Page 9

ta’

M

al-ewwel inkontri mal-komunita’ ‘Lynks’, mistoqsija li ġeneralment wieħed isaqsi hija: “Dawn x’jaħbtu?”. Pero’ apparti ċ-ċajt, li ħafna nies saru jassoċjaw ma’ din il-komunita’, żgur li dan il-grupp ta’ żagħżagh huwa ħafna aktar minn semplċiment grupp ta’ 9 rġiel (għax issa nistgħu insejħu lilna nfusna hekk) ċajtiera. Il-maġġoranza tal- membri ħriġna mill-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, seba’ minna nfatti, iżda mal-milja taż-żmien inftaħna għall- membri ġodda. L-ewwel ilqajna fostna lil Bob (mhux Bobby… Dak kien diġa’ hemm) li, biex ngħidu l-verita’ mhux mill-ewwel kien daqqilna (għax kien ftit bagħtut fil-Malti miskin) u riċentament (An)Drew li bil-mod qed isib saqajh fil-komunita’ (għax miskin jistħi).

“għandna diversita’ ta’ karattri xorta waħda; millaggressivita’ Żebbuġija u Żejtunija għas sofistikazzjoni tas-Swieqi.”

Wieħed jista’ jgħid li għalkemm qegħdin ftit, għandna diversita’ ta’ karattri xorta waħda; millaggressivita’ Żebbuġija u Żejtunija għas sofistikazzjoni tas-Swieqi. Pero’ minn hawn u minn hemm dejjem jirnexxilna regolarment niltaqgħu u niġbru dawn il-karattri varji ġo karma waħda biex flimkien naqsmu l-esperjenzi tal-ħajja. Dawn il-laqgħat għadna nagħmluhom Santa Venera għax sibnieh konvenjenti għal kulħadd (u għax niddejqu nbiddlu kemmxejn) taħt il-gwida astuta ta’ Marie Claire u Facciol (eħe għandna guide facciol). Kull laqgħa nibdewha bir-ritwal tal-kafe/te u 2 biskuttini għax l-ewwel żaqqna u s******* għax inkella ma’ tkunx laqgħa tal-Lynks. Ta’ min isemmi l-komunita’ Lynks hija ġeneralment intiża fiċ-CamYouths. S’issa kellna 3 coordinators f’ żewġ CamKamps differenti li meta wieħed jikkonsidra l-eta’ tenera tal-membri tal-komunita’ (bejn 21 u 23 sena) hija quite impressive. Għandna wkoll membri nvoluti fis-Support Team kif ukoll fl-Activities Team u għandna l’ Bruce ☺. Mal-medda taż-żmien, il-membri tal-komunita’ kollha konna nvoluti f’xi tip ta’ esperjenza ta’ volontarjat li kollha b’mod jew ieħor għenu biex jikber l-ispirtu tagħna ta’ komunita’. Riċentament ħafna mil-membri tal-komunita’ daħlu fid-dinja tax-xogħol fil-waqt li oħrajn għadhom għaddejin bl-istudi tagħhom. Dawn il-ħafna impenji xi kultant jagħmluha diffiċli biex insibu ħin għal-laqgħa pero’ tarf dejjem donnu sibna. Li huwa fiċ-ċert huwa li għalkemm is-sitwazzjoni dejjem tinbidel, u ser tibqa’ tinbidel, żgur li dak li bnejna bejnietna f’dawn l-aħħar snin ser ikompli jikber.

Kurrenti - Harġa Numru 34 (01/2015)  

Kurrenti huwa magazin li jinħareġ minn Konnekxins - il-Media & Communications Team fi ħdan ĊAMYouths.

Kurrenti - Harġa Numru 34 (01/2015)  

Kurrenti huwa magazin li jinħareġ minn Konnekxins - il-Media & Communications Team fi ħdan ĊAMYouths.

Advertisement