Issuu on Google+

1


Programm Il-Ħadd 1 ta’ Settembru 2013 Ftuħ Uffiċjali tal-Festival tar-Regatta fil-Port il-Kbir 6.30pm 7.30pm

Sfilata tradizzjonali fuq 10 dgħajjes tal-pass Jitilqgħu minn fejn Il-Monument tal-Ħelsien, il-Birgu, jidħlu fil-bokka tal-baċir Nru.1 iduru għal max-Xatt tal-Isla u jgħaddu quddiem il-Klabb tas-Senglea Regatta fejn jinżlu l-art, u l-In Guardia Re-enactment Group jagħmel il- Presentation of the Colours Indirizz miċ-Chairman tal-Kummissjoni L-Isport: Nifs Ġdid għall-Port, is-Sur Teddie Borg Indirizz mis-Sindku tal-Isla, is-Sur Justin Camilleri Preżentazzjoni tal-qaddiefa u uffiċjali tal-klabbs L-istorja tar-Regatta Indirizz mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo Preżentazzjoni lill-klabbs

8.00pm 9.15pm 9.25pm Is-Sibt 7 ta’ Settembru 2013 11.00am 6.00pm

Festival tal-Bahar

Tlielaq tad-dgħajjes bil-muturi organizzat mill-Malta Powerboat Association fil-Port ta’ Marsamxett Wirja ta’ muturi tal-baħar bejn ix-Xatt tal-Isla u dak tal-Birgu

Il-Ħadd 8 ta’ Settembru 2013

Festival tal-Bahar

Tlielaq tal-baħar fil-Port il-Kbir barra ż-żona tar-Regatta minn filgħodu sa qabel ma tibda r-Regatta 11.00 am Ir-Royal Malta Yacht Club se jorganizza tellieqa tal-ibburdjar li tibda fil-Port il-Kbir u tispiċċa fil-Port ta’ Marsamxett 11.30am Spettaklu tal-katamarani bil-qlugħ fil-Port il-Kbir 1.15 pm 1.30pm

Regatta Nazzjonali Salut tal-kanuni mis-Saluting Battery tal-Barrakka ta’ Fuq Tibda r-Regatta Nazzjonali organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isport Preżentazzjoni lir-rebbieħa mis-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo


Stefan Buontempo Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Sfortunatament, il-popolarità tar-regatta qiegħda kulma jmur tonqos u, bħala Segretarju Parlamentari, għandi d-dmir li nieħu azzjoni. Għalhekk, ftit jiem wara l-ħatra tiegħi, wiegħedt li kont se nagħmel minn kollox biex din it-tradizzjoni tibqa’ ħajja, u biex pajjiżna ma jitlifx sport bħal dan li jmur lura s-snin u li tant huwa għal qalb in-nies li jgħixu madwar il-Port il-Kbir. Iż-żmien ma jistenna lil ħadd u, flimkien ma’ sħabi l-membri tal-Bord tal-Kunsill Malti għall-Isport, ħdimna qatigħ biex l-edizzjoni ta’ din is-sena tar-regatta tkun differenti minn dik tas-snin ta’ qabel. Għal dan il-għan, ħtart Kummissjoni msejħa ‘L-Isport: Nifs ġdid għall-Port’ biex tieħu ħsieb li toħroġ b’inizjattivi għal attivitajiet sportivi madwar il-Port il-Kbir. Dan qed isir għax nemmen fil-potenzjal li dan il-port għandu. L-isport jista’ jkun wieħed mill-muturi tar-riġenerazzjoni ekonomika tal-Port il-Kbir billi jipprovdi attività ekonomika sostenibbli li permezz tagħha dawn il-lokalitajiet jerġgħu jiksbu dak li kienu tilfu fit-Tieni Gwerra Dinjija. Inħoss li l-Port il-Kbir mhux żviluppat biżżejjed, u għalhekk jeżisti potenzjal biex b’attivitajiet sportivi bħal din u oħrajn, jinħoloq ġid ekonomiku li jkun imsejjes fuq il-prinċipji tas-sostenibbiltà. Din iż-żona hija benniena tal-istorja u tal-kultura ta’ pajjiżna. Madwar il-lokalitajiet ta’ hawnhekk insibu tradizzjonijiet ħajjin li f’żoni oħra tilfu mill-popolarità tagħhom. lill-organizzazzjonijiet li huma impenjati li jżommu dawn it-tradizzjonijiet ħajjin irridu ngħinuhom biex din l-istorja ma tintilifx mal-milja taż-żminijiet. Bħala s-segretarju parlamentari responsabbli mill-isport, waħda mir-responsabiltajiet tiegħi hija lejn it-tradizzjonijiet sportivi. Għalhekk, is-segretarjat tiegħi qed jistudja x’tip ta’ għajnuna dawn il-klabbs tar-regatta għandhom bżonn biex jesperjenzaw tiġdid. Dan jista’ jsir b’diversi modi, fosthom b’taħriġ u għajnuna biex dawn l-għaqdiet ikunu jistgħu jutilizzaw fondi tal-Unjoni Ewropeja. B’din il-parteċipazzjoni, dawn l-għaqdiet ikunu jistgħu jiksbu esperjenza u kuntatti għall-klabbs tagħhom biex b’hekk jogħla l-livell tal-isport. L-attivitajiet sportivi bħalma hi r-regatta huma avvenimenti awtentiċi, ċelebrazzjoni tas-snajja’ marittimi li permezz tagħhom il-poplu tal-Port kien jiċċelebra avvenimenti importanti. Ilum, iżda, ir-regatta se tingħata enerġija ġdida billi magħha norbtu attivitajiet li huma popolari llum il-ġurnata biex b’hekk Jum ir-Regatta jkun ċelebrazzjoni kemm tal-passat kif ukoll tal-preżent. Dan qed isir biex Jum ir-Regatta jerġa’ jikseb il-popolarità mal-poplu Malti. Nittama li din l-edizzjoni tkun suċċess biex b’hekk inkomplu nsaħħu flimkien din it-tradizzjoni li ħallewlna missirijietna. 1


