Page 1

. G rajjet ilFidwa

Randan | Ġimgħa Mqaddsa 2019


Organizzaturi/ Esebituri: Charlie Ellul Keziah Ellul Victor Fava Daniel Vella Facebook: Grajjet il‑Fidwa Email: wirjagf@hotmail.com Artikolisti: Rev. Kan. Robin Camilleri Ivan Delia Keziah Ellul Mark A.Ferris Daniel Vella Isettjat u stampat: Best Print Co. Ltd, Qrendi Tel: 2168 0789

Werrej Programm tal-Wirja 2019....................................................................2 Messaġġ mill-organizzaturi..................................................................3 Programm Wirja Sagra.........................................................................6 Wirja Ġimgħa Mqaddsa 2018............................................................7 Il-Ġimgħa Mqaddsa f ’Malta...............................................................9 Sidna Ġesù Kristu…Protagonista.................................................... 11 Ġrajjiet il-Fidwa 1999-2019............................................................. 13 Ġrajjiet il-Fidwa 1999-2019............................................................. 14 Tifkiriet tul l-Għoxrin Sena.............................................................. 15 Ħsibijiet qosra fuq l-Aħħar Ċena.................................................... 16 Il-Ġimgħa Mqaddsa: Ċelebrazzjoni Tradizzjonali fil-filaterija Maltija....................... 19

Faċċata tal-Ktieb: Xbieha tal-wiċċ ta’ Kristu esebit fiż-żewġ wirjiet li qed jittellgħu

Pellegrinaġġi, purċissjonijiet u mixjiet devozzjonali fi żmien ir-Randan.......................................................................... 21 Il-memorji tiegħi mal-mikbi l-Artist Salvu Bonello................................................. 25


Programm tal-Wirja 2019 Kristu Ħniena!

ĠRANET MILL-11 SAD-19 TA’ APRIL FTUĦ TAL-WIRJA: Il-Ħamis 11 ta’ April fit-20.15 ĦINIJIET TAL-WIRJA: Fost il-ġimgħa mis-18.00 sat-20.30 Jum id-Duluri mid-9.00 sal-12.00 u mis-18.00 sat-20.30 Ħadd il-Palm mid-9.00 sal-12.00 u mill-17.00 sat-20.30 Ħamis ix-Xirka mid-9.00 sa 12.00 u mis-18.00 sal-23.00 Jum il-Ġimgħa l-Kbira mid-9.00 sas-13.00

charmaine@fabricgallery.eu

2

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019


Messaġġ mill-organizzaturi Nilqgħu lilkom għeżież ħbieb u dilettanti tal‑Ġimgħa Mqaddsa permezz tal‑Wirja li aħna qed intellgħu fl‑okkażjoni tal‑Ġimgħa Mqaddsa. IL-WIRJA 2019 Kienet is‑sena 1999 meta ġiet imtellgħa għall‑ewwel darba din il‑wirja, wirja li l‑ħsieb tagħha dejjem kien li permezz tagħha nifhmu u naraw dak kollu li għaddha minnu Ġesù Kristu ftit inqas minn elfejn sena ilu. Għall‑ħames sena konsekuttiva, din il‑wirja qiegħda tittella’ ġewwa l‑bini tal‑Kunsill Lokali tal‑Isla. Kienet is‑sena 2015 meta dħalna ġewwa l‑Belt tal‑Isla sabiex bdejna ntellgħu din il‑wirja hawnhekk. Tikkonsisti minn bosta oġġetti esebiti li kollha jirrappreżentaw misteri differenti mill‑Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Esebiti din is‑sena, wieħed isib settijiet tradizzjonali ta’ vari, ċena fuq stil Lhudi, minjatura ta’ purċissjoni/pageant kif ukoll diversi oġġetti sagri oħra. Dawn ix‑xogħlijiet huma maħduma minn diversi artisti Maltin fosthom Salvu Bonello, Publio Magro, Jeffrey Zarb, Brandon Caruana, Anthony Magri kif ukoll Pawlu Muscat. L-ISKOP TAL-WIRJIET U L-ATTIVITAJIET TAL-ĠIMGĦA MQADDSA Dan kollu esebit f’dawn il‑wirjiet, kif ukoll dak kollu preparat għal dan iż‑żmien qaddis bħalma huma wirjiet oħra, pageants, purċissjonijiet u affarijiet oħrajn, nistqarru li kien ikun bla valur li kieku ma niħdux minnhom ħsieb jew messaġġ dwar dak kollu li għadda minnu Sidna Ġesù f’din il‑ġrajja li kattret mhux ftit il‑fidwa tagħna. L‑atmosfera mill‑isbaħ li tinħoloq f’dawn l‑attivitajiet għandha tressaqna iktar lejn il‑ġrajja li naħsbu u nirriflettu f’dak kollu li ġara. Ma nħallux li dawn l‑attivitajiet u purċissjonijiet ikunu biss sempliċiment spettaklu ta’ lbies u kostumi, jew inkella wirja ta’ tafal u kartapesta għax hekk dan iż‑żmien jista’ ma jiġi xejn. Aħna wkoll nippruvaw li kemm jista’ jkun inressqu lil kull min iżur din il‑wirja lejn dan il‑misteru. Id‑daqq tal‑marċi funebri jew mużika oħra addatta, id‑dawl baxx fuq l‑oġġetti esebiti kif ukoll ir‑riħa tal‑borma żgur iressquk iktar lejn din il‑ġrajja. MIXJA TA’ GĦOXRIN SENA Kif rajtu miktub fil‑bidu ta’ dan il‑messaġġ informattiv, din is‑sena jaħbat għeluq l‑għoxrin sena minn kemm ilha tiġi mtellgħa din il‑wirja. Dawn l‑għoxrin sena laqqgħuna ma’ diversi nies dilettanti u permezz ta’ din il‑wirja għamilna ħafna ħbieb ġodda. Matul dawn is‑snin il‑wirja ġiet imtellgħa ġewwa diversi postijiet, ’il biċċa l‑kbira tagħhom, postijiet ċentrali. B’sodisfazzjon kull fejn intramat din il‑wirja dejjem kellna parteċipazzjoni tajba ta’ viżitaturi. Ġiet imtellgħa fil‑lokalitajiet tal‑Fgura, il‑Belt Valletta, l‑Imqabba, Ħaż‑Żabbar u fil‑preżent ġewwa l‑Isla. Kien ta’ sodisfazzjon għalina li konna ġejna magħżula mill‑Awtorità tat‑Turiżmu sabiex għal sentejn konsekuttivi l‑wirja ġiet imtellgħa ġewwa binja prinċipali fil‑Belt Valletta li kienet tmexxi din l‑istess awtorità. Kellna opportunitajiet oħra simili però ħassejna li ma kellniex nonorawhom minħabba l‑fatt illi biex tarma ġewwa l‑Belt Valletta mhuwiex daqshekk konvenjenti.

