Page 1

The Last Supper - Vince Caruana

A R T | FA IT H | TRADITION

EASTER IN GOZO 18 March till 16 April 2017 th

th


Kolbe 18th March poster


Messaġġ tal-Onor. Ministru Anton Refalo Għawdex – Arti, Fidi u Tradizzjoni 2017 Għal sena oħra l-Ministeru għal Għawdex qed iniedi r-raba' edizzjoni ta' Għawdex - Arti, Fidi u Tradizzjoni. Din is-sena l-programm jibda fit-tielet Ħadd ta' Marzu 2017 u jagħlaq nhar Ħadd il-Għid 16 ta' April 2017. Għawdex f'dawn iż-żminijiet joffri esperjenza unika. Ma nistax ma nsemmix il-funzjonijiet li jsiru ġewwa l-knejjes sbieħ tagħna, il-Via Crucis fuq l-għolja ta' Għammar quddiem is-Santwarju ta' Pinu, il-purċissjonijiet devoti ta’ Jum id-Duluri, il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira bi statwi artistiċi uniċi u ċ-ċelebrazzjonijiet talGħid il-Kbir. Matul dan ix-xahar madwar Għawdex ser ikun hawn għadd ta' Kunċerti ta' Mużika Sagra, Musicals u anke Opra. Ser jittellgħu għadd ta' esebizzjonijiet ta' arti viżiva kif ukoll attivitajiet għat-tfal. Min ser iżurna f’dawn il-jiem ikun jista’ jgawdi s-sbuħija ġewwa ċ-Ċittadella, jista' japprezza r-restawr li sar filBanca Giuratale ġewwa t-Tokk u r-restawr tal-faċċata tal-Isptar il-qadim ġewwa Pjazza San Franġisk. Għalhekk bħala Ministeru għal Għawdex għal sena oħra qegħdin nippubblikaw dan il-ktejjeb ta' informazzjoni bl-attivitajiet kollha li jsiru ġewwa Għawdex matul dawn il-festi. Nixtieq nirringrazzja lil kull min kien involut biex tinġabar din l-informazzjoni, iżda l-ikbar ringrazzjament imur għal dawk kollha li jieħdu sehem b'mod volontarju f'dawn l-attivitajiet ta' matul il-festi tal-Għid, jistinkaw biex jippreservaw id-drawwiet tagħna u jagħmlu minn dal-jiem storja oħra ta' suċċess fil-qasam turistiku. Nawguralkom l-Għid it-Tajjeb.


SATURDAY 18TH MARCH – SUNDAY 16TH APRIL – 9.00AM – 5.00PM Post (Venue): Il-Ħaġar - Pjazza San Ġorġ, ir-Rabat Wirja Exhibition Wirja mis-Soċjetà Filatelika ta’ Għawdex b’ġabra ta’ kartolini qodma tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid. Dħul b’xejn. Exhibition of a selection of old Easter cards, some of which are handcoloured. Free entrance.

SUNDAY 19TH MARCH – 5.15PM Post (Venue): Il-Qala Purċissjoni bil-bust tal-Ecce Homo Procession with the statue of Ecce Homo

SATURDAY 18TH MARCH – 7.00PM Post (Venue): Knisja ta’ San Ġakbu, ir-Rabat 'Ecce Mater Tua' Kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa Holy Week Concert 'Ecce Mater Tua' hi t-tema magħżula għall-kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa 2017 mill-Fondazzjoni Santa Ċeċilja A.D. 2013 ta’ Għawdex. Fih se jieħu sehem il-kor Santa Ċeċilja flimkien massolisti residenti u s-St Cecilja String Quintet taħt id-direzzjoni artistika u mużikali tas-surmast fundatur Antoine Mercieca. Il-pubbliku huwa mistieden jattendi. 'Ecce Mater Tua' is the theme of this year’s Holy Week Concert by the Fondazzjoni Santa Ċeċilja A.D. 2013. The Santa Ċeċilja String Quintet, choir and soloists will be performing under the artistic and musical direction of Mro Antoine Mercieca. The public is cordially invited to attend.

SUNDAY 19TH MARCH – 6.30PM Post (Venue): Sala Azzjoni Kattolika, ix-Xagħra 'L-Innoċenti' Il-purċissjoni tal-Ecce Homo bdiet issir fil-Parroċċa tal-Qala fissnin tmenin. Kienu familji min-naħat ta’ Triq Biċċieri - illum Triq il-Mitħna, Triq Wied Simar, u Triq Ċini - li għamlu ġabra għal din l-istatwa żgħira li kienet qamet mal-mitt lira maltija.

'L-Innoċenti' huwa dramm talPassjoni fi tliet atti ta’ Josephine Azzopardi li jittratta l-ħajja pubblika, il-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu.

The Ecce Homo procession was first held in the eighties. The families living in Biċċieri Street - today Mitħna Street, Simar Valley Road, and Ċini Street - collected money to make the small statue that cost around a hundred Maltese Liri.

'L-Innoċenti' is a passion play in three acts by Josephine Azzopardi portraying the public life of Jesus Christ before his passion and death.


SUNDAY 26TH MARCH – 3.00PM – 5.00PM

SUNDAY 26TH MARCH – 7.00PM

Post (Venue): Wied il-Lunzjata, ir-Rabat Il-Passjoni fil-Wied The Passion in the Valley

Post (Venue): Ċentru Parrokkjali, ix-Xewkija 'L-Innoċenti' 'L-Innoċenti' huwa dramm tal-Passjoni fi tliet atti ta’ Josephine Azzopardi li jittratta l-ħajja pubblika, il-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu. ‘L-Innoċenti’ is a passion play in three acts by Josephine Azzopardi portraying the public life of Jesus Christ before his passion and death.

FRIDAY 31ST MARCH – 5.45PM Post (Venue): Knisja Parrokkjali, il-Fontana Purċissjoni bir-Redentur u persunaġġi Procession with Christ the Redeemer and Biblical Characters Attività għall-familja kollha mtellgħa miċ-Ċentru għallEdukazzjoni, Xjenza u Kultura b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju talUNESCO f’Malta, mal-Ministeru għal Għawdex u mal-Kulleġġ t’Għawdex. Żuru l-ambjent uniku ta’ dan il-wied pittoresk li għal ftit sigħat se jinbidel f’dehra naturali ta’ Ġerusalemm fi żmien Ġesù b’xeni ħajjin mill-passjoni mtellgħin mit-tfal, bankarelli bi tradizzjonijiet tar-Randan u l-Għid, imwejjed b’ikel tradizzjonali, u mużika u kant għal dan iż-żmien speċjali tas-sena. Għal iktar dettalji żur il-paġna ta’ Facebook: ‘The Education Science and Culture Centre’ jew ċempel 21553503 jew ibgħat fuq escclg@gmail.com A family-oriented event organised by the Education, Science and Culture Centre in collaboration with the UNESCO Office in Malta, the Ministry for Gozo and the Gozo College. Come and visit the unique environs of the picturesque Lunzjata Valley, on the outskirts of Victoria and ta' Kerċem, which for a few hours will be transformed into a portrayal of Jerusalem’s natural environment during the times of Jesus Christ. The event will include live passion tableaux presented by children, stands promoting Lenten and Easter traditions, local traditional seasonal food, and music and songs for this holy time of the year. For further details, visit the Facebook page: ‘The Education Science and Culture Centre’, call 21553503, or e-mail escclg@gmail.com