Jonathan Barbara Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport

Huwa ta’ pjaċir għalija li, għall-ewwel darba bħala chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, inwassal messaġġ f’din l-okkażjoni tant sinifikanti għal-poplu Malti. Ir-regatta nazzjonali hija avveniment ta’ importanza storika minħabba li tmur lura għall-bidu tas-seklu sbatax. Ir-regatta tal-Vitorja ta’ din is-sena se tkun avveniment speċjali għall-KMS għax, għall-ewwel darba, se jsir festival ta’ sport marittimu mifrux fuq tlett ijiem. Ir-Regatta Water Festival se jkun okkażjoni tassew memorabbli, minħabba li l-pubbliku se jkun jista jgawdi minn xalata ta’ sport varjat b’rabta mal-baħar. Dan il-festival jilħaq il-quċċata tiegħu bit-tellieqa tar-regatta tradizzjonali nhar il-Vitorja, meta huwa mistenni li jkun hemm konkorrenza kbira mill-pubbliku. Nawgura li dan il-festival isir appuntament annwali fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna. Nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lit-tim organizzattiv, taħt it-tmexxija tal-Kummissjoni ‘Nifs Ġdid għall-Port’ li nħatret mis-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo biex torganizza dan il- festival prestiġjuż. Ringrazzjament speċjali jmur għas-Sur Teddie Borg, iċ-chairman tal-Kummissjoni tarRegatta, li flimkien mat-tim tiegħu ilu għal diversi xhur jaħdem biex jagħmel din l-ewwel edizzjoni tar-Regatta Water Festival suċċess. Hija tassew idea fenominali li se sservi mhux biss bħala okkażzzjoni biex niġbru flimkien l-isport kollu marbut mal-baħar, iżda wkoll bħala opportunità biex niġġeneraw it-turiżmu sportiv, li jħalli impatt pożittiv fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna. Irrid nirringrazzja wkoll lil Għaqda Regatta Nazzjonali, li flimkien magħha qed tiġi organizzata din ir-regatta. Nemmen li, b’aktar qbil bejn il-Kummissjoni u l-Għaqda, il-pajjiż ma jibqax biss jiftakar f’meta xi darba r-regatta kienet tant popolari, imma jara lir-regatta terġa’ tieħu l-ħajja u ssir avveniment mhux biss magħruf mal-Maltin iżda wkoll imfittex mill-barranin. Konvint li dan l-avveniment se jkun xprun għat-tkabbir tat-turiżmu sportiv. Il-gvern qiegħed jinvesti sabiex dan ikun possibbli, u għaldaqstant jonqos biss li jiġu rregolati numru ta’ aspetti li permezz taghħom jintwerew aktar dixxiplina u serjetà fost l-organizzaturi u l-parteċipanti. Finalment, nawgura lill-għaqdiet kollha li qed jieħdu sehem fir-regatta parteċipazzjoni li tagħmel ġieħ lil-lokalità tagħhom, filwaqt li nuri l-apprezzament tiegħi għax-xogħol kontinwu tagħhom sabiex dan l-isport tradizzjonali nżamm ħaj til is-snin.

