Katechein Mej/Ġun

Page 1

Issue: 3/20

X’se nagħmel quddiem il-bidla? Waħda mill-affarijiet li l-bniedem ifittex li jkollu huwa s-sigurtà u s-serħan il-moħħ. F’kulma nagħmlu u kull deċiżjoni li nieħdu nibnuha fuq kemm fil-fatt il-bidla li se nagħmlu se titlob sforz min-naħa tagħna biex ninbidlu u biex nakkomodaw dik il-bidla li nkunu se nagħmlu. Il-mod kif il-COVID-19 invadiet u biddlet ir-ritmu li bih konna għaddejjin fil-ħajja ta’ kuljum u fil-katekeżi talab minna wkoll bidla fil-ħajja tagħna u fil-ministeru li naqdu. Gruppi ta’ nies differenti minna l-katekisti wieġbu b’modi differenti ħafna għal din issitwazzjoni. Kien hemm min ħareġ il-kreattività li kienet moħbija u dawn il-katekisti raw kif għamlu biex din is-sitwazzjoni għalkemm talbet bidla li xi kultant kienet straordinarja, imma fl-istess waqt ippruvaw inaqqsu kemm jista’ jkun l-impatt tagħha, billi b’diversi modi baqgħu f’kuntatt mat-tfal, xi kultant b’sempliċi telefonata jew emejl ta’ kultant. Kien hemm min ukoll uża l-mezzi moderi tal-komunikazzjoni biex ikompli jagħmel laqgħat ta’ katekeżi permezz ta’ programmi li huma aċċessibbli b’xejn bħal Google Meet, jew inkella irrekordjaw lilhom infushom qed jagħmlu laqgħa, u din wara intbagħtet lit-tfal. Inizjattivi bħal dawn jagħmlu ħafna ġid għaliex juru lit-tfal li aħna għad għandna interess fihom, u li huma f’dan iż-żmien li fih huma maqtugħin mid-dinja, xorta m’humiex waħidhom. wallura waqfu minn kollox. Jekk din hija s-sitwazzjoni tiegħek li qed taqra, inħeġġek li tieħu l-inizjattiva mill-ġdid u flimkien ma’ oħrajn tkomplu tistabilixxu kuntatt bil-mezzi li għandna f’idejna mat-tfal u mal-familji tagħhom. Nifhem li hemm min isib diffikultà li juża ċerti mezzi moderni, imma dejjem nistgħu nitolbu l-għajnuna biex nibdew jew biex nagħmlu aħjar dak li qed nippruvaw nagħmlu. Fid-dinja li qed ngħixu fiha, l-għajnuna qatt ma hi ’l bogħod wisq! Ejjew f’dan iż-żmien ta’ prova nuru li aħna tassew katekisti li għandhom l-għatx li jwasslu lill-oħrajn għand Ġesù.

Rev. Dr Carl-Mario Sultana Deleġat għall-Katekeżi

carlmario.sultana@maltadiocese.org 7960 3872


Knisja Li Twieġeb Għall-Isfidi Preżenti Ilkoll nafu x’sitwazzjoni stramba u ġdida qed ikollna niffaċċjaw f’dan iżżmien. Inbidlilna drastikament il-mod kif ngħixu. Inbidel ukoll xi ftit jew wisq il-mod kif aħna ngħixu bħala Knisja. Ħafna mill-prattiċi normali li konna mdorrijin bihom kellhom jinbidlu. Bi pjaċir u b’sens ta’ inkoraġġjament insostni li fil-Knisja, diversi għamlu sforz kbir biex jaddattaw ruħhom għassitwazzjoni. Rajna impenn kostanti millIsqfijiet tagħna li qed imexxuna fit-talb bix-xandiriet fuq it-televiżjoni. Bosta parroċċi organizzaw ruħhom. Naraw lil min joffri live streaming tal-quddies u ta’ mumenti oħra ta’ talb, min joffri meditazzjonijiet dwar il-Kelma t’Alla u min joffri anki mumenti kateketiċi u formattivi ppreżentati tajjeb ferm b’mezzi diġitali. Qed issir ħidma kbira ta’ djakonija kemm fil-parroċċi u kemm fuq livell djoċesan. Ċertament, wieħed dejjem isib x’jibdel u jirranġa iżda jkun inġust u qarrieqi li wieħed ma jirrikonoxxix dan it-tajjeb kollu li qed isir. Personalment, jidhirli li dan it-tibdil kellu effett fuq aspett importanti ħafna. Sirna iżjed konxji mill-Knisja tad-dar, jew millKnisja fid-dar, jiġifieri l-Knisja li tinbena l-ewwelnett fil-familji tagħna. It-talb tagħna u l-parteċipazzjoni tagħna f’diversi inizjattivi li qed isiru, qed isir minn ġewwa d-djar tagħna. Hawn nixtieq nenfasizza punt importanti.

