Issuu on Google+


Il-Parroċċa Arċipretali, Matriċi u Santwarju taż-Żebbuġ, Għawdex tiċċelebra festi Solenni f’ġieh il-Verġni Marija Assunta Inkurunata fl -okkażjoni tat-325 Sena mit-Twaqqif Tal-Parroċċa tal-150 Sena tal-Istatwa ta’ Santa Marija u tal-50 Sena mill-Għoti tad-Dinjità Arċipretali 8 - 2 5 t ’ Aw w i s s u 2 0 1 3

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

1


Messaġġ tal-Arċipriet

TLIET AVVENIMENTI… TLIET IMPENJI F’din is-sena speċjali għalina bħala komunità parrokkjali, li fiha qed niċċelebraw tliet anniversarji partikulari: it-325 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa tagħna (1688), il150 sena tal-Istatwa titulari ta’ Santa Marija (1863) u l-50 sena mill-għoti tad-dinjità ta’ Arċipretali lill-Parroċċa tagħna (1963), flimkien ipproponejna tliet impenji li f’din l-aħħar fażi tas-Sena tal-Fidi, għandhom jgħinuna nimmaturaw iżjed fil-fidi tagħna. 325 Sena Parroċċa – għaqda fil-komunità parrokkjali Waħda mill-elementi li jikkostitwixxu komunità hija l-għaqda. Mingħajr għaqda m’hemmx komunità. Żgur li tul dawn is-snin kollha li l-Parroċċa taż-Żebbuġ ilha mwaqqfa, kienet din l-għaqda li wasslet lil missirijietna biex sawru identità u karattru propji, biex għenu lil xulxin f’mumenti mwiegħra, biex fuq kollox għaddewlna patrimonju għani f’dik li hija fidi nisranija, murija fl-imħabba li dejjem kellhom lejn id-Dar ta’ Alla, il-Knisja fejn jingħaqdu bħala komunità u fl-imħabba lejn xulxin. F’soċjetà fejn l-egoiżmu u l-individwaliżmu qegħdin dejjem jiddominaw, ejjew nippruvaw din l-għaqda mibnija fuq l-imħabba Kristjana nkomplu nkabbruha u nikkultivawha! 150 Sena tal-Istatwa ta’ Santa Marija – għaqda mal-Omm tagħna tas-Sema Jiena ċert li Santa Marija għandha post speċjali fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna! Però Santa Marija mhix ta’ żmien il-festa biss! Min jaf tul dawn il-150 sena kemm Żebbuġin marru quddiem ix-xbieha grazzjuża ta’ Santa Marija u talbuha fil-mard tagħhom jew tal-familjari tagħhom, fil-hemm, fin-niket, fil-problemi, flinċertezzi, fid-diffikultajiet fil-familji, fil-mument tal-għażla tal-istat tagħhom u elf ċirkustanza oħra! Jalla aħna ukoll inkomplu nikbru fl-imħabba tagħna lejHa, hi li ssejħet “Ħienja għax emmnet!” (Lq 1.45) biex permezz tagħha nkomplu naslu għand Kristu! 50 Sena Arċipretali – għaqda mar-Rgħajja tagħna Kull merħla, kull komunità hija ggwidata minn ragħaj li jmexxiha. Mingħajr ir-ragħaj il-merħla titferrex! Ejjew inħossuna iżjed magħqudin mar-Rgħajja tagħna, il-Papa Franġisku f’din l-ewwel sena tal-pontifikat tiegħu, mal-Isqof tagħna Mario u miegħi, li l-Mulej bħalissa jridni nkun ir-ragħaj tagħkom f’din il-Parroċċa, biex flimkien nimxu fit-triq tal-verità li twassalna lejn il-mergħat ta’ dejjem! F’ismi, f’isem ħuti fis-Saċerdozju u f’isem l-organizzaturi kollha tal-Festa ta’ Santa Marija, nixtiqilkom festa qaddisa li fiha nikbru f’dawn it-tliet impenji!

WERREJ

Messaġġ tal-Arċipriet Messaġġ tas-Sindku Iż-Żebbuġ imwaqqaf Parroċċa Mixja kontinwa lejn il-Verità Mill-Kumitat Soċ. Filar. Santa Marija Mill-Kumitat Għaqda tan-Nar Mill-Kumitat Għaqda Armar Santa Marija Programm tal-Festa Dun Franġisk Manueli u Niesu Kappillani u Arċiprieti taż-Żebbuġ Dun Franġisk Vella: L-ewwel Kappillan Paġna Museum Iż-Żgħazagħ tar-Raħal 40 sena ilu 150 Sena Fostna Mill-Ħajja tal-Parroċċa Ta’ Bembla: Gallerija ta’ Tfuliti Il-Kappillan Dun Ġwann Camilleri Il-Parroċċa: 50 Sena Arċipretali Riċerka u Statistika Kor Regina Angelorum Xi Familji ta’ żmien l-ewwel Kappillan Ġieħ il-Banda Santa Marija

2

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

3 5 7 13 17 27 29 32 35 49 51 59 63 65 66 69 71 75 79 80 81 83

Intervista ma’ Ġużepp ta’ Rafiel Minn ‘Dar Stella Maris’ Kristina Galea - Min hi din il-mara? Saċerdoti li niftakar Is-Salini tal-Melħ Aħbarijiet mill-Iskola Mir-Reġistri tal-Parroċċa Kronaka Parrokkjali u Soċjali Lil Dun Franġisk Vella Il-Għanja tal-Parroċċa Żebbuġ Rovers F.C. 2012/2013 Ħatriet Sportivi għal Joe Bajaba

85 89 92 93 97 99 102 105 121 123 127 131

Ritratti:

Arkivju Parrokkjali, Matthew Vella, George J. Cefai, Shaun Sultana, Joseph Mercieca, Joseph Zammit, John Cordina, Franco Cefai, Leo M. Haber, u diversi kontributuri.

Reklami:

So`. Filar. Banda Santa Marija

Ittajpjar:

Dun Geoffrey Attard, Redeemera Farrugia u Uffi``ju Parrokkjali

Qari tal-Provi:

Marlene Portelli

Disinn u Stampar:

BCD Printing Ltd. - Victoria.

