Page 1


Jukebox Lorleen Farrugia u Jean Claude Vancell Organizzaturi Strummin’ Home

Jukebox normalment tiġbor fiha taħlita ta’ diski li, meta tismagħhom, ir-reazzjoni normalment tkun... “Isma din!!” jew “ill... kemm ili ma nismagħha!!”. Xi ftit jew wisq, dan hu l-effett li nixtiequ noħolqu llejla. Il-biljett li xtrajtu għall-kunċert tal-lejla (apparti li bih qegħdin tgħinu lill-Fondazzjoni Equal Partners) huwa l-munita li tfajtu fil-jukebox tagħna biex noħdukom mawra mal-iktar diski li għamlu suċċess fil-klassifiki mużikali ta’ bosta pajjiżi f’dawn l-aħħar ħamsin sena. Din is-sena ħsibna li mmorru ftit lura lejn l-oriġini tal-kunċert Strummin’ Home, b’aktar enfasi fuq il-kitarristi bħala l-protagonisti tal-kunċert, li flimkien mal-band u l-kantanti se jkunu qed jippreżentaw taħlita ta’ diski li għamlu suċċess matul iżżminijiet... l-istess bħalma kien sar fl-ewwel edizzjonijiet ta’ dan il-kunċert. Biex ittellgħet din l-edizzjoni ta’ Strummin’ Home kien hemm bosta nies li ilhom jiltaqgħu u jippreparaw minn April li għadda. Għal ħafna nies, Strummin’ Home huwa opportunità biex jitgħallmu l-kitarra jew biex joħorġu minn qoxrithom u jesprimu ruħhom bil-mużika. Huwa b’dan l-entużjażmu li jibqa’ jittella’ dan il-kunċert li fih jinbtu ħafna ħbiberiji u ambizzjonijiet. Għalina bħala koordinaturi tal-kunċert nistgħu ngħidu li kienet esperjenza oħra interessanti ... kemm għax hija sabiħa fiha nfisha u anke għax toffrilna diversi sfidi li b’xi mod jew ieħor inkunu rridu naraw kif se naffaċċjawhom... ħafna drabi bi stejjer interessanti li jibqgħu jissemmew għal xhur sħaħ wara l-kunċert. Nixtiequ nieħdu din l-opportunità biex nirringrazzjaw lill-Kumitat Nazzjonali tażŻgħażagħ Ħaddiema Nsara li għal sena oħra wrew fiduċja fina u ħallew it-tmexxija ta’ dan il-proġett f’idejna, u tas-sapport kontinwu li kellna mingħandhom. Il-kumitat li konna qed immexxu ħaqqu grazzi kbira ukoll, għax mingħajr il-ħidma tiegħu dan li se taraw ma kienx ikun possibbli. Grazzi ukoll lilkom, l-udjenza tagħna, li bil-preżenza tagħkom tagħtuna ċans nesprimu t-talenti tagħna u ngħinu lil ħaddieħor. Ħudu gost!!

