JUMEJN QABEL IL-VOT Ara paġni 13-16
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 6 ta’ Novembru, 2016
Ħarġa Nru 1,217 Prezz €1
FATALITÀ OĦRA B’MUTUR
TINFAQA’ L-BUŻŻIEQA TAL-PREZZ TAŻ-ŻEJT
• RIEDU KONT GĦOLI META BASSRU PREZZ TAŻ-ŻEJT BAXX • NIŻVELAW RAPPORT INTERN LI WERA KIF SE JORĦOS IŻ-ŻEJT Triq l-Avjazzjoni, f ’Ħal Luqa direzzjoni lejn Ħal Far, kienet il-lok fejn missier ta’ 36 mill-Ħamrun tilef ħajtu f ’inċident tat-traffiku ieħor fit-toroq Maltin. Ilvittma kien qed isuq mutur tat-tip Honda li għal xi raġuni kien involut f ’ħabta ma’ karozza Toyota Vitz misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena. Jidher li mad-daqqa l-mutur spiċċa ftit metri ‘il bogħod minn fejn seħħ l-impatt. Il-Maġistrat tal-Għassa Consuelo Scerri Herrera qed tmexxi inkjesta u nħatru diversi esperti biex jassistuha
Fi żmien meta l-Kap talOppożizzjoni kien qed jgħid li r-roħs tad-dawl u l-ilma huwa gimmick tal-millenju u l-Eks Ministru Tonio Fenech qal li rridu nidraw il-kontijiet għoljin, l-Enemalta kellha rapport f ’idha li kien jgħid li se jorħos il-prezz taż-żejt. Dan huwa konferma oħra li r-roħs fil-kontijiet talenerġija li implimenta
MISSIRIJIET B’IKTAR LEAVE TAL-PATERNITÀ Missirijiet li jaħdmu fis-settur pubbliku se jkunu qegħdin igawdu minn ħamest ijiem leave talpaternità minflok jumejn. Dan f ’waħda minn sensiela ta’ bidliet li se jibbenefikaw minnhom ilħaddiema fis-settur pubbliku. Bidliet li fost oħrajn se jwasslu biex il-ħaddiema jistgħu jieħdu iktar leave speċjali li jkun approvat f ’ċirkostanzi partikolari. Dawn il-bidliet jirrikonoxxu r-realtajiet tal-lum, bil-miżuri favur il-familja jwasslu wkoll biex iktar ħaddiema jkunu jistgħu joħolqu bilanċ bejn il-familja u x-xogħol. Ara paġna 7
l-Gvern f ’din il-leġiżlatura mhuwiex ibbażat fuq il-prezz taż-żejt. L-esperti li fasslu dan r-rapport għall-Enemalta fl2009, bħala parti mill-istudju dwar l-interconnector, kienu qed jassumu li l-prezz tażżejt se jkun $70 kull barmil u li r-rata tal-ewro mad-dollaru tkun ta’ 1.45. Dan ifisser prezz taż-żejt ta’ €48 kull barmil.
Illum il-prezz huwa $50 kull barmil, imma r-rata talkambju hija ta’ 1.09, li tfisser €46 kull barmil. Biex illum ilprezz taż-żejt huwa fl-istess ilma li bassar ir-rapport tal-2009 li minkejja li kien f ’idejn il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi u Simon Busuttil, qatt ma ntqal li setgħu jorħsu l-kontijiet. Ara paġna 4
FENECH DIRETTUR MA’ ABDILLA CASTILLO
Richard Abdilla Castillo, sieħeb Beppe Fenech Adami f ’Baltimore Fiduciary, il-kumpanija fiduċjarja li tissemma fil-każ ta’ Capital One u l-ħasil ta’ flus, intalab jirriżenja minn kumpanija li direttur fiha hemm ukoll Ann Fenech. Għax bħal Abdilla Castillo, Ann Fenech hija direttur ta’ Premier Capital. Iżda, filwaqt li fil-privat ittieħdet azzjoni sakemm titlesta l-inkjesta mhux l-istess ġara fil-Partit Nazzjonalista. Ara paġna 9