FRIDAY 31ST MARCH – 6.00PM

SATURDAY 1ST APRIL – 7.00PM

Post (Venue): Il-Qala Pellegrinaġġ bir-Redentur Pilgrimage with the statue of Christ the Redeemer

Post (Venue): Ir-Rabat L-Imsallab fi Triqatna Dan id-dramm jibda b’parata ta’ suldati Rumani, li titlaq minn Triq Vajrinġa sa Pjazza Santu Wistin, minn fejn jibda d-dramm. Imqassam fuq erbatax-il episodju mill-Passjoni ta’ Kristu, iddramm jgħaddi mit-toroq ewlenin tar-Rabat. The performance starts with a parade featuring a group of Roman soldiers, which leaves from Vajrinġa Street to Saint Augustine’s Square. Consisting of 14 episodes from the Passion of the Christ, the performance passes through the main streets of Victoria.

Din il-purċissjoni saret għall-ewwel darba fis-17 ta’ Ġunju tal2005. L-istatwa hija maħduma mill-istatwarji Michael Camilleri Cauchi u ibnu Adonai. F’dawn l-aħħar snin il-purċissjoni bdiet issir fir-Randan u tinħareġ mis-Santwarju antik tal-Kunċizzjoni u tibqa’ sejra għall-Knisja Arċipretali. The first procession with the statue of Christ the Redeemer took place on 17th June 2005. The statue was made by Michael Camilleri Cauchi and his son Adonai. In the past few years, this procession has been held during Lent, starting from the old Sanctuary dedicated to the Immaculate Conception of Mary and ending at the Parish Church.

FRIDAY 31ST MARCH – 6.30PM Post (Venue): Ix-Xewkija Via Sagra Via Sagra bix-xbieha ta’ Ġesù Redentur, immexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech, bis-sehem taż-żgħażagħ tal-parroċċa. Wara jkun hemm konċelebrazzjoni. Way of the Cross with the image of Christ the Saviour, led by H. E. Mons. Bishop Mario Grech, with the participation of local parish youths, followed by a concelebration.


SATURDAY 1ST APRIL – 7.30PM

SUNDAY 2ND APRIL – 4.00PM

Post (Venue): Knisja Rotunda, ix-Xewkija 'Magħna fl-Agunija'

Post (Venue): L-Għolja Ta’ Għammar, Ta’ Pinu, l-Għarb Meditazzjoni tal-Via Sagra tul l-Għolja Ta’ Għammar Meditative reflections on the Way of the Cross

Serata mużiko-letterarja bis-sehem tal-Banda Prekursur. Direzzjoni ta’ Mro Anthony Borg, versi ta’ Mario Borg u fuq l-orgni Noel Gallo. A musico-literary session with the participation of the Prekursur Band, under the direction of Mro Anthony Borg, with lyrics by Mario Borg, and Noel Gallo on the organ.

SATURDAY 1ST APRIL – 8.00PM Post (Venue): Bażilika tal-Viżitazzjoni, l-Għarb 'Lignum Vitæ' 'Lignum Vitæ' huwa kunċert ta’ mużika sagra u marċi funebri, li qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni, il-Kor tal-Parroċċa tal-Għarb u l-Arċipriet Mgr Fr Trevor Sultana. Il-banda titmexxa mis-Surmast Jason Camilleri, filwaqt li l-kor ikun taħt iddirezzjoni ta’ Mro Antoine Mercieca. Is-serata tinkludi kant missopran Arianna Giuffrida. Narratur jagħti riflessjonijiet qosra dwar il-Passjoni ta’ Kristu. RSVP: 79492667 u vizitazzjoni@gmail.com 'Lignum Vitæ' is a concert of sacred music and funeral marches in collaboration with the Għaqda Mużikali Viżitazzjoni, Għarb Parish Choir and the Archpriest Mgr Fr Trevor Sultana. The band will be conducted by bandmaster Jason Camilleri, while the choir will be under the direction of Mro Antoine Mercieca. Young Italian soprano Arianna Giuffrida will perform during the concert. A narrator will deliver some brief reflections on the Passion of Christ.

L-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech, imexxi l-Meditazzjoni fuq it-Triq tas-Salib tul l-Għolja Ta’ Għammar, Ta’ Pinu. Din tintemm fl-arena li tinsab fil-quċċata tal-Għolja Ta’ Għammar bil-Barka Sagramentali. Din il-Via Sagra tixxandar b’mod dirett fuq Radju Marija fuq frekwenza ta’ 102.3 FM. H. E. Mgr Mario Grech, Bishop of Gozo, will lead meditative reflections on the Way of the Cross along Ta’ Għammar Hill at Ta’ Pinu. This will be concluded by a sacramental blessing. The Way of the Cross will be broadcast live on Radju Marija 102.3 FM.

WEDNESDAY 5TH – SUNDAY 16TH APRIL Post (Venue): Triq Għammar, l-Għasri Wirja Artistika tal-Ġimgħa l-Kbira Good Friday Exhibition Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours) Monday – Friday | 5.00pm – 9.00pm Saturday & Public Holidays | 9.00am -12.00pm & 5.00pm – 9.00pm


THURSDAY 6TH – SATURDAY 15TH APRIL Post (Venue): 5, ‘Santa Marija’ Triq il-Madonna tal-Karmnu, ir-Rabat Wirja: 'Ave Crux, Spes Unica' – Sliem għalik, O Salib, Tama Tagħna Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours) 6th April | 6.00pm - 8.00pm 7th April (Our Lady of Sorrows) | 10.00am - 3.00pm 8th April | 10.00am - 12.00pm & 5.00 - 7.30pm 9thApril (Palm Sunday) | 11.00am - 1.00pm & 5.00pm - 7.00pm 10th to 12th April | 9.30am - 2.00pm & 6.30pm - 9.00pm 13th April (Maundy Thursday) | 9.30am - 1.30pm & 6.30pm - 12.00am 14th April (Good Friday) | 7.30am - 1.00pm 15th April (Holy Saturday) | 9.00am - 12.00pm Din il-wirja, tikkonsisti f’kappella, armata li ddur madwar ixxbieha tal-Wiċċ ta’ Kristu li tmur lura lejn it-tieni nofs tas-seklu 19. Fiha nsibu kappella armata għal dan iż-żmien partikulari u anki t-tkomplija ta’ sett vari tal-passjoni. Wieħed jista’ jammira l-vestwarju sinonimu mal-Ġimgħa Mqaddsa. Għal aktar tagħrif ikkuntattja lil George Mercieca, esebitur fuq 21561684. This exhibition focuses on the image of the Face of Christ, which dates back to the second half of the 19th century. It consists of a chapel decorated for this holy season and also a set of statues depicting the passion of the Christ. One can also admire the biblical attire, synonymous with the Holy Week, which will also be on display.

