Katechein Lulju 2019

Page 1

Issue: 2/19

Kif Morna? Għeżież Katekisti u Kollaboraturi fl-Edukazzjoni għall-fidi, Issa li s-sena kateketika spiċċat u dħalna sewwa fil-vaganzi tas-sajf, tajjeb li niftakru li f’dak kollu li nagħmlu dejjem ikollna bżonn li nieqfu ftit. Huwa dan iżżmien opportun li fih aħna naħsbu f’dak li għamilna u f’dak li għaddejna minnu. Ilfilosfu Sokrate ħafna snin ilu qal li l-ħajja li mhix eżaminata, mhix ta’ min jgħixha. Huwa permezz tar-riflessjoni fuq dak li aħna nagħmlu li l-prattiċi tajbin li nkunu tgħallimna u wżajna matul is-sena ma nitilfuhomx, anzi nsaħħuhom. Huwa wkoll f’dan iż-żmien ta’ riflessjoni li aħna nistgħu naraw ftit fejn stajna morna aħjar, jew inkella fejn nistgħu immorru aħjar ’l quddiem. Huwa permezz ta’ din l-evalwazzjoni li aħna nikbru u nissaħħu fil-ministeru tagħna bħala katekisti. Għalhekk inħeġġiġkom biex kemm bħala grupp ta’ katekisti, kif ukoll fuq livell personali ssibu xi ftit ħin biex tagħmlu evalwazzjoni tas-sena kateketika li għadha kemm spiċċat. B’hekk inkunu diġà qed nippreparaw għas-sena kateketika li ġejja biex din ukoll tħalli l-frott bħas-sena li għandha kemm intemmet. Rev. Dr Carl-Mario Sultana Deleġat għall-Katekeżi

carlmario.sultana@maltadiocese.org 7960 3872 Nixtiequ li nwasslu KATECHEIN għand il-katekisti kollha. Jekk tafu b’katekisti li għal xi raġuni jew oħra m’humiex qed jirċevuha, għidulhom jibgħatulna email fuq info.katekezi@maltadiocese.org katekezi.org


Korsijiet

Minn Ottubru li ġej is-Segretarjat għall-Katekeżi fassal programm ta’ korsijiet utli u interessanti. Dawn huma t-temi tal-korsijiet:

Ix-Xjenza, ir-Reliġjon u Alla L-Immaniġjar ta’ Grupp Metodi Effettivi ta’ Tagħlim Katekeżi Inklussiva Il-Mewt u s-Separazzjoni Se jkun hemm ukoll tlett irtiri. Il-laqgħat u rtiri se jkunu nhar ta’ Sibt filgħodu, il-laqgħat bejn id-9.00am u nofs in-nhar u l-irtiri mit-8.30am san-12.30pm. Għal aktar informazzjoni tistgħu tibgħatu email fuq info.katekezi@maltadiocese.org jew ċemplu filgħodu fuq 22039401. katekezi.org


Kotba Għalik Fl-ewwel ħarga ta’ Katechein introduċejna l-Librerija tas-Segretarjat għall-Katekeżi. Minn din il-ħarga se nibdew nagħtu ħjiel ta’ riżorsi li din il-Librerija għandha u li takkwista minn żmien għal żmien. Book of Catholic Signs & Symbols WELBORN, Amy Simboli sempliċi dejjem iwasslu messaġġi qawwija li jwassluna biex nifhmu aktar

How to be a great Catechist COON, Judene Leon Jekk inti persuna li ġejt imsejħa biex tkun katekista, f’dan il-ktieb għandek issib għodda tajba li tixprunak biex issir l-aħjar għalliem

Catechesis Revisted KELLY, Liam Ktieb uniku informattiv li jagħti storja tal-Fidi kif waslet lilna minn seklu għall-ieħor b’mod prattiku u mexxej

Rewired ROSEN, Larry D iPods, smartphones, facebook – iż-żgħażagħ tagħna llum! Ktieb li jwassal lill-għalliema u l-ġenituri jifhmu aktar iż-żgħażagħ u kif għandhom jaġixxu magħhom katekezi.org


Għajnuniet għall-katekisti • Huwa fatt ippruvat li persuna titgħallem aktar meta tkun qed tieħu gost, milli meta tkun f’atmosfera strict u boring. It-tfal u żgħażagħ tallum jitgħallmu differenti minn kif tgħallimna aħna. Irridu nkunu kreattivi bl-għodda diġitali li huma tant familjari u komdi bihom. • Inħeġġu l-kreattività u l-parteċipazzjoni aktar milli nużaw worksheets u handouts. Niftakru, li dawk li qed niltaqgħu magħhom, twieldu f’soċjetà teknoloġika. Huma se jkunu kreattivi aktar b’għodda teknoloġika, ninkuraġġuhom! • Kollox irid ikun ifukkat fuq il-bżonnijiet u l-parteċipazzjoni ta’ dawk li għandna fil-grupp. Jekk nagħmlu kollox aħna, it-tfal u żgħażagħ ma tantx se jitgħallmu u jassimilaw dak li qed jisimgħu. • Inkunu nklussivi. Mhux kulħadd jitgħallem bl-istess mod. Qegħdin ninkludu s-sensi kollha fil-laqgħat, qed naslu għand kulħadd? Qegħdin nużaw metodi u tekniki differenti? • Inżommu kuntatt ma’ katekisti oħra. Dan mhuwiex ministeru fejn nimxu waħedna. Nistgħu nirċievu ħafna meta naqsmu dak li nafu flimkien. Insibu mumenti fejn nitolbu flimkien; naqsmu ideat u suċċessi li kellna. • Il-ministeru tagħna ma jasalx biss sa dawk li ‘hemm quddiemna’. Inkludi wkoll lill-familji tagħhom. Kif nistgħu ninkoraġġixxu u nsaħħu l-qdusija ta’ dawn il-familji? Adattat minn artiklu miktub minn Janet Schaeffler, OP

Segretarjat għall-Katekeżi Istitut Kattoliku, Furjana Email: info.katekezi@maltadiocese.org Tel: 2203 9400 katekezi.org