3


Messaġġ mis-Sindku Nicky Saliba

“Għall-ġid komuni ta’ raħalna” Kif jgħidu “iż-żmien ma jistenna lil ħadd”. Għaddiet sena oħra, wasal ix-xahar t’Awwissu u l-Festa reġgħet magħna. Festa li dis-sena għandha tifsira speċjali. Festa li matul il-ġranet tagħha ser inkunu qed infakkru tliet avvenimenti importanti li mal-medda taż-żmien żewqu l-istorja tar-raħal tagħna ż-Żebbuġ. L-ewwel avveniment importanti hu meta ż-Żebbuġ sar Parroċċa, 325 sena ilu. Ġrajja li tat lir-raħal tagħna identita` sħiħa u li tiddistingwina bħala Żebbuġin fil-gżira Għawdxija. Frott ta’ dan hija l-knisja, ġawhra tagħna li hija tant għal qalbna, monument ħaj tassagrifiċċji u l-bżulija ta’ dawk kollha li ġew qabilna. Żgur li bla dubju ta’ xejn għandna napprezzaw dan ilwirt tant sabiħ u għani li ħallewlna missirijietna, ulied iż-Żebbuġ bħalna. Huwa fid-dmir tagħna li nkomplu nżejnuha u nżommuha fi stat tajjeb biex dawk li ser jiġu warajna jkunu jistgħu jibqgħu jgawdu dan it-teżor uniku għalina. It-tieni avveniment, għeluq il-150 sena mill-miġja tal-istatwa ta’ Ommna Santa Marija. Statwa mill-isbaħ, statwa ta’ ħlewwa bla qies u li b’ħarsitha ’l fuq twasslek lejn il-Ġenna. Hekk kif riedu l-antenati tagħna, l-ewwel statwa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema fil-gżira Għawdxija, statwa tant devota għalina ż-Żebbuġin u li kompliet iżżejjen bis-sbuħija l-Knisja tagħna. Hekk kif niesna għaddewha lilna, hekk ukoll aħna għandna d-dover li nibqgħu nieħdu ħsiebha biex uliedna jibqgħu jgawduha għal ħafna snin. It-tielet avveniment, il-Parroċċa taż-Żebbuġ, 50 sena ilu, tiġi mgħollija għad-dinjità Arċipretali. Ġrajja oħra miktuba b’ittri tad-deheb fl-istorja ta’ raħalna. Dan huwa privileġġ mogħti mill-Knisja, u għalhekk għandna ngħożżuh u napprezzaw dak kollu li għamlu magħna r-rgħajja spiritwali, kappillani u arċiprieti, li matul is-snin l-imgħoddija indukraw lill-poplu taż-Żebbuġ, b’tant dedikazjoni, b’tant entużjażmu u b’tant sagrifiċċji. Dawn għandhom ikunu ta’ eżempju ħaj għalina, li għandna għal qalbna r-raħal taż-Żebbuġ, biex jagħtuna l-istimolu ħalli nkomplu naħdmu fejn ħallew ta’ qabilna għall-ġid komuni ta’ raħalna u għall-għaqda ta’ bejnietna. Fuq nota differenti nixtieq insemmi, bħal dejjem, l-Għaqdiet Volontarji li għandna ġewwa r-raħal tagħna. Dan għaliex kif kulħadd jaf, jien stess involut direttament f’Għaqda Volontarja, dik tal-Għaqda tan-Nar li ta’ kull sena tipprepara programm li jixraq lill-Festa tant għażiża għalina. Bħala Sindku flimkien ma’ sħabi Kunsilliera, għandna nkunu n-nifs tal-ħajja għal dawn l-għaqdiet volontarji, Flimkien magħhom għandna nkattru l-għaqda, flimkien magħhom għandna niddiskutu, biex fil-mument opportun noħorġu l-ħsieb ewlieni ta’ ħafna nies. Għandna nkunu kuraġġużi biżżejjed biex jekk ikun hemm bżonn nieħdu deċiżjonijiet iebsa li flaħħar mill-aħħar ikunu ta’ ġid għal kulħadd u ta’ ħsara għal ħadd. Hekk joħroġ l-għaqal li bih ikun irnexxielna flimkien nieħdu l-ideat u s-suġġerimenti ġenwini kollha u ninvestuhom bl-aħjar mod possibli. Inkunu ukoll qed nolqtu l-aħjar opportunitajiet li joffrielna l-preżent u b’hekk nassiguraw il-futur. Minn hawn nixtieq nifraħ u nuri l-apprezzament tiegħi lill-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ taż-Żebbuġ, l-uniku wieħed minn Għawdex, għallakkwist ta’ fondi li rnexxielu jirbaħ minn fost numru ta’ għaqdiet volontarji u kunsilli oħrajn, kemm Għawdxin kif ukoll Maltin. Nafu li l-Festa tirrikjedi ħafna xogħol minn numru kbir ta’ Għaqdiet, minn numru kbir ta’ individwi, ħafna minnhom fuq bażi volontarja. Minn hawn nixtieq nagħmel l-appell tiegħi lilkom ħuti Żebbuġin, biex inkunu magħqudin, prudenti u attenti f’dak kollu li nkunu qed nagħmlu matul il-ġranet tal-Festa. Problemi jkun hemm żgur, imma importanti li kulħadd iżomm il-kalma u naġixxu b’mod mill-aktar deċenti fl-attivitajiet soċjali li ser ikunu organizzati mid-diversi għaqdiet. Inħeġġiġkom ukoll sabiex tattendu bi ħġarkom għall-funzjonijiet reliġjużi li jsiru matul il-ġranet tal-Festa fil-Knisja. Għandna nżommu ħaġa waħda f’moħħna, kulħadd għandu għal qalbu l-Festa, kulħadd jixtieq jagħmel l-aħjar possibli, kulħadd jaħdem għal għan wieħed. Mela ejja nuru li aħna ż-Żebbuġin poplu magħqud, kapaċi u nkunu ta’ eżempju għal irħula oħra Għawdxin. Flimkien ejjew indawru ħarsitna lejn Ommna Marija Mtellgħa s-Sema biex tkun magħna u tħarisna f’kull ħin u f’kull mument matul dawn il-ġranet ta’ ċelebrazzjonijiet tal-Festi. F’ismi bħala Sindku u f’isem il-familja tiegħi, f’isem il-Viċi Sindku, sħabi Kunsilliera, il-Kumitat Amministrattiv ta’ Marsalforn, u l-istaff kollu tal-Kunsill nawguraw il-Festa t-Tajba lilkom ħuti Żebbuġin u lir-residenti kollha tal-lokal. Nixtieq nagħlaq b’dawn ilversi sbieħ, meħudin mill-Innu taż-Żebbuġ: “O Żebbuġ sabiħ għażiż tagħna Aħna lilek ma ninsewk qatt Il-għaxqa ta’ qalbna Int tibqa’ U lilek ma nibdlu ma’ ħadd”

4

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

5


CEFAI ALUMINIUM

Għal kull xogħol ta’ Aluminium Irrikorru għand...

Sammy Cefai

Iż-Żebbuġ imwaqqaf Parroċċa 325 sena ilu • 1688-2013 Joseph Bezzina Nhar il-21 ta’ April 1687, l-isqof Davide CoccoPalmeri, l-isqof ta’ Malta u Għawdex, akkumpanjat fost l-ohrajn minn Dun Mattew Cini, il-prokuratur tal-kappelli tal-kampanja, għamel viżta lill-knisja ta’ Santa Marija tal-Virtut, iż-Żebbuġ (ara AAM-Arkivju Arċiveskovili Malta, VP-Visitatio Pastoralis (1687) 559v).

ta’ Ruma. Inħatar isqof ta’ Malta u Għawdex fil-15 ta’ Mejju 1684. Tliet snin wara beda l-ewwel viżta pastorali tiegħu f’Għawdex. Il-viżta f’Għawdex ħadet sittax-il ġurnata: mill20 ta’ April sal-5 ta’ Mejju 1687. Milli jidher, hu nnifsu żar l-inħawi kollha tal-gżira u għalhekk seta’ jifhem aħjar il-qagħda ġenerali u l-ħtiġijiet pastorali tal-Għawdxin. Minn diversi laqgħat li kellu ma’ Dun Karlu Magri, l-arċipriet tal-Matriċi, u mas-saċerdoti kollha tal-gżira, kompla ħa stampa iktar ċara talħtiġijiet l-iktar immedjati. Xhieda ta’ dan hi l-aħħar deċiżjoni li ħa qabel telaq lura lejn Malta. 2 • Il-knisja ta’ Santa Marija tal-Virtut Hu ta’ interess kbir li l-isqof jinnota fil-vista li l-knisja taż-Żebbuġ kienet tissejjaħ tal-Virtut. Il-kelma virtut, bil-Malti pur, tfisser mirakli. Ma għandha

VP-Visitatio Pastoralis (1687) 559v

Tel: 21550237 Mob: 79392537 - 79013938 “St. Joseph Hse”, Triq il-Mitħna, Żebbuġ - Għawdex 6

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

1 • Davide Cocco-Palmeri Davide Cocco-Palmeri, l-isqof li ismu jibqa’ marbut għal dejjem maż-Żebbuġ, twieled f’Borgo Pestocostanzo, qrib Monte Cassino, nhar it-23 ta’ Marzu 1632. Kien ordnat qassis fl-24 ta’ Frar 1657. Nhar it-3 ta’ Ottubru 1664, rċieva d-dottorat fil-Ligi Ekkleżjastika u Ċivili mill-Università La Sapienza . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

x’taqsam xejn ma’ virtù, il-kelma opposta ta’ vizzju, u li tirreferi għall-kwalitajiet tajbin fil-bniedem. Ilfatt li Santa Marija taż-Żebbuġ tissejjaħ tal-Virtut ifisser ħaġa waħda. L-inkwatru titulari l-qadim, li għadu jeżisti, kien meqjus bħala wieħed mirakuluż. In-nies kienu rrikkorew lejn Santa Marija u qalgħu mingħandha grazzi li kienu meqjusa daqs miraklu. Kif wasal iż-Żebbuġ, l-Isqof Cocco-Palmeri kien milqugħ minn Dun Konsalvu Muscat, il-prokuratur. L-isqof dlonk qaddes lin-nies u wara beda ż-żjara fil-knisja. Hu nnota li kienet knisja mdaqqsa u miżmuma tajjeb ħafna. Kellha tliet bibien b’zuntier quddiem il-bieb maġġur li kien iħares lejn nofsinhar. Fuq iz-zuntier kien hemm qanpiena mdendla bejn żewġ kolonni għoljin seba’ filati. Il-knisja minn ġewwa wkoll kienet f’kundizzjoni tajba. L-artal maġġur kellu kull ma kien meħtieġ għas-sagrifiċċju tal-quddiesa. Kien hemm, fost l-oħrajn, kalċi bil-patena, missal, u l-kumplament. Fuq ir-riħ tiegħu kien hemm l-inkwatru ta’ Santa Marija imdawwar bi gwarniċ u mwaħħal mal-ħajt. Kien hemm lampier li n-nies tal-post kienu jixgħelu kull nhar ta’ Sibt. Il-festa kienet issir fil-15 ta’ Awwissu bil-kant tal-Ewwel Vespri u b’quddiesa letta mqaddsa millprokuratur tal-knejjes tal-kampanja. Fit-tmiem kienu jitqassmu żewġt itmiem qamħ f’ħobż. Kien Dun Pietru Cini li b’donazzjoni reġistrata min-Nutar

