Intervista ma’ L-ISPEAKER DWAR IL-BŻONN TAL-AWTONOMIJA
www.kullħadd.com Il-Ħadd, 17 ta’ Jannar, 2016
Ħarġa Nru 1,175 Prezz €1
Ara paġna 7
IRID JAQLA’ MINNHA L-eks-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech irid ibigħ għal kważi €8,000 l-karozza li tliet snin ilu xtara b’inqas minn €2,000 mingħand il-Gvern. Dan skont avviż li tpoġġa fuq sit lokali, u li tneħħa iktar kmieni din il-ġimgħa, meta fil-Parlament ġie żvelat li Fenech kien ħallas ammont miżeru għal din il-vettura. Il-karozza ta’ Fenech hija Honda CRV tal-2004 u oriġinarjament kienet inxtrat mill-Ministeru tal-Finanzi għal €25,000 biex Fenech jużaha bħala t-tieni karozza tiegħu. Iżda jumejn qabel spiċċa minn ministru, Fenech xtara din il-vettura għalih personali għas-somma ta’ €1,908. Minkejja li fissuq il-valur ta’ din il-vettura huwa ferm ogħla, Fenech baqa’ jiddefendi dan l-akkwist mal-midja. Issa qed jirriżulta li Fenech ried ibigħ din il-vettura għal kważi €5,900 iktar milli xtraha. Paġna 2
L-AWTOPSJA SE SSIR GĦADA
F’konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ waranofsinhar, l-Assistent Kummissarju Silvio Valletta spjega li l-Pulizija għadha qiegħda tinvestiga l-isplużjoni f ’karozza li ħalliet lis-sewwieq mejjet f ’Wied il-Għajn aktar kmieni dakinhar. Valletta sostna li l-Pulizija rċeviet rapport ta’ ħruq ta’ karozza lejn id-9.00am. Meta waslu fuq il-post huma sabu li kien hemm persuna mejta maqbuda fil-vettura. Sal-bieraħ, l-investigazzjoni kienet aċċertat biss li l-vittma kienet ta’ ġeneru maskili hekk kif l-identità tiegħu ma kinitx għadha ġiet ikkonfermata. L-Assistent Kummissarju Valletta spjega wkoll li bħalissa għaddejjin eżamijiet forensiċi bl-ewwel indikazzjoni juru li l-karozza ħadet in-nar permezz ta’ splussiv li kien ġewwa l-istess vettura. Huwa sostna wkoll li bħalissa għaddejja inkjesta maġisterjali li se jieħdu sehem fiha diversi esperti biex jgħinu f ’din l-investigazzjoni. Il-Pulizija ma kinux għadhom f ’pożizzjoni li jikkonfermaw jekk il-persuna mititx b’kawża tal-isplużjoni jew bil-ħruq li rriżulta minnha. Dawn id-dettalji mistennijin li jiġu stabbiliti permezz tal-awtopsja fuq il-katavru li se ssir għada. Mill-indikazzjonijiet inizjali tal-identità tal-vittma jidher li l-persuna għandha rabtiet ma’ każijiet il-Qorti mat-traffikar tad-droga, kif ukoll tas-sigaretti tal-kuntrabandu.
ATTENTATI TA’ SUWIĊIDJI FIL-LOCK-UP…
RATA OGĦLA TAĦT GVERN PREĊEDENTI
Mill-2010 kien hemm sittax-il każ ta’ attentati ta’ suwiċidju jew self-harm fil-lock-up tal-Pulizija. Għaxra minnhom seħħew qabel l-2013. Dan qalu l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali lbieraħ, wara li l-Oppożizzjoni baqgħet tippolitiċizza dawn it-traġedji umani. Il-Ministeru saħaq li b’dan l-atteġġjament l-Oppożizzjoni kompliet taqa’ fil-baxx u tilfet kull sens ta’ bilanċ u etika. Beppe Fenech Adami, li jinsab fuq quddiem nett f ’dawn l-attakki, kien Assistent Parlamentari fil-Ministeru talIntern qabel l-2013, meta f ’sentejn biss kien hemm għaxar każijiet ta’ attentat ta’ suwiċidju jew self-harm. Dan ifisser li fl-aħħar sentejn ta’ Gvern Nazzjonalista r-rata ta’ dawn l-attentati kienet ogħla minn dik tal-ewwel tliet snin tal-Gvern preżenti.