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019

3


Web: www.raysjewellery.com Email: info@raysjewellery.com Tel: +356 21802130 Address: 384, Zabbar Road, Fgura FGR1015

Contac t us on

7905 8599 9984 2048 Triq Leonardu Ab ela, Tar xien Find us on Facebook : Rainbow Kids Childcare Centre

4

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019


Xi ħaġa li kienet ilha tberren f’moħħna bħalha grupp organizzattiv kienet li l‑wirja tibda tittella’ ġewwa post fil‑Kottonera. Din il‑ħolma saret realtà fis‑sena 2015 meta grazzi għar‑Rev. Robin Camilleri u l‑Kunsill Lokali tal‑Isla din il‑wirja bdiet tittella’ ġewwa l‑bini tal‑istess Kunsill. Illum għall‑ħames sena konsekuttiva, din il‑wirja ndrat sew ġewwa dan il‑post. Matul is‑snin ukoll bdiet issir il‑pubblikazzjoni ta’ dan il‑ktejjeb li sar imfittex minn bosta dilettanti, liema ktejjeb ikun mimli tagħrif u artikli fuq dan iż‑żmien qaddis. Apparti hekk sar ukoll profil fuq facebook. Illum il‑ġurnata dan sar għodda importanti ħafna u li jżommok f’kuntatt ma’ diversi dilettanti matul is‑sena kollha. Il‑profil fuq facebook ħa post is‑sit elettroniku li l‑istess grupp kien jamministra għal madwar seba’ snin. Fil‑paġni tan‑nofs qed nippreżentaw diversi ritratti li juru l‑mixja ta’ dawn is‑snin sabiex ikunu ta’ tifkira tal‑ħafna affarijiet sbieħ li għaddejna minnhom tul dawn l‑għoxrin sena. KOLLABORAZZJONI Is‑sena li għaddiet fl‑okkażjoni tal‑festi tal‑Ġimgħa Mqaddsa saret b’kollaborazzjoni Wirja mtellgħa mis‑Soċjetà Filarmonika 11 ta’ Frar ta’ Raħal Ġdid. Din is‑sena wkoll qed issir Wirja Sagra li tagħrif fuqha jinsab f’paġni oħra ta’ dan il‑ktejjeb. L‑istess ktejjeb qed jiġi maħruġ u mqassam miż‑żewġ partijiet fiż‑żewġ wirjiet imtellgħa bl‑għan li nkabbru din il‑Kultura Maltija. L-ARTIST SALVU BONELLO Ħafna mix‑xogħol esebit f’din il‑wirja huwa maħdum mill‑artist Senglean Salvu Bonello. L‑artist Bonello ħalla din id‑dinja fil‑bidu ta’ Lulju tas‑sena 2014. Ironikament, ix‑xogħol li nħadem mill‑istess Bonello bejn l‑1993 u l‑2006 propju ġewwa l‑Isla, reġa’ jinsab esebit fl‑istess lokalità li nħadem fih. Apparti s‑sett tradizzjonali u prinċipali ta’ din il‑wirja kif ukoll statwetta ta’ Kristu Rxoxt li Salvu kien beda però ma laħaqx lesta, din is‑sena għandna esebita wkoll purċissjoni/pageant. Tajjeb wieħed isemmi li l‑istatwetta ta’ Kristu Rxoxt li għadni kemm semmejt kienet ġiet regalata lilna mis‑Sur John Bonello li jiġi ħu l‑istess Salvu Bonello. GĦELUQ L‑appell tagħna lilek li qed iżżur din il‑wirja huwa sabiex tapprezza x‑xogħol, il‑ħin u d‑dedikazzjoni sabiex setgħet issir. Forsi hawn min ma jimmaġinax kemm xogħol wieħed irid u kemm sagrifiċċji trid tagħmel. Grazzi tmur lejn il‑Kunsill Lokali tal‑Isla kif ukoll għall‑istaff tal‑istess Kunsill għal kollaborazzjoni kbira li sibna mingħandhom kif ukoll lir‑Rev. Arċipriet Robin Camilleri. Ringrazzjament ieħor imur lejn il‑ħwienet u ditti li permezz tad‑donazzjoni tagħhom din il‑wirja flimkien ma’ din il‑pubblikazzjoni setgħu jittellgħu. L‑aħħar ringrazzjament imur lejk li għoġbok iżżurna. Il‑preżenza tagħkom hija ta’ kuraġġ lejna. Nawguraw l‑Għid it‑tajjeb lil kulħadd.