Diversi setturi, inkluż is-Segretarjat għall-Katekeżi, ħadmu u qed jaħdmu fuq il-website Be Kids (www. bekidsmalta.com). Din hija mmirata biex tgħin fil-formazzjoni Kristjana tat-tfal speċjalment f’dan iż-żmien. Hija verità li l-użu tar-riżorsi offruti jiddependi ħafna mill-interess u millko-operazzjoni tal-ġenituri. Il-ġenituri huma l-bennejja tal-Knisja tad-dar. Huma għandhom ir-responsabbiltà li jkunu l-katekisti ewlenin ta’ wliedhom. F’dan iż-żmien li ġabna iżjed konxji minn dan, ejjew ngħinu lill-ġenituri biex ma jaħarbux minn din ir-reponsabbiltà iżda jfittxu li jgħixuha b’mod wisq aktar impenjat minn dak li kienu jagħmlu qabel. Ma’ dan, inżid ngħid li l-komunikazzjoni bejn il-katekisti u l-ġenituri hija essenzjali speċjalment matul dan iż-żmien partikolari. Jeħtieġ li l-katekisti jagħmlu sforz biex iwasslu dawn ir-riżorsi lillġenituri b’mod li dawn ikunu jistgħu jużawhom għall-formazzjoni Nisranija ta’ wliedhom. Jekk ikun hemm ħolqa waħda nieqsa, din il-‘katina’ formattiva tiddgħajjef jew tinqasam. Għallkuntrarju, jekk kollha kemm aħna, saċerdoti (speċjalment il-kappillani), katekisti u ġenituri, nibqgħu nikkomunikaw, jirnexxielna nwettqu dak hu fid-dmir tagħna li nagħmlu, forsi b’modi iżjed kreattivi minn dawk li ssoltu nużaw. Fr. David Torpiano

katekezi.org


CHOICE OF VIDEOS JUST RECEIVED The Secretariat for Catechesis has just received videos which might be of interest to you and which are available in the Library

WILDFLOWER Chloe and Josh embark on a journey trying to find solutions to their past traumas. Together they find in each other someone they can trust. A story of faith, triumph and healing. 92 min DVD – 00970

BREAKTHROUGH When Joyce Smith’s adopted son John falls through an icy lake, all hope seems lost as he lies lifeless. In the face of every bleak medical case history, Joyce’s unwavering belief inspires her community to pray for John’s recovery. 111 min. DVD – 00969

THE CASE FOR CHRIST Lee struggles with his life at home trying to accept his wife’s sudden new found faith in Christ. Utilizing his journalistic training he decides to try and disprove the claims of Christianity in order to save his crumbling marriage. In so doing he comes face-to-face with unexpected results that could change everything he knows to be true. 108 min DVD – 00974

HOLY GHOST Darren Wilson sets out to make a movie that is completely led by the Holy Spirit. No plan, no script, no safetynet just go wherever he feels the Spirit leading him to try and discover the adventure God has for him. Whether its the riches of Monte Carlo, a heavy metal concert, or the oldest city in the world, the result is a film that not only challenges and excites, but also reveals a God who is far more alive and active than you ever imagined. 113min DVD - 00977 katekezi.org


L-Interattività

Dejjem nisimgħu li biex l-laqgħat ta’ katekeżi jkunu effettivi jridu jkunu addattati skont l-udjenza li jkollna. L-attenzjoni tat-tfal mhijiex twila u filħajja tagħhom huma qed ikunu esposti għall-użu ta’ teknoloġija li saret parti integrali mill-ħajja tagħhom. Ir-reviżjoni tal-laqgħat għandha ssir b’mod regolari biex il-katekist jaġġorna dak li jwassal. Mhux kull ċentru huwa attrezzat jew jista’ jkun attrezzat b’apparat li t-tfal issa huma familjari miegħu fl-iskejjel u fid-dar. Mhux il-katekisti huma kollha mħarrġa jew għandhom ċerta ħeffa u esperjenza fl-użu ta’ media differenti. Imma kull ċentru u kull katekist jista’ jirranġa fuq dak li jagħmel.

X’nistgħu ninkludu fil-laqgħat tagħna? Ġesù kien juża ħafna l-użu tal-istejjer. Aħna wkoll nistgħu nagħmlu użu minn stejjer li jwasslu biex tikber u tissaħħaħ il-fidi tas-semmiegħa. Storja tista’ tingħad b’diversi modi, fost oħrajn: narrazzjoni, role play, mima, permezz ta’ video clip jew story boards permezz ta’ powerpoints jew flashcards.

Ġesù kien juża l-mistoqsijiet. Din tinkludi għalhekk diskussjoni u opinjonijiet tat-tfal ta kieku x’kienu jagħmlu huma kieku kienu hemm. L-użu tal-arti jista’ jsib postu wkoll fil-laqgħat tagħna. Nuru stampi, anke xogħolijiet ta’ arti sagra jew le biex inwasslu l-messaġġ jew nibdew diskussjoni. Il-messaġġ jista’ jitwassal ukoll permezz tal-mużika, it-tfal iżżgħar iħobbu jkantaw speċjalment jekk il-kant jinkludi moviment, il-kbar jistgħu jitgħallmu wkoll mil-lirika wżata. Il-liturġija mimlija simboli, nużawhom u nfehmuhom biex illiturġija ssir aktar ħajja. Skont kemm jippermetti l-post fejn niltaqgħu, nagħmluh kemm jista’ jkun akkoljenti, anke permezz ta’ stampi u pjanti ħajja. Noħolqu spazju riservat għat-talb, fejn ikollna l-Bibbja miftuħa u oġġetti oħra li jistgħu jgħinu fil-fehim ta’ dik il-laqgħa partikolari. Nużaw x’nużaw, il-post tal-katekist iffurmat sew, ħadd ma jista’ jieħdu. U huwa l-katekist iffurmat li jkun jaf x’mezzi se juża biex iwassal il-messaġġ b’mod sħiħ lit-tfal tal-grupp, huwa l-katekist iffurmat li jagħraf il-bżonnijiet differenti tat-tfal tal-grupp. Nitolbu biex l-Ispirtu s-Santu jgħinna u jmexxina hu.

Segretarjat għall-Katekeżi Istitut Kattoliku, Furjana Email: info.katekezi@maltadiocese.org Tel: 2203 9400 katekezi.org