THURSDAY 6TH APRIL Post (Venue): Banca Giuratale – ir-Rabat Passaġġ Wirja tal-arti minn Paolo Camilleri Cauchi Arts Exhibition by Paolo Camilleri Cauchi Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours) Monday to Friday | 8.00am - 2.30pm Saturday | 8.00am - 12.00pm Sunday | 9.00am - 12.00pm 7th April (Our Lady of Sorrows) | 6.00pm - 10.00pm 9th April (Palm Sunday) | 9.00am - 12.00pm 13th April (Maundy Thursday) | 6.00pm - 10.00pm 14th April (Good Friday) | 6.00pm - 10.00pm 16th April (Easter Sunday) | 9.00am - 12.00pm


THURSDAY – 6TH APRIL

FRIDAY 7TH APRIL – 5.45PM

Post (Venue): Taħt iz-zuntier tal-Knisja t’Għajnsielem Wirja Exhibition

Post (Venue): Trejqet Grezzja Grima, il-Fontana Purċissjoni tad-Duluri Our Lady of Sorrows procession

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): 6th to 8th April | 5.00pm-10.00pm 9th April (Palm Sunday) | 8.00am-12.00pm & 5.00pm-8.00pm 10th to 12th April | 5.00pm-8.00pm 13th April (Maundy Thurdsay) | 5.00pm-11.00pm 14th April (Good Friday) | 08.00am-12.00pm 15th April (Holy Saturday) | 5.00pm onwards 16th April (Easter Sunday) | 08.00am-12.00pm Il-wirja ser tittella’ mill-Għaqda Armar 13 ta’ Ġunju tal-Knisja ta’ Sant’Antnin f’Għajnsielem. Ser tikkonsisti f’oġġetti marbuta malĠimgħa Mqaddsa kif ukoll f’Mejda tal-Appostli. Exhibition of objects related to Easter as well as a recreation of the Table of the Last Supper, organised by the Għaqda Armar 13 ta’ Ġunju from St Anthony’s Church of Għajnsielem.

FRIDAY 7TH APRIL – 5.30PM Post (Venue): Iż-Żebbuġ Purċissjoni tad-Duluri Our Lady of Sorrows Procession

FRIDAY 7TH APRIL – 6.30PM Post (Venue): Pjazza Indipendenza, ir-Rabat Quddiesa Djoċesana u Purċissjoni tad-Duluri Our Lady of Sorrows

Korteo bl-istatwa tad-Duluri akkumpanjata mill-Banda Santa Marija taż-Żebbuġ. Tluq mill-Knisja Parrokkjali. Cortege with the statue of Our Lady of Sorrows, accompanied by the Santa Marija Band from Żebbuġ. Departure from the parish church.

FRIDAY 7TH APRIL – 5.30PM Post (Venue): In-Nadur Pellegrinaġġ tad-Duluri Our Lady of Sorrows Pilgrimage Il-purcissjoni tibda minn ta' Grunju, in-Nadur. The procession leaves from ta' Grunju, in-Nadur.

Ċelebrazzjoni bl-ewkaristija tinżamm barra l-Knisja ta' San Ġakbu fi Pjazza Indipendenza. Wara ssir il-purċissjoni bl-istatwa tadDuluri. A Eucharistic Celebration will be held outside St James Church (Independence Square). This will be followed by a procession with the venerated statue of Our Lady of Sorrows.


FRIDAY 7TH APRIL – 6.00PM Post (Venue): Madwar il-Ġgantija Plots, ix-Xagħra Purċissjoni tad-Duluri Feast of Our Lady of Sorrows

FRIDAY 7TH APRIL – SUNDAY 16TH APRIL – 5.00PM – 9.00PM Post (Venue): Dar Parrokkjali, l-Għarb Passio Domini Mejda tal-Appostli u wirja ta’ Arti Sagra marbuta malĠimgħa Mqaddsa Table of the Last Supper and Sacred Art Exhibition connected with Holy Week

Teżisti devozzjoni qawwija lejn id-Duluri ta’ Marija u din il-festa tiġi ċċelebrata b’reliġjożità kbira. L-istatwa tiġi akkumpanjata millkleru u l-poplu waqt li jiġi reċitat ir-Rużarju u jitkantaw innijiet tal-okkażjoni. Il-banda ddoqq marċi funebri u dawn ikomplu jżidu mas-solennità tal-okkażjoni. Organizzata mill-Parroċċa taxXagħra.

FRIDAY 7TH APRIL – 6.00PM

There is a deep-rooted devotion to Our Lady of Sorrows, and the feast is celebrated with utmost devotion. The statue is accompanied by the clergy and the faithful reciting the rosary and singing hymns for the occasion while the band plays funeral marches, adding to the solemnity of the occasion. Organised by Xagħra Parish.

Post (Venue): Għajnsielem Purċissjoni tad-Duluri Our Lady of Sorrows Procession

FRIDAY 7 – FRIDAY 14 APRIL 8.00AM – 12.00PM & 3.00PM – 7.00PM

Attività oħra li l-Għaqda Drammatika Għajnsielem ttella’ ta’ kull sena hi l-purċissjoni f’Jum id-Duluri, fejn ikun hemm madwar mitt persunaġġ jirrappreżentaw is-Seba’ Duluri ta’ Sidtna Marija. Din il-purċissjoni tibda ħierġa mill-Knisja Parrokkjali ta’ Għajnsielem fis-6.00pm u tkompli ddur mad-diversi toroq tar-raħal.

TH

TH

Post (Venue): Knisja Parrokkjali, il-Fontana Wirja Mejda tal-Appostli Last Supper Display L-Għaqda tal-Armar Fontana ser ittella’ wirja artistika tal-Mejda tal-Appostli fil-Knisja Parrokkjali tal-Fontana. Din l-attività artistika fiha ambjent li jolqtok u jdaħħlek fl-ispirtu ta’ dawn il-ġrajjiet kbar tal-fidi tagħna. The Għaqda tal-Armar Fontana is putting up an artistic Last Supper Display at Fontana Parish Church. The special ambiance will draw you into the spirit of these momentous events in the history of the Catholic faith.

Another activity that Għaqda Drammatika Għajnsielem organises every year is the procession of Our Lady of Sorrows where around a hundred persons dressed as biblical characters take part. The procession leaves Għajnsielem Parish Church at 6.00pm and continues throughout the various streets of the village.


FRIDAY 7TH APRIL – 6.45 PM Post (Venue): Ta' Kerċem Purċissjoni ta’ Marija Addolorata Our Lady of Sorrows Procession Il-purċissjoni tibda mis-Santwarju Parrokkjali Ta’ Kerċem bis-sehem ta’ diversi personaġġi lebsin ilbies bibliku u li jirrappreżentaw is-seba’ Duluri ta’ Marija. Ilpurċissjoni tkun akkumpanjata minn marċi funebri mill-Banda San Girgor. The procession starts from Ta' Kerċem Parish Sanctuary featuring various participants dressed up in biblical clothing representing the seven sorrows of Our Lady, and accompanied by funeral marches from the San Girgor Band.