2


Teddie Borg Chairman KMS Regatta Committee

Dan hu wieħed mill-isbaħ privileġġi li qatt ngħatawli f’ħajti biex inservi lil pajjiżi fil-qasam marittimu, partikularment fl-isport tal-baħħara. Ir-responsabilità kemm taż-żewg regatti nazzjonali kif ukoll biex biż-żmien dan l-avveniment isir attrazzjoni turistika li tkun tinkorpora l-ibliet ta’ madwar il-Port il-Kbir. Iktar minn hekk, il-ħidma tiegħi u tal-kummissjoni tiegħi trid twassal biex nagħtu sehem lid-demm żagħżugħ, b’mod partikulari lil dak tal-istudenti, ħalli din it-tradizzjoni tibqa’ ħajja. Barra minn hekk, wieħed għandu jistudja jekk wasalx iż-żmien li ndaħħlu iktar sport marittimu filPort il-Kbir. Abbinati mar-regatta nazzjonali hemm is-snajja’ tradizzjonali tal-bini tad-dgħajsa Maltija; irridu ninvestigaw il-possibbiltà li tingħata l-opportunità ta’ inċentivi lil min jixtieq jitgħallem din is-sengħa tradizzonali. Il-Kummissjoni tiegħi ‘Nifs Ġdid għall-Port’ ngħatat struzzjonijiet ukoll li r-regatta nazzjonali ma tkunx xi ħaġa ta’ nofs ta’ nhar imma jinħoloq ukoll festival tal-baħar li jkun mifrux fuq medda ta’ tlett ijiem biex jitgawda kemm mill-poplu Malti kif ukoll mit-turisti li jkunu qegħdin hawn f’dan il-perijodu. Dan hu ġojjell li d-dover tagħna hu kif se nisfruttawh biex tiżdied iktar l-attività sportiva matul issena kollha. Jien konvint li bil-koperazjoni ta’ kull min hu involut fil-qasam marittimu, partikularment fir-regatti nazzjonali, se nwettqu l-għanijiet prinċipali kif diġà spjegat iktar ’il fuq. Nawgura lil-qaddiefa kollha tar-regatta nazzjonali kull suċċess għax naf kemm jistinkaw matul is sena ħalli joħorġu rebbieħa. Nispera li l-festival tal-baħar li se norganizzaw iwassal biex inkattru s-sbuħija tar-regatta u li bis-sahha ta’ hekk dan l-isport jikseb iktar għarfien u popolarità.

3


Anthony Caruana Segretarju tal-Għaqda Regatta Nazzjonali

Ir-Regatta u l-Port il-Kbir Il-Pedament ta’ stat soċjali Il-kostituzzjoni ta’ Malta hija bbażata fuq ix-xogħol. Jekk nagħtu harsa lura, naraw li l-evoluzzjoni tax-xogħol f’dan il-pajjiż kienet iċċentrata madwar il-Port il-Kbir u madwar dawk il-ħaddiema li stinkaw, li l-maġġoranza tagħhom kienu jgħixu madwaru. L-għajxien tagħhom u tal-familji tagħhom dejjem iddependa mill-Port. Lil dawn in-nies ahna nsejħulhom barklori. Meta wieħed jara ritratti antiki tal-Port, mill-ewwel jolqot l-għajn in-numru kbir ta’ dgħajjes tal-pass li kont tara. Dawn prattikament kienu jġorru minn kollox: minn ikel sa merkanzija. Sa meta Malta kienet għadha taht l-Ingliżi, kienu jġorru dak kollu li kien ikun hemm bżonn minn fuq u lejn il-vapuri militari, inkluż min kien ikun abbord bħall-baħrin u l-uffiċjali. Illum il-barklori naqsu ħafna jew, biex inkun preċiż, li fadal minnhom m’għadhomx jagħmlu dak ix-xoghol li kienu jagħmlu minn żmien missirijietna fil-Port. Illum ħafna minnhom jistennew is-sajf u, meta jkunu jistgħu, jieħdu lit-turisti dawra mal-Port. Biss, il-legat tagħhom hemm għadu, u tant hu hekk illi dak li fiż-żmien forsi kien isir bi mħatra u pika bejniethom, illum sar parti essenzjali millpartimonju ħaj nazzjonali: xejn hlief ir-regatta. Jekk nagħtu naqra tagħrif fuq l-evoluzzjoni tar-regatta, kienu dawn l-istess barklori li fi żminijiet differenti ngħaqdu u ffurmaw dawk li aħna nsibuhom bħala d-distretti. Insibu l-eqdem distretti, fosthom tal-Isla jew is-Sengleani, tal-Birgu, ta’ Marsamxett u tal-Marsa. Wara, kull belt u lokal madwar il-Port kellu d-distrett bil-barklori tieghu u dak li sar għall-ewwel biex iqassmu x-xoghol bejniethom wara sar parti mill-isport tar-regatta. Fil-ħin li kien jifdlilhom wara ġurnata xogħol taqsmek fi tnejn, kienu jiltaqgħu b’mod soċjali filħwienet u jiddiskutu fuq kollox, fosthom fuq it-tigrijiet ta’ Settembru u tal-festa tal-Bambina – jew aħjar il-Vitorja. Wara l-gwerra, ir-regatta ħadet dik it-tifsila ta’ patrijottizmu u bdiet tagħti dak issens ta’ identità fejn bdejna nirrealizzaw li Malta hija tagħna għax tħabatna għaliha u ma ċedietx quddiem l-għadu. Mill-1955 ’l hawn it-tiġrijiet ħadu forom differenti u korsiji varji, biex ma nsemmix l-opri jew dgħajjes li llum m’għadhekx tara u li spiċċaw fil-mużew marittimu bħall-gig, il-wejla u l-firilla. Biss ir-reġina tad-dgħajjes hemm baqgħet. Id-dgħajsa tal-pass, li hija l-vera dgħajsa Maltija, ma tiċċaqlaq qatt. Magħha daħlu dgħajjes oħra bħal tal-Midalji, il-kajjikk u l-fregatina u, bil-mod il-mod, it-tigrijiet talVitorja bdew jieħdu s-sura kif nafuhom illum. Fl-1968 id-distretti ħadu xeħta aktar organizzata billi ngħaqdu bħala assoċjazzjoni li minnha ħarġu 4