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019

5


Wirja Sagra Ġewwa l-Każin tas-Soċjetà Filarmonika 11 ta’ Frar Raħal Ġdid. Din il-Wirja tikkonsisti f’bosta • Statwi titulari • Statwi tal-Ġimgħa Mqaddsa • Mejda tal-Appostli • Xogħol ta’ pitturi • Xogħlijiet oħra sagri. Il-Wirja qiegħda l-kollaborazzjoni tal-Wirja Ġrajjet il-Fidwa. Ftuħ uffiċjali: L-Erbgħa 27 ta’ Marzu fit-20.15 Ħinijiet tal-ftuħ: Mit-28 ta’ Marzu sas-6 ta’ April mill-17.30 sas-19.30

Kburija li Jiena Pawlista Rita Delezio

6

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019

Avviż bi ħlas

Nixtieq Niltaqa’ Mieghek tista tkellimni fuq 99443855 jew tiktibli fuq ritadelezio1@gmail.com

Avviż bi ħlas

Kandidata għall-Elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali


Wirja mtellgħa mis-Soċjetà Filarmonika 11 ta’ Frar fil-Ġimgħa Mqaddsa 2018

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019

7


Telephone Box

GARAGE CO. LTD.

VAN & CAR HIRE & LEASING Bulebel Industrial Estate, Ûejtun Dejma Road, Tarxien TXN 9039 Tel: 21665209 Mob: 9949 7979 E-mail: info@fxgarage.com  Web: www.fxgarage.com . 8

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019


Il-Ġimgħa Mqaddsa f’Malta

Mark A. Ferris

Id‑Devozzjoni lejn il‑Passjoni u l‑Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu, tibda tinħass hekk kif jibda r‑Randan, eżatt wara ħamest ijiem ta’ xalar, brijju u tbaħrit fil‑Karnival. Il‑poplu Malti u Għawdxi jibda jaħseb għal dawn il‑ġranet bil‑wisq għeżież għalih minn Ras ir‑Randan. Minn dakinhar ’il quddiem jibdew l‑eżerċizzji, funzjonijiet u jibda l‑armar fil‑Knejjes. Tibda wkoll it‑tħejjija u l‑organizzazzjoni tal‑Purċissjoni tal‑Ġimgħa l‑Kbira. Il‑Purċissjoni tal‑Ġimgha Mqaddsa hija waħda mill‑eqdem tradizzjonijiet kattoliċi li missirijietna dejjem għożżew u kabbru mill‑aħjar li setgħu. Fil‑fatt l‑eqdem puċissjoni tmur lura għas‑seklu sbatax. Dan ġara wara li kienu daħlu l‑Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta. Huma kienu ġabu magħhom biċċa mis‑salib u xewka mill‑Kuruna tax‑Xewk ta’ Kristu. Dawn kienu meqjuma fil‑knisja; illum il‑Konkatidral ta’ San Ġwann. Din il‑Purċissjoni Bibblika, b’forma ta’ pageant li eluf kbar ta’ Maltin u turisti jimlew kull rokna ta’ kull raħal nhar il‑Ġimgħa l‑Kbira, biex jiflu u jammiraw din it‑tradizzjoni tal‑akbar ġrajja. Dawk il‑bliet u l‑irħula li jorganizzaw il‑Purċissjoni tal‑Ġimgha l‑Kbira huma erbatax (14) f’Malta u ħamsa (5) f’Għawdex. B’kollox jinġarru 130 vara f’Malta u 43 vara f’Għawdex. Ta’ min isemmi li fix‑Xewkija Għawdex, jinstab sett ta’ tmien vari. Hawnhekk ma ssirx purċissjoni nhar il‑Ġimgha l‑Kbira iżda ssir pageant f’gieħ u f’nhar id‑Duluri. Il‑purċissjonijiet insibuhom mxerrdin sewwa mal‑gżira. Tar‑Rabat (Malta), li toħroġ mill‑Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù tal‑Patrijiet Franġiskani Minuri hija x’aktarx l‑eqdem waħda. Hawnhekk insibu wkoll l‑eqdem statwa tal‑Ġimgħa l‑Kbira li hija dik tal‑Marbut. Wara din il‑Franġiskani komplew xerrdu d‑devozzjoni, fejn malajr insibu li bdiet toħroġ il‑purċissjoni mill‑Knisja ta’ Ġieżu fil‑Belt Valletta. Aktar tard bdew jiġu organizzati oħrajn. Dawn kienu tal‑Kottonera; il‑Birgu, Bormla u l‑Isla rispettivament. F’Ħaż‑Żebbuġ (Malta) bdiet toħroġ għall‑ħabta tal‑1750 u fin‑Naxxar bdiet issir il‑purċissjoni b’numru ta’ statwi. Ftit snin wara bdiet tiġi organizzata dik li toħroġ mill‑Knisja ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi. F’Ħal Għargħur il‑purċissjoni bdiet fl‑1792 fejn l‑ewwel darba li ħarġet kellha żewġ statwi. F’dak iż‑żmien bdiet dik ta’ Ħal Luqa u Ħal Għaxaq beda jorganizza l‑purċissjoni għall‑ħabta tal‑1821 u fl‑1866 ħarġet għall‑ewwel darba mir‑Rotunda tal‑Mosta. L‑aktar purċissjoni riċenti bdiet toħroġ fl‑1945 mill‑Knisja ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. F’Għawdex l‑eqdem purċissjoni hija dik li toħroġ mill‑Bażilika ta’ San Ġorġ fir‑Rabat. Din bdiet qabel l‑1809. ’Il fuq minn mitt sena wara nibtet tar‑raħal tan‑Nadur u fl‑1914 bdiet toħroġ il‑purċissjoni mill‑Knisja tal‑Vitorja tax‑Xagħra. Waqt li fl‑1918 żdiedet u bdiet il‑purċissjoni tar‑raħal żgħir u pittoresk taż‑Żebbuġ. L‑aħħar purċissjoni li twaqqfet f’Għawdex ħarġet nhar il‑31 ta’ Marzu 1966 mill‑Katidral tar‑Rabat. Il‑Purċissjonijiet mhux dejjem kienu jsiru nhar il‑Ġimgħa, bħalma nafuhom illum. Qabel kienu jsiru f’Ħamis ix‑Xirka u f’Ħadd il‑Palm, fejn kienu joħorġu għal xit‑8.00pm u anke jdumu sa nofsilejl. Fl‑1879 wara ordni tal‑Arċisqof Carmelo Scicluna, bdew isiru fil‑ġurnata propja tal‑Ġimgħa l‑Kbira. Baqa’ biss żewġ purċissjonijiet Malta, dik tal‑Għargħur u ta’ Ħal Għaxaq fejn tneħħew mill‑Ġimgħa u bdew isiru f’Ħadd il‑Palm. Dan ġara għaliex billi hemm purċissjonijiet oħrajn fil‑qrib tagħhom jiġbdu aktar nies kienu sejrin lura. Fir‑Rabat f’Għawdex peress li hemm żewġ purċissjonijiet, intlaħaq ftehim li jalternaw sena kull wieħed, billi meta ma jagħmluhiex nhar il‑Ġimgħa l‑Kbira mill‑Katidral toħroġ f’Ħadd il‑Palm u minn San Ġorġ f’Ħamis ix‑Xirka.