7


Alessju Apap ħalla somma flus biex mill-imgħax tagħha jitħallas dan il-ħobż f’jum il-festa. Il-knisja kellha dħul ieħor mill-beni ta’ Ġwanni-Anġlu Cefai, mħollija b’att għand in-Nutar Tumas Debono, nhar is-27 ta’ Lulju 1682 (ara VP (1687) 560r). Dun Konsalvu Muscat, fi tmiem il-viżta, talab lill-isqof biex il-festa ma tibqax tiġi ċċelebrata fil15 ta’ Awwissu, għax qassisin u nies kienu jmorru kollha għall-festa fil-Knisja Matriċi u kien jispiċċa bla qassis min igħinu, u bla nies. L-isqof laqa’ talba u tah permess biex il-festa ssir il-Ħadd fl-ottava ta’ Santa Marija (ara VP (1687) 560v). Ifisser li ilha ssir bħalma ssir daż-żmien 326 sena. 3 • It-talba għat-twaqqif tal-parroċċa L-isqof Cocco-Palmeri ħa impressjoni tajba tażŻebbuġ. Imkien, fil-kampanja ta’ Għawdex, ma sab knisja spazjuża, ma jonqosha xejn, u miżmuma tant tajjeb. Innota wkoll, li n-nies, fil-faqar tagħhom kienu jgħinu mill-aħjar li jistgħu. Xi Żebbuġin ħatfu l-okkażjoni biex jitolbuh ħalli jwaqqfilhom parroċċa. Min kienu dawn iż-Żebbuġin ma nafux, iżda nistgħu nobsru x’qalulu. It-tagħrif hu mislut mid-Digriet Considerans suo paterno zelo tal-4 ta’ Mejju 1687 – imsemmi iktar ’l isfel (ara VP (1687) 602v-603r).

Digriet Considerans suo paterno zelo

8

Semmewlu, l-ewwelnett, id-diffikultajiet li kellhom biex jirċievu s-Sagramenti. Il-knisja Matriċi, il-parroċċa tagħhom, kienet ’il bogħod – qalulu li kellhom mixja ta’ tliet mili sal-Matriċi ; barra dan, bil-lejl, il-bibien taċ-Ċittadella kienu jingħalqu u għalħekk lanqas f’każ ta’ bżonn ma setgħu jitolbu s-sagramenti. Fix-xitwa, xi drabi, anqas nħar ta’ Ħadd ma kien jirnexxilhom imorru l-quddies mħabba l-istat ħażin tat-toroq. Qalulu wkoll li t-tfal tagħhom ftit li xejn setgħu jmorru għat-tagħlim tad-duttrina. Dik il-ħabta, idduttrina kienet tiġi mgħallma aktarx f’xi kappella tal-Matriċi nhar ta’ Ħadd u wieħed jifhem malajr li kien ferm diffiċli għat-tfal li jmorru d-duttrina. Għaldaqstant, uħud kienu jibqgħu bla ma jirċievu s-sagramenti tat-tqarbin u l-qrar. Qalulu, fl-aħħarnett, li kienu ħafna dawk li kienu qed imutu mingħajr ma jirċievu l-Griżma tal-Morda u l-Vjatku Mqaddes. Dawn id-diffikultajiet kienu qegħdin jiltaqgħu magħhom mhux biss in-nies tal-kontrada ta’ Santa Marija tal-Virtut, iż-Żebbug, iżda wkoll, kif igħidilna l-isqof nnifsu, dawk li joqogħdu fl-inħawi ta’ Sannat, ta’ Sant’Anton tax-Xagħra, u ta’ Santa Marija tal-Qala. L-Isqof tant ikkonvinċa ruħu millħtiġijiet tan-nies ta’ dawn l-erba’ kontradi li dehrlu li għandu jagħmel xi ħaġa għalihom qabel jitlaq minn Għawdex. 4 • Dun Ewgenju Azzupardu: kważi kappillan għall-kampanja Tul il-viżta tiegħu, mat-tliet diffikultajiet li sema’ mingħand in-nies, l-isqof ittenda bi tnejn oħra. L-arċipriet Karlu Magri tal-Matriċi kien imdaħħal fiżżmien u, imħabba l-età u saħħtu, b’ebda mod ma seta’ jlaħħaq mal-estensjoni tal-parroċċa tiegħu. Dun Karlu, wieħed mill-arċiprieti l-iktar eminenti tal-Matriċi ta’ Għawdex, kien imwieled il-Belt Valletta, iżda għadda żgħożitu u parti kbira minn ħajtu f’Ruma. Għal xi żmien kien il-bibljotekarju tal-Università La Sapienza ta’ Ruma. Kiteb ilHierolexicon, diżżjunarju ta’ termini ekkleżjastiċi, u kotba oħra, stampati mill-aqwa djar ta’ pubblikazzjoni tal-Ewropa. Meta beda jikber xtaq li jerġa lura art twelidu. Fit-3 ta’ Diċembru 1680, irnexxielu jikseb l-arċipretura tal-Matriċi. Kellu allura 63 sena. Ħa l-pussess bil-prokura, għax kien għadu Ruma, nhar il-25 ta’ Frar 1681. Għaddew iktar minn sentejn qabel ma ħalla ’l Ruma għal Għawdex u ftit wara beda jonqsu d-dawl ta’ għajnejh. Sal-1687 aktarx li ftit li xejn kien għadu jara. Kien hemm raġuni gravi oħra. Dak iż-żmien peress li Malta u Għawdex kienu djoċesi waħda, ġara kemm-il darba li xi kappillani u kanonċi f’Għawdex ikunu Maltin. Il-postijiet li kienu l-iktar jirrendu kienu aktarx jagħtuhom lill-qassisin Maltin. Dawn il-Maltin kien jinteressahom biss il-flus li kien jirrendilhom il-benefizzju jew il-kanonikat u kienu jaqgħu u jqumu mill-ħtigijiet pastorali tal-Għawdxin. . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

L-Isqof Cocco-Palmeri ittenda b’dawn innuqqasijiet li bihom kienu qegħdin ibatu n-nies u ħa deċiżżjoni immedjatament. Nhar l-4 ta’ Mejju 1687, il-Ħadd ta’ qabel Lapsi, l-Isqof qaddes solennament fil-Matriċi fit-tmiem tal-viżta pastorali. Fl-istess għodwa, hu ħareġ id-Digriet Considerans suo paterno zelo, imsemmi iktar ’l fuq, li permezz tiegħu ħatar lil Dun Ewgenju Azzupardu viċi-parroku ta’ Dun Karlu biex jieħu ħsieb in-nies tal-kontradi fuq imsemmija (ara VP (1687) 602v-603r). Dun Ewgenju, saċerdot żagħżugħ min-Naxxar, Malta, kien wieħed mill-missjunarji tal-viżta. Kienet drawwa, li qabel viżta pastorali, jintbagħtu xi patrijiet jew qassisin ħalli bħala missjunarji jippreparaw innies għaż-żjara ta’ l-Isqof u jressqu lil kulħadd għassagramenti imqaddsa. Wisq probbabli kien permez ta’ Dun Ewgenju u missjunarji oħra li ż-Żebbuġin wasslu l-ilmenti tagħhom lill-isqof, li qajla kien jitkellem bil-Malti. Id-Digriet, li hu d-dokument li fih jissemmew ittalbiet tan-nies tal-erba’ kontradi, igħid ċar u tond li Dun Ewġenju qed jinħatar bħala viċi ta’ Dun Karlu. Iżda jagħtik x’tifhem ukoll li qed jinħatar daqs kważi kappillan għall-kontradi tal-kampanja. L-Isqof infatti jordnalu biex imur joqgħod fis-subborg tarRabat, ’il barra miċ-Ċittadella, biex f’kull ħin ikun jista’ jagħti l-għajnuna tiegħu lil dawk li jitolbuhielu. Bħala rikumpens tal-ħidma tiegħu, l-arċipriet Magri kellu jagħtiħ ħames skudi fix-xaħar mill-prebenda arċipretali. Barra dan, kellu wkoll joħroġlu l-ispejjeż biex iżomm karrozzella u żiemel ħalli jkun jista’ jasal malajr anki sa l-ibgħad postijiet tal-parroċċa. L-istess Digriet jagħmilha ċara li dan l-arranġament hu wieħed temporanju; kellu jibqa’ jseħħ sakemm jintrebħu xi diffikultajiet u jintemmu l-prattiċi rikjesti mil-liġi tal-Knisja biex dawk l-erba’ inħawi jsiru parroċċa. Dan id-Digriet hu l-ewwel dokument storiku li jsemmi flimkien l-inħawi li kien hemm il-ħsieb li jitwaqqfu parroċċi. Jissemmew preċiż f’din l-ordni: Santa Marija tal-Virtut taż-Żebbuġ, fl-ewwel post; Sant’Anton tal-Caccia (Xagħra); Santa Margerita ta’ Sannat; u Santa Marija tal-Qala. Santa Marija tażŻebbuġ tissemma l-ewwel għax, nifhem mir-rapport tal-vista, li kienet l-iktar kontrada li kienet imħejjija biex issir parroċċa. Din l-ordni kellha eventwalment tinbidel. Dun Ewgenju kien ordnat qassis f’Katanja nhar il-25 ta’ April 1684. Kien qassis żagħżugħ mimlija enerġija li ma damx ma ntefa’ b’ruħu u b’ġismu biex jaqdi pastoralment in-nies fdati f’idejh. Nistħajjel li l-quddies fil-kappella ta’ Santa Marija tal-Virtut sar iktar ta’ spiss u ż-Żebbuġ bdiet issir għall-ewwel darba xi ħidma pastorali. 5 • Il-kundizzjonijiet għat-twaqqif tal-parroċċa Din kienet soluzzjoni temporanja sakemm titwitta t-triq biex il-kontradi jsiru parroċċi. Kienu erbgħa l-kundizzjonijiet li riedu jitwettqu sabiex dan iseħħ. . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