persunaġġi kbar bħal Anton Cassar u Matty Grima. Maż-żmien daħlu bliet u rħula oħra, fosthom Għawdex, Marsaxlokk u Birżebbuġa li, wara snin nieqsa mill-kanal, reġgħu daħlu. Biss, kellu jkun il-Perit Mintoff li ssoda darba għal dejjem lir-regatta. Mintoff kien bniedem li fittex għallidentità Maltija u ra li fir-regatta din hija ħajja u b’saħħitha. Kien bis-saħħa tieghu li llum id-distretti jew il-klabbijiet għandhom id-djar tagħhom. Dawn issibhom fi wħud mill-postijiet ewlenin tal-Port. B’hekk, huwa aktar faċli li jniżżlu u jtellgħu d-dgħajjes. Distretti differenti kellhom il-glorja tagħhom fi żminijiet differenti. Fis-sittinijiet kienu l-Kalkara li ddominaw il-Port. Fil-bidu tas-sebgħinijiet kellek il-Marsa. Lejn l-aħħar tas sebgħinijiet u fittmeninijiet kellek lil Bormla, u fid-disgħinijiet sal-lum għandek lill-Isla. L-unur hu wieħed – ixSHIELD. Min jaf kemm ferħu nies madwarha, min jaf kemm nies tħabtu biex tiġi fil-belt jew lokal tagħhom. Ir-rebħ tax-shield huwa mument ta’ glorja li jiġi mgħix minn sena ghal-sena u minn ġenerazzjoni għall-oħra. Illum il-qaddiefa, jew ħafna minnhom, jiġu minn madwar il-Port il-Kbir, u hemm tfal u tfal tat-tfal li għadhom jinżlu fil-kanal. Il-kbar li m’għadhomx jaqdfu ssibhom fil-kumitati tal-klabbijiet jew jiggwidaw lill-qaddiefa fil-qadfa: min jieħu l-ħin u min jimxi magħhom fil-korsija. Il-qaddiefa tal-lum m’humiex barklori imma demmhom hemm qiegħed għax ġejjin minn familji ta’ barklori u għandhom f’demmhom dak li l-Port isajrek bih. Wara dawn is-snin kollha, pajjiżna qed jara li l-Port huwa l-fus tax-xogħol, tas-soċjetà u tal-identità Maltija. Illum reġa’ qam interess kbir fir-riġenerazzjoni tal-Port. Dak li jieħu gost bih it-turist igawdi minnu l-Maltin kollha, ewlenin fosthom in-nies li jgħixu madwar il-Port. Dawn nies li batew, nies ta’ qalb kbira u ħaddiema beżlin. Il-Gvern nieda kummissjoni bl-isem L-Isport: Nifs Ġdid għall-Port. L-isem biss juri l-importanza li trid tingħata lill-Port. L-iżvilupp tiegħu kif qed jiġi propost huwa essenzjali għall-pajjiż u nemmen li b’port b’saħħtu jkollok pajjiż b’saħħtu kemm ekonomikament kif ukoll soċjalment u, mhux b’inqas, kulturalment. Ir-regatta hija ċ-ċavetta ta’ dan kollu. Fiha hemm l-elementi kollha: sportiv, kulturali, soċjali u x’naf jien. Għandna port u ġurnata storika li għandha ssaħħar lit-turist. Id-dgħajjes ikkuluriti tad-distretti u l-klabbijiet jagħmlu spettaklu. Ejjew nieħdu gost b’dak li hu tagħna, li hu Malti u li jfakkarna li aħna Maltin.

