{' '} {' '}
Limited time offer
SAVE % on your upgrade.

Page 6

mill-mssp Preżenza siekta

minn Fr.MARTIN GALEA

Q

ed nikteb dan l-artiklu ftit wara li fil-medja internazzjonali ħarġet l-aħbar ta’ attakk suwiċida ieħor ġewwa il-Pakistan. Din id-darba ħafna qrib tal-komunità tagħna hemmhekk. Fil-fatt il-parroċċa affetwata, St John’s Parish, kienet f’idejna bejn l-1998 u l-2007, meta l-Isqof responsabbli qasam il-parroċċa fi tnejn u tana l-parti li fiha qegħdin naħdmu bħalissa. Aħbarijiet bħal dawn huma dejjem koroh, imma meta jiġru fuq l-għatba tad-dar tiegħek, jolqtuk iktar fil-laħam il-ħaj. Tiġi iktar reali l-possibiltà li xi darba tista’ tmiss anke lilna. Wieħed ma jiskantax li esperjenzi bħal dawn iqajmu reazjonijiet differenti. Ikun hemm min iħoss li ma jiflaħx għal din it-tip ta’ tensjoni, u jagħżel li jitlaq. Hemm min, iżda, jagħżel li jibqa’. Ta’ min jammira, per eżempju, id-deċiżjoni tal-Isqof ta’ Bengażi, Mgr Silvestru Magro, li quddiem Libja mfarka u mhedda mil-ISIS jibqa’ hemm ma’ ħutu l-Insara. Mumenti bħal dawn jikxfu t-tensjoni li ħafna drabi ħutna l-missjunarji jgħixu kontinwament meta jkunu qed jagħtu ħajjithom f’pajjiżi tat-Tielet Dinja. Is-sens ta’ insigurtà, l-ineffiċenzja fis-sistemi burokratiċi tal-pajjiż, il-fatt li dejjem tħossok barrani u qatt kompletament integrat fil-pajjiż, il-klima, il-kultura ... dawn u oħrajn huma kollha fatturi li jagħfsu ta’ kuljum fuq sħabna, u propju għax huma ta’ kuljum jaffetwawhom profondament.

Forsi tajjeb insemmu dan id-diskors għax diversi minna jista’ jkun għad għandhom impressjoni romantika ta’ xi tfisser taħdem fil-missjoni, speċjalment jekk kellhom xi esperjenza missjunarja qasira. Meta l-esperjenza missjunarja tkun iktar fit-tul, meta tkun stil ta’ ħajja, jibda jinħass aktar il-prezz li wieħed irid iħallas. Din hija waħda mill-veritajiet tal-ħajja. L-Imgħallem qalilna, “Jekk il-ħabba talqamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.” U din tapplika mhux biss għallmissjoni imma għal kull impenn ta’ veru fil-ħajja, kemm jekk inti msejjaħ biex tkun guide, kemm jekk għandek xi responsabiltà oħra f’ĊAMYouths, kemm jekk tixtieq tieħu d-dinja tax-xogħol tiegħek bisserjetà, kemm jekk inti msejjaħ għall-ħajja miżżewġa, kemm jekk inti msejjaħ biex tkun ġenitur ... Il-lista ma tispiċċax. M’hemmx triq oħra għal ħajja ħlief il-mewt. Lest tafda din il-verità u lil min wassalhielna?

Profile for ĊAMYouths

Kurrenti - Harġa Numru 34 (01/2015)  

Kurrenti huwa magazin li jinħareġ minn Konnekxins - il-Media & Communications Team fi ħdan ĊAMYouths.

Kurrenti - Harġa Numru 34 (01/2015)  

Kurrenti huwa magazin li jinħareġ minn Konnekxins - il-Media & Communications Team fi ħdan ĊAMYouths.

Advertisement