Katechein Novembru - Diċembru

Page 1

Issue: 4/19

Niskandaljaw biex Niġġeddu Papa Franġisku qiegħed il-ħin kollu jsejjaħ lill-Knisja biex tiġġedded, u biex f’dan it-tiġdid issir tixbah aktar lil Ġesù Kristu. Aħna wkoll bħala katekisti u edukaturi għall-fidi imsejħin biex ilħin kollu niġġeddu aħna bħala nsara, biex b’hekk inkunu nistgħu ngħinu lill-oħrajn jiġġeddu fi Kristu. Hu propju b’dan il-għan li fl-aħħar numru ta’ KATECHEIN kont ħabbart li fl-ewwel xhur tas-sena 2020 se nagħmlu Kungress Kateketiku. B’hekk aħna u intom, il-katekisti, ninġabru flimkien biex naraw f’liema direzzjoni sejrin u jekk din hix id-direzzjoni li fiha tassew nixtiequ naslu. Id-data li fiha se jsir dan il-Kungress Kateketiku hija s-Sibt 28 ta’ Marzu 2020, u se jsir Dar San Ġużepp, Sta Venera. Il-ħsieb huwa li nagħmlu ġurnata sħiħa flimkien li fiha nirriflettu, naħsbu u nitkellmu fuq il-katekeżi, u fuq kif nistgħu naqdu aħjar il-missjoni afdata f’idejna. Għal dan il-Kungress huma mistiedna l-katekisti kollha. Aktar ’l quddiem nagħtu wkoll informazzjoni biex tkunu tistgħu tapplikaw ħalli tattendu għal dan il-Kungress. Ftit tal-ġimgħat oħra nibdew ukoll nippreparaw biex nidħlu fil-misteru tal-Milied. J’Alla dan il-misteru tal-Inkarnazzjoni jerġa’ jnissel fina sens ta’ gratitudni għall-imħabba u l-fiduċja li Alla wera’ fina l-bnedmin meta bagħtilna lil Ibnu biex isalvana. Minn issa nawgura lilkom u lillfamilji tagħkom Milied hieni u sena tajba.

Rev. Dr Carl-Mario Sultana Deleġat għall-Katekeżi

carlmario.sultana@maltadiocese.org 7960 3872

Nixtiequ li nwasslu KATECHEIN għand il-katekisti kollha. Jekk tafu b’katekisti li għal xi raġuni jew oħra m’humiex qed jirċevuha, għidulhom jibgħatulna email fuq info.katekezi@maltadiocese.org katekezi.org


Korsijiet u Irtir Novembru L-immaniġġjar tal-grupp u l-imġieba tat-tfal Is-Sibt 16 ta’ Novembru, mid-9am sa nofs in-nhar, laqgħa dwar L-immaniġġjar tal-grupp u l-imġieba tat-tfal, suġġett li żgur se nitgħallmu ħafna minnu u anke nistgħu naqsmu l-esperjenzi tagħna flimkien. Din il-laqgħa se ssir l-Istitut Kattoliku, fis-sala tas-Segretarjat għall-Katekeżi u titmexxa minn Max Cassar. Il-ħlas huwa ta’ €5.

Diċembru Li tkun katekist Is-Sibt 7 ta’ Diċembru, se jkollna rtir. Dan se jmexxih Fr Jimmy Bonnici u t-tema hija: Li tkun katekist. L-irtir se jkun għand il-Kapuċċini, il-Furjana. Nibdew fit-8.30am u nispiċċaw fin-12.30pm. Il-ħlas għall-irtir huwa ta’ €5.

Novembru Metodi effettivi ta’ tagħlim u l-użu tat-teknoloġija Is-Sibt 18 ta’ Jannar, mid-9am sa nofs in-nhar, laqgħa dwar metodi effettivi ta’ tagħlim u l-użu tat-teknoloġija, suġġett li żgur bżonnjuż fiddinja tat-tfal tal-lum. Din il-laqgħa se ssir l-Istitut Kattoliku, fis-sala tasSegretarjat għall-Katekeżi u titmexxa minn Alan Bonello. Il-ħlas huwa ta’ €5. Għal aktar informazzjoni tistgħu tibgħatu email fuq info.katekezi@maltadiocese.org jew ċemplu filgħodu fuq 2203 9400. katekezi.org


RIESAQ L-AVVENT Wasalna fir-raba’ ħarġa tal-fuljett Katechein u li l-Avvent dalwaqt magħna. Sirna li hekk kif ifeġġ Novembru tibda l-ħarba mgħaġġla lejn il-Milied li ħafna drabi tħallik bla nifs. Għalhekk minn kmieni sejrin inressqulkom xi riżorsi (fost oħrajn) li għandha din il-librerija għal żmien din festa talmiġja tal-Bambin Ġesù.

The Toy that saved Christmas A Veggie Tale video with a message: “Christmas isn’t about getting it’s about giving.”

O Holy Night – The Kind is born Brother Francis video what Christmas is about

The most beautiful Christmass Story Look, I bring you news of great joy.. today in the town of David a Saviour has been born to you; he is Christ the Lord. From 3 years old

Step by Step Christmas Crib Day by day and step by step make the models that build a special Christmas crib to celebrate the birth of Jesus.

katekezi.org


L-Avvent Reġa wasal żmien l-Avvent. Huwa żmien speċjali li ma għandnix inħalluh jgħaddi mingħajr ma nfissruh lit-tfal u żgħażagħ tagħna. Bħal żminijiet l-oħra fis-sena liturġika, l-Avvent jgħinna nersqu aktar lejn Alla. X’nistgħu nagħmlu: ►► Infehmu li dan huwa żmien li jgħinna nħejju għat-twelid ta’ Ġesù, mhijiex tifkira ta’ ġrajja li seħħet ħafna snin ilu, imma hija stedina li Ġesù jagħmlilna ta’ kuljum – ix-xewqa tiegħu li jitwieled ġewwa fina. ►► Il-kulur liturġiku huwa vjola, imma jista’ jkun ftit differenti minn tar-Randan, jagħti ftit filblu. Il-blu jgħinna niftakru wkoll fil-Madonna. ►► Attivitajiet li nistgħu nagħmlu: ▻▻ Il-girlanda tal-Milied. Nistgħu nħejju ċelebrazzjoni qasira għal kull ġimgħa għal qabel ma tinxtgħel ix-xemgħa.

▻▻ Is-siġra ta’ Jesse – nagħżlu

karattri prinċipali u naqraw l-ġrajjiet tagħhom. ▻▻ Nibnu l-presepju matul l-erba’ ġimgħat tal-Avvent. Kull ġimgħa noħorġu xi karattri li nsibu fil-presepju, nitkellmu dwarhom u naraw x’jgħallmuna. ►► Fl-Avvent għandna l-festi ta’ San Nikola u Santa Luċija. Ngħallmu lit-tfal dwar dawn il-qaddisin. ►► Bħalma nagħmlu kalendarju għar-Randan, nistgħu nagħmlu ieħor għall-Avvent.

Materjal u ideat insibu kemm irridu, għal kull età, kemm fuq siti tal-internet, kif ukoll fil-Librerija tas-Segretarjat għall-Katekeżi.

Segretarjat għall-Katekeżi Istitut Kattoliku, Furjana Email: info.katekezi@maltadiocese.org Tel: 2203 9400 katekezi.org