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019

9


PAVIA Hardware Stores

Dealers in TOTAL and GRAPHITE Power Tools 4, BLOCK 12, TRIQ IR-REGATTA, BORMLA Tel: 2182 1174 – MOB: 7782 1174 PLUMBING AND ELECTRICAL GOODS DEALERS, SPECIAL DISCOUNTS ON WATER HEATERS

VR Fava Projects Mob: 9945 8850 - 9940 5080

Tal-Kuntrattur

Building Alterations - Drainage Installations

Plastering & Painting, Qoxra fuq il-Fil, Tile Laying, Old Building Restoration, Cleaning, Membrane, Xog˙ol fil-Knejjes, Electrician & Plumbing

Xog˙ol b’esperjenza fuq Djar Antiki u Farmhouses

10

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019


Sidna Ġesù Kristu…Protagonista

Kan. Robin Camilleri

Arċipriet Bażilika Marija Bambina, L-Isla

Huwa l‑pjaċir tiegħi li bħalha Arċipriet tal‑Bażilika tal‑Belt Senglea, għal sena oħra, qed nagħti s‑sehem tiegħi f’din il‑pubblikazzjoni. Fil‑lokalità tagħna nirringrazzja ’l Alla għad għandna min jieħu l‑inkarigu sabiex jittellgħu wirijiet u rappreżentazzjonijiet matul il‑Ġimgħa Mqaddsa. Dan jitlob ħafna sagrifiċċju u għalhekk nixtieq nuri l‑apprezzament tiegħi għal voluniera kollha kemm dawk tal‑Bażilika kif ukoll għaqdiet u soċjetajiet li jieħdu dan l‑impenn. Malta li qed tinbiddel Ftit tal‑ġranet ilu smajna bir‑riżultat taċ‑ċensiment tal‑quddiesa li huwa ta’ 36.1%. Din iċ‑ċifra turi li f’Malta l‑Knisja għaddejja minn proċess ta’ sekularizzazzjoni. Dak li kien tant sagru għal missirijietna, is‑soċjetà tagħna qed tagħtih anqas importanza. Jista’ jkun li hemm ħafna fatturi għax qed jiġri dan. Minn dak li nosserva imma nista’ ngħid li dan iż‑żmien tar‑Randna u l‑Ġimgħa Mqaddsa għad għandhom post u prijorità għal ħafna nsara Maltin. Hija xewqa tiegħi u tal‑kollaboraturi tiegħi li nimpenjaw ruħna sabiex inħallu din it‑tradizzjoni ħajja kif ukoll ngħinu kif nistgħu sabiex beltna tibqa’ ċentru ta’ qima, kultura u tradizzjoni. Mit-Tradizzjoni għal Esperjenza Huwa importanti li matul dan iż‑żmien inwasslu l‑messaġġ tal‑protagonista, jiġifieri ta’ Sidna Ġesù Kristu. Waqt li qed inħarsu lejn dawn ir‑rappreżentazzjonijiet u l‑wirjiet nosservaw il‑mixja li għamel l‑Imgħallem tagħna Sidna Ġesù Kristu – mixja mimlija tbatija matul il‑Via Dolorosa, jerfa’ dak is‑salib. It‑Tbatija ta’ Kristu kienet ferm kiefra, mhux biss minħabba l‑umiljazzjoni tas‑salib imma wkoll għax it‑Tieni Persuna tat‑Trinità Qaddisa tneżżgħet mill‑ġmiel u l‑maestà, issofri l‑inġurji u l‑kefrija sabiex isseħħ il‑fidwa. Dak kollu li għamel Ġesù twettaq għall‑fidwa tal‑umanità kollha. Għal Ġesù kulħadd huwa importanti għax il‑Mulej ma jħarisx lejn ir‑razez jew kulturi imma lejn kull ħlejqa tal‑Missier. Fuq is‑salib ingħata bla kundizzjoni u kompletament għal kull persuna. Kemm ikun isbaħ dan iż‑żmien qaddis kienu nwasslu dan il‑messaġġ ta’ salvazzjoni lil kull persuna, nibdew mill‑familji tagħna u nkomplu bil‑ħbieb; inwasslu l‑messaġġ tal‑Passjoni u l‑Qawmien tal‑Imgħallem tagħna sabiex Kristu jkun maħbub u magħruf minn kulħadd. Grazzi minn qalbi Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lill‑organizzaturi kollha għall‑ħidma u l‑impenn tagħhom kif ukoll lill‑familjari tagħhom li tant jagħmlu sagrifiċċju matul dawn iż‑żminijiet. Huwa ta’ pjaċir għalija ukoll li nirringrazzja lil kull min ħa sehem kif ukoll li dawk li pparteċipaw bil‑preżenza tagħhom kemm billi żaru l‑wirijiet kif ukoll ir‑rappreżentazzjonijiet.

