{' '} {' '}
Limited time offer
SAVE % on your upgrade.

Page 7

IL-KEBBIES minn Fr. KARM DEBATTISTA

Ħajtek hi mprezzabbli u vojta fl-istess ħin

B “meta tkun taf li ħajtek, kif qed tgħixha hawn fuq din l-art, hi bla sens u vojta”

la dubju l-ħajja toffri ħafna affarijiet, sitwazzjonijiet differenti ħafna minn xulxin u kultant anke opposti minn xulxin. U naħseb li dan hu parti mis-sabiħ tal-ħajja, għax ma jistax ikollok nhar biss mingħajr il-lejl, bħalma ma jistax ikollok dejjem xitwa mingħajr is-sajf u lanqas mewt biss mingħajr il-ħajja. Imma kull żewġ opposti jibbilanċjaw kollox, speċjalment il-ħajja tal-bniedem fuq din l-art. Meta joħroġ dan l-artiklu nkunu viċin tal-Għid u ħierġin minn 40 jum tar-Randan. Dan hu żmien fejn nitkellmu mill-mewt u mill-qawmien, żewġ kunċetti opposti li jibbilanċjaw il-ħajja. Allanqas dejjem hekk fhimt l-iskop tagħhom. Parti minn dak li jfisser tkun uman hi li żżomm żewġ realtijiet opposti flimkien f’tensjoni. Hemm żewġ mumenti fil-ħajja li huma mportanti ħafna. L-ewwel mument hu meta tkun taf li għandek ħajja waħda u unika u allura hu imprezzabbli. Il-mument l-ieħor hu meta tkun taf li ħajtek, kif qed tgħixha hawn fuq din l-art, hi bla sens u vojta. It-tnejn huma mportanti u għandek bżonn iż-żewġ kunċetti biex tibqa’ miexi fiddirezzjoni t-tajba. U naħseb li dan hu l-iskop u s-sens taż-żmien tar-Randan u l-Għid. L-ewwel mument, li l-ħajja hi imprezzabbli, jagħtik enerġija sħiħa u ferħ vera li jgħinek tibqa’ f’kuntatt ma’ dak li nefaħ f’nifsejk meta ħalqek mit-trab tal-art. Ittieni mument, dak li ħajtek fuq din l-art hi vojta, jurik il-limiti ta’ dir-realtà u jħallik umli. Hekk tibqa’ tfittex minn fejn ser tirċievi l-Ħajja li tieħdok ’il barra miċ-ċokon tar-realtà tiegħek. Dan kollu jservi biex tiskopri min int, għax tirrealizza minn fejn tlaqt u fejn int sejjer. Risposta mmedjata ta’ min int tista’ tkun ħafna falza u f’sens żgħir. Imma dak li int fi stampa wisq akbar jgħinek tara min vera int fir-reatà. Dan hu dak li Santa Tereża t’Avila kienet tgħid: Aħna nsibu ’l Alla fina nfusna u nsibu lilna nfusna f’Alla. Meta tasal biex tifhem dan, taf min int u xejn ma jfixxklek jew ikissrek fil-ħajja. Nittama li l-mixja ta’ dan ir-Randan seħħet fik. Mhumiex biss ġranet partikolari tas-sena tal-Knisja imma huma hemm għal skop. U l-iskop aħħari hu li int issib lilek innifsek, dak kollu li int, mingħajr ma taħbi xejn. Għandna bżonn aktar minn Randan wieħed, bla dubju, biex naslu hemm. Nittama biss li qabel ma naslu għat-tmiem tal-ħajja fuq din l-art insiru nafu lilna nfusna aħjar u nikbru “fl-għerf, fil-maturità u fil-grazzja.” (Lk. 2:40)

Profile for ĊAMYouths

Kurrenti - Harġa Numru 34 (01/2015)  

Kurrenti huwa magazin li jinħareġ minn Konnekxins - il-Media & Communications Team fi ħdan ĊAMYouths.

Kurrenti - Harġa Numru 34 (01/2015)  

Kurrenti huwa magazin li jinħareġ minn Konnekxins - il-Media & Communications Team fi ħdan ĊAMYouths.

Advertisement