L-ewwelnett, kienet meħtiega causa iusta, jiġifieri raġuni pastorali siewja li turi l-ħtieġa tattwaqqif ta’parroċċa oħra. It-tieni, kien hemm ħtieġa ta’ locus congruus, jigifieri ta’ kappella jew knisja li setgħet taqdi l-ħtiġijiet pastorali tal-kommunità. Ittielet, kien meħtieg il-consensus parochi, jiġifieri l-isqof kien obbligat jisma’ l-parir tal-kappillan li taħtu taqa’ il-kontrada li ser titwaqqaf parroċċa, għalkemm imbagħad seta’ ma joqgħodx għal dan il-parir. Ir-raba’, u l-aħħar, kien meħtieg li jkun hemm dos congrua, jiġifieri li jinstabu l-mezzi ħalli l-kappillan tal-parroċċa l-ġdida jkollu biex igħix kif jixraq: fi kliem ieħor, qabel titwaqqaf parroċċa kien meħtieg titwaqqaf dik li tissejjaħ il-prebenda għallgħajxien tal-kappillan. Fil-każ tal-erba’ kontradi ma kien hemm ebda dubju ta’ kawża ġusta. Tul il-viżta pastorali, l-isqof kien ra b’għajnejh il-ħtieġa tat-twaqqif ta’ parroċċa fiż-Żebbuġ u fl-inħawi l-oħra. Is-soluzzjoni għat-tieni kundizzjoni lanqas kienet diffiċli: temporanjament setgħu jintużaw il-kappelli li kien hemm, ’il quddiem kellhom jibnew knejjes aħjar. Iżda dwar it-tielet u r-raba’ kundizzjoni kien hemm diversi ntoppi. U nibdew mill-aħħar waħda. 6 • Il-petizzjoni lill-Gvern għat-twaqqif talprebenda Fl-imsemmi Digriet ta’ l-4 ta’ Mejju, 1687, l-isqof jinnota li d-diffikultà ewlenija għat-twaqqif immedjat tal-parroċċi kienet proprju n-nuqqas ta’ dos congrua. In-nies kienu fil-maġġuranza tagħhom fqar u għalhekk li ftit li xejn setgħu jgħinu għat-twaqqif talprebenda. L-Isqof fehmha din il-ħaġa u ddeċieda li jitlob l-għajnuna lill-Gvern tal-Kavalieri. U ma tilifx żmien. Ftit jiem wara li reġa’ lura Malta, qabbad lil Promotur Fiskali tal-Kurja tiegħu fil-Belt Valletta biex jindiriżża petizzjoni lill-Granmastru Gregorio Carafa ħalli jitlobu l-għajnuna tiegħu għat-twaqqif tal-prebendi (ara NAG-Arkivju Nazzjonali Għawdex, UG-Universitas Gaudisi, Suppliche 1 (1682-1704) 73r-v). Il-petizzjoni, mibgħuta nhar it-12 ta’ Mejju 1687, tiftaħ billi tagħti stampa ċara ta’ dak kollu li nnota l-Isqof tul il-viżta pastorali fil-gżira ta’ Għawdex u tagħfas fuq il-ħtieġa mmedjata li jitwaqqfu iktar parroċċi għall-ġid spiritwali tal-Għawdxin. Igħarrfu li dal-bżonn kien ilu jinħass tant li l-predeċċessur tiegħu l-Isqof Mikiel Molina kien ftit snin qabel waqqaf il-parroċċi tax-Xewkija u tal-Għarb. Qallu li l-ħtiega issa kienet qed tinħass ħafna f’erba’ kontradi oħra (ibid, 73r). Il-petizzjoni ssemmi l-faqar kbir li fi kienu jinsabu ħafna familji Għawdxin. Il-membri ta’ l-istess familja, tgħarrafna l-petizzjoni, ma setgħux imorru jisimgħu l-quddies flimkien għax ma kellhomx ħwejjeġ biżżejjed. L-ewwel kienu jmorru uħud, imbagħad wara li jiġu lura, jagħtu ħwejjiġhom lill-membri l-oħra biex ikunu jistgħu jmorru l-knisja huma wkoll (ibid, 73r).

9


Fit-tmiem, l-oratur jitlob lill-Granmastru ħalli – għall-glorja kbira ta’ Alla u għall-gid spiritwali tasservi fidelissimi tiegħu f’Għawdex – jogħġbu jagħti biċċa art tal-Gvern f’Għawdex għat-twaqqif talprebendi tal-parroċċi li hemm il-ħsieb li jitwaqqfu (ibid, 73v). Il-petizzjoni tal-Isqof twasslet il-Palazz talGranmastru fl-istess jum tat-12 ta’ Mejju. Imħabba l-urgenża tagħha, l-awditur, speċi ta’ Segretarju privat, qatagħha li dlonk jgħarraf biha lill-Granmastru Carafa. Il-Granmastru ma sab ebda oggezzjoni għat-talba ġusta tal-Isqof Cocco-Palmeri u fl-istess jum, Masimilianus Balsamo, l-awditur, bagħat jgħarraf lill-membri tal-Università, il-Gvern Reġjonali ta’ Għawdex fi żmien il-Kavalieri, bit-talba li saret lill-Granmastru. Mal-ittra ħemeż lista ta’ disa’ biċċiet ta’ artijiet pubbliċi, aktarx suġġerita lill-Isqof tul ilviżta tiegħu f’Għawdex, u talab fuqhom il-kummenti tagħhom (ibid, 73v-74r). Onorat Carbone, Giovanni-Maria Cumbo, u Felice Bonnici, it-tliet ġurati tal-Gvern f’Għawdex, fehmu l-urġenza tal-petizzjoni. Sas-19 ta’ Mejju ħejjew ir-rapport tagħhom lill-Granmastru (ibid, 74r). Sabu xi oġġezzjonijiet dwar uħud mid-disa’ biċċiet ta’ artijiet, iżda l-problemi rnexxielhom jirbħuhom. Aloisio Venato, il-Gvernatur ta’ Għawdex, wera li hu ma setax ma jaqbilx perfettament ma’ dik il-għotja. U nhar is-17 ta’ Jannar 1688, il-Granmastru Carafa ta l-approvazzjoni tiegħu għall-għotja ta’ l-artijiet għat-twaqqif ta’ l-erba’ prebendi (ibid, 74v). 7 • Il-kunsens kundizzjonat tal-arċipriet talMatriċi Kienet meħtieġ ukoll il-consensus Parochi, ilkunsens ta’ Dun Karlu Magri, l-arċipriet tal-Matriċi. Din intalbet hekk kif il-kwistjoni tal-prebenda qorbot lejn it-tmiem. Milli jidher, l-isqof kien ġa kiseb b’mod informali dan il-kunsens fl-aħħar jum tal-viżta tiegħu f’Għawdex. Il-kunsens formali ngħata quddiem in-Nutar Giovanni-Battista Dorbes, il-Kanċillier tal-Kurja, nhar it-13 ta’ Jannar 1688 (ara NAV-Arkivju Notarili Valletta, R 792/10, Atti tan-Nutar Giovanni-Battista Dorbes (13 Jan 1688) 1r-2r). Il-kunsens ingħata b’dawn il-kundizzjonijiet: 1 - il-persuni kollha fil-limiti tal-parroċċi li ser jitwaqqfu kellhom igħaddu taħt irresponsabbiltà tal-kappillani rispettivi; 2 - il-kappelli tal-kampanja fil-limiti ta’ l-erba’ kontradi flimkien mal-ewwel frott tar-raba’, iddrittijiet parrokkjali u kull dħul ieħor kellhom ukoll igħaddu lill-kappillani rispettivi; 3 - id-deċmi u l-beni mmobbli tal-arċipretura tal-Matriċi fl-imsemmija limiti kellhom iżda jibqgħu bla mimsusa; 4 - il-persuni kollha li kienu joqogħdu l-Belt (iċĊittadella) u dawk kollha barra l-limiti talparroċċi li ser jitwaqqfu kellhom jibqgħu taħt il-kura tal-arċipriet tal-Matriċi u flimkien man-

