l-gћoti ta’ dan il-ġieћ u isem, u l-Gran Mastru Emanuel Pinto de Fonseca. Dwar l-ewwel tnejn diġà ktibt f ’pubbilkazzjonijiet oћrajn u allura hu xieraq li nћażżeż xi ftit tagћrif u kummenti kritiċi fuq it-tielet wieћed, il-Gran Mastru Pinto. Meta nidћlu f ’Ħal Qormi mix-xaqliba tal-lokalità magћrufa bћala ‘tal-erba’ qaddisin’, fir-roundabout naraw statwa imponenti tal-Gran Mastru Pinto u warajh lil Ħal Qormi, jew aћjar, il-Belt Pinto. Naћseb li lkoll nafu r-rabta ta’ bejniethom, jiġifieri li, fuq talba li kienet saritlu mill-Kappillan ta’ Ħal Qormi ta’ dak iż-żmien, Dun Ġużepp Vella li diġà semmejtu, Pinto gћoġbu jagћti ismu lil dan ir-raћal gћażiż tagћna b’dawn il-kelmiet li nsibuhom imniżżlin bil-Latin fil-Liber Bullarum (Volum 547) tal-Arkivju tal-Ordni ta’ San Ġwann, miżmum fil-Librerija Nazzjonali ta’ Malta: Habita relatione, Terram Curmi erigimus in Civitatem, imponentes ei nomen Pinto.  Hi rabta kbira, rabta li ilha teżisti mill-1743, jiġifieri 275 sena, rabta li kemm-il darba ngћatat it-timbru uffiċjali meta lil Ħal Qormi rreferew gћalih blisem li tah dan il-ћakkiem tal-Ordni ta’ San Ġwann u Malta, rabta li nġedduha kull sena bit-tifkira ta’ Jum Ħal Qormi nhar il-25 ta’ Mejju. ikompli f paġna 64

Festa San Ġorġ 2018

63


Karriera fl-Ordni ta’ San Ġwann Iżda dan Pinto min kien? X’gћamel b’ћajtu? Ħaqqu ġieћ jew stmerrija?  Dawn huma xi ftit mistoqsijiet li tajjeb nagћtuhom tweġiba, dejjem fil-qosor, u b’hekk inkunu qed immorru lura fl-istorja ta’ artna li minnha nisiltu ġrajjet raћalna, tal-belt tagћna.  Gћax Pinto ћakem fuq Malta gћal kważi terz ta’ seklu, 32 sena biex inkunu eżatti, u renju daqshekk twil bilfors li kien imżewwaq b’kollox. Emanuel Pinto de Fonseca, biex nagћtu ismu sћiћ, kien membru ta’ familja millaktar nobbli tal-Portugall, iben Miguel Alvaro u Anna Teixeira.   Kumbinazzjoni jum twelidu kien l-24 ta’ Mejju 1681, ġurnata waћda biss qabel aћna niċċelebraw Jum Ħal Qormi.   Ta’ sentejn daћћluh fl-Ordni, sar paġġ tal-Gran Mastru Adrien de Wignacourt ta’ 11-il sena, u pprofessa bћala Kavallier fl-età ta’ 24 sena, lejlet l-Imnarja tal-1705. Bћal kull kavallier ieћor, u fosthom kien hemm żewġ ћutu, Pinto wettaq il-karovani tiegћu fuq il-bastimenti tal-Ordni.  Kieku ma qediex dan id-dmir, ma kienx ikun eliġibbli gћall-promozzjonijiet u biex jingћata xi kommanderiji, iżda ma baqax imsemmi bћala gwerrier.   Anzi, kien pjuttost studjuż tal-Letteratura, Teoloġija, Filosofija, Ġjometrija u l-Liġi Ċivili u Kanonika. Dam aktar minn 20 sena sћaћ jaqdi d-dmirijiet ta’ Viċi-Kanċillier fit-tmun tal-Kanċellerija tal-Ordni, leћaq Balliju, u ngћata l-Kommanderiji ta’ Cleiros u de Fontes.  B’hekk, gћalkemm m’gћamilx isem bћala mexxej militari jew navali bћal, ngћidu aћna, l-Kavallieri Chambray, de Grasse u de Suffren, kiseb bosta esperjenza fil-qalba tal-amministrazzjoni tal-Ordni tiegħu, esperjenza li ssarrfet tajjeb meta leћaq Gran Mastru fl-1741 wara l-mewt ta’ Raimondo Despuig. Deskrizzjoni u Aneddoti Viżitatur Ingliż f’Malta, Patrick Brydone, iltaqa’ ma Pinto fl1770 meta dan kellu 89 sena, u ddeskrivieh b’dawn il-kliem: “M’gћandu ebda ministru iżda jagћmel kollox hu u gћandu tagћrif immedjat tal-aћћar okkorrenzi żgћar.   Jitla’ u jinżel it-taraġ u jmur il-knisja mingћajr gћajnuna, u l-bixra tiegћu hi ta’ wieћed li ser jgћix bosta snin.” Il-palk principali tal-festa ta’ San Ġorġ li fuqu tiddomina l-figura tal-Gran Mastru Pinto, figura maћduma fil-kartapesta minn Karlu Darmanin.

64

Fl-1758, meta kellu 77 sena, Pinto qara f ’gazzetta Franċiża

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


notizzja tal-mewt tiegћu stess u, biex juri lil kulћadd li hu kien gћadu ћaj, mexa mill-Belt sal-Marsa, distanza ta’ bejn tlieta u erba’ mili. Meta l-kavallieri iżgћar minnu bdew jgћajjew u sejћu gћas-suġġetti tagћhom, Pinto dar lejn ta’ madwaru u qalilhom, “Aћna xjaћna iżda qed noqtlu lil dawn l-irġiel iżgћar minna.” Is-sens umoristiku iżda sarkastiku tiegћu jidher ukoll f ’episodju li seћћ lejn l-aћћar snin ta’ ћajtu.   Billi kien bżonn il-flus, issekwestra xi flejjes miġburin u użati gћall-quddies tal-erwieћ u, meta l-prokuraturi ipprotestaw, weġibhom xott xott: “Tinkwetaw xejn; jien xjaћt ћafna u dalwaqt inkun mal-erwieћ.  Hemmhekk nispjegalhom li l-bżonnijiet tiegћi kienu akbar minn tagћhom.” Il-Ħakma Tiegћu Pinto kebbes ћafna emozzjonijiet kuntrastanti fis-sudditi tiegћu.  Hu fatt storiku li tella’ bini barokk sabiћ u grandjuż bћall-Kastellanija (illum il-Ministeru u d-Dipartiment tas-Saћћa), il-Berġa ta’ Kastilja (illum l-Uffiċċju tal-Prim Ministru), id-Dwana u, importanti ћafna gћall-ekonomija lokali, 19-il maћżen magħrufin bћala l-Imћażen ta’ Pinto gћat-trasbord (illum il-Valletta Waterfront), apparti fortifikazzjonijiet bћall-Forti Chambray f ’Gћawdex.  Gћall-ewwel snin kien hawn il-prosperità u, minkejja l-gwerer ma jaqtgћu xejn fl-Ewropa u fl-ibћra ta’ madwarha inkluż fil-Mediterran, bil-makakkerija u d-diplomazija tiegћu gћaraf joћroġ minn xi sitwazzjonijiet diffiċli u jtenni n-newtralità ta’ l-Ordni tiegћu. Numru ta’ Maltin qisuh bniedem iebes iżda prattiku li ћa ћsieb li l-prezz tal-qamћ jinżamm baxx u li d-djun mal-Monte di Pietà jkunu maniġġabbli.  Iżda kienu jqisuh ukoll bћala supperv, sever u ma jaћfirha lil ћadd.  Numru sew ta’ kavallieri tmeżmżu wkoll gћax ried iwarrab kull regola li setgћet ixxekkillu l-poter tiegћu.  Pinto xtaq jirrenja bћal dak li bl-Ingliż hu magћruf bћala benevolent despot (mexxej awtokratiku li jkun benevolenti mas-sudditi tiegћu) fuq l-istil ta’ ћafna renjanti Ewropej, u ried jeћles mix-xekkil ta’ Sqallija li ppretendiet, bir-raġun kollu, li twettaq fil-prattika s-sovranità fewdali tagћha fuq Malta.  Baqa’ jżomm il-kontrolli f ’idejh sakemm miet u dan wassal lil wieћed viżitatur Franċiż, de la Platière, jikteb hekk dwaru ћames snin wara mewtu: “Kien mingћajr użanzi tajbin, mingћajr deċenza, ma kien jistma xejn; qaleb ta’ taћt fuq l-affarijiet tal-Ordni, irvina t-Teżor tal-Università u awtorizza kull tip ta’ serq, debuxxjar u brigandaġġ.”   Meta, aktar ’il quddiem, l-Ordni falla finanzjarjament, Pinto weћel b’kollox, tant li Ovid Doublet akkużah bћala l-ћtija tal-vizzji u l-indixxiplina tal-Kavallieri. Imma tassew kienu hekk l-affarijiet?  Inћobbu ngћidu bil-Latin, In medio stat virtus, u naћseb li dan il-kliem nistgћu napplikawh b’xi mod gћal dan il-każ, jiġifieri li l-verità kienet xi mkien lejn in-nofs taż-żewġ estremi.  Pinto ma jidhirx li kien laxk fil-ћajja personali tiegћu, u l-osservanzi reliġjużi kien jaqdihom kollha skont irregola. Hu magћruf, biex nagћtu eżempju li, meta kellu 84 sena, baqa’ wieqaf tul ikompli f’paġna 70 Festa San Ġorġ 2018

65


Programm tal-Festa 2018

San Ġorġ Megalomartri

It-Tnejn 11: Napprezzaw il-ħidma ta’ xulxin. L-għaqdiet li jaqsmu firresponsabbiltà tal-festa, jiġifieri, il-Kumitat Festi Esterni, l-Għaqda tan-Nar 23 ta’ April, u ż-żewġ baned tal-parroċċa tagħna, San Ġorġ Martri u Anici, flimkien mal-helpers kollha tal-parroċċa, niltaqgħu flimkien u nieħdu xi ħaġa tal-festa. Magħhom jingħaqdu wkoll dawk li jieħdu ħsieb l-armar tal-knisja għall-festa ta’ San Ġorġ. Niltaqgħu fil-bitħa taċ-ċentru mit8.00pm ‘l quddiem.

Il-Ġimgħa 15:

Ħallu t-tfal jiġu għandi. It-tfal jinġabru ħdejn il-knisja ta’ San Pietru, fil-5.15pm. Ma ninsewx inġibu magħna fjura. Flimkien nimxu wara l-istatwa ta’ San Ġorġ tifel sal-knisja arċiprietali fejn nieħdu sehem fil-quddiesa tas6.00pm.

Il-Ġimgħa tal-Festa It-Tnejn 18: Ħruġ tal-Istatwa ta’ San Ġorġ Martri. - Jum il-Familja. Fit-8.00am u f’nofsinhar ħruq ta’ murtaletti. Fl-4:30pm Quddiesa Fis-6.30pm: Quddiesa fil-knisja arċipretali u li fiha nitolbu għallfamilji kollha tagħna. Iqaddes Mons Dun Frans Abdilla. Mistiedna speċjali huma dawk il-ġenituri li din is-sena kellhom tarbija. Wara l-omelija ssir il-preżentazzjoni tattrabi lil Alla taħt il-patroċinju ta’ San Ġorġ MM. Tieħu ħsieb din il-


quddiesa l-Kummissjoni Familja. Wara l-quddiesa tingħad ilKurunella f’ġieħ il-patrun tagħna San Ġorġ. Fit-8.00pm: Ħruġ tal-istatwa ta’ San Ġorġ min-niċċa. Wara ddoqq il-Banda San Ġorġ Martri u jsir ħruq ta’ salut, kaxxa Spanjola, murtaletti u murtali bil-logħob. Wara l-ħruġ tal-vara, il-Banda San Ġorġ Martri, tagħmel marċ ma’ dawn it-toroq: Triq San Ġorġ, Dun Marju, l-Iżbandola, l-10 ta’ Settembru għal Triq San Ġorġ, Triq Dun Marju għal fuq Tal-Blat, TalBlat Housing Estate fejn jinħaraq nar tal-art u jkompli l-marċ għal Triq il-Belt Valletta, il-Mitħna, San Franġisk, it-Tensila, il-Ħabbież, ilMejjilla u l-Kbira sal-Każin Banda San Ġorġ Martri. Fid-9.30pm: Ħruq ta’ beraq, blalen, sfejjer u murtali tal-kulur, kaxxa tal-kulur.

It-Tlieta 19: Għal ħutna bi bżonnijiet speċjali u ħutna anzjani. 4.30pm: Quddiesa għal persuni bi bżonnijiet speċjali u ħutna anzjani. B’hekk fil-ġimgħa tal-festa tagħna nkunu ninkludu anke lil dawn ħutna li huma tant għal qalbna. Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni Mons Dun Charles Attard. Għaż-Żgħażagħ San Ġorġ sfida ta’ ħajja Nisranija. 7.00pm: Quddiesa għaż-Żgħażagħ fil-knisja. Nistiednu liż-żgħażagħ fil-kummissjonijiet tal-każini talbaned tal-parroċċa tagħna, San Ġorġ

Martri u Anici, fil-kummissjoni tażżgħażagħ tal-Kumitat Festi Esterni u ż-żgħażagħ fl-Għaqda tan-Nar, kif ukoll iż-żgħażagħ fil-fratellanzi u fil-Grupp Żgħażagħ tal-Parroċċa, u liż-żgħażagħ li jħobbu lil San Ġorġ biex naraw kif il-Patrun tagħna joffrilna sfida u kuraġġ għal ħajjitna bħala Nsara fid-dinja tallum. Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni Dun Bernard Micallef. 8.30pm: Il-Banda Anici tagħmel marċ li jibda minn Triq George Zammit u jkompli f’toroq: Anġlu Borg, Dun Ġwann Cilia, il-Ħelsien, id-Deheb Fin, is-Sajf, il-Għasel, ilĦarifa, id-Dielja, ix-Xitwa, il-Bard, il-Ħelsien, Rignu, Dragun, Vitorja, Dun Ġwakkin Schembri sal-Każin tal-Banda Anici.

L-Erbgħa 21:

L-Ewwel Jum tat-Tridu u Jum ilVokazzjonijiet 8.00am u f’nofsinhar ħruq ta’ murtaletti. 4.30pm: Quddiesa. 6.00pm: Fil-knisja arċipretali ssir il-quddiesa li fiha jitkanta l-għasar votiv ta’ San Ġorġ Martri. Nirringrazzjaw lill-Mulej għallqlub ġenerużi li semgħu is-sejħa tiegħu u offrewlu ħajjithom fissaċerdozju jew fil-ħajja reliġjuża. Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni Dun George Mangion. Wara l-quddiesa ssir il-prietka tat-Tridu. Din is-sena l-prietki tat-Tridu se jagħmilhom il-Kanonku Dun Jonathan Farrugia. Wara l-prietka tat-Tridu, Kurunella lil San Ġorġ Martri, Innu, Antifona u ċelebrazzjoni Ewkaristika. Mal-Barka jsir ħruq ta’ murtaletti. Kif tispiċċa ċ-ċelebrazzjoni fil-


Knisja, fit-8.30pm l-Banda Anici tibda marċ u dimostrazzjoni blistatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ li jibda minn fuq iz-zuntier talknisja għal Triq il-Kbira, Santa Katarina, il-Barrakki, Stagno, il-Ħelsien, ix-Xitwa, in-Naħal, ilBħajra, is-Sajf, ir-Rebbiegħa, fejn fid-9.30pm jinħaraq in-nar tal-art. Fl-9.45pm jkompli l-marċ minn toroq: il-Ħelsien, il-Plejju, idDragun, Pjazza Ġ. Flores, Pinto, Dun Ġwakkin Schembri quddiem il-Każin Banda Anici għal Triq ilVitorja sal-pjazza tal-Vitorja fejn tittella’ l-istatwa ta’ San Ġorġ. 9.40pm: Jibda ħruq ta’ beraq, blalen, sfejjer, murtali tal-kulur u kaxxa tal-kulur.