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019

11


12

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019


Ġrajjiet il-Fidwa 1999-2019

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019

13


Ġrajjiet il-Fidwa 1999-2019

14

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019


Tifkiriet tul l-Għoxrin Sena

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019

15


Ħsibijiet qosra fuq l-Aħħar Ċena L‑Aħħar Ċena li Ġesù ċċelebra mat‑tnax‑il Appostlu tiegħu fissret ħafna kemm għalih, kemm għall‑istess Appostli u kemm għalina l‑Insara. Meta aħna nieklu flimkien jinħoloq sens ta’ għaqda u anke ħbiberija. Ġesù nqeda b’ikla biex isellem għall‑aħħar darba lill‑Appostli li kienu ħbieb kbar tiegħu. Hu kien jaf minn xiex kellu jgħaddi ftit tas‑sigħat u mumenti wara. Għamel sforz kbir sabiex waqt l‑istess ikla ma jurihom b’xejn. Imma l‑Aħħar Ċena fissret ukoll it‑twaqqif tal‑Ewkaristija għalina l‑Insara.

Huma bosta l‑ġenerazzjonijiet li għaddew minn dakinhar s’issa. Però t‑twaqqif tal‑Ewkaristija għadu jiġi ċċelebrat u mfakkar kuljum fil‑quddiesa. Ġesù ħalla tifkira kbira tiegħu permezz tal‑ikel għal dawk kollha li jemmnu fih. Għażel il‑ħobż minħabba li dan huwa ikel ta’ kuljum. Il‑ħobż jieklu kulħadd, mill‑kbir saż‑żgħir, mis‑sinjur sal‑fqir. L‑Aħħar Ċena tfakkarna wkoll fl‑aħħar ikla ta’ min ħareġ mid‑dar iżda ma rritornax lura għax miet f’xi inċident jew inkella mewta naturali. Il‑qraba u l‑ħbieb ta’ dawn in‑nies ukoll jibqgħu jiftakru l‑aħħar ċena li jkunu għamlu mal‑maħbubin tagħhom u jirrikorru għas‑saħħa spiritwali billi jersqu lejn l‑Ewkaristija Mqaddsa. Għal min jemmen tagħtih il‑kuraġġ fil‑ġisem u l‑ħajja fir‑ruħ.

16

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019


Grajjet ilFidwa

.

Ġimgħa Mqaddsa 2019

17

Zammit Videomatic Company Ltd. 35, Triq Tumas Galea, Ta’ Paris, B’Kara BKR 4517 - Malta E.U. T: +356 2149 0900 M: +356 9949 5495 M: +356 9949 6144 E: info@zvmleisure.com www.zvmleisure.com

