Katechein

Page 1

Issue: 1/19

Għeżież Katekisti u Kollaboraturi fl-Edukazzjoni għall-fidi, Is-Segretarjat għall-Katekeżi ilu żmien twil jistudja mod kif nistgħu nżommu kuntatt magħkom b’mezzi moderni u effiċċjenti. Dan huwa l-ħsieb wara KATECHEIN. Għażilna dan l-isem għaliex din hija l-kelma Griega li hija l-għerq tal-kelma katekeżi. Hija kelma li tfisser toħloq eku, jew riżonanza. Huwa l-ħsieb tagħna li KATECHEIN tibda toħroġ kull xahar. KATECHEIN se tkun il-mod kif aħna se nikkomunikaw magħkom, u kif intom tibqgħu infurmati dwar dak li jkun qed jiġri fis-Segretarjat. Fiha se jkun hemm ukoll aġġornamenti bl-aħħar informazzjoni li tistgħu issibu fil-librerija, kif ukoll parti formattiva. Bħalma intom diġà tafu sewwa, huwa importanti ħafna fid-dinja tallum li nibqgħu aġġornati biex inkunu nistgħu nagħtu l-aqwa servizz lil dawk kollha li huma afdati f’idejna għall-formazzjoni nisranija. Għaldaqstant f’KATECHEIN se tibdew issibu ukoll informazzjoni dwar korsijiet li s-Segretarjat għall-Katekeżi se jkun qed jorganizza minn żmien għal żmien għalikom il-katekisti. J’Alla ssibu lil KATECHEIN riżorsa informattiva u formattiva, u li tissuġġerulna wkoll aspetti jew punti li tkunu tixtiequ taraw fiha billi tikkomunikaw magħna. Rev. Dr Carl-Mario Sultana Deleġat għall-Katekeżi

carlmario.sultana@maltadiocese.org 7960 3872 Nixtiequ li nwasslu KATECHEIN għand il-katekisti kollha. Jekk tafu b’katekisti li għal xi raġuni jew oħra m’humiex qed jirċevuha, għidulhom jibgħatulna email fuq info.katekezi@maltadiocese.org katekezi.org


Nintroduċu l-Librerija tas-Segretarjat għall-Katkeżi Is-Segretarjat għall-Katekeżi, li jinsab fit-tielet sular tal-Istitut Kattoliku, Floriana, għandu librerija li taqdi l-ħtigijiet tal-korsijiet li huma organizzati kull sena mis-segretarjat. Ilkollezzjoni hija miżmuma f’bank ta’ informazzjoni u aċċessibbli online. Il-kotba huma rranġati bilklassifika Dewey. Minn barra li hemm’l fuq minn 7000 ktieb, f’din il-librerija ssibu wkoll kollezzjoni ta’ aktar minn 900 dvd ta’ films, li ħafna minnhom huma animati u addattati għat-tfal, kif ukoll daqs 500 audio cds. Hija librerija b’aċċess miftuħ, jiġifieri wieħed jista’ jfittex hu xi jrid. Il-perjodu ta’ self huwa ta’ tlett ġimgħat. Ftuħ huwa bejn id-9.00 u l-11.30 mit-Tnejn sal-Ħamis u kulħadd hu mistieden iżur din il-Librerija. L-indiriżż eletroniku biex tidħol tfittex fiddatabase huwa: katekezi.org/library

Korsijiet L-aħħar parti tal-kors dwar il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika. Dan il-kors li se jkun dwar il-Kmandamenti se jkun nhar is-Sibt 18 ta’ Mejju u 1 ta’ Ġunju. Il-kors ikun mit-8.30am san-12.30pm. Jistgħu jattendu anke katekisti li ma ġewx għall-partijiet l-oħra ta’ dan il-kors. Jekk tixtiequ aktar informazzjoni, ibagħtu email fuq info.katekezi@ maltadiocese.org jew ċemplu filgħodu fuq 22039400, 22039402.

katekezi.org


Għajnuniet għall-katekisti • L-għan aħħari tal-katekeżi hija li nlaqqgħu lit-tfal u liż-żgħażagħ mal-persuna ta’ Ġesù Kristu. Irridu nżommu dan f’moħħna meta nħejju t-talb u l-laqgħa. Nanalizzaw il-ħin tal-laqgħa tagħna. Kif inhu mqassam? Hemm aktar ħin iddedikat biex inwasslu tagħlim dwar Ġesù, aktar milli nibdu relazzjoni personali u intima miegħu? • Inħallu ħin għat-talb – nużaw metodi u talb varji. • Il-ktieb ma jgħallimx; in-nies jgħallmu. Ix-xhieda tagħna – l-esperjenza ta’ Alla fil-ħajja tagħna ta’ kuljum – se tagħmel ilfidi reali għal dawk li qed naqsmu magħhom il-fidi nisranija. Ma nippruvawx inġibu ruħna ta’ qaddisin – inkunu aħna nfusna. Alla qiegħed hemm magħna. • Nistaqsu mistosijiet. Jekk it-Tradizzjoni, id-Duttrina, l-Iskrittura ma nirrelatawhomx mal-ħajja jibqgħu f’vakum. X’differenza se tagħmel lit-tfal u żgħażagħ meta jitilqu mil-laqgħa u jmorru lura d-dar? Ilfidi għandha x’taqsam mad-deċiżjonijiet li se jieħu bniedem talbusiness? Dan huwa l-qofol tal-laqgħat kateketiċi tagħna; mingħajra li qed inwasslu ma tkunx katekeżi. • Niffurmaw dixxipli. Nagħmlu l-konnessjoni mal-Iskrittura u mattagħlim soċjali tal-Knisja. Infittxu kif jistgħu jużaw il-mezzi soċjli – insejħulhom “Dixxipli Diġitali” – biex iwasslu l-Evanġelju u jinvolvu oħrajn f’kwistjonijiet ta’ ġustizzja soċjali. • Inpoġġu kollox f’idejn Alla. Fi kliem John Henry Newman, “Għażiż Ġesù, għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek kull fejn immur. Fawwar il-qalb tiegħi bl-ispirtu u l-ħajja tiegħek. Idħol ġewwa fija u ħu kontroll tiegħi innifsi kollni kemm jien, b’mod li l-ħajja tiegħi tkun tirrifletti lilek biss.” Adattat minn artiklu miktub minn Janet Schaeffler, OP

Segretarjat għall-Katekeżi Istitut Kattoliku, Furjana Email: info.katekezi@maltadiocese.org Tel: 2203 9400 katekezi.org