Il-Ħamis 22:

It-Tieni Jum tat-Tridu. Fit-8.00am u f’nofsinhar ħruq ta’ murtaletti. 4.30pm: Quddiesa. 6.00pm: Fil-Knisja tibda l-quddiesa bl-Għasar. Iqaddes Mons Dun Ġwann Galea. Wara l-prietka tatTridu, Kurunella, Innu, Antifona u ċelebrazzjoni Ewkaristika. Mal-Barka ħruq ta’ murtaletti. 8.30pm: Jibda marċ mill-Banda San Ġorġ Martri u dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ fuq iżżiemel madwar dawn it-toroq: Triq il-Kbira, Santa Katarina, l-Isqof Scicluna, Pinto, Pjazza Ġużè Flores, Pinto, Cappadocia, il-Vitorja, Anici, il-Kbira sa Pjazza San Franġisk fejn tittella’ l-istatwa ta’ San Ġorġ. 9.30pm: Jibda ħruq ta’ beraq, blalen, sfejjer, murtali tal-kulur u kaxxa tal-kulur.

Il-Ġimgħa 23:

It-Tielet Jum tat-Tridu. 8.00am u f’nofsinhar ħruq ta’ murtaletti. 4.30pm: Quddiesa. 6.00pm: Fil-knisja jsir kollox bħall-jiem ta’ qabel - quddiesa blGħasar iċċelebrata mill-Kan Dun Lawrenz Zammit. Prietka tat-Tridu, Kurunella, Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Mal-Barka ħruq ta’ murtaletti. 8.00pm: Marċ mill-Banda San Ġorġ Martri li jibda minn Pjazza Frederick Maempel għal toroq: Kardinal Sciberras, il-Kbira, San Pietru, Santa Katarina u l-Vitorja (in-naħa ta’ fuq). 8.15pm: Programm Mużikali fuq il-planċier mill-Banda Anici filPjazza ta’ quddiem il-Każin Banda Anici. Wara marċ li jgħaddi minn Triq Pinto għall-Pjazza tal-Vitorja, Triq il-Vitorja, Triq Dun Ġwakkin Schembri sa quddiem il-Każin Banda Anici. 10.00pm: Ħruq ta’ beraq, blalen, sfejjer, murtali tal-kulur u kaxxa talkulur. 12.00am: Nar tal-art fi Triq ilVitorja.

Is-Sibt 24:

Lejlet il-Festa. Fis-6.00am u fis-6.45am quddiesa. 7.45am: Quddiesa ta’ ringrazzjament li fiha jitkanta l-Innu ta’ Radd ilĦajr lil Alla - Te Deum. Iqaddes l-Arċipriet Dun Mario Mangion. 8.15am: Mat-Te Deum ħruq ta’ kaxxa Spanjola u murtaletti. 11.45am: Ħruq ta’ Murtaletti. 4.30pm: Quddiesa. 5.30pm: Quddiesa.


6.30pm: Translazzjoni Solenni tar-Relikwija ta’ San Ġorġ Martri. Tibda mill-Kappella tal-Madonna ta’ Qrejqċa. L-Ewwel Għasar u ċelebrazzjoni Ewkaristika. Imexxi t-Translazzjoni Dun Bernard Micallef, saċerdot novell. Mat-Translazzjoni jsir ħruq ta’ salut, kaxxa Spanjola u varjazzjoni ta’ settijiet ta’ murtaletti u murtali bil-logħob. 7.30pm: Marċ mill-Banda Anici li jibda minn Triq Tal-Ħlas għal toroq: il-Vitorja, Alexandra, IlProża, Misraħ il-Kittieba, San Dwardu, Ġużè Muscat Azzopardi, il-Vitorja, Dun Ġwakkin Schembri quddiem il-Każin tal-Banda Anici, Pinto, l-Iskola, l-Isqof Scicluna, Santa Katarina, Triq il-Kbira salknisja arċimatriċi u arċipretali. 7.30pm: Marċ mill-Banda San Ġorġ Martri minn ħdejn l-abatija fi Triq il-Kbira sa quddiem ilknisja ta’ San Franġisk fejn isir programm mużikali fuq il-planċier. Fl-10.30pm ikompli l-marċ tul Triq il-Kbira sal-Wied. 9.45pm: Wirja ta’ logħob tan-nar tal-ajru. Jinħarqu lampjuni, sfejjer, blalen u baraxxi, beraq ikkulurit, murtali tal-beraq bil-logħob u murtali tal-kulur. Wara kaxxa talkulur b’varjetà kbira ta’ kuluri. 11.30pm: Logħob tan-nar tal-art fil-misraħ tal-Wied.

Il-Ħadd 25: Jum il-Festa.

6.00am: Quddiesa. 7.00am: Quddiesa. 8.00am: Quddiesa. Mat-tokki tat-tmienja, ħruq ta’ murtaletti.

9.15am: Quddiesa Solenni Konċelebrata imexxija millArċisqof Mons George Frendo. Jinseġ il-paniġierku l-Kanonku Dun David Farrugia. Mas-Sanctus isir ħruq ta’ murtaletti. 10.00am: Marċ popolari mill-Banda San Ġorġ Martri. 11.00am: Marċ popolari mill-Banda Anici. 12.30pm: Ħruq ta’ murtaletti u kaxxa nfernali. 5.00pm: Quddiesa letta. 6.00pm: It-Tieni Għasar. 7.00pm: Purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ Martri. Imexxi l-Għasar u l-purċissjoni l-Kanonku Dun Louis Farrugia. Mal-ħruġ tal-istatwa jsir ħruq ta’ salut, kaxxa Spanjola b’varjetà kbira ta’ beraq. Diversi settijiet ta’ murtaletti u murtali billogħob jakkumpanjaw il-purċissjoni. Qabel u waqt il-purċissjoni jieħdu sehem dawn il-baned mistiedna: Nicolo Isouard tal-Mosta, Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar u 12th May ta’ Ħaż-Żebbuġ. 9.30pm: Isir ħruq ta’ settijiet ta’ beraq ikkulurit, sfejjer, blalen u murtali tal-kulur. Tagħlaq ilpurċissjoni kaxxa tal-kulur u waqt il-Barka tinħaraq kaxxa tal-bomba. Mad-dħul ta’ San Ġorġ lura filknisja titkanta l-Antifona u ssir ċelebrazzjoni Ewkaristika. Wara l-Barka nistennew lil sħabna tan-nar, isir il-bews tar-Relikwija, talba ta’ ringrazzjament lil Alla, tislima lil San Ġorġ u jsir il-marċ talaħħar mill-Banda San Ġorġ Martri.


il-qari kollu tal-Passju fil-quddiesa ta’ Ħadd il-Palm. Iżda kien iћobb jgћix tajjeb, fillussu u bil-pompi u ċ-ċeremonjali kollha. Kien ukoll ambizzjuż ћafna u kienet din l-ambizzjoni tiegћu personali li wasslet biex tnaqqar is-saћћa finanzjarja tal-Ordni ta’ San Ġwann. L-ambizzjoni tiegћu wasslitu biex iqis ruћu daqs is-slaten Ewropej u, biex bћalkieku jenfasizza din il-pretensjoni, beda jġib il-kuruna magћluqa tas-slaten fuq l-arma ġentilizzja tiegћu.  Ippretenda li jieћu l-gżira ta’ Korsika qabel din gћaddiet f ’idejn Franza u wasal biex kisirha ma’ Sqallija biex isostni s-sovranità tal-Ordni. Keċċa lillĠiżwiti minn Malta biex jeћdilhom ġidhom iżda l-Papa ma ћalliehx juża l-proprjetà tagћhom ћlief gћall-edukazzjoni u allura waqqaf l-Università ta’ Malta li gћadha topera sallum. Żmien Pinto kellu l-importanza tiegћu fil-kamp artistiku fejn ћadem bosta xogћlijiet pittorici l-magћruf pittur Franċiż Antoine Favray.   Fost l-artisti Maltin spikka l-aktar Francesco Zahra li f ’Ħal Qormi hawn xogћlijiet tiegћu, kemm fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ kif ukoll fil-privat.   Fil-mediċina spikka l-aktar Michelangelo Grima li kiteb ukoll diversi kotba dwar mediċina u kirurġija, filwaqt li, filkamp tal-arkitettura, ipproduċa xogћlijiet barokki mill-isbaћ ilMalti Andrea Belli. Kien hemm esponenti Maltin oћrajn li kienu validissimi wkoll, iżda l-ispazju ma jippermettix li ninkluduhom. Fi żmien Pinto jissemmew ukoll il-ћtif tax-xwieni Lupa fl-1748 u tal-Corona Ottomana fl-1760.   Ilћtif tal-Lupa gћal daqsxejn ma switlux qares meta ћelisha ћafif is-sena ta’ wara fil-komplott talilsiera mћejji gћall-Imnarja li, però, spiċċa b’wiċċ il-ġid gћal Pinto u l-Ordni ta’ San Ġwann.

Antoine Favray: Il-Gran Mastru Emanuel Pinto de Fonseca. Pittura fis-sagristija tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Bilkortesija tal-Kapitlu tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

70

L-aћћar snin ta’ Pinto, qabel miet f ’Jannar tal-1773 fl-età ta’ 91 sena, kienu ebsin, l-aktar minћabba l-fatt li l-ћajja gћoliet riżultat tal-

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


prezz gћoli tal-qamћ li l-maġġor parti tiegћu kien importat. Iżda minkejja d-difetti tiegћu, lil Pinto ma nistgћux naqbdu nikkundannawh mingћajr ma nqisu sew iżżmien li fih kien jgћix. Biex tifhem kif jaġixxi l-bniedem fl-Istorja, trid l-ewwel tgћarbel u tifhem żminijietu gћax, f ’kull perjodu ta’ snin, in-nies kienu jaraw u jqisu l-affarijiet minn lenti ferm differenti minn tal-lum.  U dan jgћodd ukoll gћal Pinto, għall-Ordni tiegћu u wkoll gћal Malta fis-seklu tmintax. Ħarsa ћafifa lejn l-Ewropa ta’ dak iż-żmien dlonk turik li Pinto kien biss rifless tal-andament talaffarijiet Ewropej fit-tieni nofs tas-seklu tmintax. Kien iż-żmien li fl-aћћar wassal gћar-Rivoluzzjoni Franċiża li, gћalkemm seћћet fl-1789, kellha l-gћeruq tagћha flgћexieren tas-snin li kienu ġew qabel.

Ritratt mill-ajru ta’ kumpless agrikolu tas-seklu 18 fi Triq San Bartilmew, fejn hu magћruf li kienu jinżammu xi żwiemel ta’ Pinto. Illum m’gћadux jeżisti u floku hemm djar. Tidher ukoll il-loġġa ta’ Pinto.

Tifkiriet ta’ Pinto f’Ħal Qormi U aћna, aћna l-Qormin x’gћandna li jfakkarna f ’Pinto? Tassew li r-rabta tagћna miegћu x’aktarx kienet biss fl-gћoti ta’ ismu lil Ħal Qormi, it-Tribuna li tfakkar meta gћalaq 31 sena Gran Mastru, u wkoll gћax kellu xi żwiemel tiegћu fi stalel ġor-razzett kbir u sabiћ li darba kien jeżisti ћdejn it-Tribuna.  Ovvjament, gћandna Triq Pinto, każin tal-Banda li jġib ismu, statwi tal-festi, l-arma ta’ Ħal Qormi, xi djar u xogћlijiet artistiċi ta’ żmienu li lkoll gћandhom ifakkruna fih. Minn ftit snin ilu ’l hawn gћandna wkoll statwa sabiћa, ћdejn il-lokalità “tal-erba’ qaddisin”, xogħol l-iskultur bravu Malti Ġanni Bonnici, li donnu qiegћda tћares waћda mid-dћul tar-raћal tagħna u nistћajjilha li lilna qed tgћidilna: “Ftakru, ja Qormin, li beltkom iġġib ismi; ftakru li Ħal Qormi kien l-ewwel raћal li ngћata l-gieћ ta’ belt; bћalma jien kont kburi b’li għamilt, hekk ukoll intom gћandkom tkunu kburin b’li wettaqtu fl-imgћoddi, b’li qed tagћmlu fil-preżent u b’dak kollu li bi bżulija gћad tiksbu filgejjieni.”