Distributors & Operators of Coin Operated Machines


ACCOUNTANCY SERVICES by a Qualified Accountant

VAT Returns - Management Accounts - Wages Consultancy – Tax Services

Avviż bi ħlas

Email: mferrs1975@gmail.com Mobile : 7954 6867

18

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019


Il-Ġimgħa Mqaddsa: Ċelebrazzjoni Tradizzjonali fil-filaterija Maltija

Ivan Delia

Numru ta’ Tradizzjonjiet Reliġjużi, ħafna minnhom wirt minn ġenerazzjoni għal oħra, huma parti miċ‑Ċelebrazzjonijiet tal‑Għid fil‑gżejjer Maltin. Il‑preparazzjonijiet għal dawn il‑festi solenni jibdew 40 jum qabel Ħadd il‑Għid, tradizzjonalment fl‑Erbgha tal‑Irmied jew Ras ir‑Randan. L‑ewwel ġurnata tar‑Randan tagħti bidu għal 40 ġurnata ta’ talb, sawm u karità u din tiġi eżatt ġurnata wara tmiem taċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑Karnival. Fl‑antik in‑nies kienet issum fir‑Randan billi tiekol bil‑qies u ħafif. Is‑sawm tista’ tgħid li kien ħobż u ilma. Għalhekk, il‑poplu kien jiddeverti bis‑sħiħ fil‑ġranet tal‑karnival. Illum il‑ġurnata ż‑żmien inbidel u sawm baqa’ biss limitat għal Ras ir‑Randan u l‑Ġimgħa l‑Kbira. Id‑devozzjoni lejn id‑Duluri f’Malta għandha għeruq fondi. Il‑Knisja tiċċelebra d‑Dulur ta’ Ommna Marija darbtejn fis‑sena ‑ fil‑15 ta’ Settembru u ġimgħa qabel il‑Ġimgħa l‑Kbira. Il‑purċissjoni tad‑Duluri hija aktar popolari fostna u ssir kważi fil‑Parroċċi kollha ta’ Malta u Għawdex, fejn kullimkien jattendu ħafna pellegrini. Uħud mill‑pellegrini għall‑purċissjoni jimxu ħafja bħalha penitenza jew sinjal ta’ ringrazzjament ta’ grazzja li jkunu qalgħu matul is‑sena. Iċ‑ċelebrazzjonijiet marbuta mal‑Ġimgħa Mqaddsa jibdew f’Ħadd il‑Palm. F’ħafna Parroċċi issir purċissjoni bis‑sehem tal‑għaqdiet tar‑raħal fosthom dawk reliġjużi. F’ċertu parroċċi tieħu sehem ukoll il‑Banda u jsir ‘pageant’ b’Ġesù fuq il‑ħmara, biex ifakkar id‑dħul ta’ Kristu f’Ġerusalemm. Wara ċ‑ċerimonja tat‑tberik tal‑palm, titqaddes il‑quddiesa Konventwali bil‑kant tal‑Passju. Il‑Ġimgħa l‑Kbira hija ġurnata ta’ penitenza u sawm. F’dan il‑jum isiru numru ta’ purċissjonjiet f’diversi Parroċċi madwar Malta u Għawdex bi statwi li jirrappreżentaw xeni mill‑passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Fil‑purċissjonjiet insibu ukoll diversi nies lebsin ta’ personaġġi Bibliċi, Rumani jew Lhud. Fil‑purċissjonijiet jieħdu sehem ukoll il‑baned tal‑lokal fejn jindaqqu marċi funebri. Ix‑xena tinbidel kompletament f’Ħadd il‑Għid fejn tiġi ċċelebrata festa kbira bl‑istatwa ta’ Kristu Rxoxt fejn tiġġerra mat‑toroq tal‑lokal fost ħafna ċapċip u għajjat ta’ nies preżenti. It‑tfal ukoll ikunu qed jistennew l‑Għid fejn fih jaqilgħu ħafna bajd taċ‑ċikkulata u l‑figolla tradizzjonali forma ta’ ħaruf, fejn dawn iġibuhom magħhom biex jitbierku mad‑daħla ta’ Kristu Rxoxt fil‑Knisja.

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019

19


F’dawn is‑sett ta’ ħames bolli maħruġa fit‑12 ta’ April 2006 mill‑Maltapost. Fl‑ewwel bolla tas‑7ċ naraw persuna ħafja libsa tunika vjola ġġorr is‑salib fuq l‑ispalla wara l‑istatwa ta’ Ġesù Redentur bħalha penitenza jew grazzja li jkun irċevew. Fit‑tieni bolla tal‑15ċ naraw il‑Vara l‑Kbira mill‑Parroċċa tal‑Mosta. Din l‑istatwa saret minn Karlu Darmanin fl‑1869. Insibu l‑figuri tal‑Madonna, Marija Madalena, San Ġwann u l‑Kurċifiss. Din il‑vara kinet miżbugħa mill‑ġdid minn Rafel Bonnici Cali fl‑1952. Fit‑tielet bolla tat‑22ċ nsibu l‑vara ta’ difna ta’ Kristu magħrufa aħjar bħalha l‑Monument, ukoll mill‑Parroċċa tal‑Mosta. Din l‑opra ta’ arti hija skultura ta’ Antonio Aguis b’disinn ta’ Wistin Camilleri u ġiet regalata lill‑Knisja minn Karmenu Dimech. Fir‑raba’ bolla tas‑27ċ naraw l‑istatwa ta’ Kristu Rxoxt mill‑Parroċċa ta’ Bormla li jaħsbu li hi xogħol ta’ Spanja. Celestino Sacco kien irregala din l‑istatwa tal‑injam f’1741. Fil‑ħames bolla tat‑82ċ naraw l‑Altar tar‑Repożizzjoni (is‑Sepulkru) ġewwa l‑Kappella tas‑Sagrament fil‑Knisja ta’ San Lawrenz, il‑Birgu. Nawgura l‑Għid it‑tajjeb lil kulħadd.

20

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019


Pellegrinaġġi, purċissjonijiet u mixjiet devozzjonali fi żmien ir-Randan

Keziah Ellul

Matul iż‑żmien tar‑Randan isiru numru kbir ta’ pellegrinaġġi u purċissjonijiet devozzjonali fil‑parroċċi kollha ta’ Malta u Għawdex. Forsi meta wieħed jaqra t‑titlu ta’ dan l‑artiklu wieħed jiġuh f’moħħu l‑pellegrinaġġi li jsiru fil‑parroċċi ta’ Malta kollha nhar Jum id‑Duluri. Imbagħad hemm pellegrinaġġi u purċissjonijiet oħra popolari u devozzjonali bħalma huma r‑Redentur tal‑Isla kif ukoll meta f’okkażjonijiet speċjali jinħareġ il‑Kurċifiss Mirakoluż ta’ Ġieżu tal‑Belt Valletta. Ir‑Randan huwa twil erbgħin jum u f’dawn l‑erbgħin jum isiru kważi kuljum pellegrinaġġi b’vari devozzjonali. Apparti l‑pellegrinaġġi li diġà semmejt bil‑vari ta’ Marija Addolorata,