1


Equal Partners Foundation Louisa Grech

Maniġer Eżekuttiv tal-Equal Partners Foundation Nistħajjel li ħafna minnkom jistaqsu min hi u x’inhi l-Equal Partners Foundation? L-Equal Partners Foundation (EPF) hija għaqda volontarja mmexxija minn ġenituri ta’ persuni li għandhom diżabiltà jew diffikultà fit-tagħlim. Dan ifisser li mhux biss nipprovdu servizzi lil dawn il-persuni, imma naħdmu favur il-promozzjoni u l-avvanz tad-drittijiet u l-opportunitajiet indaqs għat-tfal u persuni b’diżabiltà jew diffikultà fit-tagħlim, inqajmu kuxjenza fis-soċjetà u nagħtu valur lill-persuni b’diżabiltà. Dan kollu jsir bl-għan li jkunu kapaċi jagħmlu l-għażliet tagħhom, ikollhom vuċi u jgħixu l-ħajja bl-aħjar mod fil-komunità. Il-Fondazzjoni ilha taħdem fil-komunità għal dawn l-aħħar tnax-il sena u qed tgħin lil kważi 300 persuna. Dan in-numru qiegħed jiżdied kontinwament. Għalfejn intgħażel l-isem Equal Partners? Meta twaqqfet il-Fondazzjoni fl-1999, inħass il-bżonn li ngħaddu messaġġ; li l-ġenituri, il-professjonisti kif ukoll il-persuni b’diżabiltà jew diffikultà fit-tagħlim jaħdmu lkoll flimkien f’għaqda. Din baqgħet il-filosofija tal-Fondazzjoni u wriet li l-involviment tal-ġenituri jħalli l-frott għal min qed jirċievi s-servizz. Iktar u iktar, is-servizzi kollha provduti huma mmirati lejn il-persuna direttament, individwalizzati u ħolistiċi u huma provduti filkomunità, jiġifieri fejn il-persuna tgħix, titgħallem, taħdem u tissoċjalizza. L-EPF temmen fil-mudell soċjali tad-diżabilità li jfisser li l-ostakli, l-attitudni negattiva u l-esklużjoni mis-soċjetà jridu jitneħħew biex jagħtu spazju għal soċjetà iktar inklussiva. Tfal u adulti b’diżabiltà li kienu inklużi tul ħajjithom qed jiffunzjonaw aħjar minn dawk li kienu maqtugħin f’ambjent ta’ esklużjoni. Il-kwalità tal-ħajja u l-ħiliet bażiċi tagħhom huma aħjar u jistgħu jgħixu ħajja indipendenti u sodisfaċenti. Nirringrazzjawkom tas-sapport li qed tagħtu liż-ŻĦN u, fl-aħħar mill-aħħar, lilna.

3


Wara l-Kwinti Vanessa Caruana President ŻĦN

Merħba għad-disa’ edizzjoni ta’ Strummin’ Home – avveniment uniku li sar parti integrali mill-kalendarju tal-ħidma taż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara. Sena wara sena, numru ta’ żgħażagħ jieħdu l-impenn li jwettqu Strummin’ Home u jsarrfu xhur sħaħ ta’ preparazzjoni f’żewġt iljieli, fl-ispettaklu li qed issegwu. Ħidma intensiva, b’mod partikolari fl-aħħar ġimgħat hekk kif il-ġurnata tal-kunċert toqrob. Dan ix-xogħol isir b’mod volontarju mill-membri, ħafna drabi b’sagrifiċċji personali wkoll. Ir-riżultat tal-ħidma tagħhom jidher ċar fl-ispettaklu li qed joffru. Madankollu, il-vera frott talħidma tagħhom jinsab propjament wara l-kwinti. Għaliex huwa wara l-kwinti li jinsabu ż-żgħażagħ u l-bagalja, kultant daqsxejn tqila, li jġorru magħhom. Huma invisibbli għal ħafna għajnejn fis-soċjetà. Imma huwa proprju wara l-kwinti li nsiru nafu iktar mill-viċin dawn iż-żgħażagħ. Matul dawn is-snin, kont involuta b’modi diversi f’dan il-kunċert. Il-ferħ tiegħi hu meta nara d-differenza li dan l-avveniment ikun għamel f’ħajja ta’ żagħżugħ. Rajt żgħażagħ jerġgħu jiskopru lilhom infushom, jikbru fil-karattru u t-talenti tagħhom, u jieħdu responsabbiltà dejjem akbar fil-ħajja. It-twettiq tal-missjoni tagħna bħala Żgħażagħ Ħaddiema Nsara, ilvalur tax-xogħol tagħna, jissarraf proprju f’dawn il-mumenti. Minn wara l-kwinti tista’ tara l-ħajja ta’ dawn iż-żgħażagħ tisbieħ għax kisbu kunfidenza ġdida u mxew biex jieħdu post fuq quddiem f’ħajjithom. Dan hu l-ispirtu tal-appostolat, spirtu, li skont Cardijn, il-fundatur tal-moviment, jagħti l-ħajja. Minkejja l-kuntesti differenti tal-ħidma tagħna u l-għodda li nużaw, dawn iridu jissarrfu f’opportunità biex inwasslu messaġġ ta’ tama u l-konvinzjoni li, iva, minkejja li aħna żgħażagħ u bla esperjenza, aħna nistgħu nagħmlu differenza fil-ħajja tal-oħrajn. Għaldaqstant, nixtieq nirringrazzja l-kumitat ta’ Strummin’ Home li għamlu dan kollu possibbli – pass ieħor ‘il quddiem fil-ħidma tagħna għall-ġid tażżgħażagħ.