Festa San Ġorġ 2018

71


72

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Dun Viċenz Azzopardi

- Kav. Francis Frendo

Din s-sena nixtieq li nfakkar u nitkellem magħkom fuq personaġġ li għalkemm mhux minn Ħal Qormi, imma ta sehmu fil-ħajja reliġjuża u soċjali ta’ Ħal Qormi. Dan kien Dun Viċenz Azzopardi, li fl-1918 ġie mibgħut bħala kappillan ta’ Ħal Qormi (qed ngħid ta’ Ħal Qormi għax sa dak iż-żmien Ħal Qormi kien għadu parroċċa waħda, dik ta’ San Ġorġ M.)  Dun Viċenz Azzopardi twieled fil-Belt Invicta   (Senglea)   fit-28 ta’ Novembru 1870. Il-ġenituri tiegħu kienu Pietru u Marċella mwielda Attard. Iċ-ċkejken Viċenz ġie mgħammed fil-Kolleġġjata tal-Isla dakinhar stess, jiġifieri fit-28 ta’ Novembru Il-Kanonku Penitenzier Dun Vinċenz Azzopardi 1870 (liber Baptizatorum, Parr. Senglea Vol. XIII, fol. 155.) Kien mgħammed mill-Arċipriet il-Kan. Dun Franġisk Colombo. U tawh l-ismijiet ta’ Vinċenz, Alfons Marija, Filippu u Piju. Minn ċkunitu kien jidher li kien irid l-iskola. Kienet ġietu l-ħajra li jsir saċerdot u għalhekk wara l-iskola primarja daħal is-seminarju maġġuri biex jibda l-istudji tiegħu. Dun Viċenz irċieva l-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu fil-21 ta’ Diċembru 1895. Kien predikatur popolari ħafna u membru talmissjoni l-kbira. Hu sar kanonku tal-Kolleġġjata ta’ beltu, bit-titolu ta’ Penitenzier, fl-10 ta’ Frar 1910. In-nota bid-data tal-magħmudija ta’ Mons. Azzopardi fir-reġistru tal-magħmudija

Festa San Ġorġ 2018

ikompli f’paġna 74

73


Fil-bidu tal-1918 Dun Viċenż ġie maħtur kappillan ta’ Ħal Qormi wara l-parrokat   ta’ Dun Manuel Sammut. Hu ħa l-pussess ta’ kappillan ta’ Ħal Qormi fil-knisja Arċimatriċi ta’ San Ġorġ M. fil-31 ta’ Marzu 1918. Il-Parrokat tiegħu kien l-aħħar parrokat sħiħ bit-titolu ta’ kappillan, għax il-kappillan ta’ warajh kien spiċċa l-parrokat bittitolu ta’ arċipriet. Għallokkażjoni   tal-pussess ta’ Dun Viċenz bħala kappillan, is-saċerdot   Dun Beneditt Axisa, wieħed mill-membri tal-kleru tal-parroċċa (ta’ dak iż-żmien), kien kitiblu poeżija sabiħa li jiena nixtieq li naqsamha magħkom u li qed tidher hawn. Dan Dun Beneditt Axisa kien joqgħod fi Triq il-Kardinal Sciberras, fid-dar fejn illum joqgħod l-Onor. Clyde Puli. Il-kalċi li Programm tal-Pussess għandu f ’idejh Ġesù fil-vara taċ-ċena kien ta’ Dun Beneditt u kien ġie rregalat mill-werrieta tiegħu lill-parroċċa meta l-istatwa iżżanżnet fl-1961. Ftit wara li Dun Viċenz ħa l-pussess ta’ kappillan, kien hemm fil-parroċċa l-festa ta’ San Ġorġ M. (li dak iż-żmien kienet issir fit-23 ta’ April), u allura għalih kienet l-ewwel esperjenza tiegħu fil-festa bħala kappillan. Wara li ra kif kien l-andament tal-festa, xtaq li jwaqqaf kumitat li jkun responsabbli għall-festa kollha ta’ San Ġorġ, bl-armar, il-marċijiet u n-nar. Kien għalhekk li fid-29 ta’ Ġunju 1919 waqqaf ilKumitat Festi Esterni biex ikun jista’ jorganizza l-festa ta’ San Ġorġ b’dak kollu li ġġib magħha. Dun Viċenż kien l-ewwel president ta’ dan il-kumitat.

74

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


Dan il-kumitat kien l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fil-festi Maltin. Għalhekk din is-sena xtaqt naqsam magħkom dan il-ħsieb. Għax is-sena id-dieħla (jiġifieri l-2019), il-kumitat li jieħu ħsieb il-festi esterni ta’ San Ġorġ M. jagħlaq 100 sena mittwaqqif tiegħu minn dan il-kappillan ħabrieki. U għalhekk tajjeb li aħna, membri tal-parroċċa u oħrajn li tinteressahom l-istorja, inkunu nafu min kien il-personaġġ li ħareġ b’dan il-proġett sabiħ — it-twaqqif tal-Kumitat Festi Esterni — li kabbar mhux ftit il-festa ta’ San Ġorġ. Xtaqt li waqt li qed nikteb fuq il-kappillan Dun Viċenz Azzopardi, naqsam magħkom xi ħaġa li għaddiet bejni u bejn iz-ziju Dun Ġerald (l-eks Arċipriet tal-parroċċa San Ġorġ M., Mons. Dun Ġerald Frendo, 1955-1978).  Waqt konversazzjoni personali, kien qalli li kien Dun Viċenz li kien stinka biex il-purċissjoni ta’ San Ġorġ tibda titla’ u tgħaddi minn ħdejn il-Vitorja. Irridu niftakru li sa qabel l-1919, il-purċissjoni ta’ San Ġorġ kienet tgħaddi minn Triq San Pietru għal fejn il-Madonna tar-Rużarju u mbagħad għal Triq il-Kbira.  Issa dak iż-żmien, biex titla’ fejn il-Vitorja bilfors li mbagħad tkun trid tgħaddi minn fejn San Bastjan, billi Triq Aniċi ma kinitx għadha nfetħet. Hawn nixtieq li nippreċiża li l-istatwa proċessjonali ta’ San Ġorġ M. damet tgħaddi minn fejn San Bastjan mill-1919 sal-1935, u mhux kif intqal minn xi ħadd li mhux minn Ħal Qormi (fuq z-zuntier tal-knisja ż-żgħira ta’ San Bastjan meta għadda San Ġorġ minn hemm fl-24 ta’April 2016) u forsi ma jafx bl-istorja ta’ Ħal Qormi.  Xi ħaġa oħra li għaddietli ziti Pawla, kienet li Dun Viċenz kien bniedem tassew kolt u rispettat. Dun Viċenz spiċċa minn kappillan ta’ Ħal Qormi fl-1933 u ġie nominat Monsinjur talkatidral. Mons. Viċenz Azzopardi miet fid-dar tiegħu f ’nru 11, Triq is-Salib, l-Imdina, fit-30 ta’ Settembru 1948, fl-4.15 ta’ wara nofsinhar, fl-età ta’ 79 sena.  Hu ġie midfun fil-katidral ta’ San Pawl l-Imdina, fl-istess qabar u flimkien ma ħuh Mons. Dun Carmelo Azzopardi.         Nixtieq lil kulħadd il-festa it-tajba.   Ħajr: Fabian Mangion, li għaddieli l-informazzjoni fuq Dun Viċenz Azzopardi. Rennie Salnitro, li għaddieli l-poeżija li kiteb Dun Beneditt Axisa, George Sammut.

Festa San Ġorġ 2018

l-Epitaff fuq il-qabar ta’ Mons. Azzopardi li jinsab ġewwa l-Katidral tal-Imdina.

75


76

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Tagħrif dwar l-Istatwarju Karmenu Mallia, il-Lhudi - Pawlu Sammut

| Viċi-President

Karmenu Mallia, wild Qormi, iben Alessandro u Antonia neè Theuma, twieled nhar is-27 ta’ Novembru, 1869. Huwa tgħammed l-għada, fil-knisja Arċi Matriċi ta’ San Ġorġ, blisem ta’ Carmelo, Joannes, Michael u Georgius. Karmenu għex u trabba fid-dar numru 21, Triq San Ġużepp, Ħal Qormi. Ta’ ġuvnott hu beda jmur jitħarreġ u jitgħallem is-sengħa għand l-istatwarju magħruf Carlo Darmanin, li kellu ħanut tax-xogħol ftit ’il bogħod minn Ħal Qormi, qrib l-Istitut ta’ Cini, Santa Venera. Fi żmien li Karmenu Mallia kien jaħdem mal-imgħallem tiegħu Carlo Darmanin, dan l-artist kien fl-aqwa tiegħu. Carlo kien imfittex għax-xogħlijiet tiegħu ma’ Malta u Għawdex kollu, u għalhekk Karmenu seta’ jitgħallem, jitħarreġ u jixrob is-sengħa. Meta fl-1909, Carlo Darmanin ħalla din id-dinja, Karmenu kien kapaċi biżżejjed jiftaħ għal rasu u jkompli bix-xogħol ta’ statwarju fil-ħanut tiegħu stess f ’Ħal Qormi, belt twelidu. Il-ħanut kien propju fil-pjazza ħdejn l-istatwa ta’ San Pawl, f ’numru 178, Strada Reale San Giorgio. Karmenu Mallia ma kienx biss statwarju, iżda kien ukoll restawratur, kif ukoll ħadem xogħlijiet fil-ġebla Maltija. Insibuh fost l-oħrajn jiskolpi lil San Pietru u San Pawl għall-faċċata tal-knisja parrokkjali tan-Naxxar u tliet statwi għall-frontispizju tal-knisja tal-Imqabba. Iżda milli jidher, waqaf minn din il-linja u ntefa’ b’ruħu u ġismu fuq ix-xogħol tal-kartapesta, fejn insibu xogħlijiet ta’ statwi titulari, statwi ta’ qaddisin fil-knejjes, statwi għall-Ġimgħa l-Kbira u għadd ġmielu ta’ anġli, qaddisin u figuri bibliċi sabiex iżejnu t-toroq fil-ġimgħat tal-festi Maltin. Għalkemm il-familja tiegħu kienet magħrufa bil-laqam ta’ “Gallettu”, in-nies bdew jirreferu għalih bħala “Karmenu l-Lhudi”. Dan għaliex hu kien jaffaxina ruħu ikompli f’paġna 78 Festa San Ġorġ 2018

77


jaħdem u juri l-kapaċità tiegħu fil-personaġġi bibliċi, li naturalment kienu kollha Lhud. Karmenu kien iqaxxar il-kostum Lhudi b’mod naturali. Il-kappillan Dun Emanuel Pace, kien żewweġ lil Karmenu, li kellu 40 sena, nhar is26 ta’ Jannar, 1909, lil Josepha neè Muscat, liema żwieġ kien sar fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ Martri. Kellhom żewgt itfal, Alessandro u tifla Ċetta. Karmenu qatta’ l-kumplament ta’ ħajtu fl-istess dar fejn twieled, li kif għidna kienet fi Triq San Giuseppe, Ħal Qormi. Il-Kappillan Dun Vinċenz Azzopardi waqqaf il-Kumitat Festi Esterni, bl-ewwel seduta tkun nhar id-29 ta’ Ġunju, 1919. Il-ħsieb wara dan il-kumitat kien li b’mod serju u organizzat, waqt li jerħi r-responsabbiltà tal-festa esterna minn fuq ilprokuratur tal-festa u l-parroċċa, jkun l-organu uffiċjali li jamministra b’suċċess ilfesta esterna ta’ San Ġorġ. Għalhekk bdew jintgħażlu persuni ta’ integrità u kultura, persuni li verament iħobbu lill-parroċċa Ġorġjana u lill-Belt Pinto, kif ukoll nies li jifhmu f ’kull qasam tal-festa. F’dak li kellu x’jaqsam mal-armar u t-tiżjin tat-toroq, Karmenu kien il-persuna ideali biex tkun parti minn dan il-kumitat. Ftit qabel l-1919, Karmenu kien għadu kemm wera l-kapaċità tiegħu fl-esekuzzjoni taż-żewġ gruppi li juru lil San Ġorġ quddiem Deoklezjanu u l-grupp l-ieħor li juri l-qtugħ ir-ras tal-qaddis tagħna. Insibu l-ewwel isem fil-lista ta’ dan l-ewwel kumitat, wara dak tal-president, segretarju u teżorier, lil dak ta’ Karmenu Mallia. Bħala l-aktar artista magħruf fi żmienu, wild Qormi, Karmenu ta l-ideat fit-tfassil tal-armar fit-toroq għall-festa ta’ San Ġorġ u ngħata t-treġija artistika sħiħa tal-armar ta’ barra. Din ir-responsabbiltà għenet qatigħ biex fl-ewwel seduta tal-kumitat, Karmenu kien ikkummissjonat jagħmel tibdil u xogħlijiet biex iżejjen aħjar it-toroq fil-jiem tal-festa, fosthom li kellu jagħmel l-anġli bil-gandilabri f ’idejhom jinxtegħlu bil-gass tal-aċitelena u jitqiegħdu fuq pedestalli, sabiex jieħdu post il-gastri bit-tazzi taż-żejt. B’hekk daħal kunċett ġdid ta’ armar kompost minn pedestall xogħol fl-injam, u statwa ta’ anġlu u gandilabru xogħol filħadid u pjanċi. Barra minhekk, kellhom isiru trufej ġodda bil-bnadar u l-bandalori flok li kien hemm, trufej li għadna ngħożżu u nżejnu bihom it-toroq tagħna sal-lum. Kif għidna, wara l-mewt ta’ Carlo Darmanin u anke dik ta’ Vincenzo Cremona, Karmenu Mallia sar l-aktar artist imfittex u popolari ta’ żmienu. Ix-xogħlijiet ta’ dan l-artist Qormi nsibuhom imferrxa ma’ Malta u Għawdex kollu. Insibu xogħlijiet minn tiegħu fil-Gudja, Ħal-Balzan, fil-Għargħur, f ’Ħal-Għaxaq, f ’Ħal-Luqa, f ’ĦalTarxien, f ’Ħaż-Żebbuġ, fil-Marsa, fl-Isla, fil-Mosta, fl-Imqabba, fl-Imsida, finNaxxar, fil-Kalkara, fil-Qrendi, fir-Rabat Malta, u anke fir-Rabat Għawdex, f ’San 78

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


Pawl il-Baħar, f ’Santa Venera, fil-Belt Valletta, f ’Tas-Sliema, fiż-Żurrieq, fiż-Żejtun, fil-Fontana, fin-Nadur u fix-Xewkija. Karmenu ħalla din il-ħajja nhar it-3 ta’ April, 1931, fl-età ta’ 64 sena, fid-dar tiegħu stess. Huwa ndifen fil-qabar numru 11 fil-korsija ewlenija tal-knisja Arċi Matriċi ta’ San Ġorġ Martri. Karmenu Mallia wild Qormi, ħadem fil-ħanut tiegħu f ’Ħal Qormi fejn wera l-ħila artistika tiegħu. Huwa kien persuna magħrufa, imfittxija u rispettat ferm fi żmienu. Inħoss li huwa nuqqas kbir tagħna l-Qriema, li persuna hekk imżejjen u mogħni bl-arti, lanqas biss għad għandna rikonoxximent tal-kapaċità tiegħu u ntesa malmedda tas-snin. Artist Qormi li mhux biss b’ħidmietu għamel ġieħ lilu nnifsu, iżda lil Ħal Qormi wkoll, fejn wera l-kapaċità artistika tiegħu, liema kapaċità għadha ssebbaħ it-toroq ta’ Malta u Għawdex bl-opri tant sbieħ tiegħu. Nittama li din il-kitba fqajra tiegħi sservi sabiex dan l-istatwarju Qormi b’xi mod jew ieħor jiġi mfakkar tal-anqas f ’Belt twelidu.