Quddiem Wirja tal-Istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira Drawwa illi ħadet sewwa Fil-gżejjer tagħna l -Maltin Hija illi tara għall-wiri Għadd ta’ statwetti ħelwin Illi dawn flimkien idommu Il-mumenti tal-Passjoni Illi minnha għadda Kristu – Swat, żebliħ, flaġellazzjoni Sa ma wasal fil-quċċata Tal-moħqrija w tat-tbatija; Fuq salib spiċċa mdendel Tliet sigħat ta’ agunija! U dan kollu Kristu għamlu Sabiex jifdi lili w lilek; Ħabib li qed tara l-Wirja Qis li tagħmel dejjem dmirek

Biex mill-ġdid le terġa’ ssallab Lill-Feddej tagħna l-bnedmin, Iżda ismu nsebbħu, infaħħru Għal kemm għad itulu s-snin.

Statwa oħra illi nilmħu Hija tal-Addolorata, B’Binha mejjet ġo dirgħajha Minn kulħadd abbandunata.

Ġesu' fl-ort ġewwa l-Ġetsemani, Mal-kolonna, il-Marbut, Bix-xewk rasu nkurunata, Bis-salib mgħobbi, batut;

L-aħħar statwa turi dejjem Ġesu' f’qabar ġdid midfun; Tlett ijiem jistenna jgħaddu Biex mill-mewt rebbieħ iqum.

Statwa oħra turi l-laqgħa F’nofs it-telgħa tal-Qorriegħa Mal-Veronka, Ġesu' kellu F’tagħha l-velu ħalla x-xbieha.

F’dal-wirjiet xi drabi tilmaħ l-Aħħar Ikla ta’ Ġesu'; l-Iskarjota inkiss joħroġ moħħu mdallam, m’għadux hu!

Aħna nħobbu nsejħulha Fost l-istatwi, l-Vara l-Kbira, Fiha bosta persunaġġi Ta’ kulħadd tkun żgur il-mira!

Jalla dawn il-Wirjiet sbejħa Joħolqu fina kuxjenza Ta’ ndiema maħfra, sogħba, U b’xulxin nieħdu paċenzja.

Tiġbor fiha d-Duluri, U l-Appostlu l-Maħbub; Ma’ Lonġinu, il-Maddalena U fin-nofs Ġesu' Mislub.

Kav. Joe M. Attard Rabat - Għawdex


FRIDAY 7TH – FRIDAY 14TH APRIL Post (Venue): Taħt iz-zuntier tal-Knisja Rotunda, ix-Xewkija Mejda tal-Appostli, bi statwi life size

Il-purċissjoni tad-Duluri fil-Qala ilha ssir sa mill-1924. L-istatwa xogħol tal-istatwarju Karlu Darmanin u qabel kienet fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ, ir-Rabat. Id-devozzjoni lejha hija qawwija ħafna u għandha niċċa dedikata lilha fil-kappellun tal-Lvant tal-Knisja Arċipretali. The procession with the statue of Our Lady of Sorrows was first held in 1924. The statue is the work of renowned artist Carlo Darmanin and was initially commissioned by St George’s Parish, Victoria. The statue is usually located in its proper niche in the eastern transept of the Parish Church.

FRIDAY 7TH – SUNDAY 16TH APRIL

Ħinijiet tal-ftuħ (Opening Hours) 7th April (Our Lady of Sorrows) | 7.00pm - 10.00pm 8th April | 5.00pm - 8.00pm 9th April (Palm Sunday) | 9.00am - 12.00pm & 4.00pm - 8.00pm 10th - 12th April | 5.00pm - 8.00pm 13th April (Maundy Thursday) | 8.00pm - 11.30pm 14th April (Good Friday) | 8.00am - 12.00pm

Post (Venue): 54, Dar Dun Franġisk Grima, Triq it-Tiġrija, in-Nadur “Ma’ Kristu fil-ġrajja tal-ikbar imħabba.” “M’hemmx imħabba akbar minn din, li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.” (ĠW 15:13) Ċenaklu ħaj u wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa organizzata mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepju, Nadur. Live re-enactment of The Last Supper and an exhibition of holy week statues organised by Għaqda Ħbieb tal-Presepju, Nadur.

FRIDAY 7TH APRIL – 7.15PM Post (Venue): Il-Qala Purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tad-Duluri Procession with the statue of Our Lady of Sorrows Ċenaklu Ħaj (live re-enactment) Friday 7th April 7.30pm - 9.00pm Sunday 9th April 4.00pm - 9.00pm Thursday 13th April 8.00pm - 10.30pm Friday 14th April 9.30am - 12.00pm Saturday 15th April n/a Sunday 16th April n/a

Wirja (exhibition) 7.30pm - 9.00pm 4.00pm - 9.00pm 8.00pm - 10.30pm 9.30am - 12.00pm 10.00am - 12.00pm 5.00pm - 7.00pm 10.00am - 12.00pm 5.00pm - 8.00pm


FRIDAY 7TH APRIL – FRIDAY 14TH APRIL Post (Venue): Triq id-Dejqa, ir-Rabat Mejda tal-Appostli Last Supper Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Friday 7th April | 7.00pm - 10.00pm Saturday 8th April - Wednesday 12th | 5.00pm - 8.00pm Thursday 13th April - Friday 14th April | 6.00pm - 10.00pm

FRIDAY 7TH APRIL – FRIDAY 14TH APRIL – 9.30AM – 12.00PM & 5.00PM – 9.00PM Post (Venue): Każin tal-Banda, ix-Xagħra Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira Good Friday Exhibition

Skont ir-Rit Lhudi; bi statwa ta’ Kristu life-size. According to Jewish rite; with a life-size statue of Christ.

FRIDAY 7TH APRIL – 7.30PM Post (Venue): Knisja Rotunda, ix-Xewkija Purċissjoni b’Pageant tad-Duluri bis-sehem tal-Banda Prekursur Pageant-Procession of Our Lady of Sorrows with the participation of the Prekursur Band

Għall-ħames sena konsekuttiva, is-Soċjetà Filarmonika Victory qed torganizza l-wirja annwali tal-Ġimgħa l-Kbira. Il-wirja tikkonsisti f’replika tal-Golgota b’aktar minn ħmistax-il figurin. Il-figurini huma xogħol tal-artist Nazzareno Gauci ‘Id-Disma’. Fil-wirja wieħed għandu jsib ukoll sett ta’ statwetti li jirrappreżentaw diversi stazzjonijiet mill-Via Sagra. Dawn ġejjin mill-kollezzjoni privata ta’ Austin Masini. Għal iżjed tagħrif żur www.victorybandclub.com jew il-paġna ta’ Facebook: Soċjetà Filarmonika Victory (A.D.1898). For the fifth consecutive year, the Xagħra Philharmonic Society will be holding its annual Good Friday exhibition. Among the exhibits one can find a replica of Calvary, consisting of more than fifteen statuettes. These are the work of Nazzarenu Gauci ‘id-Disma’. The exhibition will also include a set of Good Friday statuettes depicting tableaux from the Way of the Cross. The latter was sourced from a private collection belonging to Austin Masini. The exhibition is being coordinated by Ezechiel Grima. For more information visit www. victorybandclub.com or the Facebook page: Soċjetà Filarmonika Victory (A.D.1898).


