Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

Page 26

|Review tal-karozza… REEL TIME

PEUGEOT 206 cc Karozza ftit differenti din id-darba, coupe u convertible. Il-Peugeot 206, Malta naraha komuni fil-mudell hatchback, pero jeżistu wkoll mudelli saloon u station wagon, li ma ġewx Malta. Naħseb parti mir-raġuni hi li dawn iż-żewġ mudelli huma tnejn mill-aktar mudelli koroh fid-dinja tal-karozzi. Għall-kuntrarju, it-206 coupe convertible, karozza żgħira, b’dehra sabiħa, li toffri l-viżibilità ta’ sema blu, speċjalment fis-sajf.

STIL Ovvjament, karozza coupe jew convertible, wieħed ma jistax igerger mill-istil talkarozza. Bis-saqaf magħluq il-karozza tagħti dehra ta’ waħda akbar u ta’ valur ogħla. Personalment, jien daqsxejn xettiku fuq karozzi żgħar convertible, għarraġuni li jkollhom windscreen għoli ħafna u

boot kbir iżżejjed. Biss, ilPeugeot għandha wara li mhux kbir ħafna u li jagħmilha kemmxejn isbaħ mill-mudelli tal-istess stil. Il-windscreen xorta huwa ftit kbir, kważi jasal sa nofs is-saqaf. Fuq ġewwa għandha ftit buttuni, li jagħmluha faċli biex tużaha, u display ieħor żgħir fin-nofs li juri lekonomija tal-karozza, listazzjon tar-radju, l-ħin u t-temperatura. Laqatni ħafna l-fatt li l-glovebox hija miksija bl-istess drapp tas-seats. Fuq barra laqatni ħafna l-istil, fejn għandek speċi ta’ żewg handles fuq il-boot u fog light waħda fin-nofs, fuq wara. KWALITA` Nammetti li dejjaqni daqsxejn il-fatt li fl-iskossi tisma’ xi ċekċik. Ovvjament, wieħed jifhem li karozza mingħajr saqaf se tkun ftit inqas robusta >>

KURRENTI page 26

KUMDITA` Ikolli nammetti, ftit huma lkarozzi li rkibt fihom li huma daqshekk komdi. L-iskossi li huma komuni fit-toroq Maltin, ma jinħassu xejn f’din il-karozza. Il-problema hi li xorta tinduna li għaddejt minn xi skoss minħabba ċċekċik fil-karozza. Veru li lkarozza issa għandha disa’ snin, pero ma tantx wieħed jistenna dawn il-ħsejjes filkarozza. Il-karozza suppost takkomoda erba’ persuni, biss dawk li jirkbu wara, ħa jkunu ftit limitati bħala spazju. Barra minn hekk isseats fuq wara m’humiex komdi. Fuq quddiem, għalkemm sibta ftit diffiċli nsib posizzjoni tajba fissewqan, l-ispazju huwa tajjeb ħafna. Bl-istess mod, il-boot huwa tajjeb ħafna għad-daqs tal-karozza. Dan ladarba ma tniżżilx is-saqaf, għax bis-saqaf imniżżel ilboot tat-206 cc jigi kważi mingħajr użu.

PERFORMANCE Kont sorpriż bil-ġibda li toffri din il-karozza. Ilmudell li soqt armat b’magna 1.6 petrol, li joffri prestazzjonijiet tajba ħafna. Fis-sewqan il-karozza tagħtik pjaċir, u fiċċirkustanza li taqbeż karozza, dan tagħmlu mingħajr ebda problema. Pero wieħed irid joqgħod ftit attent għax b’velocita kemmxejn għolja u bissaqaf imniżżel, il-karozza ma tinħassx daqshekk soda, biss bis-saqaf imtella din il-problema ma teżistix.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.