Page 4

minn Simon pace [Equinox]

Xi jfisser LC?

M’

għandi l-ebda dubju li l-ewwel tweġiba li ġiet f’moħħ ħafna minnkom hija Leadership Committee. Pero’ il-ħsieb ta’ dan l-artiklu m’huwiex biex nagħtikom spjegazzjoni tal-akronomi li jeżistu f’ĊAMYouths, iżda biex naqsam magħkom l-esperjenza tagħna fi ħdan l-LC, issa li ħa nagħlqu sentejn f’dan l-irwol. L-ewwelnett, xi ħaġa li żġur fhimt f’dawn s-sentejn ta’ l-LC hija l-fatt li aktar milli kumitat, l-LC isir qisu komunità żgħira fi ħdan ĊAMYouths. Komunità b’differenza, peress li tinħoloq għal żmien definit, fejn il-membri tagħha jaqsmu din l-esperjenza flimkien billi jamalgamaw l-kwalitajiet ta’ xulxin sabiex ikomplu jsaħħu dak li diġà jeżisti u jagħmlu differenza fil-ħajja tal-membri. U propju dan l-aspett iwassalni għat-tieni punt: li tagħmel differenza fil-ħajja ta’ ĊAMYouths u fil-ħajja tal-membri huwa wieħed mill-affarijiet li jagħmlu din l-esperjenza unika. Xi ħaġa li l-ħamsa li aħna qbilna u ntrabatna li nagħmlu f’dawn t-tlett snin ta’ l-LC hija li nagħmlu differenza billi noħolqu kemm jista’ jkun opportunitajiet għall- membri tagħna sabiex kulħadd iħossu dejjem aktar parti minn ĊAMYouths. Dan ma jinvolvix biss l-esperjenzi ta’ volontarjat ta’ matul ix-xhur tas-sajf iżda anki l-irwoli varji li jeżistu f’ĊAMYouths matul is-sena u li għalkemm ħafna minnhom ikunu għal żmien definit, xorta waħda ma jnaqqsux millimportanza u l-utilità tagħhom sabiex ĊAMYouths ikompli miexi ‘l quddiem. Dan l-irwol jagħtik iċ-ċans li tersaq aktar viċin tal-membri u l-komunitajiet varji u jgħinek tapprezza l-enerġija u l-entużjażmu li l-membri tagħna għandhom biex jagħmlu differenza u jkunu ta’ servizz. Dan narawh kull darba li navviċinaw lil xi ħadd biex joffri ħinu f’xi rwol speċifiku jew saħansitra meta jkunu l-membri stess li javviċinawna u jipproponulna xi ideat li lesti jagħtu s-sehem tagħhom fihom. Dan l-irwol jgħinek tintaqa’ ma’ diversi entitajiet oħra li jagħmlu xogħol simili f’Malta u permezz ta’ seminars u workshops li jsiru matul s-sena, ikollna l-opportunità li nwasslu l-messaġġ u l-ħsibijiet tagħna fuq diversi punti li jolqtuna, kif ukoll nisimgħu x’qed jagħmel ħaddieħor biex nitgħallmu minnu ukoll. Dan hu s-sabiħ ta’ l-LC, anki għaliex dan hu dak li jagħmel din l-esperjenza unika u differenti mill-oħrajn.

“li tagħmel differenza filħajja ta’ ĊAMYouths u fil-ħajja tal-membri huwa wieħed mill-affarijiet li jagħmlu din l-esperjenza unika.”

Kurrenti - Harġa Numru 34 (01/2015)  

Kurrenti huwa magazin li jinħareġ minn Konnekxins - il-Media & Communications Team fi ħdan ĊAMYouths.

Kurrenti - Harġa Numru 34 (01/2015)  

Kurrenti huwa magazin li jinħareġ minn Konnekxins - il-Media & Communications Team fi ħdan ĊAMYouths.

Advertisement