Festa San Ġorġ 2018

79


80

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Festa San Ġorġ 2018

81


82

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Kappelli f ’Ħal Qormi - It-tielet parti

Il-Knisja ż-żgħira ta’ San Sebastjan Joseph A. Bugeja

Il-kult lejn San Sebastjan Martri, bħal dak ta’ Santu Rokku, huwa marbut mal-mard infettiv, b’mod speċjali mal-marda tal-pesta. Għaldaqstant, meta f ’Malta kienet tfaqqa’ l-pesta jew xi marda infettiva oħra, id-devozjoni lejn dawn iż-żewġ qaddisin kienet titkattar b’mod esponenzjali. L-aktar referenza antika għal kappella ddedikata lil San Sebastjan f ’Ħal Qormi, jagħtihielna Dusina fil-vista pastorali tiegħu tal-15751. Ħamsa u għoxrin sena wara (1601), din il-kappella nsibuha ddedikata lil Santu Rokku, bit-titular juri lil San Pawl (patrun ta’ Malta) flimkien mal-qaddisin Rokku u Sebastjan2. Ħamsa u sebgħin sena wara (1676) din ilkappella kienet fi stat ħażin ħafna, hekk li wara l-pesta tal-1676, l-aħwa Dun Giovann u Giorgio Cauchi għamlu rikors il-Kurja sabiex flok dik eżistenti jibnu kappella ġdida3. Sas-sena 1813, id-devozzjoni lejn San Sebastjan kienet kważi għebet. Il-flaġell tal-pesta reġa’ laqat lill-Qriema bejn Mejju 1813 u Lulju 1814. Din l-imxija ħalliet ħerba sħiħa, speċjalment f ’Ħal Qomi, fejn qatlet kwint tal-popolazzjoni. Għal darb’oħra l-Qriema rrikorrew lejn il-qaddisin Rokku, Sebastjan4 u Ġorġ, sabiex jinterċiedu għalihom u jeħilsuhom minn dan il-flaġell. Dlonk kif Ħal Qormi kien iddikjarat meħlus mill-pesta, il-Qriema bdew iwettqu l-wegħdi tagħhom. Fost dawn il-wegħdi nsibu t-twaqqif ta’ statwa tal-ġebel li tirrappreżenta lil San 1 2 3 4

Borg V., Melita Sacra II, 717. Ibid., 715 AAM Cancelleria, Suppliche 1668-1684, f. 569v. Peresso V.; 1813 Ħal Qormi, l-pesta u San Bastjan, 63. L-ewwel darba li ngħata l-isem Sebastjan f ’Ħal Qormi kien nhar is-6 ta’ Lulju 1813, tlett xhur biss wara li faqqgħet il-pesta.

ikompli f’paġna 86 Festa San Ġorġ 2018

83


84

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Festa San Ġorġ 2018

85


86

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Sebastjan. Din l-istatwa kienet f’postha sena biss wara, fl-18155. Il-post u l-pożizzjoni ta’ din l-istatwa huma wkoll sinifikanti għaliex dan il-qaddis tqiegħed fil-post fejn, sa dak iż-żmien, kien jasal it-tarf mibni ta’ Ħal Qormi. Huwa qiegħed iħares lejn il-port, il-post minn fejn daħlet il-pesta, sabiex b’mod figurattiv jipproteġi l-Qriema minn kull mard. Fl-1865 Ħal Qormi, għal darb’oħra ntlaqat minn marda oħra qerrieda, dik tal-kolera. Ftit snin wara (1873), il-Qriema li kienu jabitaw qrib l-istawa ta’ San Sebastjan, urew ix-xewqa li jibnu knisja ġdida sabiex taqdi l-ħtiġijiet spiritwali tagħhom. F’Mejju 1873, Michaelangelo Azzopardi ressaq rikors il-Kurja, sabiex jibni knisja ġdida. Il-Kappillan Dun Alwiġ Ellul kien ikkonsenta fuq erba’ kundizzjonijiet, fosthom li l-knisja tkun iddedikata lil San Sebastjan Martri. Is-sena ta’ wara (1874) saru l-kuntratti għall-akkwist tal-art li fuqha kellha tinbena din il-knisja6. Il-bini talknisja, fuq pjanta tal-Perit Borg, jidher li ma bediex mill-ewwel. Il-faqar perenni7 u n-nuqqas ta’ flus fl-idejn, wassal sabiex ix-xogħol jimxi bil-mod ħafna. Barra l-ġbir, kienu jsiru wkoll attivitajiet bħal tombli b’risq dan il-proġett. Waħda minn dawn ittombli saret nhar l-14 ta’ Settembru 1890, fi Pjazza San Franġisk8. Waqt li kien għaddej ix-xogħol fuq il-bini, il-Qriema bdew jaħsbu wkoll fuq it-tiżjin intern. Fl-1888 wasal il-kwadru li jirrappreżenta lil Kristu Redentur, waqt li s-sena ta’ wara wasal it-titular. Dawn iż-żewġ pitturi huma xogħol l-artist Żebbuġi Lazzaro Pisani. Fl-istess żmien, il-familja Gulia kienet irregalat pittura li turi l-Madonna tarRużarju, xogħol li nġib minn Napli9. Il-knisja, għalkemm mhux kompletament lesta, kienet imbierka nhar id-9 ta’ Marzu 1890 u saret sagramentali tliet snin wara (14 ta’ Lulju 1893)10. Fl-1894, ilprokuratur ta’ din il-knisja ħaseb li jorganizza l-ewwel festa f ’ġieħ San Sebastjan11. Għal din l-ewwel festa, din il-knisja filjali kienet mixgħula b’diversi tazzi taż-żejt, waqt li l-Banda San Ġorġ Martri kienet tellgħet programm12. Fis-sena 1918, din ilkappella saret viċi-parroċċa. Nhar il-25 t’Ottubru 1935 din il-knisja saret parroċċa, bit-territorju tagħha jkun dak dilenijat fis-sena 1918. 5 Diskors minn V. Peresso li sar nhar l-24 ta’ Mejju 2015 fl-okkażjoni ta’ Jum Ħal Qormi u riprodott fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, 19.ii.2018 6 Peresso V., Kuntratti u dokumenti dwar il-Knisja ż-Żgħira, Rivista Sliem u Ħajja, Ħarġa 217 (Parroċċa San Sebastjan). 7 Bugeja, J A, Għall-Mużika, Għal Beltna, Għal Artna, 8. 8 Risorgimento, 25.vii.1890. 9 Grima J.F, Minn Ġrajjet Parroċċa Maltija, San Ġorġ ta’ Ħal Qormi, 1400-2003; 100. 10 Ibid. 11 La Gazzetta di Malta, 24.i.1894. 12 Malta Tagħna, 27.i.1894

Festa San Ġorġ 2018

87


88

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Festa San Ġorġ 2018

89


Nixtiequ nifirħu liż-żewġ soċjetajiet mużikali tal-parroċċa tagħna, il-Banda San Ġorġ Martri u l-Banda Anici, li rispettivament għalqu 125 sena u 30 sena mit-twaqqif tagħhom. Nifirħulhom u nawgurawlhom aktar suċċessi fil-ħidma tant importanti flattivitajiet li bihom jikkumplementaw l-attivitajiet esterni li jsiru minn żmien għal żmien fil-parroċċa tagħna.

Nixtiequ nifirħu lit-tim tal-futbol li qed jirrappreżenta lir-raħal tagħna fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, li issa ġie promoss għall-‘Premiere Division’. Wara tant sagrifiċċji, it-tim kollu flimkien mad-diriġenti kollha tiegħu, irnexxielu jagħmel pass kbir ieħor ’il fuq. Nawgurawlhom ilkoll kull suċċess fil-pass li jmiss is-sena d-dieħla. Prosit!

90

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


L-Imħażen tal-Armar... Postijiet tadDivertiment jew Skejjel tas-Snajja’? Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.

Insellmilkom għeżież Qriema u qarrejja ta’ din il-pubblikazzjoni annwali u nawguralkom minn issa l-isbaħ xewqat fil-festa tal-Patrun tagħna San Ġorġ Martri. Bħal snin oħra, il-Qriema jinsabu ppreparati sa snienhom sabiex jerġgħu jagħtu glorja lil Alla l-Imbierek u ġieħ lill-Imitatur Ewlieni ta’ Kristu Irxoxt, filwaqt illi jimlew it-toroq blisbaħ armar, bl-isbaħ marċi u s-smewwiet bl-isbaħ nar u l-blalen tal-kulur. Dan apparti l-ġmiel ta’ tempju, li aktar tistħajlek dħalt f ’wieħed mill-aqwa Katidrali meta jkun armat kif jarmawh il-Qriema! Meta kont qed naħseb x’se nikteb għal din il-pubblikazzjoni għaddieli ħsieb minn moħħi, u meta bdejt naħseb dwar l-armar, komplejt nikkonferma dak il-ħsieb illi nibet. Diversi drabi nisimgħu d-diskors dwar kif il-każini tal-baned illum saru skejjel tal-mużika fl-irħula tagħna l-Maltin u l-Għawdxin, u skejjel illi jgħallmu lil ulied issoċjetà Maltija senza interessi. U hekk hu! Bosta mill-mużiċisti bravi li llum niftaħru bihom f ’pajjiżna u barra minn artna, tgħallmu l-ewwel nota f ’każin tal-banda; bosta mill-vuċijiet solisti li għandna, bdew minn xi kor parrokkjali. L-importanti li qatt ma tikbrilna rasna l-aħwa u qatt ma naħsbu li lħaqna xi ħaġa! L-importanti li dejjem inżommu saqajna mal-art u nkunu umli... wara kollox, kull talent illi għandna ma kienx ikun għandna li kieku mhux għax il-Ħallieq żergħu fina biex permezz tiegħu nimxu ’l quddiem aħna u ngħinu lill-oħrajn. Intant, lura għas-suġġett tagħna. Bħall-każini tal-banda, skejjel tal-mużika fl-irħula u l-ibliet tagħna, hemm l-imħażen tal-armar. Lil hinn mill-ismijiet kultant bombastiċi ta’ “Dar l-Armar” jew “Palazz Santa Filomena” (għax f ’pajjiżna mkien ma niċċelebraw dik il-festa) — simbolu wkoll ta’ Mediterranjetà u kumpless ta’ superjorità sabiex nuru li “tagħna l-ikbar” u “tagħna l-aqwa” — l-imħażen tal-armar tagħna jibqgħu mħażen; diversi drabi garaxxijiet li minn barra lanqas tintebaħ xi jkun hemm fihom, imma fihom isir ħafna ħafna xogħol u tagħlim volontarju sabiex l-imsieraħ u t-toroq ta’ pajjiżna jiddandnu b’dak illi jkun sar fihom matul is-sena. ikompli f’paġna 95 Festa San Ġorġ 2018

91


92

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Festa San Ġorġ 2018

93


Postijiet tad-Divertiment Min jaf kemm iltaqgħu nies u żgħażagħ u saru ħbieb permezz tal-maħżen. L-għan tagħhom mhux neċessarjament ikun illi jkabbru l-armar jew il-festa, meta jibdew jiltaqgħu. Biżżejjed ikollok wieħed mill-grupp: “u ejja ħa nidħku daħka flimkien” jew “tajjeb, is-Sibt filgħaxija qabel immorru Paceville niltaqgħu l-maħżen (jew il-każin)”. U ż-żgħażagħ jibdew jiltaqgħu, kelma ġġib lill-oħra mal-membri u bla ma jrid, wieħed jibda jħossu komdu li jattendi. Nistqarr magħkom dan l-episodju li llum iġibli tbissima, imma lura fl-2006, l-ewwel darba li marti (dak iż-żmien għarusti) niżlet Birżebbuġa, ftehimt magħha biex tiġi l-maħżen. Tajtha xi direzzjonijiet u miskina damet tfittex! Mank mort niltaqa’ magħha! Madankollu, u hawn inpoġġi din id-domanda, mhux biss għall-kuntest Qormi Ġorġjan, imma għal pajjiżna kollu: verament illi l-bieb tal-maħżen inħalluh fiżikament miftuħ; imma nħalluh miftuħ verament għal kull min irid jiġi? Diversi drabi nisimgħu t-tgergir illi m’għandniex nies biex jgħinuna matul is-sena, u għalkemm jiżdiedu daqsxejn meta jibda dieħel iż-żmien għall-festa, xorta waħda għall-proporzjon tal-lokalità, ikunu ftit individwi li lesti jiddedikaw il-ħin għall-volontarjat u għalhekk għal-lokal. Imma, x’nistgħu nagħmlu? Fil-każ tiegħi żgur m’għandix xi ngerger, għax kont għadni lanqas noqgħod hawn u l-Qriema mill-ewwel ġegħluni nħossni komdu magħhom; tant illi llum nifformaw parti minn Radju Leħen il-Belt Ġorġjana. Imma bħala dilettanti talarmar fi rħula u bliet differenti, qegħdin naġixxu hekk? Inħossuna komdi f ’comfort zone billi ngħidu “min irid jiġi, il-bieb miftuħ”, imma meta niġu biex nitkellmu, irid isir kollox kif tgħid persuna waħda jew l-iktar, l-iktar, tnejn, u min jogħġbu jibqa’, u min ma jogħġbux, jitlaq? Food for Thought hux? Skejjel tas-Snajja’ Minn esperjenza personali, kien permezz tal-maħżen tal-armar illi tgħallimt naħdem il-liedna... għall-bidu iktar kienet tkun qisha siġra fil-ħarifa, imma llum il-ġurnata avvanzajna ftit. Kien permezz tal-maħżen tal-armar illi tgħallimt nixkatla u neħħejt ilbiżgħa li naqbad labra b’idi u nwaħħal xi affarijiet żgħar, bħal ngħidu aħna xi anella jew insewwi xi patalott li jkun tqatta’ bir-riħ. Issa dawn affarijiet żgħar ħdejn ix-xogħol l-ieħor illi jsir! Għalkemm mhix l-ewwel darba li ħdimt fil-midja, għax f ’żgħożiti kont ġurnalista, kien bis-saħħa ta’ Radju Leħen il-Belt Ġorġjana li tgħallimt noħroġ programm mingħajr ma niġi bżonn l-għajnuna, bħalma tgħallimt nirrekordja programm jew noħroġ programm dirett bil-mużika fl-isfond. Tkellimt ma’ marti Marouska wkoll: Meta kont żgħira konna narmaw biċċa liedna mal-gallerija, kien ħadimhielna ħabib ta’ missieri. Meta bdejt nara lilek taħdimha, għamilt il-kuraġġ, u llum il-ġurnata, 94

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


napprezza iktar, għalkemm ħaditilna l-ħin biex għamilnieha, illi meta tasal il-festa ta’ San Ġorġ, mal-faċċata nara l-liedna li ħdimna aħna. Iltqajt ma’ George Spiteri, illum sfumatur rinomat f ’pajjiżna. Ma jaħdimx xogħol ta’ sfumar f ’Ħal Qormi biss. “Il-maħżen dejjem għamiltha ma’ nies ikbar minni” qalli. “Fis-sena 2017 għalaqt għaxar snin ninżel il-maħżen”. Flimkien ma’ Thomas Barry, George jieħu ħsieb l-idea oriġinali li ta’ kull ġimgħa tittella’ fuq il-paġna tal-Kumitat Festi Esterni r-rokna “Minn Idejn id-Dilettant”. Nippreferi kieku ssemmiet “Minn Idejn il-Professjonista” għax il-Qriema Ġorġjani Professuri u mhux Dilettanti tal-Armar! Ir-rokna nfisha tlaqqagħna ma’ persuni li jgħinu fil-ħidma tal-Kumitat Festi Esterni. Dwar kif beda jisfuma, George qalli: Kienu ħeġġewni Justin Zahra u Victor Cilia. Fil-bidu kien urieni ftit Chris Mifsud (ittewmi) imbagħad wara għamilt tnax-il bandalora viċin il-każin tal-Banda San Ġorġ Martri. Wara bdejt nieħu t-tagħlim għand Kurt Friggieri, imma iva, mill-maħżen bdejt. Iltqajt ma’ Victor Cilia u missieru Michael ukoll. Victor qalli li meta kien għadu iżgħar kienu bdew jiġbru 50 ċenteżmu mingħand il-Ġorġjani li joqogħdu fi Triq it-Tensila u Triq il-Ħabbież. Bdejna bil-liedna, imbaghad il-pavaljuni u l-bandalori, u fl-1997 żanżanna l-istatwa tal-Patrun. Fis-sena 2000, Pawlu Sammut avviċinani biex nidħol fil-Kumitat u aċċettajt. Michael u Victor qaluli li dak iż-żmien bdew jirranġaw il-maħżen, irrestawraw il-ġebla u tneħħa l-kisi u l-ġir. Saru wkoll sistemi ta’ dawl u ilma ġodda. Dak iż-żmien kienet twaqqfet ukoll Sezzjoni Żgħażagħ, b’Victor Cilia jkun ir-rappreżentant tagħha filKumitat Ċentrali. Maż-żmien konna norganizzaw ħafna attivitajiet. Bdejt ninteressa ruħi fir-restawr tal-armar billi kont ngħin fil-brix taż-żebgħa u niżbogħ mill-ġdid. Victor isellem lil ommu li għallmitu jibda jħit ukoll, u b’hekk beda jgħin fil-ħjata tal-bandalori u l-pavaljuni.Għalkemm hawn min jgħidlek illi huwa ħela ta’ ħin, ix-xogħol volontarju għalija huwa ħin il-mistrieħ. Inħeġġeġ aktar nies jersqu lejn il-maħżen. Hawn titgħallmu xi sengħa.Jien bħal ħafna żgħażagħ tgħallimt ħafna affarijiet illi qatt ma ħsibt li stajt nitgħallem. It-Triq ’il Quddiem Illum il-kultura f ’pajjiżna hija apprezzata iktar minn meta kont tfajjel jien. Illum jeżistu anke skemi li wieħed jista’ japplika għalihom. Min jaf kieku parti mill-imħażen tal-armar tkun irranġata b’mod li tkun tista’ tilqa’ fiha żjajjar mit-tfal tal-iskejjel tal-lokal? Tkun waħda miż-żjajjar edukattivi, fil-qafas tar-riforma ta’ Tagħlim Formattiv u Għarfien Kulturali, li l-istudenti jkollhom darba kull term. Għal żjajjar bħal dawn, jistgħu jilqgħu lill-istudenti xi membri tal-għaqdiet tal-armar li jkunu irtiraw mix-xogħol normali ikompli f’paġna 97 Festa San Ġorġ 2018