4


Let Me Entertain You Keith Zammit | guitar solo Mathias Mallia Play That Funky Music Annemarie Mayo | guitar solo Luke Grech Always Luan May | guitar solo Luke Grech Careless Whisper Isabel Zammit The Best Isabelle Luca Borg | guitar solo Luke Grech

L-Ewwel Parti

Your Song Clyde Ellul Proud Mary Stephanie Desjardins | guitar solo Alessia Micallef T’Innamorerai Davide Tucci Mur Hallini Julian Zammit Don’t Stop Me Now Janice Debattista | guitar solo Joseph Mizzi


Ippreżentat minn Audrey Harrison Backing Vocalists għall-ewwel parti: Clyde Ellul, Rebecca Pirotta Backing Vocalists għat-tieni parti: Janika Riddell, Luan May & Keith Zammit

I’ll Be There For You Backing Vocalists | guitar solo Zachary Muscat Help! Maria Attard Time After Time Stephanie Desjardins Inti Djamant Mark Bartolo Smooth

Keith Zammit & Isabelle Luca Borg | guitar solo Luke Grech

Hanno Ucciso L’Uomo Ragno Clyde Ellul

You Really Got Me Davide Tucci | guitar solo Ivan Giordano Maria Rebecca Pirotta | guitar solo Julian Zammit Black Or White Annemarie Mayo | guitar solo Janice Ellul

It-Tieni Parti

Fix You Janice Debattista | guitar solo Janice Ellul


original paintings conservation framing a wide range of exclusive frame profiles 131,

b’kara road, san gwann sgn 4190 - malta tel: 21372121 mobile: 99476226 email: martinelli@onvol.net


Kumitat Organizzattiv Organizzaturi u Koordinaturi tal-Marketing Teżoriera Koordinatriċi tas-Sezzjoni Mużikali Koordinatur tal-Kitarristi Koordinatriċi tal-Kantanti Koordinatur tal-Band Koordinatriċi tal-Avveniment Koordinatriċi tal-Loġistika tal-Palk Koordinatriċi tal-Ktejjeb

Lorleen Farrugia Jean Claude Vancell Gwyneth Grech Isabel Zammit Luke Grech Janice Debattista Joseph Axiak Janice Ellul Martha Pace Tiziana Bartolo

Kitarristi

Band

Maria Attard Sarah Attard Jackie Barbara Sarah Borg Catherine Caruana Janice Ellul Etienne Galea Matthew Gauci Elton Gouder David Grech Urpani Kirsty Magri Annemarie Mayo Jo Martha Mercieca Alessia Micallef Michelle Marie Micallef

Joseph Axiak - Keyboards Luke Grech - Guitars Dean Montanaro - Bass Lesnich Vassallo - Drums Daniel Vella - Trumpet

Tiziana Micallef Joseph Mizzi Zach Muscat Martha Pace Sarah Scerri Natasha Thea Singh Keith Vella Andrew Vella Zarb Angie Vella Zarb Annemarie Zammit Isabel Zammit Julian Zammit Keith Zammit Paul Zammit


Aħna min aħna?