isiru pellegrinaġġi b’diversi Kurċifissi, vari ta’ Ġesù Redentur kif ukoll diversi purċissjonijiet bit‑talba tal‑Via Sagra. F’bosta parroċċi nhar Ras ir‑Randan qed jorganizzaw pellegrinaġġi bix‑xbieha tal‑Kurċifiss. Tul dawn il‑pellegrinaġġi jingħad xi talb fosthom it‑talba tar‑Rużarju. Il‑pellegrinaġġi li jsiru nhar Ras ir‑Randan jintemmu biċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa kantata li fiha jsir it‑tqegħid tal‑irmied. Nhar l‑ewwel Ħadd tar‑Randan, xi ħaġa antika ġewwa Ħaż‑Żabbar hija l‑festa ta’ Ħadd in‑Nies. Fl‑antik f’din il‑ġurnata kienet tinħareġ l‑Istatwa Titulari tal‑Madonna tal‑Grazzja. Maż‑żmien beda jsir pellegrinaġġ devot immexxi minn Monsinjur Arċisqof, iżda dan l‑aħħar snin qed terġa’ tinħareġ l‑Istatwa Titulari. Tant kemm kien popolari dan il‑pellegrinaġġ li fis‑snin bikrin dan il‑jum kien jissejjaħ ukoll bħalha nhar Tal‑Grazzja ż‑żgħira. Fil‑Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu f’Tas‑Sliema ssir purċissjoni devozzjonali bil‑kwadru titulari, liema kwadru jirrappreżenta lil Ecce Homo. Din il‑purċissjoni ssir nhar it‑tielet Ġimgħa tar‑Randan Imqaddes. Għal din il‑parroċċa li hija mmexxija mill‑Patrijiet Dumnikani, din il‑purċissjoni hija ċelebrazzjoni tal‑festa titulari.

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019

21


Avviż bi ħlas

22

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019


Fis‑snin disgħin, l‑Arċisqof ta’ dak iż‑żmien Mons. Ġużeppi Mercieca, kien imexxi serje ta’ pellegrinaġġi penitenzjali kull nhar ta’ Ġimgħa fi żmien ir‑Randan, fosthom ta’ Ġesù Nazzarenu f’Tas‑Sliema u r‑Redentur tal‑Isla. Fil‑Ġimgħat l‑oħra kienu jsiru pellegrinaġġi ġewwa parroċċi oħra.

Purċissjonijiet devozzjonali u popolari oħra huma dawk tal‑Via Sagra. Għal dawn il‑purċissjonijiet jintramaw erbatax‑il salib li jkunu jixegħlu bid‑dawl u quddiem kull wieħed jingħaddu l‑istazzjonijiet tal‑Via Sagra, popolarment magħrufa bħalha t‑Triq tas‑Salib bil‑lingwa Maltija. Ma’ dawn il‑purċissjonijiet ġeneralment ikun hemm takkumpanja xbieha tal‑Kurċifiss. Ix‑xbihat ta’ Ġesù Redentur u Marija Addolorata huma fost l‑iktar xbihat li huma devoti. Ir‑Redentur tal‑Isla u d‑Duluri tal‑Belt Valletta huma l‑iktar devoti minn Malta kollha. Kif diġà aċċenajt iktar ’il fuq id‑Duluri tinsab ġo kull knisja. Xbihat tar‑Redentur ukoll jinsabu kważi f’kull knisja. Fil‑fatt f’dawn l‑aħħar snin saru bosta vari tar‑Redentur ġodda fi knejjes parrokkjali li m’għandhomx vari tal‑Ġimgħa l‑Kbira fosthom l‑iktar tnejn riċenti li saru ġewwa l‑Parroċċi ta’ San Pawl il‑Baħar u l‑Fgura. Pellegrinaġġi oħra tradizzjonali u devozzjonali tar‑Redentur isiru fil‑Parroċċi ta’ Ħal Għaxaq, Raħal Ġdid (Kristu Re), il‑Mosta, in‑Naxxar, ir‑Rabat (ta’ Ġieżu), Ħal Qormi (San Sebastjan) fost oħrajn. Tajjeb wieħed isemmi wkoll li fil‑Parroċċi ta’ Ħal Għaxaq u n‑Naxxar tinħareġ il‑vara l‑antika tar‑Redentur, liema vari kienu jiffurmaw parti mis‑settijiet l‑antiki tal‑istess parroċċi. F’dawn il‑pellegrinaġġi u purċissjonijiet huma bosta d‑devoti li jattendu. Ħafna minnhom jattendu bħalha wegħda. Oħrajn jattendu biex iżommu t‑tradizzjoni (jew forsi anke vizzju). F’jum dawn il‑pellegrinaġġi l‑knejjes ikunu iktar mimlijin mis‑soltu fejn ikunu bosta dawk li jisimgħu l‑quddies l‑iktar nhar Jum id‑Duluri.

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019

23


EQUINOX CONFECTIONERY

25, Pjazza, Papa Benedittu XV, Senglea  Tel: 2180 5492 Prop: Clint Ellul

24

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019


Il-memorji tiegħi mal-mikbi l-Artist Salvu Bonello

Daniel Vella

Il‑Ġimgħa il‑Kbira minn dejjem kienet f’qalbi, tant li bħalha rigal tal‑Griżma ommi Miriam u l‑mikbija zija tiegħi Doris kienu xtrawli sett vari mingħand Cordina tal‑Belt Valletta. L‑idea kienet li niftaħ l‑ewwel wirja tal‑Ġimgħa l‑Kbira fl‑inħawi tal‑Parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’Birkirkara. Il‑wirja kienet miftuħa fid‑dar Lisieux, Triq Gori Mancini u kienet imbierka mill‑Viċi Kappillan Dun Vincent Fenech. Għal din l‑okkażjoni kienu ġew sħabi l‑abbatini mill‑istess Parroċċa u diversi ġirien. Din il‑wirja kompliet matul is‑snin. Fl‑1992 kont dħalt fid‑dinja tax‑xogħol. Kelli 16‑il sena u għalhekk bdejt naħseb li jkolli t‑tieni sett tal‑vari. Għal darb’oħra rġajt sibt għajnuna kbira minn ommi u z‑zija. It‑tieni sett vari kien ta’ Spanja u kien lest kollu fl‑1994.