95


96

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


tagħhom u għalhekk ikollhom il-ħin x’joffru lil dawn it-tfal. Waqt dawn iż-żjajjar, it-tfal ikunu esposti għal dak illi jsir, u għaliex le, jingħataw iċ-ċans illi jmiddu jdejhom ukoll. Naturalment hija fir-responsabbiltà tal-membri tal-għaqda tal-armar illi jassiguraw rispett sħiħ lejn is-saħħa u s-sigurtà ta’ kull tifel u tifla. Hekk nistgħu dejjem inħarsu ’l quddiem għax nemmnu li warajna se jkun hemm min ikompli; għax jekk minn mitt student jitħajru jibdew jattendu l-maħżen tlieta, hemm tlieta li għada pitgħada jkunu kapaċi jmexxu huma l-armar estern f ’jiem il-festi tal-patrun. Ovvjament, dan issuġġeriment jista’ jkun attwat minn dawk il-lokalitajiet illi jaħdmu l-armar huma, bħal hawnhekk; għax b’hekk l-istudenti jaraw ix-xogħol illi jkun qed isir. Min jixtri l-armar mingħand ħaddieħor jew anke second hand ma jistax joffri dawn il-lezzjonijiet. Wasalt sabiex intemm din il-kitba tiegħi. Nieħu l-opportunità sabiex nirringrazzja lillKumitat Festi Esterni tal-festa sabiħa li bil-għajnuna tagħhom tellajna fil-kappella ta’ San Ġorġ Martri f ’Birżebbuġa, nhar is-Sibt 12 ta’ Mejju. Grazzi u Prosit mill-qalb! Billi diġà awgurajt il-festa t-tajba, nawgura minn qalbi lil dan il-Kumitat, l-ewwel taxxorta tiegħu f ’pajjiżna, illi jinsab fuq l-għatba ta’ għeluq il-mitt sena mit-twaqqif tiegħu, kumitat illi dejjem kiteb l-istorja u kien katalist għall-bidla ’l quddiem fil-mod talorganizzazzjoni tal-festi f ’pajjiżna, u protagonist mhux biss fuq il-livell lokali tal-festa Ġorġjana Qormija, imma l-eżempju għal bosta rħula u bliet oħra. Viva San Ġorġ ta’ Ħal Qormi; Viva Ħal Qormi ta’ San Ġorġ!

Festa San Ġorġ 2018

97


Il-Festa ta’ San Ġorġ ... Dari w Illum Kav. Carmel Bianchi KGO

98

Dawk li mżejna b’età kbira żgur jiftakru f ’xi drawwiet għall-festa, San Ġorġ ta’ dari illum raw wisq tibdiliet.

Il-vara ta’ San Ġorġ tagħna tistħajjilha ġo xi ġnien bil-bukketti mdawrin magħha b’dawk il-ward ta’ bosta lwien.

Kif San Ġorġ jfeġġ f ’bieb il-knisja tisma’ ħafna taqbiliet, kliem sabiħ kollu foħrija ikantaw anke innijiet.

Kien hemm min bis-sempreviva fuq it-tafal imwaħħlin mal-bukketti jżidu l-bozoz xi sbuħija mixgħulin.

Ma rridx ninsa r-raġġiera kollha deheb b’disinn sabiħ, l-antika kienet fqira kulm’għandu titpaxxa bih.

Tara wieħed, tinsa l-ieħor b’sengħa kbira magħmulin tgħid kemm hawn nies sew kapaċi jagħmlu xogħolhom ta’ mgħallmin.

Anke l-palma f ’idejn Ġorġi deheb mastizz tal-lum naraw imżejna wkoll bi tlett kuruni li l-Qormin minn qalbhom taw.

L-murtali tal-ġelatina ħafna ħosshom qawwijin illum m’għadekx tisma’ bihom kienu jwerwru liċ-ċkejknin.

Fuq il-mensoli bilqiegħda erba’ puttini sew sbieħ il-pedestall dawn iżejnu ġmiel ta’ dehra bihom fih.

Rajt ħafna mid-dilettanti nies kapaċi jaħdmu n-nar jaħarqulek dawk il-maskli mhux minn kanen kbar jew żgħar.

Fuq kull ras l-erba’ puttini kienu jpoġġu kuruna tal-ward sabiex fil-festa dehrithom dawn juruna.

L-irġiel bil-kpiepel tat-tiben jew beritta b’xi pezz kbir, dawk għalihom l-aqwa moda u l-qliezet bit-tixmir. Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


M’għadekx tara rġiel bis-sdieri wisq puliti tas-satin, b’katina tal-fidda mdendla b’arloġġ magħha juri l-ħin.

Sew niftakar il-kukkardi ferm bis-sengħa meħjutin, fin-nofs b’santa b’San Ġorġ fuqha mal-qomos dawn mehmużin.

Mur ara t-tfajliet bl-għonnella bħalma n-nisa dakinhar x’differenza ż-żmien ta’ dari inbiddlin għat-tfal u l-kbar.

Tajjeb li nsemmi l-imkatar tal-ħarir jew tas-satin, stampat fuqhom San Ġorġ Martri m’għonq iż-żgħażagħ marbutin.

Lanqas ġmiel ta’ barbazzali m’għonq in-nisa milbusin, f ’idhom brazzuletti, ċpiepet, imsielet, ċrieket mhux ħażin.

F’ċestin kienu jbigħu l-beġis ittihom sold, waħda jagħtuk, ritratt ta’ San Ġorġ din turi biha kburi dawn jagħmluk.

Kont taħsibhom xi vetrina juru d-deheb li kien maħżun biex jiddandnu bih fil-festa ta’ San Ġorġ il-kbir patrun.

Kemm sunetti w poeżiji w anke ġmiel ta’ innijiet fuq drapp fin dawn jistampawhom iqassmuhom b’tifkiriet.

L-Kumitat Festi Esterni kemm ġarrew bil-karettun antarjoli u parangli ma’ dawn anke s-sellum.

‘Mbagħad xi ngħidu għax-xalata trakkijiet ħafna mżejnin bil-palm w anke bil-girlandi briju jagħmlu għalenin.

Ġita għall-Festa ta’ San Ġorġ f’Ragusa, Sqallija Il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri organizza ġita għal Ragusa fi Sqallija għar raba’ darba fejn fiha kien hemm kontinġent ta’ 50 ruħ. Il-ġita saret bejn is-26 u t-28 ta’ Mejju 2018.

Festa San Ġorġ 2018

99


100

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Ġorġi ta’ Lydda (LOD) - Charles Camilleri B’ħerqa kbira aħna l-Ġorġjani nkunu qed nistennew x-xahar sabiħ ta’ Ġunju li fih inkunu qed nistennew il-Festa Solenni f ’ġieħ il-Patrun Ewlieni tal-Belt Pinto, San Ġorġ Megalomartri. F’din is-sena Ħal-Qormi qed ifakkar il-27 5 Anniversarju minn meta l-Gran Mastru Pinto de Fonseca (Portugiż) għolla lil raħalna għall-ġieħ ta’ Belt, billi ppreżenta l-iskroll bid-digriet ta’ Città Pinto lillKappillan tal-Knisja ta’ San Ġorġ Martri. Dan l-unur għadna ngawduh sal-ġurnata tal-lum. Irridu niftakru wkoll li dan il-Gran Mastru kien jattendi wkoll għall-Festa ta’ San Ġorġ. Il-Qabar ta’ San Ġorġ – LYDDA (LOD) F’Novembru 2017, jiena kelli x-xorti li nżur l-Art Mqaddsa, fejn fl-aħħar jiem, flimkien mal-mara tiegħi Marthese, kellna x-xorti mmorru Lydda biex inżuru l-Knisja tal-Monasteru ta’ San Ġorġ Martri li huwa mmexxi mill-Ortodossi Griegi, u li fil-kripta hemm il-qabar tal-Patrun tagħna. Illum din il-Belt, li mill-1948 ’l hawn tawha l-isem ta’ LOD, hija qrib ħafna tal-Ajruport ta’ Ben Gurion, u tmur lura għat-tieni seklu Q.K.  Fi żmien il-ħakma Rumana, Lydda kien jisimha Diospolis. Fl-era Kristjana tissemma fl-Atti tal-Appostli 9:32-35, għax f’Lydda Pietru fejjaq lill-paralitiku Enea, qabel ma ġew għalih minn Ġaffa fejn wara mar ifejjaq lil Tabita.  Skont il-‘Passio’ ta’ San Ġorġ, dan il-qaddis popolari fl-Orjent spiċċa martri f’Nicomedia, imma ngħata l-mewt fuq għolja żgħira nhar il-Ġimgħa l-Kbira, bħala umiljazzjoni biex ifakkruh fil-mewt tan-Nazzarenu, fejn San Ġorġ imitah sa fuq il-post tal-kundanna.   Din ix-xena twassalna għal dik l-istrofa tal-Kurunella tal-Kan L. Mifsud Tommasi li jtenni: ‘Sabiex taħsad l-isbaħ Palma minn tal-Ġieħ, manigold jaħsadlek Rasek u għall-Ġenna Ttir Rebbieħ’ – 23 t’April 303. San Ġorġ Martri huwa wkoll popolari fit-tradizzjoni Musulmana, li fiha hu magħruf bħala “el-Khader’’.   ikompli f’paġna 102 Festa San Ġorġ 2018

101


Fl-epoka Biżantina, Lydda saret belt Kristjana u kienet famuża billi fiha kien meqjum il-Qabar ta’ San Ġorġ Martri. F’dak iż-żmien il-Belt saret magħrufa bħala ‘Georgiopolis’. Wara l-invażjoni Musulmana tal-Palestina fis-sena 638, Lydda saret il-belt kapitali tar-reġjun tal-Palestina, sakemm il-Kapitali ġiet trasferita fil-belt viċina ta’ Ramleh. Fl-epoka tal-Kruċjati, Lydda saret belt importanti u djoċesi. It-Tirann Saladin rebaħ il-belt fl-1187, imma l-Kruċjati reġgħu akkwistawha fl-1191.  Kien ir-Re ‘Richard the Lionheart’ li ta importanza lill-belt ta’ Lydda, minħabba li kellha rabta mal-post tradizzjonali tal-Martirju ta’ San Ġorġ - Patrun tal-Ingilterra.   Il-Knisja li naraw illum kienet inbniet mill-ġdid fl-1870 u hi proprjetà tal-monaċi Griegi Ortodossi.  Inbniet fuq fdalijiet tal-Bażilka Biżantina tas-Seklu 4. Maġenbha, u fuq l-istess fdalijiet Biżantini, insibu l-Moskea ta’ ‘el-Khader’ li hija ddedikata lil San Ġorġ Martri fuq ordni tal-ħakma Ottomana. Kien lejn it-tmiem tas-seklu 19 li l-Patrijarkat Grieg Ortodoss ta’ Ġerusalemm irċieva l-permess mill-awtoritajiet Ottomani biex jibni l-Knisja. Il-Knisja tokkupa l-parti tat-Tramuntana tan-navata tal-knisja Biżantina, li minnha għadhom weqfin żewġ absidi, li jħarsu lejn itTramuntana, u mhux lejn il-Lvant.  Tajjeb li niftakru wkoll li l-absidi KOLLHA li għadhom jeżistu fl-art Mqaddsa huma kollha jħarsu lejn it-Tramuntana. Jiena dan rajtu b’għajnejja stess. L-awtoritajiet Ottomani riedu li maġenb il-Knisja tinbena Moskea, li fiha għad hemm il-fdalijiet ta’ kolonna li darba kienet fin-navata talBażilka. Jiena kelli x-xorti nidħol fiha u hemmhekk ilmaħt inkwatru kbir bix-xbieha ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel.  Minkejja li aħna kattoliċi xorta laqgħuna fil-Moskea. Ferħu bina meta għidnilhom li aħna devoti ta’ San Ġorġ. Fil-Knisja eżistenti ta’ San Ġorġ Martri, kif għidt diġà, hemm kripta li fiha nsibu l-Qabar ta’ San Ġorġ bil-wiċċ tal-irħam, li skont it-tradizzjoni antika ferm ilpellegrini jqimu fih il-fdalijiet tal-Kbir Martri San Ġorġ.  Ħaġa tal-iskantament hija li fl-irħam fin li hemm f ’wiċċ il-qabar, insibu lil San Ġorġ skolpit bi sfond fond bi skop. Fir-ritratt li qed nuru jidher li hemm xebh kbir bejn din l-iskultura u l-Istatwa Titulari ta’ San Ġorġ tagħna.  Żgur li ma hemmx ikkuppjar ta’ dawn iż-żewġ xbihat, għaliex filwaqt li San Ġorġ kien skolpit mill-Qormi Pietru Feliċi u tlesta fl-1741, l-imsemmi skultur żgur li ma kienx jaf fejn hija LYDDA, u daqstant ieħor l-iskultur ta’ fuq il-Qabar ta’ Ġorġi ma’ kienx jaf li teżisti Malta, aħseb u ara l-Knisja tagħna. Tgħid San Ġorġ kien kuntent b’dawn iż-żewġ xbihat?  Il-Qabar ta’ San Ġorġ iżuruh ħafna pellegrini; infatti dawk li jorganizzaw il-pellegrinaġġi/ġiti għall-Art Mqaddsa, ħafna minnhom meta jirfsu l-Belt Kapitali Tel Aviv, l-ewwel żjara li jagħmlu tkun dik fuq il-Qabar tal-Patrun tagħna San Ġorġ, imbagħad jerħulha lejn l-Art Mqaddsa. 102