5


Joseph Serracino Frak mill-istorja: IR-REGATTA NAZZJONALI BEJN IŻ-ŻEWĠ GWERER DINJIJA Jekk il-Jum Nazzjonali tat-8 ta’ Settembru, bħala poplu, jfakkarna fir-rebħ taż-żewġ assedji kbar li għaddiet Malta minnhom fl-1565 kontra l-Mislem u fit-Tieni Gwerra Dinjija kontra l-Faxxiżmu u n-Naziżmu, bla dubju ta’ xejn lis-Sengleani dan il-jum ifakkarhom ukoll fil-festa ta’ belthom u fitTiġrija tal-Vitorja. Storikament kienu l-barklori u s-sajjieda Sengleani li taw il-bidu għal din it-tiġrija tad-dgħajjes fl-1822, u minn dik is-sena ’l quddiem saret parti integrali mal-festa popolari talVitorja. It-Tiġrija tal-Vitorja hi meqjusa bħala l-aktar tiġrija popolari tad-dgħajjes ta’ kull żmien. Nafu li kemm qabilha, fi żmienna u warajha, fil-portijiet tagħna saru diversi tiġrijiet tad-dgħajjes nhar festi titular. Xi wħud minnhom kellhom ħajja twila u oħrajn ma kinux daqshekk fortunati. Id-drawwa tat-tiġrijiet tad-dgħajjes li oriġinat fil-bidu tas-seklu 17 tagħmel parti mill-folklor tagħna, u aktarx li hi l-eqdem folklor tal-port. Jien nipparagunaha ma’ munita - għandha żewġt uċuħ: waħda storika u l-oħra sportiva. Storika, għax l-għeruq tagħha huma magħġunin mal-istorja ta’ poplu ta’ waħda mill-bliet marittimi tagħna, Senglea (l-Isla), u sportiva, għax fiha jidħol l-element uman - il-kontestazzjoni għar-rebħ ta’ premju. Illum iddeċidejt li nikteb dwar il-parti sportiva ta’ din id-drawwa antika, li wkoll għandha storja mlewna tagħha bi ġrajjiet sbieħ u koroh ta’ tiġrijiet akkaniti li sfortunatment kultant kienu mtappna b’ħafna piki u rivalità parrokkjali li minn dejjem kienet teżisti fost id-distretti avversarji. Interessanti hu l-fatt li, matul l-aħħar 120 sena ta’ tiġrijiet tad-dgħajjes fil-Port il-Kbir, insibu tliet perijodi ta’ snin li matulhom dawn it-tiġrijiet kienu laħqu l-ogħla livell tagħhom, kemm f’dik li hi organizzazzjoni u kontestazzjoni fost id-distretti, kif ukoll f’attendenza kbira ta’ nies li minn kmieni ħafna kienet timla kull rokna li tagħti għall-port. Dawn kienu s-snin ta’ bejn iż-żewġ gwerer dinjija (1920 -1938), is-snin ħamsin (1951-1958) u bejn is-snin (1965 -1985). Dan it-tagħrif ħareġ minn intervisti li għamilt fl-1980 lil diversi ħabrieka u barklori veterani li xi wħud minnhom kienu l-protagonisti ta’ dawn it-tiġrijiet. Ħafna qaddiefa veterani jsostnu li waqt li r-regatta fis-snin 80 kienet organizzata tajjeb u laħqet l-ogħla livell tagħha, għalihom, l-isbaħ u l-aktar tiġrijiet eċċitanti li qatt saru fil-Port il-Kbir kienu dawk ta’ bejn iż-żewġ gwerer dinjija. Isostnu li t-tiġrijiet ta’ żmienhom kienu akkaniti ħafna għaliex l-ispirtu parrokkjali kien għadu qawwi fost il-barklori ta’ kull distrett. Kien żmien meta l-ekwipaġġi tad-dgħajjes kienu jintagħżlu minn fost il-barklori tal-lokal, u għalhekk il-pika u rivalità li minn dejjem eżistiet fost il-barklori taż-żewġ portijiet kienet titqies bħala waħda naturali. F’dik l-epoka, ilqaddiefa ma kinux jieħdu ċenteżmu wieħed mill-klabbs tagħhom għajr il-premju tal-korsa. Ir-rebħ tal-palju kienu jqisuh bħala l-aqwa u l-akbar unur li wieħed seta’ jirbaħ għalih personali u għalllokalità tiegħu fit-tiġrija. Kien ukoll żmien meta l-pika fost il-barklori tat-tlett ibliet tal-Kottonera tant 6