SATURDAY 8TH APRIL – FRIDAY 5TH MAY

SATURDAY 8TH APRIL – 10.00AM

Post (Venue): Art e Gallery, ir-Rabat 'Coordinates' Wirja Art Exhibition

Post (Venue): Fort Chambray, Għajnsielem Reenactment by Legio X Fretensis

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Monday - Saturday | 9.30am - 12.15pm Sunday | 10:00am - 12.00pm Wirja ta’ xogħlijiet ġodda mill-artist Vince Caruana se tiftaħ fil-Art e Gallery (Victoria) nhar is-Sibt 8 ta’ April. Is-sitt esebizzjoni personali tiegħu, 'Coordinates' tippreżenta selezzjoni ta’ pitturi riċenti b’bixra kontemporanja ta’ pajsaġġi lokali. L-isem 'Coordinates', li jirreferi għas-sett tan-numri użati biex jindikaw il-lokazzjoni eżatta ta’ post (koordinati ġeografiċi), jissuġġerixxi d-diversi lokalitajiet Maltin u Għawdxin li l-artist interpreta viżwalment fl-istil ġeometrikuastratt għal din il-wirja. An exhibition of new works by artist Vince Caruana will open at the Art e Gallery (Victoria) on Saturday 8th April. Marking his sixth solo exhibition, Coordinates presents a selection of very recent contemporary landscape paintings. The name Coordinates, referring to a set of numbers used to indicate the exact location of a place, hints at the several Maltese & Gozitan places, the artist has visually interpreted in his geometric-abstraction style for this exhibition.

Ir-rwol ewlieni ta’ Legio X Fretensis Malta huwa li joħloq ‘reenactments’ awtentiċi tal-ħajja militari u ċivili Rumana fl-ewwel u t-tieni seklu W.K. L-għan ta’ dan il-grupp hu li joħloq għarfien għall-pubbliku u joffri edukazzjoni mhux biss dwar is-suldat komuni leġjunarju, iżda wkoll dwar it-tipi differenti ta’ uffiċjali u nies oħra preżenti fl-armata Rumana ta’ dak iż-żmien. B’hekk jiġġeddu awtentikament is-simboli partikolari tagħhom, l-armi, l-apparat tal-gwerra u l-armatura kif ukoll tal-ħajja tan-nies ċivili u dawk li akkumpanjaw lis-suldati Rumani fil-ħajja tagħhom jew fl-għases tal-fortizzi tagħhom. Id-dħul huwa b’xejn. The primary role of Legio X Fretensis Malta is to ensure that authentic re-enactments of Roman military and civilian life in the 1st and 2nd Century AD are held. This group raises public awareness and educates not only about the common legionary soldier, but also about the different types of officers and characters present in the army at the time. They authentically recreate specific symbols, weapons and armour as well as portray civilian camp life and those who accompanied the Roman soldiers whilst on campaign or garrisoned in a fort. Entrance is free.

SATURDAY 8TH APRIL – 7.30PM Post (Venue): Pjazza tal-Qala ‘Xmun Pietru… Dgħufitu mifdija b’imħabbtu lejn Kristu’ Dramm tal-Passjoni Dramatic re-enactment of the Passion of Our Lord Pageant differenti u uniku, bi ġrajjiet bibliċi, li jilħaq il-qofol tiegħu bil-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. Jieħdu sehem ’il fuq minn sittin attur, fil-biċċa l-kbira tfal, nisa, żgħażagħ u anzjani. Dan il-pageant qed jittella’ mill-Għaqda Drammatika tal-Qala. F'kaz ta' maltemp il-Pageant isir fil-Knisja Parrokkjali talQala. A dramatic re-enactment related to different biblical episodes by the Għaqda Drammatika tal-Qala which reaches its climax with the Passion, Death and Resurrection of Our Lord Jesus Christ. More than sixty actors namely children, women, youth and elderly people will take part. In case of bad weather, Pageant will be held at Qala Parish Church.


SATURDAY 8TH APRIL – 6.00PM & 9.00PM Post (Venue): Fort Chambray, Għajnsielem 'Il-Passjoni: Ilbieraħ u Llum' B’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem, Fort Chambray Limited u Legio X Fretensis Malta, l-Għaqda Drammatika Għajnsielem ser ittella’ attività bl-isem ‘Il-Passjoni: Ilbieraħ u Llum’, fl-okkażjoni tat-30 anniversarju mit-twaqqif talGħaqda Drammatika Għajnsielem. Din il-verżjoni drammatizzata tal-passjoni ser issir fil-Forti Chambray ġewwa Għajnsielem fis6pm b’repetizzjoni bil-lingwa Ingliża fid-9pm. Id-dħul huwa b’xejn. In collaboration with the Għajnsielem Local Council, Fort Chambray Limited and Legio X Fretensis Malta, Għaqda Drammatika Għajnsielem present a performance entitled ‘Il-Passjoni: Ilbieraħ u Llum’, on the occasion of the 30th anniversary of the establishment

of Għaqda Drammatika Għajnsielem. This dramatised version of the passion of the Christ will be held on Saturday 8th April 2017 at Fort Chambray in Għajnsielem at 6pm with a repeat performance in English at 9pm. Entrance is free.

SATURDAY 8TH APRIL – 8.15PM & SUNDAY 9TH APRIL – 6.15PM Post (Venue): Ċentru Parrokkjali l-Għarb 'Is-Salib tal-Fidwa' Dramm imtella’ f’żewġ atti, li għandu bħala sfond l-istorja talPassjoni ta’ Ġesù, u jirrakkonta l-esperjenza qawwija li kellu Xmun iċ-Ċirinew wara li ltaqa’ ma’ Ġesu’. Kitba ta’ Joanne Debrincat. A play, presented in two acts, that has as its background the story of the Passion of Christ. It is Simon of Cyrene’s moving experience after he helped Jesus carry his cross.  Written by Joanne Debrincat.


SUNDAY 9TH APRIL – 8.30AM Post (Venue): Ix-Xewkija Purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm Procession of Palm Sunday

The crowd, among them children dressed in biblical costumes holding palm and olive branches, meets at the crossroad in Xagħra. The parish priest then leads a procession with the people singing hymns, towards the church, which doors are locked. The door opens when the parish priest knocks on it with a cross.

SUNDAY 9TH APRIL – 10.00AM Post (Venue): Il-Qala Purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm Procession of Palm Sunday

Purċissjoni u Quddiesa solenni ta’ Ħadd il-Palm, bis-sehem tat-tfal u l-ġenituri. Palm Sunday Procession and Mass with the participation of children and their parents.

SUNDAY 9TH APRIL – 9.15AM Post (Venue): Ix-Xagħra Purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm Procession of Palm Sunday Il-poplu, fosthom tfal bi lbies bibliku, bil-friegħi tal-palm u ż-żebbuġ f’idejhom, jinġabru f’salib it-toroq. Wara l-Arċipriet imexxi purċissjoni bil-kant ta’ innijiet minn hemm sal-knisja li tkun bil-bieb magħluq. Dan jinfetaħ meta l-Arċipriet iħabbat fuqu b’salib.