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


Il-Festa ta’ San Ġorġ Tajjeb li ngħidu wkoll li f ’Lydda (LOD) jiċċelebraw darbtejn il-Festa ta’ San Ġorġ, dik tat-23 t’April – Jum Liturġiku Solenni, u fis-16 ta’ Novembru. Meta t-23 t’April jaħbat mal-Ottava tal-Għid Ortodoss, jiċċelebrawh fis-6 ta’ Mejju. Fil-festa ta’ Novembru jsiru ċelebrazzjonijiet kbar b’numru ta’ baned u purċissjoni.  Il-Liturġija Ortodossa li tiġi ċċelebrata mill-Patrijarka tal-Art Mqaddsa, jattendu għaliha ħafna devoti ta’ San Ġorġ fejn ir-rit tat-Tqarbin isir b’żewġ speċi, l-ewwel waħda titqassam biċċa ħobż żgħira (kwadra) lill-ġemgħa miġbura, imbagħad it-Tqarbin isir billi ċ-ċelebrant jitma lil min jitqarben b’kuċċarina mill-pissidi b’devozzjoni.  Dakinhar tal-Festa, wiċċ il-qabar ta’ San Ġorġ jimtela biż-żejt imbierek, biex il-pellegrini jieħdu minnu u jidilku l-morda bih. Jiena meta mort ukoll ċappast maktur b’dan iż-żejt u ippreservajtu b’tifkira. Biex tieħdu stampa ta’ din il-Festa, idħlu fuq is-sit ‘youtube’ u iktbu ‘Feast of St. George in Lod’.   Taħt il-Ħarsien ta’ San Ġorġ Ħaġa tal-iskantament f ’din il-Belt il-maġġoranza tal-abitanti huma Musulmani, u l-bqija Lhud.  Minkejja l-faqar f ’din il-Belt, li tinnutah mal-wasla, tirrenja s-serenità u l-paċi fost l-abitanti. Joħroġ ċar daqs il-kristall li San Ġorġ jgħaqqad il-popli.   Xhieda ta’ dan li qed nikteb hemm filmati fil-‘youtube’ li juru l-għaqda sħiħa li teżisti bejn iż-żgħażagħ fl-iskola fejn jattendu u li huma Musulmani, Palestinjani u Lhud. Uħud mill-għalliema tagħhom huma Lhud ukoll.  Dawn ilkoll flimkien itellgħu Festival bit-tema ‘Flimkien ngħixu fil-paċi’ u li għalih jattendu l-ġenituri tażżgħażagħ u l-pubbliku inġenerali. Fl-istess Festival itellgħu wirjiet u proġetti li fihom ikunu involuti dawn iż-żgħażagħ.   Min isegwi l-filmati jinduna bl-għaqda u s-serenità li teżisti bejniethom. Aktar minn hekk huma ġirien ta’ xulxin u jgħixu flimkien mingħajr Il-Qabar ta’ San Ġorġ Martri, mimli biż-żejt inkwiet. L-istess ambjent ta’ biex jitqassam lil kull min iżuru serenità u tranwkillità jinħass

ikompli f paġna 104

Festa San Ġorġ 2018

103


f ’Emmaws, fejn waqt il-pellegrinaġġ żorna l-post u l-knisja. Aħna u mexjin lejn dan il-post kien hemm ħemda u kwiet. Is-serenità kienet tinħass sew. Tajjeb li ngħid li din il-komunità hija komposta minn familji Musulmani, għajr għal familja WAĦDA biss, li hija nisranija.   Jiena li esperjenzajt din iż-żjara fuq il-qabar San Ġorġ Martri, inħoss aktar minn qatt qabel id-devozzjoni lejn dan il-Martri kbir xhud ta’ Sidna Ġesù Kristu. Malli ħriġt minn hemm domt madwar sagħtejn inħoss wiċċi qisu ħa xi   xemxata, bqajt hekk sakemm erġajt wasalt Ġerusalemm. Nirrakkomanda li tagħmlu appuntament għal żjara bħal din għax żgur tħossukom qrib ta’ San Ġorġ Martri. Tgħid il-Kumitat Festi Esterni għad jorganizza xi ġita għal Lydda f’nofs Novembru għall-festa ta’ San Ġorg? Nieħu din l-okkażjoni biex lilek, li bil-paċenzja qrajt din il-kitba tiegħi, minn qalbi nawguralek il-Festa t-Tajba. VIVA SAN ĠORĠ MEGALOMARTRI – Patrun tal-Belt Pinto

Ħbieb tal-Festa Ġorġjana Il-Kumitat Festi Esterni ħoloq skema ta’ sħubija għall-irġiel, nisa u żgħażagħ li għandom għal qalbhom il-Festa ta’ San Ġorġ Martri. Din is-sħubija tiswa €10 u tista’ tiġġedded kull sena. Dawk li jissieħbu f’din l-iskema jingħataw kalendarju u ktieb annwali tal-Festa. B’din l-iskema nkunu qed insaħħu l-operat tal-kumitat biex b’dawn il-fondi jkompli jaħdem biex ikabbar u jsebbaħ il-festa l-aktar fil-qasam tal-armar. Għal aktar informazzjoni avviċinaw membru tal-Kumitat jew staqsu fil-maħżen tal-armar 104

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


San Ġorġ f ’xi Brevjarji tal-Ġermanja (L-ewwel parti) - Dun Ġużepp Gauci Daħla Il-Brevjarju (mil-Latin ‘brevis’, li tfisser ‘ġabra fil-qosor’) hu ktieb liturġiku talKnisja Kattolika li fih it-talb, l-innijiet, is-Salmi, il-qari u notazzjonijiet oħra biex jintużaw kuljum, l-aktar mill-Isqfijiet, saċerdoti u djakni fl-Uffiċċju Divin, jiġifieri fis-Sigħat Kanoniċi jew fil-Liturġija tas-Sigħat, li hi t-talba ta’ kuljum tal-Insara. Il-kelma ‘Brevjar’ tintuża wkoll biex tfisser il-ġabra ta’ talb u qari kif jinsabu fiċċelebrazzjonijiet Anglikani u Luterani, kif ukoll f ’xi denominazzjonijiet Insara oħra. Fl-antik, kważi kull Djoċesi u kull Ordni Reliġjuż kien ikollhom il-Brevjarju partikulari taghhom. Diġà tajt tagħrif dwar il-“Brevjarju” fil-ħarġa ta’ dan il-ktieb tal-Festi ta’ San Ġorġ tal-aħħar sentejn. F’dan l-artiklu tiegħi għall-Festi ta’ din issena 2018, qed inkompli dwar il-Brevjarji: naturalment dwar dak li nsibu għal Jum San Ġorġ, it-23 ta’ April, f ’xi brevjarji antiki ta’ djoċesijiet tal-Ġermanja. Dan ittagħrif għandu jkompli jsaħħaħ fil-qarrejja kollha l-idea importanti dwar x’post kien jingħata l-Qaddis Patrun tagħna fil-Liturġija ta’ dawk id-Djoċesijiet. Il-Brevjarju ta’ Halberstadt, Ġermanja (1515) Id-Djoċesi ta’ Halberstadt (bil-Latin: Dioecesis Halberstadensis), hi Sede Veskovili soppressa, tal-Knisja Kattolika fil-Ġermanja, li kienet tinsab fit-territorju ta’ llum tas-Sassonja-Anhalt. Id-Djoċesi, mit-Tramuntana, kienet tmiss ma’ dawk ta’ Verden u Havelberg, mil-Lvant ma’ dawk ta’ Brandeburg, Magdeburg u Merseburg, min-Nofsinhar mad-Djoċesi ta’ Naumburg u mal-Arċidjoċesi ta’ Magonza u mill-Punent mad-Djoċesi ta’ Hildesheim. Is-Sede Veskovili kienet fil-belt ta’ Halberstadt, fejn kien hemm ilKatidral iddedikat lil San Stiefnu u San Sistu. Mis-Seklu 13 it-territorju djoċesan ġie mqassam fi 13-il Arċidjakunat, li saru 37 sa tmiem il-15-il seklu. Hildegrim, Isqof ta’ Chàlons, hu meqjus mit-tradizzjoni bħala l-ewwel Isqof tadDjoċesi ta’ Halberstadt. Id-Djoċesi tissemma l-ewwel darba f ’dokument tat-2 ta’ Settembru 814, li bih l-Imperatur Ludovico msejjaħ “il Pio” qiegħed lid-Djoċesi l-ġdida taħt il-ġurisdizzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Magonza. Bejn is-Sekli 10 u 11, il-belt ta’ Halberstadt kisbet aktar setgħat amministrattivi, sakemm twaqqaf ilprinċipat ekkleżjastiku taħt l-Isqof Ulrich (+1181). Il-Katidral attwali, ta’ stil ikompli f’paġna 107 Festa San Ġorġ 2018

105


106

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


Gotiku, ġie kkonsagrat fl-1491. Id-Djoċesi kellha diversi abbaziji li ġew soppressi jew sekularizzati matul ir-Riforma Protestanta. Il-Brevjarju ta’ din l-ex-Djoċesi jiċċelebra Jum San Ġorġ fit-23 ta’April, u minbarra l-lezzjonijiet u r-responsorji proprji tal-Matutin, fih ukoll żewġ innijiet proprji. L-ewwel Innu hu kif ġej: Martyr egregie Deo dilecte: ad te clamantium preces tuorum propicius exaudi: Sancte Georgi. Martri magħruf mogħġub minn Alla, isma’ t-talb ta’ dawk li huma tiegħek: O San Ġorġ. Tu per innumera mortis tormenta: triumpho nobili promeruisti martyrii militie signiferesse. Int għaddejt minn ħafna turmenti kbar: u minħabba r-rebħa tal-martirju tiegħek, kien jixraq li tkun il-mexxej tal-eżerċti. Vana iudicasti gaudia mundi & transitoria: dulcia vite memor Christi tui: mente liquisti. Int qist il-pjaċiri tad-dinja fiergħa u li jintemmu: kienet ħelwa għal ħajtek it-tifkira ta’ Kristu tiegħek: żammejtu dejjem f’moħħok. Unde pro meritis fulges in celis: ut inter sydera sol atque luna certus iam premij pro quo certasti. Għalhekk, minħabba dawn il-merti tiddi fis-sema: kif fis-sema hemm ix-xemx u l-qamar, hekk int żgur li diġà ksibt il-premju li għalih tqabadt. Ora pro famulis tibi devoti et coram iudice veniam posce ne nos in iudicio damnet extremo. Itlob għal dawk li huma devoti tiegħek u quddiem l-imħallef idħol għalihom biex ma jintilfux għal dejjem. Trinitati decus honor & virtus inseparabili: laus unitati consors imperium omne per seculum. Amen Lit-Trinità, Alla wieħed, tingħata qima u ġieħ: tifħir lil Alla li jmexxi kollox għal dejjem. Amen. It-tieni Innu hu dan li ġej: Ad celi regis curia: et ad celeste patriam migravit vir egregius: martyr dei Georgius. Lejn is-sema l-għamara tas-sultan: lejn pajjiżu fis-sema mar ir-raġel magħruf: il-martri ta’ Alla, Ġorġi. ikompli f’paġna 108 Festa San Ġorġ 2018

107


Leonis more prostravit viventes bestialitas super terram militavit: regnanti eternaliter. Kien suldat ta’ did-dinja, bħal iljun qawwi xejjen il-kefrija tal-bnedmin: mar isaltan għal dejjem. Bellavit his pro renatis: ense cinctus charitatis: clipeus gestas fidei: & galeam sancte spei. Tqabad kontra dawn b’riżq dawk li twieldu mill-ġdid: kien imħażżem bix-xabla talimħabba: kien iġorr it-tarka tal-fidi: u l-elmu tat-tama mqaddsa. Extricavit tunc idola: iste verus christicola: scandens per virtutum clipeum: est professus Deum vivum: Imbagħad farrak l-idoli: dan hu l-veru dixxiplu ta’ Kristu: ħaddem it-tarka tal-virtujiet: u stqarr lil Alla l-ħaj. O decus auctor omnium: in hoc paschali gaudio: per sanctorum suffragia: crescat nostra devotio. O awtur ta’ kull ġieħ: f’dan il-ferħ tal-Għid: għall-merti tal-qaddisin: agħmel li tikber il-qima tagħna. Gloria tibi Domine: da vires in certamine: Tifħir lilek, Mulej: wettaqna fit-taqbida. Quoniam surrexisti a mortuis: Għax int qomt mill-mewt: Nam bona cuncta tribuis. Amen. U tqassam l-ġid kollu tiegħek. Amen. Insibu wkoll dawn ir-Responsorji: Celorum opus tua in sancto Georgio considerantes virtutem... ideoque precamur ut apud clementiam tuam & exemplis eius adiuvenur & meritis alletemur. Aħna u nagħrfu l-qawwa tal-ħidma smewwija tiegħek f’San Ġorġ... nitolbu wkoll li għall-ħniena tiegħek nifirħu bil-merti u nissaħħu bl-eżempji tiegħu. Egregius Dei martyr Georgius in omnibus quae fecit per illum Dominus... quam quesivit sibi invenit coronam eternalem, quam repromisit Deus his qui diligunt illum: ideoque nos supplices deposcimus ut eius interventu gaudio in celis perfrui mereamus alleluia. 108

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


Il-martri magħruf ta’ Alla, Ġorġi, f’kulma għamel bih il-Mulej...sab il-kuruna dejjiema tal-glorja, li Alla wiegħed lil dawk li jħobbuh: u għalhekk nitolbu biex bl-interċessjoni tiegħu naslu li nithennew għal dejjem fil-ġenna, alleluja. Beatus Georgius in consilio impiorum non abiit: sed in lege domini voluntas eius fuit, alleluia. San Ġorġ ma qagħadx ifiitex il-parir tal-ħżiena: iżda ħawwel ir-rieda tiegħu fil-liġi talMulej, alleluja. Tempore illo christianorum maxima persecutio orta est & sanguis martyrum in circuitu dierum velut aqua effusus est. Inter eos beatus Georgius effulsit fidei puritate conspicuus. Alleluia. F’dak iż-żmien tqanqlet l-akbar persekuzzjoni kontra l-insara u d-demm tal-martri malmogħdija tal-jiem ċarċar bħal xmara. Fosthom San Ġorġ deher jiddi għas-safa tal-fidi tiegħu. Sanctus Georgius tormentorum videns genera diversa parari: constanter accessit. Et letus sustinuit supplicia mortis, alleluia, Erat enim Christo devotissimus: & ad celestia semper intentus. San Ġorġ lemaħ it-tħejjija ta’ diversi turmenti: ħejja ruħu bil-qawwa. U bil-ferħ laqa’ l-kundanna tal-mewt, alleluja. Kien iqim bil-kbir lil Kristu: u ħsibijietu kienu dejjem fis-sema. O beati viri Georgii sancta preconia: o inestimabilis dilectio charitatis. Qui cum seculi pompam contempsit: eterne vite coniunctus est, alleluia. Cui vivere christus fuit & mori lucrum. O tifħir imqaddes tal-qawwa ta’ san Ġorġ: o sbuħija bla qjies tal-imħabba. Li meta warrab il-ftaħir tad-dinja: ingħaqad mal-ħajja dejjiema, alleluja. Għalih li jgħix kien Kristu u li jmut, qligħ. In domo David pueri sui erexit Dominus cornu salutis: per viscera misericordie sue visitans sanctos suos: de quorum collegio beatus hodie Georgius gaudiis sociavit angelorum, alleluia. Il-Mulej waqqaf għalih qawwa ta’ salvazzjoni f’dar David qaddej tiegħu: mill-qalb ħanina tiegħu żar lill-qaddisin tiegħu: li fosthom illum mar isieħeb lil Ġorġi fil-ferħ tal-anġli, alleluja. Martyr sancte Dei nobis succurre Georgi ut placando Deum: memor esse velis miserorum: & sicut cunctas meruisti vincere penas intercedendo sic crimina nostra iubeto omnia deleri: christoque reconciliari: nos tecumque tuos fac semper vivere servos, alleluia. Qaddis Martri ta’ Alla, Ġorġi, għinna biex tikkalma l-korla ta’ Alla: fittex li tiftakar fl-imsejknin: u kif kien jixraqlek tirbaħ it-tiġrib kollu, hekk ukoll int u tinterċiedi għalina ikompli f’paġna 111 Festa San Ġorġ 2018

