KullHadd_08.05.2016

Page 1

ĦARSA LEJN IX-XOGĦLIJIET FIL-BELT TAĊ-ĊITTADELLA

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 8 ta’ Mejju, 2016

Ħarġa Nru 1,191 Prezz €1

€1.5 MILJUN FI GRAWND F’WIED IL-GĦAJN Ilbieraħ il-Gvern inawgura l-proġett tal-bini ta’ grawnd tal-futbol flimkien ma’ diversi faċilitajiet anċillari f ’Wied il-Għajn li se jagħmlu parti mill-Park tal-Familja li jinsab fl-istess lokalità. Din l-inizjattiva, li se ssir b’investiment ta’ €1.5 miljun, ittieħdet hekk kif inħass bżonn kbir ta’ investiment ta’ din ix-xorta fi ħdan lokalità żagħżugħa b’popolazzjoni li qiegħda dejjem tikber. Huwa mistenni li l-proġett jitlesta fi żmien sena u nofs minn meta jinħarġu l-permessi meħtieġa. Tkompli f ’paġna 5

DIKJARAZZJONI SUPER

VALUR TA’ ART JOGĦLA BLA SPJEGAZZJONI Dokumenti li għandha f ’idejha din il-gazzetta jixhdu li valutazzjoni ta’ biċċa art fis-Siġġiewi li saret mid-Dipartiment tal-Artijiet fl-2012 għoliet b’xejn inqas minn €87,000 fi żmien qasir ta’ seba’ xhur, u dan minkejja li saret mill-istess perit. Din il-ġimgħa l-eks-Segretarju Parlamentari Michael Falzon ta x-xhieda tiegħu quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi dwar il-każ ta’ Triq Żekka, fejn b’konsistenza reġa’ tenna dak li dejjem stqarr mill-bidu; ċjoè li huwa qatt ma ndaħal fil-valutazzjonijiet tal-art u li dejjem qagħad fuq il-valutazzjonijiet tal-periti, li kienu ġew magħżula fi żmien Gvern Nazzjonalista. Ara paġna 4

• TIRRITORNA D-DIKJARAZZJONI TAL-ASSI TA’ TONY ABELA • BUT MIMLI GĦALL-EKSMEMBRU TAL-KABINETT LI KISER IL-KODIĊI TAL-ETIKA Ara paġna 4


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.