L-abbatini u l-kleru joħorġu mill-Knisja Arċipretali għall-Kunvent tas-Sorijiet Franġiskani fi Triq il-Kunċizzjoni. Fl-10.15am tibda l-purċissjoni minn ħdejn il-Kunvent tas-Sorijiet Franġiskani bissehem tat-tfal lebsin stil Lhudi jxejru l-palm. Tintemm fil-Pjazza ftit minuti qabel l-10.30am. The altar boys and the clergy make their way from the church to the Convent of the Franciscan Sisters in Immaculate Conception Street. The procession leaves at 10.15am from the Convent of the Franciscan Sisters with the participation of children dressed up as Jews and waving palm branches. It arrives at the square a few minutes before 10.30am.


SUNDAY 9TH APRIL – 10.15AM Post (Venue): Triq ta' Mulejja, il-Fontana Purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm Palm Sunday Procession Poplu u tfal lebsin ta' Lhud bil-frieghi tal-palm u żebbug, ikantaw f'purċissjoni lejn il-Knisja u wara issir quddiesa. Children in biblical costumes carrying palm and olive branches, sing in procession towards the church to celebrate mass

SUNDAY 9TH APRIL – 10.30AM Post (Venue): Ċentru Parrokkjali, Ta' Sannat Purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm Palm Sunday Procession

A children’s pageant procession representing the Passion of Our Lord Jesus Christ, organised by the Xagħra Vocational Group. Children under the age of 13, take part in this pageant, a replica in miniature of the renowned Good Friday Pageant.

SUNDAY 9TH APRIL – 6.30PM Post (Venue): Il-Qala Purċissjoni bl-istatwi tal-Passjoni tal-Mulej Procession with statues of the Passion of Our Lord Il-Purċissjoni tal-Vari tal-Ġimgħa l-Kbira ssib l-oriġini tagħha filParroċċa tal-Qala fis-snin sebgħin meta kienet issir it-Talba tatTriq tas-Salib fil-beraħ. Fis-snin tmenin kienu jitlibbsu diversi persunaġġi bibliċi waqt il-purċissjoni tad-Duluri, u fis-snin disgħin bdiet issir it-Triq tas-Salib fil-beraħ bl-istatwa tal-Kurċifiss maħdum bl-injam ġewwa Ortisei. Fl-2002 il-purċissjoni bdiet issir bil-vari ta’ Kristu l-Marbut, l-Ecce Homo, il-Kurċifiss, l-Inżul ta’ Kristu minn fuq is-Salib u l-Monument. Fl-2005 sar ir-Redentur, fl-2011 waslet l-istatwa ta’ Ġesù fl-Ort u fl-2015 saret l-istatwa tal-Veronika.

Ftuħ tal-Ġimgħa Mqaddsa b’funzjoni li tibda minn ħdejn iċĊentru Parrokkjali. Function to usher the Holy Week leaving from in front of the parish centre.

SUNDAY 9TH APRIL – 6.00PM Post (Venue): Ix-Xagħra Pageant tal-Passjoni mit-tfal Children’s Passion Pageant Din hija purċissjoni pageant mit-tfal, dwar il-Passjoni tas-Sinjur Tagħna Ġesù Kristu, u tittella’ mill-Grupp tal-Vokazzjonijiet taxXagħra. F’dan il-pageant, li huwa kopja fiċ-ċokon tal-magħrufa Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, jieħdu sehem biss tfal taħt ittlettax-il sena.

The procession with Good Friday statues in Qala has its origins in the seventies when the parish used to organise an open air Way of the Cross. Years later, people dressed as biblical characters started to participate in this annual spiritual activity during the procession featuring the statue of Our Lady of Sorrows, normally held one week before Good Friday. Various statues portraying different episodes from the Passion of Our Lord have been commissioned during the last thirty years and these are carried shoulder high throughout the procession.


SUNDAY 9TH APRIL – FRIDAY 14TH APRIL

SUNDAY 9TH APRIL – FRIDAY 14TH APRIL

Post (Venue): Ċentru Parrokkjali, il-Qala Wirja tal-Aħħar Ċena u oġġetti marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa An exhibition of the Last Supper and objects related to Holy Week

Post (Venue): Każin tal-Banda, iż-Żebbuġ Il-Passjoni Wirja ta’ Arti Sagra u Mejda tal-Appostli A Last Supper exhibition

SUNDAY 9TH APRIL – FRIDAY 14TH APRIL Post (Venue): MUSEUM Subien, in-Nadur Mejda tal-Appostli The Last Supper

Ħinijiet tal-Ftuh (Opening hours) Sunday 9th – Thursday 13th April | 5.00pm - 10.00pm Friday 14th April | 8.00am - 12.00pm Is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija, qed torganizza Wirja ta’ Arti Sagra u Mejda tal-Appostli bl-element ewlieni u li jiddistingwi din il-wirja minn oħrajn bl-użu tan-newl, liema materjal/drapp huwa sinonimu mas-sengħa tal-insiġ fiż-Żebbuġ, Għawdex.

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening hours) 9th April (Palm Sunday) 9.30am – 11.30am & 3.30pm – 6.00pm 10th to 12th April | 6.00pm – 9.00pm 13th April (Maundy Thursday) | 6.00pm -11.00pm 14th April (Good Friday) | 9.00 am - 3.00pm & 7.30pm - 9.30pm

The Santa Marija Philharmonic Society presents an exhibition of sacred art, as well as a Table of the Last Supper with original features such as hand-woven wool, synonymous with the weaving trade in Żebbuġ, Gozo, which make this exhibition stand out.

Għad-29 sena konsekuttiva, il-MUSEUM Subien Nadur qed jerġa’ jtella’ l-Mejda tal-Appostli magħrufa aħjar bħala ‘Iċ-Ċena tasSinjur’. Hija mgħammra bi 15-il statwa ta’ daqs uman, xogħol l-artist James Camilleri, f’ambjent tipiku Lhudi li jinbidel minn sena għal oħra. Għal żjajjar ta’ gruppi filgħodu, ibbukkja billi ċċempel fuq 99866777. For the 29th consecutive year, the MUSEUM Boys section is putting up its Last Supper Display. Featuring fifteen life-size statues by artist James Azzopardi, the display is set in a Jewish environment, typical of the times of Christ. For morning group visits call 99866777.

SUNDAY 9TH APRIL – SUNDAY 16TH APRIL Post (Venue): Sala tas-Seminarju, ir-Rabat 'Ħtija Tieghi' Wirja Exhibition Wirja Tradizzjonali tar-Randan b’differenza. A traditional Easter exhibition with a difference.


SUNDAY 9TH APRIL – 8.00PM

THURSDAY 13TH APRIL – 6.30PM

Post (Venue): Katidral, ir-Rabat Serata ta’ Mużika Sagra u Riflessjonijiet An Evening of Sacred Music and Reflections

Post (Venue): Bażilika San Ġorġ, ir-Rabat L-Eqdem Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ Għawdex The oldest Good Friday Procession in Gozo

WEDNESDAY 12 APRIL – 7.00PM TH

Post (Venue): Knisja Qalb ta’ Ġesù, il-Fontana Dramm 'Is-Seba’ Kelmiet' Play 'Is-Seba’ Kelmiet' ‘Is-Seba’ Kelmiet’ huwa dramm li jirrakkonta l-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu permezz tas-seba’ kelmiet. Id-dramm qed jittella’ millGħaqda Kummissjoni Żgħażagħ Fontana u d-dħul huwa b’xejn. The group Kummissjoni Żgħażagħ Fontana proudly presents the play ‘Is-Seba’ Kelmiet’ which narrates the passion of Christ with the help of the seven sayings of Jesus on the cross. Entrance is free of charge.