109


110

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


jirnexxilek tiksbilna l-maħfra ta’ dnubietna kollha: tirrikonċiljana ma’ Kristu: u agħmel li aħna qaddejja tiegħek, ngħixu miegħek għal dejjem, alleluja. Il-Lezzjonijiet huma meħudin mil-Legenda Aurea ta’ Jacopo da Voragine, kif diġà rajna fil-Brevjar ta’ Salzburg, Awstrija (1509), b’xi tibdil żgħir. (Breviarium Halberstadense, Numberge, Georgius Stuchs, 1515 – Originalis ex Austrian National Library). (Canonicarum horarum liber secundum ordinem Rubricae Ecclesiae Halberstaden. Ordinatus: studiosissime revisur, correctus et emendatus ad instar correctissimorum exemplarium collatus, Stuchs, 1515 – Originalis ex The Bavarian State Library). Il-Brevjarju tal-Monasteru ta’ Ottobeuren, Ġermanja (1754) L-Abbazija ta’ Ottobeuren, kienet imwaqqfa fis-sena 764 mill-Beatu Toto, qrib Memmingen, fil-Bavarja, u ġiet iddedikata lil San Alessandru Martri. Il-fundatur miet fis-sena 815 u San Ulric kien l-abbati tagħha fis-sena 972. Ftit ftit is-sitwazzjoni tagħha marret lura tant li fis-sekli 14 u 15, meta Johann Schedler kien l-abbati tagħha, ma kienx baqa’ ħlief tmien monaċi fiha. Taħt l-abbati Leonard Wiedemann (1508-46), bit-twaqqif ta’ stamperija u ta’ ċentru ta’ studji għall-Benedittini Swabi, bdiet miexja ’l quddiem. Bejn l-1711 u l-1725, l-Abbati Rupert bena l-monasteru li hemm illum u fl-1737 beda l-bini tal-Knisja li għad hemm sa llum. Fl-1834, ir-Re Lwiġi tal-Bavarja rrestawraha bħala monasteru Benedittin, dipendenti mill-abbazija ta’ S. Stiefnu ta’ Augsburg. Illum, il-komunità ta’ Ottobeuren hi responsabbli millparroċċa tal-post u tmexxi l-iskola tad-distrett u skola industrijali għas-subien fqar. Il-Brevjar li fih il-Festa Propria Sanctorum, kemm għall-Monasteru Imperjali ta’ Ottobeuren, kif ukoll għad-Djoċesi Awgustana, jiċċelebra Jum San Ġorġ fl-24 ta’ April fi grad Duplex u fl-erba’ lezzjonijiet tat-tieni Notturn tal-Matutin fih siltiet minn Sermo Sancti Justiniani Episcopi - Priedka ta’ San Ġustinjanu Isqof. Dan hu San Lawrenz Ġustinjani, l-ewwel Patrijarka ta’ Venezja, li għex bejn l-1381 u l-1456. Is-siltiet mill-Prietka tassew sabiħa tiegħu dwar San Ġorġ, kienu ġew approvati mis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti għall-Belt ta’ Verona fid-9 ta’ Mejju 1691 u għall-Bażilika San Giorgio Maggiore tal-Benedittini f’Venezja u għad-djoċesi Venezjana kollha, fit-18 ta’ Settembru 1706 (ara: “Die XXIII. Aprilis. In Festo S. Georgii Martyris: Lectiones pro secundo Nocturno” – 1706 – The Bavarian State Library – 2 pages). L-ewwel Lezzjoni, Lectio v, hi din: Georgius propugnator eximius, terrenae abrenuntiavit militiae, ut Christi Miles efficeretur egregius: facultates, quas habebat, dispersit pauperibus, ut divitias possideret in Caelo; suam quoque animam odivit in mundo, ut in vitam illam custodiret aeternam. Repererat pretiosam margaritam latitantem in agro, per quod distractis omnibus mercatus est eam. ikompli f’paġna 112 Festa San Ġorġ 2018

111


Dominum dixisse audierat: nisi quis renuntiaverit omnibus, quae possidet, non potest meus esse Discipulus: praetulit discipulatum Christi opibus, honoribus, voluptatibus, corpori, & temporali vitae: ideo intrepidus, armatus & nudus secutus est Christum. Non carceres, gladios, fustes, vincula, aculeos, tortores, ignem, tyrannos expavit, nec mortem: nudus nudum Christum attendebat in stipite, illius accendebatur exemplo, ejusque passionis doloribus angebatur. O beata mens Martyris, quae nec tribulatione, nec angustia, nec plagis, nec laboribus, nec praesentibus, nec futuris a Christu valuit separari. Ġorġi gwerrier magħruf, ċaħad l-eżerċtu tad-dinja, biex isir suldat qawwi ta’ Kristu: qassam il-ġid li kellu lill-foqra, biex jikseb il-għana fis-sema; kien ukoll jobgħod lil ħajtu fiddinja, biex iħarisha għall-ħajja dejjiema. Skopra ġawhra li tiswa ħafna moħbija fil-għalqa, u biegħ kulma kellu biex jixtriha. Sema’ lill-Mulej jgħid: jekk dak li jkun ma jiċhadx għal kollox, ma jistax ikun Dixxiplu tiegħi: qiegħed id-dixxipulat ta’ Kristu qabel il-ħidmiet, l-unuri, ix-xewqat, il-ġisem u l-ħajja li tintemm; b’hekk, bla biża’, armat u għeri, mexa wara Kristu. Għax la beża’ mill-ħabs, la mis-sjuf, la mill-bsaten, la mill-irbit, la millimsiemer, la mit-torturi, la min-nar, la mit-tiranni, lanqas mill-mewt: għeri waqt it-tbatija, waqqaf ħarstu fuq Kristu għeri, kien imkebbes bl-eżempju tiegħu, u xxennaq għat-tbatijiet tal-passjoni tiegħu. O moħħ hieni tal-Martri Ġorġi li la t-taħbit, la d-dwejjaq, la s-swat, la l-persekuzzjoni, la ż-żmien ta’ issa u la ta’ li ġej ma setgħu qatt jifirdu minn Kristu. It-tieni Lezzjoni, Lectio vj, hi din li ġejja: Vivebat in carne, & corde cum Christo jam pendebat in cruce, ideo dicebat Christo: Cruci confixus sum, vivo ego, jam non ego, vivit autem in me Christus. Longe excellentius Martyr sic mortuus vivebat in Christo. Vides, quam locuples talis sit mors, quae vitam cum Christo praestat aeternam: sic plane mortuus erat beatus Georgius vivens in Christo, mortuus quippe erat vitijs, mortuus erat saeculo, mortuus erat & sibi. Nisi taliter fuisset mortuus, minimie Christo vivere potuisset. An non mortuus erat saeculo, qui oblatas Dignitates & gaudia pro amore Christi, & spe aeternae mercedis repudiavit ut stercora? Nonne vitijs era defunctus, qui laboribus, abstitentia, paupertate, virtutibusque caeteris corpus quotidiana maceratione domabat? De talibus Pauli voce dicitur: qui autem sunt Christi, carnem suam crucifixere cum vitiis & concupiscentijs. Quomodo vero ipsi vixisse sanctus iste dicendus est, qui verbum Dei circumquaque disseminans, Christi gloriam audientium auribus insonabat? Quos valebat auferre diabolo, lucrabatur Christo. Magnanimitate namquae praecinctus, & Charitatis dono sussultus coram Regibus & terrae principibus Christum libera confitebatur voce. Kien jgħix fil-ġisem, u f’qalbu kien diġà mdendel ma’ Kristu fis-salib, għalhekk kien itenni lil Kristu: Twaħħalt mas-salib, ngħix jien, imma mhux jien, imma Kristu fija. Tassew hu Martri mill-aqwa għax hekk mejjet kien jgħix fi Kristu. Ara, kemm hi qligħ mewt bħal din, li toffri l-ħajja dejjiema ma’ Kristu: Ġorġi, hu u jgħix fi Kristu, kien mejjet, mejjet għall-vizzji, mejjet għad-dinja, mejjet ukoll għalih innifsu. Kieku ma kienx hekk mejjet, bilkemm kien jista’ jgħix għal Kristu. Forsi ma kienx mejjet għad-dinja, dak li warrab id-dinjitajiet u l-pjaċiri, għallimħabba ta’ Kristu, u bit-tama tal-ħlas dejjiemi warrabhom bħala knis? Forsi ma kienx 112

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


mejjet għall-vizzji, dak li bit-tbatijiet, biċ-ċaħdiet, bil-faqar u bil-bqija tal-virtujiet, kien dejjem jagħti ġismu bħala offerta ta’ kuljum? Dwar dan leħen Pawlu jgħid: dawk li huma ta’ Kristu, isallbu ġisimhom bil-vizzji u l-ġibdiet tiegħu. Kemm tassew, mela, nistgħu ngħidu li dan il-qaddis għex għalih (għal Kristu), li mhux ħlief kien jiżra’ madwaru l-kelma ta’ Alla u l-glorja ta’ Kristu kien isemma’ kullimkien?Dawk li rnexxielu jaħtaf minn taħt idejn ix-xitan, kien jaqla’ għal Kristu. Imħażżem, għalhekk, b’qalb kbira u mkebbes bid-don tal-imħabba b’leħen ħieles kien jistqarr lil Kristu quddiem Slaten u prinċpijiet tad-dinja, It-Tielet Lezzjoni, Lectio vij, hi kif ġej: Hinc factum est, ut carceri manciparetur, virgis & scorpionibus caederetur, lampadarum ustionibus cremaretur, laniaretur, torqueretur, perimeretur. In his, quoniam vivebat in Christo, se exhibebat ut mortuum. Nulla plane in illo querimoniae resonabat vox, nullus repugnandi motus. Tanquam bellator praecipuus arbitratus est, fore incongruum, ut patiente Rege, atque pro animarum occumbente salute ipse segniter viveret, & sine certaminis exercitatione deficeret: frequenter animo illud Evangelium revolvebat: majorem charitatem nemo habet, ut animam suam ponat quis pro amicis suis. Minħabba f’hekk ġara li ġie mixħut fil-ħabs, ġie msawwat bil-vireg u bil-ħadid iniggeż, ġie maħruq bit-torċi tan-nar, ġismu ġie mċarrat, imdawwar fir-rota, u maqtul. F’dan kollu, għax kien jgħix fi Kristu, kien juri ruħu mejjet. F’dan kollu ebda leħen li jistaqsi għaliex ma nstema’, ebda mġiba li tipprotesta. Ġab ruħu bħala gwerrier qawwi, ma riedx li ma jkunx jixbah lis-Sultan imġarrab, u b’riżq is-salvazzjoni tal-erwieħ ried jissagrifika ħajtu u mingħajr l-eżerċizzju tat-tbatija kien iħossu qed jonqos: spiss kien jiftakar f’dak li hemm fl-Evanġelju: m’hemmx imħabba akbar minn dik li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Ir-Raba’ Lezzjoni, Lectio viij, hi din: Quamobrem dilectionem, quam habebat ad Dominum, factis maluit ostendere, quam verbis. Redemptorem utique suum, non ingratus de munere, est imitatus in morte, de quo ait Propheta: sicut ovis ad occisionem ductus est, & tanquam agnus coram tondente se sine voce, sic non aperuit os suum. Obmutuit plane iste, & os suum nisi orando non aperuit, quatenus hostia Deo acceptabilis fieret, ne illi in longanimitate patientiae inveniretur dissimilis, qui in crucis perpessione supplicij eloquium nullum contradictionis emisit. Hinc gestum est, ut Domini sui, sicut socius existit paenae, ita particeps illius efficeretur gloriae, qui in coelesti regno cum Patre & Spiritu Sancto triumphat in saecula. Għalhekk hu ried juri bil-fatti, aktar milli bil-kliem, din l-imħabba li kellu għall-Mulej. Mhux ingrat lejn ir-rwol li messu, sar jixbah lill-Feddej tiegħu fil-mewt, kif qal il-Profeta: bħal ħaruf meħud għall-qatla, u bħal nagħġa mbikkma f’id min iġiżżha, ma fetaħx fommu. Tebaq fommu u xufftejh ma bexxaqx ħlief biex jitlob, ladarba ried jagħmel l-offerta togħġob ’l Alla, biex ma jmurx ma jkunx jixbah fil-kobor tas-sabar, lil dak li fit-tbatija tas-salib ma ħarġet minn fommu ebda kelma mhix f’postha. B’hekk ġara li filwaqt li sieħeb lill-Mulej tiegħu fit-tbatija, hekk ukoll sar sieħeb miegħu fil-glorja, li jittrijonfa għal dejjem fis-saltna smewwija mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu. Amen. ikompli f’paġna 114 Festa San Ġorġ 2018