kienet kbira, li xi wħud minnhom, minkejja li kienu ħbieb, fiż-żmien il-provi lanqas biss kienu jkellmu lil xulxin fil-venda li kien hemm qrib id-dwana. Ma ninsewx li l-maġġuranza tal-qaddiefa li kienu jieħdu sehem fir-Regatta Nazzjonali kienu jkunu magħżulin minn fost dawn il-barklori. Għalhekk, minħabba l-biża’ ta’ għajdut ta’ tixħim jew imħatri, ħafna minnhom bilkemm kienu jsellmu lil xulxin. Waqt li d-distretti tal-Kottonera kienu rinomati ħafna għall-ekwipaġġi li kellhom, l-għażla talqaddiefa li kienu jippartecipaw f’isem Marsamxett kienet issir minn fost il-barklori tal-port kollu, irrispettivament minn jekk kinux mill-Belt, minn tas-Sliema, mill-Gżira, minn Tal-Pietà, mill-Imsida jew minn San Ġiljan. It-tir ewlieni tagħhom kien biss li jkissru d-dominanza tal-qaddiefa talKottonera fir-Regatta - għan li laħquh darba biss - fl-1910 - meta l-qaddiefa tagħhom irnexxielhom jirbħu l-ħames paljijiet tal-ewwel. Fil-bidu tas-seklu għoxrin fir-Regatta Nazzjonali kienu jsiru ħames tiġrijiet: tal-ferilli, tad-dgħajjes tal-midalji, ta’ bi tnejn, ta’ bl-erbgħa u tal-kajjikki fancy. Skont ir-rekords tad-dwana, f’dik l-epoka d-distrett ta’ Marsamxett kien jiddomina kull edizzjoni, u f’kull tiġrija kellu r-rivali tiegħu. Fil-ferilli, l-arċirivali tiegħu kienu l-Isla. Jingħad li r-rivalità bejn l-ekwipaġġi ta’ dawn iż-żewġ distretti tant kienet ħarxa li, ta’ kull sena, kemm matul l-andament tal-korsa kif ukoll fi tmiemha, kien jinqala’ ħafna ġlied fuq l-art u l-baħar. Tiġrija oħra fejn il-qaddiefa taż-żewġ distretti kienu jitqatlu ferm kienet dik tal-kajjikki fancy, iżda l-Isla kienu l-aħjar, armati b’kajjikki eħfef u b’ekwipaġġi formidabbli. Bormla u Marsamxett kienu ppikati ħafna fit-tiġrija tad-dgħajjes tal-midalji, u kien proprju minħabba din il-pika esaġerata li, fis-27 ta’ Ottubru 1906, kienet saret tiġrija bejniethom tad-dgħajjes tal-midalji li sal-lum baqgħet magħrufa bħala t-Tiġrija tal-Imħatra – tiġrija li kienet saret fil-Port ta’ Marsamxett u li ntrebħet mill-Beltin. Marsamxett kien avversarju qalil tal-Birgu fit-tiġrija tad-dgħajjes ta’ bl-erbgħa – tiġrija li għalkemm minn dejjem kienet akkanita u popolari ħafna mad-dilettanti ta’ dawn it-tiġrijiet, fil-bidu tas-seklu 20 ma kinitx meqjusa bħala l-aktar waħda popolari fir-Regatta. Fil-fatt insibu li l-aktar tiġrija akkanita f’dik l-epoka kienet dik ta’ bi tnejn, b’ta’ bl-erbgħa u l-midalji jgawdu l-istess popolarità. F’dan il-kwadru mimli tensjoni, pika u antagoniżmu kbir fost il-qaddiefa taż-żewġ portijiet, fetħu l-edizzjonijiet ta’ tiġrijiet tad-dgħajjes fil-Port il-Kbir wara l-Ewwel Gwerra Dinjija. Waqt li fi żmienna niftaħru kemm ir-regatta u l-kumitati distrettwali huma organizzati tajjeb, ma rridux ninsew li l-edizzjonijiet kollha tar-regatta li saru fil-Port il-Kbir bejn iż-żewġ gwerer kienu jsiru fuq bażi individwali: ma kienx hemm l-Aggregate Shield. Id-dwana kienet torganizza r-regatta u tieħu ħsieb ir-reġistrazzjoni u l-għoti tas-sinjali (bnadar żgħar) li, b’regolament tal-istess dwana, suppost jintrabtu mar-rota ta’ kull opra waqt it-tiġrija. F’dak iż-żmien l-ebda distrett ma kellu kumitat jew id-dgħajjes tiegħu, bħalma għandhom illum. Li kieku ma kinitx l-inizjattiva ta’ xi ftit ħabrieka minn kull lokal li kellhom għal qalbhom dawn it-tiġrijiet, u li matul ħajjithom stinkaw kemm felħu biex din id-drawwa tibqa’ ħajja fost il-poplu tagħna, kieku nasal biex ngħid li r-regatta ilha s-snin li mietet mewta naturali. Dawn il-ħabrieka kienu l-faktotum ta’ kull distrett! Waqt li xi wħud minnhom kienu jieħdu l-inizjattiva biex ikellmu lissidien tad-dgħajjes u jitolbuhom isellfulhom id-dgħajjes tagħhom għat-tigrija, oħrajn kienu jieħdu l-inkarigu li javviċinaw l-aħjar barklori tal-lokal biex jiffurmaw l-ekwipaġġi, u persuni oħra ta’ skola (kif kienu jħobbu jsejħulhom) bħal għalliema jew skrivani biex jirrappreżentaw lid-distrett fid-dwana waqt ir-regatta. 7