WEDNESDAY 12TH APRIL – 7.30PM Post (Venue): Ta' Sannat Pellegrinaġġ Pilgrimage Pellegrinaġġ penitenzjali bil-Kurċifiss bis-sehem taż-żgħażagħ dritt wara l-quddiesa ta’ filgħaxija fis7.30pm. Penitential procession at 7.30pm, after evening Mass, with the participation of youths bearing the Holy Crucifix.

Il-purċissjoni talĠimgħa l-Kbira talBażilika ta’ San Ġorġ tal-Belt Victoria hija l-eqdem waħda f’Għawdex, bl-ewwel ħjiel dwarha jmur lura lejn l-1788. Ilkarattru tradizzjonali, devot u penitenzjali tagħha - li baqa’ bla mittiefes tul dawn issnin kollha - u s-sehem impressjonanti ta’ rġiel u nisa li jkaxkru l-ktajjen u s-slaleb b’wegħda, jagħmlu lil din il-purċissjoni talĠimgħa l-Kbira waħda unika u ferm popolari fil-gżejjer Maltin. The Good Friday procession that issues every year from St George’s Basilica of Victoria is the oldest one in Gozo, dating back to at least 1788. Not only has its traditional, devout and penitential character been jealously conserved throughout the years, but also the impressive number of men and women dragging chains and carrying crosses in token of repentance does make of this procession a unique and most popular experience of Christian faith in the Maltese islands. Photos by Sebio Aquilina.


THURSDAY 13TH APRIL Post (Venue): Ta' Passi, Għajnsielem l-Aħħar Ċena The Last Supper Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening hours) 13th April (Maundy Thursday) | 8.30pm - 11.30pm 14th April (Good Friday) | 9.00am- 12.00pm L-Għaqda Drammatika Għajnsielem ser tfakkar it-Twaqqif talEwkaristija permezz ta’ rappreżentazzjoni tal-Aħħar Ċena fis-sit Ta’ Passi fejn diversi atturi se jirrappreżentaw lil Ġesù u l-Appostli fillejl tal-Ewkaristija. Fiċ-Ċenaklu ser ikun hemm ukoll kċina fejn jiġi ppreparat ikel tradizzjonali tal-okkażjoni.

FRIDAY 14TH APRIL – 6.00PM Post (Venue): Iż-Żebbuġ Purċissjoni tal-Passjoni Good Friday Procession

Għaqda Drammatika Għajnsielem presents a live re-enactment of The Lord’s Supper at Ta’ Passi fields. Actors will portray Jesus sharing his final meal with his apostles before his crucifixion. There will also be a live kitchen where traditional Passover food will be prepared. Purċissjoni tal-Passjoni akkumpanjata mill-Banda Santa Marija taż-Żebbuġ. Tluq mill-Knisja Parrokkjali. Good Friday procession accompanied by the Santa Maria Band, Żebbuġ, leaving from the Parish Church.


FRIDAY 14TH APRIL – 6.00PM

FRIDAY 14TH APRIL – 6.00PM

Post (Venue): Pjazza l-Vittorja, ix-Xagħra Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira Good Friday Procession

Post (Venue): Katidral, ir-Rabat Purċissjoni Tal-Ġimgħa l-Kbira Good Friday Procession

F’din il-purċissjoni jieħdu sehem ħafna nies li jirrappreżentaw persunaġġi mill-Bibbja. Oħrajn, mgħammda, ikaxkru ktajjen tqal marbuta ma’ saqajhom, min biex ikompli xi wegħda, u min bħala ringrazzjament lil Alla. Il-purċissjoni tinkludi wkoll għaxar statwi li jirrappreżentaw mumenti differenti mill-Passjoni tal-Mulej.

Many people take part, representing characters from the Bible. Others, wearing hoods, carry heavy chains tied to their ankles either to fulfill vows or as an act of thanksgiving to the Lord. The procession includes ten statues depicting various stages of the Passion of the Lord.

L-eqdem forma ta’ purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’Għawdex tmur lura fis-swar taċ-Ċittadella fejn kien hemm il-knisja, li flokha llum hemm il-Katidral ta’ Għawdex. Maż-żmien, din il-purċissjoni ħadet xejriet differenti sakemm fl-1968, reġgħet bdiet tinħareġ b’uħud mill-vari oriġinali li huma l-eqdem tax-xorta tagħhom f’Għawdex. Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Katidral ta’ Għawdex hija magħrufa għall-mijiet ta’ parteċipanti, fosthom il-W.R. Kapitlu Katidrali, il-Banda Ċittadina Leone, il-grupp tal-iscouts tal-Fgura, ir-riġmenti ta’ suldati Rumani u personaġġi bibliċi u mhux l-inqas sett rinomat ta’ vari imlibbsin skont it-tradizzjoni Sikulo-Spanjola. Il-purċissjoni toħroġ fis-6pm u ddur maċ-ċentru storiku tal-Belt Victoria. Ikun hemm siġġijiet fil-Pjazza tal-Katidral għad-dħul talpurċissjoni, u siġġijiet fi Pjazza Savina fil-bidu tal-purċissjoni.. The oldest form of Good Friday procession in Gozo can be traced within the Gozo Citadel where once stood the predecessor of today’s Gozo Cathedral Church. Along the years, this procession took on various forms until in 1968, it was re-established in the shape and form by which it is known today. The Good Friday Procession from the Gozo Cathedral is renowned for hundreds of participants namely the Gozo Cathedral Chapter of Canons, the Leone Band, the Fgura Scout Group, regiments of Roman Soldiers, biblical figures and not the least, a precious and devotional set of statues and tableaux dressed in fine clothing according to Siculo-Spanish tradition. The procession starts at 6pm and makes its way through the historic centre of Victoria. Seating at Cathedral Square will be available for the conclusion of the procession, while seating at Savina Square will be available for the first part.


FRIDAY 14TH APRIL – 6.00PM Post (Venue): In-Nadur Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira Good Friday Procession Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ħarġet għall-ewwel darba fis-sena 1913. Dak iż-żmien kien hemm biss tliet statwi: il-Bust tal-Ecce Homo (1752), id-Duluri (1863) u Kristu mejjet. Bejn is-sena 1914 u 1921 inħadem sett vari tradizzjonali mill-istatwarju Karmnu Mallia ta’ Ħal Qormi. Fil-perjodu tal-1927 u l-1955 inbiddlu l-vari ta’ Mallia ħlief dik tal-Veronika. Ħames statwi huma maħduma flinjam ġewwa Bolzano, l-Italja. F’dawn l-aħħar 40 sena sar ħafna xogħol ġdid kemm fil-vari kif ukoll fil-persunaġġi Bibliċi. Illum ilpurċissjoni fiha għaxar statwi. Jieħdu sehem madwar 150 tifel u tifla, u 150 persunaġġ Bibliku u suldati Rumani. Jakkumpanjaw il-purċissjoni l-Banda Mnarja tan-Nadur u l-Banda ‘St Joseph’ ta’Għajnsielem.

