gadgets minn SHAUN CASSAR [Lynks]
Ħ
bieb, erġajna wasalna għal sena ġdida ta’ Kurrenti u għal din is-sena ħsibna biex l-artiklu ikun ftit differenti minn dak li kellna s-sena l-oħra fejn iddiskutejna xi daqxejn fatti strambi. Din is-sena se nkunu qed niddiskutu l-gadgets u t-teknoloġija li aħna mdawwrin biha. Ħsibt biex f’dan l-ewwel artiklu nsemmi ftit teknoloġija interessanti li se tkun madwarna f’din is-sena li għadha pjuttost fil-bidu tagħha u li tista’ tintuża fid-djar. Gadget interessanti u li żgur jagħmel ħajjitna iktar faċli hi l-magna tal-ħasil u għalhekk il-kumpanija LG se tkun qed toħrog mudell li jismu Twin Wash. Jismu hekk, għaliex tista’ titfa’ żewg loads fl-istess ħin ġo din il-magna, waħda kbira u waħda żgħira. Dan tista’ tagħmlu ovjament fl-inqas ħin u bl-iktar mod effiċjenti biex tibża għall-ambjent. Fl-istess ħin, il-kumpanija Dacor ħarġet forn bl-istess kunċett u apparti hekk, dan tista’ tikkontrollah kompletament bil-vuċi tiegħek, x’ħin jixgħel, b’liema temperatura tridu u liema forn mit-tnejn li għandek trid tuża. Mill-banda l-oħra, il-kumpanija Lynx ħasbet f’dawk in-nies li huma dilettanti tal-barbeques iżda mhumiex mill-aqwa fit-tisjir. Dawn ħolqu grill li permezz ta’ App apposta tista’ tkun taf kemm hemm bżonn issajjar dak l-ikel partikolari, fi x’ħin hemm bżonn li taqleb l-ikel u saħansitra t-temperatutri ta’ dak li tkun qed issajjar.
Kurrenti huwa magazin li jinħareġ minn Konnekxins - il-Media & Communications Team fi ħdan ĊAMYouths.
Published on Apr 2, 2015
Kurrenti huwa magazin li jinħareġ minn Konnekxins - il-Media & Communications Team fi ħdan ĊAMYouths.