Il-preparamenti u t-tħejjijiet għal dawn it-tiġrijiet kienu jibdew mill-għada tat-tiġrija, jiġifieri mid-9 ta’ Settembru. Waqt li l-maġġuranza tal-qaddiefa ta’ kull distrett kienu jkunu għadhom jitkellmu fuq l-andament tar-regatta, dawn il-ħabrieka kienu jiltaqgħu f’xi ħanut tal-inbid, u bejn tazza u oħra janalizzaw kull tiġrija u jippruvaw jindagaw x’mar ħażin biex il-lokalità tagħhom tilfet xi paljijiet li matul il-provi fil-kanal dehrilhom li kellhom iċ-ċans jirbħuhom. Jingħad li l-ewwel laqgħa formali ta’ dawn il-persuni kienet issir wara l-Għid il-Kbir. F’din il-laqgħa kienu jistħarrġu x’dgħajjes ġodda jkunu nbnew matul ix-xitwa, u x’ordnijiet ikollhom il-bennejja għal dgħajjes ġodda. Normalment għat-tiġrija dejjem kienu jissellfu l-istess dgħajjes u ferilli. Meta kienet tinbena dgħajsa eħfef, kienu jitolbu lil sidha biex isellifielhom għat-tiġrija. F’dik l-epoka ma kinux jeżistu regoli dwar in-numru ta’ dgħajjes li distrett seta’ jipparteċipa bihom f’kull tiġrija u wisq anqas dwar it-toqol tal-opra. Waqt li l-maġġuranza tas-sidien kienu jagħtuhom permess biex itellqu bid-dgħajsa tagħhom, nafu b’każi fejn oħrajn ma aċċettawx. Ir-raġunijiet kienu varji, fosthom li sid id-dgħajsa jkun jixtieq li wieħed minn uliedu jaqdef fid-dgħajsa tiegħu jew jippretendi li matul it-taħriġ ikollu dgħajsa oħra għaddispożizzjoni tiegħu biex ma jitlifx postu fil-venda. Wara l-għażla tad-dgħajjes kienet tibda l-għażla tal-qaddiefa. Fl-epoka li qed nitkellem dwarha ma kinitx għadha daħlet id-drawwa li l-ekwipaġġi li jkunu ilhom snin jaqdfu flimkien jipparteċipaw f’aktar minn tiġrija waħda, għaliex kull distrett kien miżgħud bil-barklori u kulħadd kien jippretendi li jingħata ċ-ċans li jaqdef għal-lokalità tiegħu. Iżda meta membru ta’ ekwipaġġ tajjeb jirtira mill-qdif, l-għażla ta’ qaddief biex jieħu postu kienet issir b’reqqa kbira minn fost il-barklori kollha. . Peress li l-qaddiefa kienu barklori, it-taħrig tagħhom fid-dgħajjes kien jibda wara l-festa ta’ San Lawrenz u jkompli sa lejlet il-Vitorja. Għall-ewwel, it-taħriġ kien issir fil-viċinanza tal-imħażen tagħhom, iżda fil-bidu ta’ Settembru l-ekwipaġġi kollha kienu jitħarrġu fil-kanal u jirrekordjaw il-ħin tal-korsa minn Ras Ħanżir sad-Dwana. Jingħad li ħafna mix-xogħol tad-dgħajjes kien jieqaf biex il-barklori jkunu jistgħu jsegwu dawn l-imberkin provi. Ix-Xatt tal-Belt, mill-Kurċifiss sad-Dwana, il-Barrakka ta’ Fuq, il-Ponta u l-Gardjola tal-Isla kienu jkunu mimlijin bin-nies, u fuq il-baħar ukoll. Dgħajjes u frejgatini mimlijin bid-dilettanti kienu l-ħin kollu jirrekordjaw il-ħinijiet ta’ kull opra li tieħu t-triq, u wara erħilhom jikkalkulaw x’ċans għandhom l-opri tagħhom għar-rebħ tal-palju. F’jum il-Vitorja filgħodu, il-qaddiefa kienu jtellgħu l-opri tagħhom l-art u jidilkuhom bix-xaħam jew bil-pal tal-bajtar biex waqt it-tiġrija jżiġġu aktar fuq l-ilma. Lill-ferilli u d-dgħajjes tat-tiġrija kienu jiżbgħuhom suwed u fuqhom jiktbu b’żebgħa bajda diversi kitbiet bħal: ‘LILNA ĦADD MA JISTA’ GĦALINA’ jew ‘AĦNA DEJJEM L-EWWEL U INTOM DEJJEM L-AĦĦAR’. F’kull tiġrija kienu jipparteċipaw bejn tmien u għaxar dgħajjes, għalkemm ġieli n-numru kien inqas ukoll. L-aħħar żewġ tiġrijiet ta’ kull regatta kienu jkunu tal-kajjikki. LiIl-fancy kienu jiżbugħhom bl-ilwien differenti - ħomor, sofor, ħodor, ċelesti, bojod u suwed - waqt li l-kajjikki tal-kopp, li t-tiġrija tagħhom ġiet introdotta fir-regatta tal-1930, kienu jiżbgħuhom suwed. Interessanti hu l-fatt li fl-1935 ġew introdotti żewġ kategoriji ta’ frejgatini fir-regatta nazzjonali minflok it-tiġrija tal-ferilli, li sfortunatament kienet tilfet ħafna mill-popolarità tagħha wara li l-Kollettur tad-Dwana kien iddeċieda li jifred liż-żewġ distretti minħabba l-ġlied kbir li ta’ kull sena kien qed jinqala’ fost il-partitarji tagħhom. Wara t-tqassim tal-paljijiet lill-ekwipaġġi rebbieħa, ir-regatta kienet tintemm bil-ġostra, li kienet issir minn fuq barkun viċin id-dwana fost il-briju kbir tan-nies li kienet tattendi għaliha minn fuq ilmollijiet u l-inġenji tal-baħar. 8