113


(Festa Propria Sanctorum Lib. Exempti & Imperialis Monasterij Ottuburani necnon & Dioecesis Augustanae cum Supplemento Festorum recentiorum communium. Ottuburae, Typis Joannis Balthasari Wanckenmiller, Anno 1754. Originales ex The Bavarian State Library). Il-Brevjarju ta’ Speyer, Ġermanja (1762) Id-Djoċesi ta’ Speyer (Latin: Dioecesis Spirensis) hi djoċesi tal-Knisja Kattolika fil-Ġermanja. Tinsab fin-Nofsinhar tar-Rhineland Palatinate u tiġbor fiha wkoll id-distrett ta’ Saarpfalz, fil-Lvant ta’ Saarland. Is-sede tal-Isqof tinsab fil-belt ta’ Speyer. Fi tmiem is-sena 2006, 44.5 fil-mija tal-populazzjoni kienet Kattolika. Din id-Djoċesi hi waħda mill-eqdem tal-Ġermanja. L-ewwel darba li jissemma l-Isqof ta’ Speyer hu fis-sena 346. Id-Djoċesi ta’ Speyer kif hi llum kienet iffurmata fil-limiti ta’ dak li qabel kien ir-Rheinkreis Rjali Bavarjan, fl-1817. Fil-Brevjar ta’ din id-Djoċesi, Jum San Ġorġ hu ċċelebrat fit-23 ta’ April fi grad Duplex minus, u fil-Matutin insibu tliet lezzjonijiet proprji. Ir-raba’ Lezzjoni, Lectio IV, hi hekk: Georgius miles Diocletiano Imperatore, gente Cappadox, nobilium Christianorum parentum sanguine ortus, & ab infantia veram edoctus pietatem, ob generis splendorem, floridumque corporis decus, & robur, tribunus militum, deinde ob bellicam virtutem comes factus est. Cum vero jam vigesimo aetatis anno Imperatorem, Senatoresque plusquam barbaricae in Christianos saevitiae argueret, & idolis sacrificare nollet. Imperatoris sententia damnatus ad carcerem, vincula pertulit. Deinde vero antequam Martyrii certamen perficeret, supra naturae captum peracerbos sustinuit cruciatus. Ġorġi suldat tal-Imperatur Dijoklezjanu, imnissel mill-Kappadoċja, imrobbi minn familja ta’ demm nisrani nobbli, u mit-tfulija edukat fi spirtu tassew nisrani, minħabba s-sbuħija ta’ nislu, u l-qawwa u l-binja dekoruża ta’ ġismu, ġie maħtur tribun tas-suldati, biex imexxi l-kumpanija tal-gwerriera. Diġà ta’ għoxrin sena tkellem kontra l-Imperatur u s-Senaturi li kienu qed jaħqru lill-Insara, u ċaħad li joffri sagrifiċċju lill-idoli. B’sentenza tal-Imperatur ġie kkundannat għall-ħabs u laqa’ li jkun marbut. Imbagħad, qabel ma temm il-mixja tal-Martirju, għadda minn diversi torturi tal-għaġeb. Il-ħames lezzjoni tal-Matutin, Lectio V, hi hekk: Postera enim luce cum eductus constantissimum gereret animum machinae volubili, & immanem cuspidum seriem circum gyranti subjectus membratim discissus est. Sed cum Divinitus apparuisset incolumis, eodemque miraculo permota Imperatrix cum duobus praetoribus Christo accessisset, in foveam calcis recens extinctae conjectus est: unde post triduum etiam inoffensus exivit; tunc Diocletianus acrioribus saevitiae pèrcitus furiis, jussit ferreas & clavis exasperatas, ignitasque crepidas pedibus martyris induci, vapulantemque conjici in custodiam. Tota autem die ac nocte in DEI laudibus consumptis, cum educeretur, & necdum afflictum cerneret imperator, magno percussus 114

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


stupore & dolore repletus, nervis bubalis mandavit tam diu caedi, donec sanguis ubertim in terram difflueret. Il-jum ta’ wara deher aktar sod quddiem il-ħafna mezzi krudili, u s-serje ta’ turmenti li ġie mġiegħel jgħaddi minnhom bil-ħsieb li jiġi mkisser. Imma billi dejjem deher f’saħħtu bil-qawwa Divina, u b’dawn il-mirakli l-istess Imperatriċi u żewġ Preturi tqanqlu biex iduru lejn Kristu, ġie mixħut fil-kalkara tal-ġir: minn hemm wara tlett ijiem ħareġ bla ma ġralu xejn. Imbagħad Dijoklezjanu, kollu rabja, ordna li jingħata tbatijiet aqwa, li jintrabat fil-ħadid u jiġi mġiegħel jimxi fin-nar u li jintbagħat fil-ħabs. Hu għadda iljum u l-lejl kollu f’tifħir lil Alla, u meta nħareġ minn hemm u l-imperatur ma ra fih ebda sinjali ta’ tbatija, b’għaġeb kbir u kollu rabja, ordna li jiġi msawwat bil-bsaten tal-ħadid sakemm demmu kollu jċarċar ma’ l-art. Is-sitt lezzjoni, Lectio VI, tal-Matutin, hi din: Georgius autem, cum in tam acerba carnificina hilaritatem vultus nihil immutaret, & Imperator omnium divinorum miraculorum virtutem daemoniacis artibus adscriberet, accitus est artis magicae quidam peritissimus, qui sanctum vel magica victum potemtia obedire Imperatori cògeret. Vel medicamentis ex hac vita extruderet: verum ipsemet prius a Georgio Christianus factus est. Retrusus igitur sanctus martyr in carcerem multos ibidem signo salutiferae crucis sanavit aegros. Eductus autem, cum adversus Apoliinis idòlum, facta oratione eandem crucis formam expressisset, in terram collapsum est. Post hos, aliosque cum daemonibus, eorumque cultoribus gloriosos conflictus, mandante Diocletiano capite truncatus est, vigesimo tertio Aprilis. Iżda Ġorġi, f’dawn it-torturi kiefra kollha qatt ma bidel is-serenità ta’ ħarstu, u l-Imperatur stqarr li dawn il-mirakli divini kollha kienu ġejjin mill-qawwa tad-demonji, u għalhekk qabbad espert fl-arti tal-maġija biex iġiegħel lill-qaddis jobdi lill-Imperatur. Jew bil-maġija tiegħu jwarrbu minn din il-ħajja: imma ġara li qabel, dan kien sar nisrani bil-qawwa ta’ Ġorġi. Mixħut mill-ġdid fil-ħabs, il-martri fejjaq ħafna morda bil-qawwa salvifika tas-salib. Meta ġie meħud ħdejn l-idolu ta’ Apollo, hu għamel talba u bl-istess sinjal tas-salib, l-idolu tkisser fl-art. Wara dan it-taqbid glorjuż kollu kontra d-demonji u sħabhom, Dijoklezjanu ordna l-qtugħ ir-ras, fit-tlieta u għoxrin ta’ April. (Proprium Spirense in Festis Sanctorum ecclesiae et dioecesis Spirensis Paronorum authoritate Eminentissimi et Celsissimi Principis ac Domini D. Francisci Christophori, S.R.S. Presbyteri Cardinalis, Episcopi Spirensis, Principalis Ecclesiae Weissenburgensis Praepositi S.R.I. Principis, secundum formam Breviarii Romani et decreta S. Rituum Congregationis in gratiam et usum universi cleri Spirensis edictum, Anno Christi MDCCLXII. Bruschsaliae, Typis nic. Christiani Mannhardt, Typ. Aul. Originalis ex “The Bavarian State Library”). It-tieni parti ta’ dan l-artiklu tiġi ippublikata fil-programm tal-festa tas-sena d-dieħla. Festa San Ġorġ 2018

115


116

Kumitat Festi Esterni San Ä orÄĄ Martri A.D. 1919


L-Ewwel Banda Qormija hija wirt Ġorġjan Emanuel Portelli

Fis-seklu tmintax, fl-ibliet u rħula f ’Malta bdew jiġu mwaqqfa għaqdiet filarmoniċi, jiġifieri talbanda. Il-Qriema Ġorġjani kienu wkoll minn tal-ewwel li waqqfu għaqda mużikali fl-1862, blisem ta’ ‘Società Filarmonica del Curmi’. Fl-1890 din l-għaqda biddlet isimha u bdiet tissejjaħ ‘Società Filarmonica Pinto’. Fost l-għanijiet li għalih twaqqfet, barra l-impenn mużikali u soċjali, l-aktar li kien importanti kienu s-servizzi tagħha fil-festi kbar tal-Ġimgħa l-Kbira u ta’ San Ġorġ. Naturalment bħala patrun tas-soċjetà, missirijietna għażlu lil San Ġorġ Martri. Ġew komposti diversi innijiet iddedikati lil San Ġorġ, fosthom l-innu l-kbir ta’ Gianni Gatt. Fil-każin, faċċata tal-bieb prinċipali, kient tpoġġiet statwa ta’ San Ġorġ, replika ta’ dak tal-knisja. B’dispjaċir, din l-istatwa tneħħiet u ħadd ma jaf x’sar minnha, u ħafna huma ddiżappuntati fuq hekk. Is-Sena 1862 fuq il-gallerija tal-Każin Pinto. Kienu s-snin sebgħinijiet u kont qiegħed nistenna l-karozza tal-linja għal ĦażŻebbuġ, eżattament fuq l-istejġ ta’ quddiem il-Każin Pinto, u sakemm ġiet tal-linja, qgħadt inħares lejn il-gallerija tal-każin tal-banda, u rajt is-sena 1862. F’dan ilmument resaq lejja raġel, li qalli li kellu tmienja u tmenin sena, u minħabba li rani nħares lejn il-faċċata tal-każin, dar fuqi u qalli: “meta nara dak l-annu, niftakar meta l-banda Pinto kienet tieħu sehem fil-festi tal-Ġimgħa l-Kbira u ta’ San Ġorġ.” Skont kliemu jiftakar ukoll meta Ħal Qormi nqasam f ’żewġ parroċċi fl-1936 u kemm ikompli f’paġna 118 Festa San Ġorġ 2018

117


il-kumitat tal-banda tħabtu sabiex sabu post ieħor bħala każin. Kompla jgħidli li kien jiftakar kemm nies minn hemm isfel telqu joqogħdu n-naħa ta’ ġewwa, jiġifieri n-naħa ta’ San Ġorġ. Kien jaf oħrajn li għalkemm baqgħu joqogħdu fil-parroċċa l-ġdida, xorta waħda baqgħu miġbudin lejn San Ġorġ. U ngħiduha kif inhi, għad baqa’ minnhom dawn in-nies. Dan il-wirt Ġorġjan sar parti mill-parroċċa l-ġdida u fl-1991 din l-istess soċjetà kienet reġgħet biddlet isimha u bdiet tissejjaħ ‘Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan’. Jien li għandi sebgħin sena, niftakar nies li sakemm il-Banda Pinto kienet tagħti s-servizzi tagħha fil-festi Ġorġjani, kienu partitarji tagħha. Imma kif Ħal Qormi nqasam f ’żewġ parroċċi, u twaqqfet banda oħra, dik ta’ ‘San Ġorġ Martri’, dawn l-istess partitarji daru għal mal-banda l-ġdida. Illum l-ewwel banda Qormija, qiegħda f ’idejn ħutna l-Qriema tal-parroċċa San Sebastjan u ninsab ċert li qed jieħdu ħsieb il-wirt Ġorġjan li għadu miżmum għandhom. Imma ngħiduha kif inhi, li kieku ma kienx għal missirijietna, kieku ma nistgħux niftaħru li Ħal Qormi għandu waħda mill-eqdem soċjetajiet mużikali f ’Malta. Tgħallimna ngħixu u nifirħu flimkien. Illum fil-parroċċa tagħna, aħna l-Ġorġjani xorta għandna żewġ baned. Il-Banda Anici, li twaqqfet fl-1988, jiġifieri din is-sena għalqet tletin sena, u l-Banda San Ġorġ Martri, li tgħammdet fl-1893 u li għalhekk din is-sena għalqet mija u ħamsa u għoxrin sena. Dawn il-għaqdiet, flimkien mal-ħabrieki Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri, u l-Għaqda tan-Nar 23 ta’ April, jorganizzaw il-festi ta’ barra li jsiru f ’ġieħ San Ġorġ Martri, liema għaqdiet jimxu id f ’id fuq kuntratt miftiehem bejniethom ilkoll. Il-festa Ġorġjana ta’ kull sena qed tkun suċċess u dan huwa frott li l-Ġorġjani fil-maġġoranza assoluta tagħna tgħallimna ngħixu u nifirħu flimkien. Dan ma jfissirx li m’hemmx kompetizzjoni, għaliex wara kollox iż-żgħażagħ tagħna għandhom ukoll it-talenti tagħhom, u dawn flimkien mal-entużjażmu, ikunu jridu juru l-ħiliet tagħhom. Imma jibqa’ l-fatt li għalina fejn jidħol San Ġorġ, m’hemmx kantunieri u din il-fehma qiegħda mija fil-mija fil-qlub tagħna l-Ġorġjani. Viva San Ġorġ Martri u wliedu l-Ġorġjani. Il-festa t-tajba lil kulħadd. 118

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


Baned mistiedna mill-Kumitat Festi Esterni nhar il-festa ta’ San Ġorġ Martri, il-Ħadd, 24 ta’ Ġunju, 2018 Barra s-sehem attiv li ż-żewġ għaqdiet mużikali tal-parroċċa tagħna, il-Banda San Ġorġ Martri u l-Banda Soċjo-Mużikali Anici, jagħtu tul il-ġimgħa tal-festa, ilkumitat tal-festa jistieden tliet baned oħra sabiex jieħdu sehem f ’jum il-festa. Ilkumitat jirringrazzja lis-soċjetajiet tal-baned mistiedna, il-Banda Nicolò Isouard tal-Mosta, il-Banda 12th May ta’ Ħaż-Żebbuġ, u l-Banda Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar, talli reġgħu laqgħu l-istedina tagħna għall-festa ta’ San Ġorġ. Il-Banda Nicolò Isouard: Fis-6:30 pm tibda marċ minn quddiem il-Każin Banda Anici għal ħdejn l-iskola, Pjazza Federiku Maempel, Triq Kardinal Sciberras sa quddiem il-Knisja Arċipretali. Wara takkompanja mal-purċissjoni quddiem l-istatwa ta’ San Ġorġ bid-daqq tas-sett innijiet tul it-toroq sa Triq Anici. Il-Banda 12th May: Fis-6:30 pm tibda marċ minn Pjazza San Franġisk sa fuq iz-zuntier tal-knisja fejn tilqa’ l-ħruġ tal-istatwa bl-innijiet popolari. Wara, l-banda tkompli marċ tul Triq il-Kbira fejn fi Pjazza San Franġisk tagħmel programm mużikali. Il-Banda Maria Mater Gratiae: Fis-7:00 pm titla’ fuq il-Palk Prinċpali ta’ Pinto fejn wara li tilqa’ l-istatwa ta’ San Ġorġ, tagħmel programm. Wara, il-banda takkompanja quddiem l-istatwa minn fejn il-Każin Banda San Ġorġ Martri sa taħt iz-zuntier fejn fid-dħul jindaqqu l-innijiet popolari. Festa San Ġorġ 2018

119


Niftakru u ngħożżu l-memorja tagħhom Chev. Mro Abel J. Mizzi li mar jiltaqa’ mal-Mulej nhar il-21 t’April 2018 fl-età ta’ 93 sena. Mro. Abel J. Mizzi kellu karriera kbira ta’ suċċess bħala surmast tal-banda San Ġorġ Martri. Kellu għallqalbu lil San Ġorġ u anke għamel żmien bħala Segretarju tal-Kumitat Festi Esterni wara Dun Lawrenz Saliba. Lilhu u lill-Qriema kollha li ħallew dan ilwied tad-dmugħ, niftakru fihom biex il-Mulej jagħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri iħeġġeġ lill-qarrejja kollha sabiex dejjem jużaw prodotti u servizzi offruti minn dawk kollha li jirreklamaw f’dan il-ktejjeb.

120

Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri A.D. 1919


Čal Qormi bit-titlu ta’ Belt Pinto

275 sena 1743 - 2018

6, Triq il-Kbira Qormi, QRM 3000 festiesterniqormi@gmail.com

Programm Festi San Ġorġ Martri 2018  

Publikazzjoni maħruġa mill-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri

Programm Festi San Ġorġ Martri 2018  

Publikazzjoni maħruġa mill-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri

Advertisement