10

nies kellhom ukoll jibqgħu tiegħu l-ewwel frott tar-raba’, id-drittijiet parrokkjali, u kull dħul ieħor; 5 - il-kappillani li ser jinħatru kellhom jiġu obbigati mill-Isqof biex darba fis-sena jħallsu taxxa lillarċipriet tal-Matriċi bħala att ta’ sottomissjoni lejh; 6 - l-arċipriet tal-Matriċi seta’ jorganiżża purċissjonijiet lejn il-parroċċi ġodda u l-kappelli li jagħmlu magħhom, mingħajr ma seta’ jinżamm millkappillani l-ġodda; 7 - il-parruċċani kollha tal-knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ fis-subborg (ir-Rabat) tal-Belt, kellhom ’l quddiem igħaddu taħt l-arċipriet talMatriċi u flimkien man-nies id-drittijiet kollha (ibid, 1r-v). Dwar l-ewwel erba’ kundizzjonijiet ma kienx hemm problemi fihom l-arċipriet qiegħed jafferma dak li kien dejjem isir meta titwaqqaf parroċċa ġdida. Il-ħames u s-sitt kundizzjoni setgħu jiġu konċessi mill-isqof. Iżda ma tantx kienet ħaġa faċli li titwettaq l-aħħar kundizzjoni. L-arċipriet kien preokkupat li bit-twaqqif ta’ sitt parroċċi mill-limiti tal-Matriċi f’temp ta’ għaxar snin, id-dħul tal-Matriċi kien ser jonqos sostanzjalment. Il-Matriċi kienet allura ser isibħa diffiċli li tgħajjex in-numru kbir ta’ qassisin li kienu jiddependu minnha, Biex tgħaqqad, dak iż-żmien hu kien ġa beda jħejji l-pjanti tal-knisja Matriċi l-ġdida – il-Katidral tal-lum. Iżda, wara ħidma sħiħa, nstabet soluzzjoni li, però ma kinitx ta’ għoġba għal kulħadd – ilparroċċa ta’ San Ġorġ, ir-Rabat, kienet trasferita taħt l-arċipretura tal-Matriċi. 8 • 28 ta’ April, 1688: Iż-Żebbuġ imwaqqaf parroċċa L-isqof Davide Cocco-Palmeri kien fehem tajjeb il-ħtiega tat-twaqqif tal-erba’ parroċċi u rnexxielu jirbaħ kull problema. Nhar it-28 ta’ April 1688, permess tad-Digriet Cum in prima, miktub u rreġistrat min-Nutar Giovanni-Battista Dorbes, hu waqqaf erba’ parroċċi ġodda (NAV, R 792/10, Atti tan-Nutar Giovanni-Battista Dorbes (28 Apr 1688). Iż-Żebbuġ ma baqax fl-ewwel post. Id-Digriet stabilixxa din l-ordni: Santa Margerita ta’ Sannat, Sant’Anton tal-Caccia, Santa Marija tal-Qala, u Santa Marija tal-Virtut jew l-Assunta taż-Żebbuġ (ibid, 1r). Id-Digriet jibda billi jsemmi l-viżta pastorali tassena ta’ qabel li matulha dehru ċari ħafna l-ħtiġijiet pastorali tal-Għawdxin tal-kampanja. Dawn ilħtiġijiet ġiegħlu lill-isqof biex mill-iktar fis iwaqqaf erba’ parroċċi ġodda. Isemmi l-għajnuna li nstabet mingħand il-Granmastru Gregorio Ċarafa għattwaqqif tal-prebendi u kif mal-proprjetà mogħtija mill-Gvern kien ser igħaqqad xi beni tal-kappillan ta’ San Ġorġ. L-isqof jiġi mbagħad għat-twaqqif formali talparroċċi. Jibda billi jgħid li wasal għal dik id-deċiżjoni . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Contratae S[ANC]TAE MARIAE VIRTUTUM SIVE ASSUMPTIONIS DEL ZEBUG, eiusque Ecclesiae Par[ochia]lis sub eodem titulo sacerdotem D[on] Franciscum Vella, ultimum in presbiteratu promotum, pro cuius Populi commoditatem eamdem Ecclesiam ampliari mandamus. Jigifieri: Naħtru bħala Kappillan u Rettur tar-Reġjun jew Kontrada ta’ Santa Marija tal-Virtut jew talAssunzjoni taż-Żebbuġ u tal-Knisja Parrokkjali tagħha taħt l-istess titlu, lis-saċerdot Dun Franġisk Vella, l-aħħar wieħed li kien ordnat qassis, u nordawlu biex, għal iktar kumdità talpoplu, ikabbar l-imsemmija Knisja. Ta’ min jinnota hawn żewġ ħwejjeġ importanti. L-ewwel, huma proprju l-aħħar kelmiet tal-ħatra. Lill-ewwel kappillan, l-isqof jordnalu ħalli għallkumdità tal-poplu jagħmel ħiltu kollha ħalli jkabbar il-knisja Parrokkjali (ibid, 6r). Għalkemm kienet knisja miżmuma tajjeb ħafna, il-knisja taż-Żebbuġ ma kinitx kbira biżżejjed għall-poplolazzjoni dejjem tikber. Nafu, li Dun Franġisk ma damx ma ntefa’ b’ruħu u ġismu ħalli jkabbar il-knisja fdata f’idejh. Digriet Cum in prima It-tieni, huma l-kelmiet ultimum in Presbyteratu promotum, jiġifieri, l-aħħar fost l-erba’ kappillani wara li talab lil Ġesù Kristu, lil Ommu Marija dejjem ġodda li rċieva l-Ordni Sagri. Dun Franġisk kien filVerġni, lil San Pawl Appostlu, Patrun ta’ dawn ilgżejjer. Dawn huma l-kelmiet preċiżi ta’ l-erezzjoni fatt qassis novell. Hu kien ordnat nhar il-15 ta’ Marzu ta’ l-erba’ parroċċi, l-aħħar fosthom taż-Żebbuġ 1687. Dawn il-kelmiet jispjegaw l-għala l-parroċċi tqiegħdu f’dik l-ordni – tagħrifa ppubblikata minn (ibid, 2v). għall-ewwel darba fis-sena 1988. Kienet drawwa qadima tal-Knisja, li meta Declarantes ex tunc in antea, et in perpetuum xi qassisin jirċievu xi ħatra jew xi benefizzju Ecclesias praefatas S[anctae] Margeritae ta’ ekkleżjastiku fl-istess jum jieħu l-preċedenża Sannat, S[anc]ti Antonii dela Caccia, S[anc]tae dak fosthom li jkun ilu l-iktar ordnat. Fi ftit kliem, Mariae dela Cala, et S[anc]tae Mariae Virtutum sive Assumptionis del Zebug seu alias in locis a l-erba’ parroċċi mwaqqfa mill-isqof Cocco-Palmeri Nobis infra designandis de novo construendas ngħataw il-preċedenża li għandhom imħabba esse vere, et cum effectu Parochiales, et Curatas d-data tal-ordinazzjoni tal-ewwel kappillani. Inserta distinctas, et ad invicem separatas cum Populo, li l-iktar li kien ilu jqaddes kien Dun Lażżru Camilleri, et Populis ibidem respective habitantibus, il-kappillan Ta’ Sannat, ordnat qassis nhar it-13 et a Matrice Ecclesia Collegiata eiusque ta’ Marzu, 1655. Warajh kien jiġi Dun Bernard Archipresbyteratu perpetuo dismembratas, seu Formosa, kappillan tax-Xagħra, ordnat Terranova, Sqallija, fil-21 ta’ Diċembru 1669. It-tielet, kien verius disiunctas et divisas. Dun Bernard Haber, li dejjem qies lilu nnifsu bħala L-isqof imbagħad igħaddi għall-ħatra tal- kappillan tan-Nadur, ordnat meta kellu fuq erbgħa u erbgħin sena aktarx nhar is-17 ta’ Diċembru 1678. kappillani. Iż-Żebbuġ, għaldaqstant, mill-ewwel post fl-ewwel dokument, spiċċa l-aħħar. 9 • Dun Franġisk Vella: l-ewwel kappillan Il-ħatra ta’ l-erba’ kappillani ġodda tibda billi l-isqof jagħmilha ċara, bħalma għamel fil-kelmiet talerezzjoni tal-parroċċi, li qed jagħmilhom kappillani tal-knejjes imsemmija jew inkella ta’ dawk li kellhom jinbnew ġodda. Il-ħatra ta’ l-ewwel kappillan tażŻebbuġ (ibid, 6r) hi magħmula b’dawn il-preċiżi kelmiet:

In Parochum et Rectorem Regionis, sive . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

10 • Għeluq Wara l-ħatra tal-kappillan Dun Franġisk Vella, l-Isqof jispjega fiex ser tkun tikkonsisti d-dos congrua, ilprebenda tiegħu. Din tinqasam fi tnejn: id-dħul minn l-beni mħollija għal dan il-għan, fosthom l-art mogħtija mill-Gvern,; u l-offerti tal-fidili. L-ikbar tama tal-isqof kienet li ż-Żebbuġin ikunu ġenerużi mal-kappillan tagħhom fl-offerti li jagħmlu fuq il-prodotti tar-raba’ u għas-

11


servizzi li jirċievu, fosthom it-tberik fi żmien l-Għid. Kien maħsub li permeżż ta’ b’ dan kollu, il-kappillan taż-Żebbuġ seta’ jgħix mhux ħażin u jaqdi sewwa d-dmirijiet pastorali tiegħu. L-erba’ parroċċi tal-kampanja mwaqqfa millisqof Cocco-Palmeri nqatgħu mil-limiti tal-Matriċi ta’ Għawdex. L-Isqof dehrlu li tkun ħaġa xierqa li tinżamm xi rabta bejn il-parroċċi ġodda u l-Knisja Omm li minnha nqatgħu. Għalhekk isemmi xi obbligi li l-kappillani ġodda kellhom lejn il-Matriċi. Ried ukoll li din r-rabta tiġi mġedda darba fis-sena. Għaldaqstant ordna lill-erba’ kappillani u s-suċċessuri tagħhom biex nhar Santa Marija, huma joffru xemgħa bajda ta’ libbra lill-arċipriet tal-Matriċi (ibid, 3v). Din l-offerta ta’ xemgħa bħala sinjal ta’ għaqda mal-Knisja-Omm, kienet issir waqt l-offertorju tal-quddiesa solenni ta’ nħar Santa Marija. Din l-offerta kienet baqgħet sasseklu dsatax. Id-Digriet Cum in prima jagħti wkoll il-limiti talparroċċa. Kienu jibdew minn xifer il-baħar imsejjaħ ta’ Wied il-Mielaħ imissu mal-limiti tal-Għarb, minnaħa waħda, u jkomplu sal-wied li jieħu għallMarsalforn sal-baħar, min-naħa l-oħra. It-territorju tal-parroċċa baqa’ hekk sat-twaqqif tal-parroċċa talGħasri fis-16 ta’ Diċembru 1921. L-erba’ parroċċi ġodda bdew jiffunzjonaw issena ta’ wara. Id-digriet formali tal-ħatra ta’ Dun Franġisk bħala l-ewwel kappillan taż-Żebbuġ inħareġ nhar is-6 ta’ Ġunju 1689. Hu ngħata

MIXJA KONTINWA LEJN IL-VERITÀ Sem Joseph Attard

Impresjoni artistika ta’ Mons Mikelang Apap, ta’ kif kienet il-Kappella l-antika min ġewwa

l-pussess tal-parroċċa nhar il-Ħadd, 12 ta’ Ġunju 1989. Dam imexxi l-parroċċa sa mewtu li ġrat nhar is-27 ta’ Ottubru 1743.

Comet Laundry & Dry Cleaning We cater for:

Domestic & Commercial Hotels / Restaurants Farmhouses / Flats We Clean Carpets Any Size Quilts & Clothing We pick up & Deliver Just Call us and We do the rest Tel: 2156 4993 Mob: 79593245 www.cometlaundrygozo.com Imgarr Rd., Xewkija Gozo 12

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Il-bniedem, kif tixhed l-istorja, dejjem ipprova jfittex dak li hu veru, dak li hu awtentiku. Jekk inħarsu lejn l-iżvilupp tal-bniedem fix-xjenzi diversi, naħseb għandna ħafna fejn nimirħu fuq dan. Imma l-verità hi dik biss ġejja mix-xjenzi u l-avvanzi tal-bniedem?

persuni oħra. Dan jista’ jsir billi l-Kelma t’Alla l-ewwel jipprietkaha bl-eżempju u mbagħad bil-fomm. Fuq kollox dan il-ministeru jrid jgħin lill-lettur jikber aktar fir-relazzjoni tiegħu m’Alla u jagħmlu aktar dixxiplu perfett tiegħU.

X’inhi l-verità? Nistqarr magħkom li din kienet mistoqsija li tul dawn l-aħħar snin dejjem kienet f’moħħi b’mod partikulari tul din l-aħħar sena, fil-ħames sena tiegħi tal-kors seminaristiku; u ser nispjega għaliex. Man-nies ta’ kull età li tul din l-aħħar sena Alla għoġbu jlaqqagħni magħhom bħal donni nnotajt l-importanza tagħhom li jkunu jafu l-verità, f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-fidi tagħhom. Forsi dan jien innotajtu f’persuni oħra għaliex jien stess kont qed inħoss il-bżonn ta’ din il-ħaġa; anke fil-kuntest ta’ din is-sena ddedikata mill-Papa għall-Fidi.

Fid-dawl ta’ dan, illum nifhem aktar kemm ilKelma t’Alla fil-ħajja tiegħi kellha u għad baqgħalha importanza kbira, mhux biss fl-iskoperta tal-verità li minnha tkellimt fil-bidu, imma ukoll għaliex hija mezz ta’ kif inżomm saqajja mal-art f’kull sens u allura bħalma bidwi jiżbor siġra biex hekk imbagħad tisbieħ u tagħti aktar frott, hekk il-Kelma t’Alla għandha effett fuq il-ħajja tiegħi. Nemmen li wara kollox, għalhekk qiegħed hemm il-ministeru tal-lettorat, biex juri dejjem aktar l-importanza tal-Kelma t’Alla fil-ħajja tiegħi (tallettur) u fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minnkom. Għalhekk jeħtieġ li nkunu qaddejja ta’ din il-Kelma, għaliex meta nkunu qaddejja tal-Kelma qed inkunu qaddejja tal-verità. Infatti, l-Papa preżenti stess joħroġ l-importanza ta’ kif il-bniedem għandu d-dmir li jkun

Il-kittieb Herbert Agar fil-ktieb tiegħu: The Price of Union, jispjega l-verità f’sentenza waħda: “Il-verità hi dik il-ħaġa li tagħmel il-bniedem ħieles, però flistess ħin hi ukoll dik il-ħaġa li l-bniedem jippreferi ma jismax.” Naħseb li ebda bniedem ma jista’ jiċħad dan. Mill-banda l-oħra għalina l-insara l-verità nikkonkretizzawha f’persuna: Ġesù Kristu. Reċentement kont qed naqra diskors tal-qdusija tiegħu l-Papa Franġisku, li għamel il-Ġimgħa, 14 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. F’paragrafu f’dan id-diskors, il-Papa jitkellem fuq kif min iħobb il-verità jrid jisma’ leħen Ġesù u jagħmel dak li jgħid Hu, għax Hu nnifsu Hu l-verità. Ġesù stess jgħid: “Jiena t-Triq, il-Verità u l-Ħajja.” (Ġw 14, 6) Għax Hu l-Iben ta’ Alla, Hu l-verità assoluta. Qed ngħid dan kollu, għaliex kif tafu intom fi Frar ta’ din is-sena rċevejt il-ministeru tal-lettorat. Dan ilministeru, permezz tal-Kelma t’Alla, kompla jpoġġini aktar f’kuntest ta’ din il-verità li jien kont u għadni qiegħed infittex, u li fl-istess ħin kont nara din it-tiftixa f’persuni oħra. X’inhu eżattament dan il-ministeru? F’dan il-ministeru l-proklamazzjoni u l-għixien talKelma t’Alla għandhom l-prijorità. Infatti, ġejt istitwit f’dak li jissejjaħ lettur ordinarju. Papa Pawlu VI jispjega dan il-ministeru billi jgħid li hu importanti li, bl-għoti ta’ dan il-ministeru, il-lettur isir iktar konxju tal-uffiċċju li hu rċieva. Infatti, il-lettur hu mħeġġeġ biex finalment jagħmel ħiltu kollha biex jikber aktar u jagħmel tiegħu l-Kelma t’Alla li hu stess irid iħabbar lil . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