L-ewwel wirja tiegħi personali miftuħa għan-nies fl-1986

Fl‑1995 bdejt bil‑kuntatti ma’ Salvu Bonello li kien mill‑Isla. Salvu għall‑ewwel ħadimli suldati Lhud, suldati Rumani u xi simboli tal‑passjoni. Fl‑istess sena, fl‑1995 kont ġejt mistieden biex nieħu sehem mal‑Parroċċa biex narma dan is‑sett vari tal‑passjoni, xogħol Spanjol fis‑sala ta’ fuq il‑knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Fl‑istess swali kienet diġà ssir il‑wirja tal‑aħħar ċena. Dan kien il‑bidu tal‑wirjiet li llum isiru fiċ‑Ċentru Parrokkjali tal‑istess Parroċċa. Sett vari li kienu maħduma l-Italja Meta kien ikun qrib Randan, kont immur għand Salvu spiss fil‑kamra żgħira li kellu wara l‑knisja tal‑Isla. Kont vera nieħu gost immur għandu u narah jaħdem b’dedikazzjoni kbira dawk ir‑Redenturi, vari tal‑Ġimgħa l‑Kbira, pasturi, anġli, statwi tal‑festa u diversi xogħol ieħor. Għamilt bosta ħbieb fosthom is‑Sinjuri Charlie Ellul u Salvu Deguara li dawn ukoll għandhom xogħol tal‑istess Salvu. Fl‑1998 erġajt għat‑tielet darba bidilt is‑sett tal‑vari tiegħi minn dak ta’ Spanja għal sett ħelu ħafna u żgħir maħdum ġewwa l‑Italja. Hawn reġa’ kien hawn bżonn l‑idejn ta’ Salvu Bonello, għaliex fis‑sena 2000 kont xtrajt sett bankuni min‑Naxxar għal dan is‑sett tal‑vari. Salvu barra li kien għamel arranġamenti żgħar fuq dawn il‑vari speċjalment fiż‑żebgħa, ħadem ukoll l‑art (il‑bażi ta’ dan sett vari biex ikunu jidħlu perfetti fil‑post tagħhom ġol‑bankun stess. Wara li sar dan ix‑xogħol, Salvu kien

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019

25


George Zammit

Lourdes Service Station

Herbs, Spices, Essences, Foodstuffs & Domestic Catering

Hompesch Arch Żabbar ZBR 9019 Malta Europe Tel: (+356) 21829767 / 21677836 Mob: (+356) 9989 5448 Fax: (+356) 21664532 Email: info@fixcoltd.com Site: www.fixcoltd.com

Johann Farrugia Proprietor

15, St. John Street, Valletta Tel: 2123 6553

Wholesalers - Retailers - Distributors

A private summer school held in Żejtun Kindergarten

15th July- 6th September 2019 8am-1pm

Children aged 3-10 years are welcome A variety of activities which include; sports, cooking, crafts, swimming...

Contact us on 79058599/99842049 Look for us on Facebook Rainbow Kids Summer Club rainbowkids-summerclub@hotmail.com 26

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019


strumentali li jaħdem ukoll il‑personaġġi, suldati u simboli għal ma’ dan is‑sett vari. Dan is‑sett vari u b’dan ix‑xogħol ta’ Salvu sa mill‑1998 ġew armati kemm fid‑dar tiegħi nru. 43, Triq Indri Calleja, Birkirkara kif ukoll f’numru ta’ postijiet, fosthom fiċ‑Ċentru Parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara mal‑Għaqda Wirjiet tal‑istess Parroċċa, fil‑Każin Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Vallette, fil‑Każin tal‑Banda Sant Elena, fil‑każin tal‑Banda Duke of Connaught’s Own u fil‑maħżen tal‑armar tal‑festa ta’ Sant’Antnin. Fl‑2017 qsamt il‑wirjiet tiegħi fi tliet wirjiet differenti, sett vari tal‑Passjoni xogħol ta’ Pawlu Aquilina li kien armat sa mill‑2014, sett vari tal‑Italja b’arranġament tal‑mibki Salvu Bonello u wirja oħra li din sena qed tiġi armata fil‑Kunsill Purċissjoni Pageant xogħol tal-mikbi Salvu Bonello lokali tal‑Isla, din hi purċissjoni forma ta’ pageant bil‑personaġġi bibliċi li kien ħadem Salvu stess għal mas‑sett tal‑vari tal‑Italja. Minn din is‑sena 2019 din il‑Purċissjoni qed titkompla b’aktar xogħol u personaġġi mill‑artist Karkariż Pawlu Muscat. L‑aktar xogħol għal qalbi ħafna f’din il‑purċissjoni/pageant hija l‑arka tal‑Patt. Din kienet donazzjoni minn Salvu stess fl‑2005. Nieħu l‑okkażjoni biex ngħid grazzi kbir lill‑ħbieb tiegħi l‑Organizzaturi tal‑Wirja Ġrajjet il‑Fidwa li tawni spazju biex narma din il‑Purċissjoni fil‑wirja Annwali tagħhom. L‑GĦID IT‑TAJJEB!

L-arka tal-Patt

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019

27


L-Organizzaturi jwasslu l-awguri tagħhom għall-Għid it-Tajjeb

Triq id-Daħla ta’ San Tumas, Żejtun

Deliveries on 2744 0891

28

.

Grajjet ilFidwa

Ġimgħa Mqaddsa 2019


DESIGN PRINTING CREATIVITY

5 9, Ż U R R I E Q R O A D 2168 0789 · 2164 9012

I

·

QRENDI

9949 9084 · 9925 9084

I

·

QRD 1814

bestprintqrendi@gmail.com


Profile for KEZIAH ELLUL

Grajjet il-Fidwa 2019  

Grajjet il-Fidwa 2019  

Advertisement