Iż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara (ŻĦN) huwa moviment li jagħti importanza kbira lid-dinjità ta’ kull żagħżugħ u żagħżugħa u huwa mmexxi miż-żgħażagħ għażżgħażagħ. Iż-ŻĦN jinsab f’sittin pajjiż, u f’Ruma wieħed isib l-uffiċini tal-International Co-ordination of Young Christian Workers (ICYCW), li jikkoordina l-formazzjoni talmoviment madwar id-dinja. Il-fundatur ta’ dan il-moviment huwa Rev. Fr. Joseph Cardijn, li kellu għal qalbu l-ħaddiema żgħażagħ. Iż-ŻĦN f’Malta twaqqaf fl-1945 minn Fr. Micheal Galea s.j.. Dak iż-żmien, il-moviment kien magħmul minn grupp żgħir; l-ewwel membri kienu ħaddiema fl-HM Admiralty Dockyard. Bejn is-snin 50 u 60, il-moviment kiber tant li kienet infetħet sezzjoni kważi f’kull belt u raħal. Iż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara kien tant b’saħħtu li kien l-uniku moviment żagħżugħ li ġie kkonsultat mill-Kummissjoni Ingliża, taħt it-tmexxija ta’ Sir. Hilary Blood, għall-kostituzzjoni l-ġdida ta’ Malta, fl-1961. Fl-aħħar tas-snin 50, Rev. Fr. Renato Cirrili, li kien professur tal-ekonomija ġewwa l-Università ta’ Malta, ġie maħtur bħala Kappillan Nazzjonali Djoċeżan taż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara. Illum, il-moviment Malti jikkonsisti minn seba’ sezzjonijiet, u għandu fi ħdanu madwar mitt membru. Il-ħidma tal-moviment Malti tinstab ukoll fuq livell ta’ koordinazzjoni tal-movimenti Ewropej. Fil-gruppi, iż-żgħażagħ jaqsmu r-realtajiet tagħhom, jirreflettu fuq il-kelma ta’ Alla, u jieħdu xi tip ta’ azzjoni li tagħmel differenza f’ħajjithom u f’dik ta’ sħabhom. Bħalissa qed tiġi mħejjija kampanja fuq id-dinjità tażżgħażagħ ħaddiema. Il-Kumitat Nazzjonali huwa magħmul minn Vanessa Caruana (President), Keith Attard (Segretarju), Justine Bugeja (Teżoriera), Ruth Soler, Kurt Zammit, Lorriane Gauci u Chantelle Vella. Il-moviment huwa akkumpanjat minn Fr. Joe Inguanez (Kappillan Nazzjonali) u akkumpanjaturi oħra lajċi.

11


It-Tim tal-Produzzjoni Dirett minn Jean Claude Vancell Sound - The Sound System Co. Ltd. Dawl - Dennis u Maria Pullicino minn Transient Lighting Grafika, disinn tal-palk u riklami - Jean Claude Vancell Lighting Consultant - Daniela Soddu Screens provduti minn ProLED Screens Vocal Coach - Erica Ann Muscat DVD miġbud minn Fotoline the Studio Fotografija u merchandise - sayitmalta.com

Nixtiequ nirringrazzjaw lil... Red Cross Raymond Pace mis-Sala Sir Temi Zammit Ian Psaila minn ProLED Screens L-isponsors tagħna Fr. Joe Inguanez Malcolm Bonnici Welcoming & Ushering Teams Backstage team Make up artists Hairdressing team Airport Impressions TwoTime Shooter Freddie Portelli Is-sezzjonijiet kollha taż-ŻĦN L-Università ta’ Malta Pavi Shopping Complex Lill-familji tagħna kollha tal-paċenzja li ħadu bina Lil Alla.

12


Strummin' Home 9 Programme  

The programme given to the audience at the Strummin' Home 9 concert.

Advertisement
Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you