Ir-rebbieħa kollha tax-Shield ta’ Jum il-Vitorja 1955 1956 1957 1958 1959 1960 1961 1962 1963 1964 1965 1966 1967 1968 1969 1970 1971 1972 1973 1974 1975 1976 1977 1978 1979 1980 1981 1982 1983

Isla Isla Isla Isla Kalkara Kalkara Isla Isla Kalkara Kalkara Kalkara Isla Marsa Bormla Kalkara Bormla Kalkara Bormla Bormla Bormla Marsa Marsa Marsa Bormla Bormla Bormla Bormla Bormla Bormla

1984 1985 1986 1987 1988 1989 1990 1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 1999 2000 2001 2002 2003 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 2012

Birgu Bormla Bormla Marsa Bormla Isla Bormla Isla Isla Isla Bormla Isla Isla Marsa Isla Isla Marsa Marsa Isla Isla Isla Marsa Marsamxett Marsamxett Isla Isla Isla Isla Isla 9


In Guardia Unit The In Guardia Unit is composed of some 60 persons who come from all walks of life, but whose interest in the history of the Order of St John binds them together. Many of the re-enactors are actors in their own rights and have participated numerous times in local as well as foreign film and TV productions. They are based at St John’s Cavalier in Birgu where for some 30 Sundays a year they re-enact the In Guardia Parade, an evocation of the ceremonial and military drill that used to take place in the early 17th century. The unit was created in 1996 by the Malta Tourism Authority to animate fortifications that date back to the same period.

10


11


12


13


14


15


16


17


18


19


20


21


22


Regatta Water Festival 2013