13


Grilled & Fried Sausages & Hamburgers

qaddej ta’ din il-verità; u jfakkarna ukoll fi kliem Ġesù, meta quddiem Pilatu qal: “Jien għalhekk twelidt u għalhekk ġejt fid-dinja biex nixhed għall-verità, u kull min iħobb il-verità jisma’ leħni.” (Ġw 18, 37). Għalhekk kull min jaqdi din il-verità jkun qed jaqdi lil Alla. Din hi l-unika triq li fil-verità tista’ twassal lill-bniedem għal ferħ veru; dak il-ferħ li mhuwiex tal-mument imma hu dejjiemi. Għalhekk ejjew ma naqtgħux qalbna milli nippruvaw nimxu din it-triq talverità li tinsab fil-Kelma t’Alla, verità li aktar ma qiegħed jgħaddi żmien, sfortunatament, aktar qed issir diffiċli li tgħix fis-soċjetà tal-lum. Ejjew ma nkunux fost dawk il-bnedmin li nippreferu ma nisimgħux il-verità, imma pjuttost li l-verità tagħmilna ħielsa.

Pizza, Burger’s & Chips, Beer and Softdrinks

Mob: 9946 9338 andson@live.co.uk 14

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

15


Mill-Kumitat

SOċJETÀ fILARMONIKA SANTA MARIJA Mis-Segretarju Marnol Sultana IL-KAŻIN TAL-BANDA TAGĦNA.... IL-ĦOLMA ŻEBBUĠIJA! Il-Ħadd 18 t’Awwissu 2013, data li ser titnaqqax bi ћjut tad-deheb fl-istorja tar-raћal tagћna. Aћna ż-Żebbuġin, taћt il-protezzjoni t’Ommna Marija Assunta ser inkunu qed ninawguraw uffiċjalment il-każin tal-Banda Santa Marija, ġawhra fid-daћla prinċipali tar-raћal tagћna, propju fl-istess sena meta qed infakkru tlett avvenimenti oћrajn. Ħolma li ser tirrejalizza ruħha għaliex tul dawn l-aħħar snin esperjenzajna qawsalla ta’ volontarjat b’ħafna nies ħadmu u stinkaw kemm felħu biex b’rieda, saħħa u għaqda jkollna dar għall-banda tagħna. IdDETERMINAZZJONI, ĦIDMA U KURAĠĠ kienu it-tlett pilastri biex flimkien nirrealizzaw il-pjanijiet tagħna. Is-suċċessi tagħna huma żgur marbutin malkuraġġ li dejjem urejtuna intom iż-Żebbuġin, kuraġġ ibbażat mhux biss bil-parteċipazzjoni tagħkom flattivitajiet tagħna iżda wkoll fl-interess, pariri u kritika kostruttiva li dejjem twasslulna. Hawn jiġini fi ħsibijieti fatt ċkejken li rrakkontalna d-Direttur Spiritwali l-Kan. Kant. Karm Ċini f’waħda mill-laqgħat tal-Kumitat Eżekkutiv f’dawn l-aħħar xhur. Storja msejsa fuq Ġużepp, missier ta’ familja li kien bla xogħol u wara xhur qiegħed, iltaqa’ ma’ Pietru, negozjant li kien jinnegozja l-injam li offrielu impjieg. Ġużepp malajr qabad mannara u beda jmur ta’ kuljum jaqta’ is-siġar li minnhom imbagħad jitqatta’ l-injam. Fl-ewwel jum tax-xogħol, Ġużepp qata’ 15-il siġra, fit-tieni ġurnata qata’ għaxar sigriet u fit-tielet ġurnata qata’ sebgħa. Hekk kif kien qed jikkalkula l-produzzjoni tiegħu stess, Ġużepp saqsa bejnu u bejn ruħu…’Dan kif aktar ma’ jgħaddu jiem qed nipproduci anqas? Konxju ta’ dan, huwa mar skuża ruħu ma’ Pietru, l-imgħallem tiegħu, fejn stqarr li għalkemm kien kuntent bix-xogħol, huwa kien qed iħossu li qed inaqqas mill-produzzjoni. Hawn l-imgħallem dar fuqu u saqsieh ‘inti l-mannara kemm ilek mas-sinna?’ Il-ħaddiem daħal f’qoxortu u wieġeb ‘il-mannara qatt ma sinnejta għax dejjem għaddej’…L-imgħallem wieġbu u qallu ‘xi kultant trid tieqaf u issinn il-mannara’. Hekk għamilna fl-aħħar snin u xhur biex wasalna fejn wasalna. Filwaqt li tgħallimna mill-esperjenzi li għaddejna minnhom, ħdimna biex niksbu l-aħjar riżultat mill-preżent, filwaqt li nħarsu ‘l quddiem b’ideat ġodda u innovattivi. B’kuraġġ ħadna numru

16

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

ta’ deċiżżjoniiet li issa qed naraw il-frott tagħhom. Stinkajna u użajna l-għodda kollha possibli biex wara snin ta’ stennija, eżattament 18-il sena minn meta twaqqfet il-banda tagħna, is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija għandha d-dar tagħha, jiġifieri l-każin li jagħtiha identita’ u jkun ċentru li jkattar moviment soċjali, kulturali, edukattiv, mużikali u ta’ divertiment ukoll. Għalkemm konna lkoll mhedijjin b’ħidma intensiva marbuta mall-proġett tal-każin [aktar dettalji fl-aħħar biċċa ta’ dan ir-rapport]; bħal kif dejjem għamlet filpassat, is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija baqgħet toffri sehemha f’dak li hu l-iżvilupp kulturali u soċjali fil-ħajja tal-poplu Żebbuġi. Filfatt, issa ser nagħtu ħarsa lejn l-attivitajiet prinċipali li ikkaratterizzaw ilkalendarju tagħna. Kif ser ninnutaw il-ħajja fi ħdan l-Għaqda tagħna hija katina ma’ taqta xejn ta’ ħidma u koordinament bejn il-Kumitat Amministrattiv talGħaqda, is-Sotto Kumitati, is-Surmast u l-Bandisti, il-membri, voluntiera u l-poplu kollu taż-Żebbuġ.

IL-BANDISTI U L-ALJIEVI... ELEMENT IMPORTANTI. Biex l-impenn u l-parteċipazzjoni tal-banda Santa Marija fil-festa titulari tagħna ikun wieħed sħiħ u impenjattiv, il-ħidma trid tkun kontinwa tul is-sena kollha. Bħala Soċjetà bqajna ninvestu eluf ta’ Ewro (madwar €7,000 kull sena) f’tagħlim lill-aljievi u lillbandisti tagħna, xiri ta’ strumenti ġodda u uniformijiet ġodda. Nassigurawkom li ma jiddispjaċiniex li qed ninvestu dawn il-flus kollha fit-tagħlim tal-mużika, u dan għax konviti li dan huwa investiment li jkattar ilfutur tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija. Għalkemm ħafna mill-enerġija tal-Kumitat Eżekkuttiv fl-aħħar sena kompliet tiġi investita fix-xogħol fuq il-każin, nassigurawkom li xorta bqajna insegwu u

17


nisħqu fuq il-progress tal-bandisti tagħna. Infatti, nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Novembru 2012, fis-Sala l-kbira tal-każin komplejna nibnu fuq it-talenti tal-istudenti tagħna fejn għall-ewwel darba introduċejna ‘Il-Festa tal-Aljievi’. Dan kien appuntament ġdid u uniku b’risq it-tfal u ż-żgħażagħ li qed jitgħallmu l-mużika, fejn intom iż-Żebbuġin stajtu tiġu u taprezzaw ittalenti tal-istudenti aljievi żgħar tagħna li qegħdin jitgħallmu strument mal-Banda Santa Marija. Ta’ min isemmi li din is-sena b’sodisfazzjon għandna numru sabiħ ieħor ta’ bandisti ġodda fejn ser idoqqu għallewwel darba nhar il-festa. Minn hawn nawguraw lil dawn il-bandisti ħafna esperjenzi sbieħ mall-Banda Santa Marija u nqawwu qalb numru ta’ aljievi li minn hawn u ftit ta’ żmien ieħor huma wkoll mistennija jingħaqdu u jsiru parti mill-banda tagħna.