The Procession of Good Friday was held for the first time in 1913. That year there were only three statues: the Bust of Ecce Homo (1752), Our Lady of Sorrows (1863) and the dead Christ. Between 1914 and 1921, a traditional set of statues was made by Carmel Mallia of Hal Qormi. During the period 1927 and 1955 the statues were change with the exception of that of the Veronica. Five statues were made of wood in Bolzano, Italy. During the last 40 years several restoration works have has been done on the statues as well as on the Biblical attire used during the procession. Around 150 children, 150 biblical personalities and Roman soldiers take part in this procession. The Mnarja band of Nadur and the band of ‘St Joseph’ of Għajnsielem accompany this procession.

SUNDAY 16TH APRIL – 6.00PM Post (Venue): Pjazza l-Vittorja, ix-Xagħra Gozo Easter Festival Ċelebrazzjoni tal-Irxoxt: Kids Area, gabbani tal-ikel, grupp folkloristiku, u dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt bis-sehem tal-Banda Victory tax-Xagħra. A celebration of the Resurrection (Kids Area, Food Stalls, Folk Group, Manifestation of the Risen Christ with the participation of Victory Band of Xagħra).


SUNDAY 16TH APRIL DIMOSTRAZZJONIJIET BL-ISTATWA TAL-IRXOXT Processions with the statues of the Risen Christ San Ġorġ 8.45am Ta’ Kerċem 9.15am Ix-Xewkija 9.30am In-Nadur 10.00am Il-Fontana 10.30am

Il-Katidral 10.45am Il-Qala 11.00am Iż-Żebbuġ 5.00pm Ix-Xagħra 6.00pm L-Għarb 6.00pm


Hip Hop Hurray Family Fun on Easter Day

SUNDAY 16TH APRIL – 10.00AM – 4.00PM Post (Venue): Villa Rundle Gardens – Victoria Attività tal-Għid mal-Easter Bunny għall-familja kollha. It-tfal jistgħu jgawdu minn varjetà ta’ attivitajiet fosthom logħob, bouncy castle, crafts, jiltaqgħu ma’ karattri popolari ta’ Disney, żfin u ħafna aktar! Is-Sur Bunny se jkun iqassam bajd tal-Għid taċ-ċikkulata. Dakinhar ser jingħażel ukoll ir-rebbieħ ta’ ‘dEGGorate’ - kompetizzjoni għat-tfal tal-iskola. Dħul b’xejn u d-donazjonijiet ser imorru għal Puttinu Cares.

Hop on over to Mr Bunny’s Easter party at Villa Rundle Gardens in Victoria, for a fun, family-oriented Easter party. Kids can enjoy a variety of activities such as party games, rides, bouncy castles, crafts, characters, dance, storytelling and more! Mr Bunny will be serving chocolate eggs. Judges will determine the winner of ‘dEGGorate’ – a competition for school children. Entrance is free of charge. Donations will go for Puttinu Cares.


TAGH RIF

Useful telephone numbers

Parroċċi f’Għawdex

Tagħrif Ieħor (Additional info)

Il-Fontana Tel: 2155 6097 / 2156 0233

Gozo Channel Tel: 2155 6114 / 2156 1622 / 2210 9000

Għajnsielem Tel: 2155 4615 / 2156 1030

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex (Hospital) Tel: 2156 2700 / 2210 6154 / 2210 6161

L-Għarb Tel: 2155 6129

Għassa tal-Pulizija (Victoria) Police station Tel: 2156 2044

L-Għasri Tel: 2156 0137 Il-Munxar Tel: 2156 4563 / 2155 3764 / 2156 0845

Uffiċċju tal-Kultura f’Għawdex Culture Office Tel: 2215 6700

In-Nadur Tel: 2155 1649 / 2156 2284

Seminarju ta’ Għawdex Gozo Seminary Tel: 2155 6479

Il-Qala Tel: 2155 6684 / 2155 8552

Ministeru għal Għawdex Ministry for Gozo Tel: 2215 6400

San Lawrenz Tel: 2155 6073 Ta’ Kerċem Tel: 2155 1355 Ta’ Sannat Tel: 2155 1435

Kurja tal-Isqof Gozo Curia Tel: 2155 1211 Uffiċċju tal-Informazzjoni għat-Turisti Tourist Information Office 22915452/3

Il-Katidral Tel: 2155 4101 / 2155 6087 San Ġorġ 2155 6377 Ix-Xagħra Tel: 2155 1042 / 2155 7881 Ix-Xewkija Tel: 2155 6793 / 2156 4608 Iż-Żebbuġ Tel: 2155 4882 / 2155 9043 L-informazzjoni f’dan il-ktejjeb inġabret b’reqqa u attenzjoni. Il-Ministeru għal Għawdex ma jerfa’ l-ebda responsabbiltà għal kull tibdil li jista’ jseħħ. Ħajr lill-fotografi kollha li r-ritratti tagħhom qegħdin jidhru f’din il-pubblikazzjoni.

Front Cover – Title: The Last Supper Media: Mixed media on Canvas Dimensions: 65 x 85cm Artist: Vince Caruana Christ shares his last supper with his twelve apostles in Vince Caruana’s interpretation of this well-known biblical scene. Painted with mixed media, the artist captures the solemnity of the occasion as he encompasses the scene in overlapping semi-circular rays of light. As with previous works, the artist approaches the subject by creating multiple layers of translucent pigment, creating a luminous Last Supper scene with a strong palette in a geometric-graphic style, without subverting the spiritual message of the original scene.

Gozo Channel Skeda tax-Xitwa/Winter Schedule

(mit-7 ta’ Novembru 2015 sat-11 ta’ Ġunju 2017) TLUQ/FROM MĠARR - GĦAWDEX MĠARR - GOZO

TLUQ/FROM ĊIRKEWWA-MALTA ĊIRKEWWA - MALTA

01:30 03:30 05:00 06:00 06:30 (A) 06:45 (B) 07.00 (A) 07:30 08:15 09:00 09:45 10:30 11:15 12:00 12:45 13:30 14:15 15:00 15:45 16:30 17:15 18:00 18:45 19:30 20:15 21:00 22:30 23:45

2:15 04:00 05:45 06:45 07:30 08:15 09:00 09:45 10:30 11:15 12:00 12:45 13:30 14:15 15:00 15:45 16:30 17:15 18:00 18:45 19:30 20:15 21:00 21:45 23:05 00:20

A: It-Tnejn (eskluż btala pubblika / Mon excluding public holidays) B: Mit-Tlieta sal-Ħadd (inkluż btala pubblika / Tue - Sun including public holidays)

Siti elettroniċi / websajts Easter in Gozo Kultura Għawdex www.ecogozo.com www.visitgozo.com


www.visitgozo.com

MINISTRY FOR GOZO

Easter in Gozo 2017  
Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you