INTERVISTA MAL-KARTUNIST LI SSAWWAT Paġni 14 u 15
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 20 ta’ Novembru, 2016
Ħarġa Nru 1,219 Prezz €1
ĠRAJJA TA’ ĦABI U THEDDID • INTERVISTA MA’ ROBERT STRICKLAND HORNYOLD • JITKELLEM FIL-ĠIMGĦA LI KIEN IKKONFERMAT LI D-DOKUMENTI JINSABU GĦAND DE MARCO • MHUX SORPRIŻ LI MA JRIDX JIPPUBBLIKAHOM Dik li jgħix Robert Strickland Hornyold hija ħajja ta’ ħabi u theddid. Ħabi dwar dak li jargumenta li hu tiegħu u theddid għax jiġġieled għalih. Strickland Hornyold, qed jiġġieled fil-qorti għal wirt ta’ zitu Mable Strickland. Din il-ġimgħa kien ikkonfermat li dokumenti sensittivi dwar dan ilkaż, fejn hu jallega li nbidel testment, jinsabu fil-pussess tal-familja De Marco. Iżda, Mario De Marco, li huwa wkoll Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u bniedem b’influwenza fit-Times of Malta, organizzazzjoni marbuta intrinsikament ma’ din il-ġrajja, ma jridx jippubblikahom. “M’iniex daqshekk sorpriż li ma jridx jippubblikahom. Dik kienet ilpożizzjoni tiegħu sa mill-bidu. Naħseb ikun imbarazzanti għalih jekk jippubblikahom. Għandu x’jitlef,” jgħid mingħajr ma jdur mal-lewża Strickland f ’intervista esklussiva mal-KullĦadd. “Fost oħrajn irċivejt ittra b’theddid mingħand Mario De Marco, fuq karta tal-gvern u rċivejtha fiż-żmien meta kien Ministru,” ikompli jiżvela. Ara paġni 4 u 5
L-EWWEL ĠUDIKANTI APPROVATI MINN KUMITAT INDIPENDENTI Ara paġna 3
TAĦT L-14–IL SENA, IŻDA MA JFISSIRX LI JGĦADDUHA LIXXA Ara paġna 3
IL-BAĠIT BIT-TIMBRU ‘SOĊJALI’ MILL-KUMMISSJONI EWROPEA Li kieku ried, il-Gvern elimina għalkollox id-defiċit mis-sena d-dieħla. Iżda minflok, għażel li jinvesti fil-qasam soċjali filwaqt li żamm mal-miri oriġinali tiegħu ta’ kif qed inaqqas id-defiċit. Dan jirriżulta minn rapport tal-Kummissjoni Ewropea li din il-ġimgħa mhux biss approvat il-baġit ta’ pajjiżna, iżda għamlet ukoll analiżi tiegħu. L-analiżi tal-Kummissjoni Ewropea wkoll tatu t-timbru ta’ baġit soċjali. “Fejn għandha x’taqsam in-nefqa, il-baġit jinkludi għadd kbir ta’ miżuri soċjali maħsuba biex iwasslu għal ġustizzja soċjali, partikolarment billi jindirizzaw l-inugwaljanza soċjali u b’mod proattiv jindirizzaw lil dawk f ’riskju ta’ faqar,” kitbu l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea li ngħaqdu ma’ sensiela ta’ persuni li taw it-timbru ta’ baġit soċjali lill-baġit imressaq għas-sena 2017. Ara paġna 7