Ta’ Neriku

Attività nfittxija ferm u li hija il-qofol tas-suċċess u progress mużikali li l-banda tagħna tagħmel huwa bla dubju ta’ xejn il-Programm Vokali u Strumentali li jittella’ kull sena ftit jiem qabel il-festa. Hawn nixtieq nagħmel aċċen għall-kunċert li tellajna nhar il-Ġimgħa 10 t’Awwissu 2012 bl-isem “Metamerphosis”. Kien programm varjat ta’ mużika klassika u kontemporanja fejn il-protagonisti prinċipali kienu għal darba oħra l-bandisti tal-Banda Santa Marija taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Grech. Ma naqasx ukoll it-talent lokali u s-sehem tal-kantant popolari Kurt Calleja fejn kantalna siltiet mużikali minn tiegħu, fosthom il-kanzunetta rebbieħa għall-Eurovision ‘This is the Night’.

WI{I L-SKARPAN

Il-Festa tagħna reġgħet waslet ‘Bonġu’ dejjem għid filgħodu Nispera li b’dawn għoġobtkom Sen’ oħra reġgħet għaddiet Għal wiċċek rodd is-salib Avolja żgħira l-poeżija Naf li tkunu tistennewhom Oqgħod dejjem bit-tbissima Niltaqgħu daqt ġewwa l-knisja Minn ta’ Wiġi t-taqbiliet. Ma’ kulħadd agħmel ħabib. Ngħajtu: “Viva Santa Marija”. Nagħmel xogħol eżatt u fin u nillestijulkom fl-iqsar ħin! G]al tiswijiet ta’ \raben, sopratakki, satchels, `inturini, \ippijiet e``...

Morru g]and... Wi{i DiMech “|aren”,Triq il-Ponta |ebbu[ Tel:2155 3488 - Mob:9983 0068

Pawlu Zammit woodworks

Loose Furniture, Kitchens, Bedrooms, Interior & Exterior Doors “Paultan” Skapuccina Str, Zebbug - Gozo Tel. 21 555160 Mob: 9980 4727

Joseph & armando mobile kiosk Burgers & Chips, Chicken Fillets & Nuggets, Hotdogs & Drinks Call: Joseph - 99846512 & Armando - 992669973

18

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

F’dan il-Programm Mużikali, bħal kull sena nuru numru ta’ rikonoxximenti lill-persuni li matul is-snin li għaddew taw kontribut sew lis–Soċjetà Filarmonika Santa Marija kif ukoll lir-raħal tagħna. Fl-aħħar kunċert annwali (2012), il-premju ‘Ġieħ il-Banda’ ingħata lis-Sur Leli Ċini. Leli, iben ir-raħal tagħna, huwa id-disinjatur tal-każin u li minn żmien għal żmien b’sagrifiċċju kbir jinżel minn Malta u jagħtina pariri fit-twettiq għall-numru ta’ proġetti fil-każin. Kellna wkoll lis-sur Pawlu Caruana (mill-Marsa) li ingħata it-titlu ta’ President Onorarju bħala rikonoxximent tax-xogħol siewi u għajnuna li ta fl-aħħar snin. IlPremju ‘Santa Marija’ ingħata lill-Mananni Vella, l-aktar mara anzjana ġewwa ir-raħal tagħna filwaqt Il-premju ‘Bandista tas-Sena’ mar għand Michael Cini fuq pariri u osservazzjonijiet li jsiru mis-Surmast . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Direttur tal-banda. Saret ukoll il-vestizzjoni ta’ tlett bandisti ġodda u li issa saru parti mill-famija talbandisti tagħna. Dawn huma Ritienne Ċini, Darlene Schembri u Davida Dimech, ilkoll fuq Clarinet.

Matul is-sena, minbarra is-servizzi relatati direttament mall-festa titulari, l-banda tagħna tesegwixxi servizzi oħrajn kemm fir-raħal kif ukoll lil’hinn minnu. B’kollaborazzjoni sħiħa mal-parroċċa, bħala banda tajna s-servizz fil-festi tal-Madonna tal-Għażżiela, filfesta sekondarja ddedikata lil San Fortunatu Martri, fil-purċissjoni bil-Bambin u l-kunċert fil-knisja fi żmien il-Milied, fil-purċissjonijiet tad-Duluri u l-Ġimgħa l-Kbira, kif ukoll fil-festa ta’ Kristu Rxoxt. Ma’ dawn insemmu wkoll il-parteċipazzjoni tal-Banda Santa Marija fil-festi ta’ San Pawl f’Marsalforn, fl-Għarb, f’Kerċem, fil-festa ta’ San Ġorġ u ta’ Santa Marija fir-Rabat kif ukoll fix-Xagħra. Ħadna sehem ukoll f’festi tradizzjonali u f’ċerimonji oħra bħalma huma; l-Karnival, Jum iż-Żebbuġ u l-‘End of Summer Festival 2012’ li ġew organizzati mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Il-qasam mużikali huwa żgur frott il-ħidma u ddedikazzjoni lis-surmast Mro. Joseph Grech u l-assistent surmast Mro. Antoine Theuma jagħtu lill-istudenti tagħna. Minn hawn nixtiequ nirringrazzjawhom u j’Alla aktar studenti u għaliex le nisa u irġiel kbar jitħajru jitgħallmu strument u jkunu parti mill-banda tagħna. Grazzi wkoll lil Michael Ċini, Delegat tal-Bandisti tal-impenn tiegħu f’dan il-qasam. Jiddispjaċina li għadna niltaqgu ma’ każijiet li hemm xi wħud li jbeżżgħu lil dawk li jixtiequ jibdew jitgħallmu l-mużika u jgħidulhom li l-mużika hija ħela ta ħin! Nassigurawkom li dan mhux minnu! Anzi, grazzi għal livell ta’ tagħlim li joffru is-surmastrijiet tagħna, issa awtomatikament it-tagħlim mall-banda tagħna qed jiġi rifless bħala suġġet meta wieħed jingħata li school leaving certificate. Nixtieq nagħlaq din il-parti billi ninfurmakom li wara lis-sena l-oħra sar ir-recording ta’ CD ġdid mżewwaq b’numru ta’ marċijiet brijużi, ngħarrfukom li issa dan jinsab għall-bejgħ. Nappellaw lilkom ilkoll sosteinturi tagħna biex takkwistaw kopja ta’ dan is-CD ġdid blisem Festum Olivarum.

19


Filarmonika Santa Marija permezz tas-sit eletroniku tagħha tkun il-vetrina għall-attivitajiet speċjalment għal ħutna l-emigranti.

G]all-Xog]ol ta’ Brix bil-Mutur, Tik]il u Tqeg]id ta’ Madum

Nassigurakom li mhux xi ħaġa faċli żżomm sit eletroniku u facebook page dejjem għaddejjin u aġġornati matul is-sena kollha. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lis-sur George Ċefai, President tasSoċjeta’ Filarmonika Santa Marija, tad-dedikazzjoni u tqegħid ta’ informazzjoni fuq din il-website. Inħeġġiġkom tkomplu tagħmlu użu minn dan issit. In-numru ta’ viżitaturi jimlina b’kuraġġ biex inkomplu nżommu ħaj u interessanti dan il-mezz ta’ komunikazzjoni.

¬emplu lil Angelo cini (Ta’ Pu`aru)

Mob: 99228419 Tel: 21552676 Regina Pacis, 38 Triq Skapu``ina, |ebbu[, G]awdex.

HORIZON

Bar & Restaurant Triq il-Qolla l-Bajda, Qbajjar Marina, Marsalforn

During the week also serve

A La Carte & Pizza For Reservation

QAWSALLA T’ATTIVITAJIET SOĊJALI, KULTURALI U EDUKATTIVI. Is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija flimkien mal-attivitajiet mużikali hija wkoll impenjata b’diversi attivitajiet li jikkumplimentaw it-tixrid talkultura u l-edukazzjoni fir-raħal tagħna. il-Mejda talAppostli u wirja ta’ Arti Sagra ‘Il-Passjoni’ bla dubju ta’ xejn stabilixxiet ruħha fil-kalendarju tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija. Din il-wirja baqgħet dejjem tikber u saret sinonima ma’ ħafna Għawdxin u Maltin li kull sena jżuruna. Għall-ewwel darba, din l-wirja ikkomplimentat ruħha mall-kapella tal-istess każin; f’liema parti sar ukoll il-ħasil tar-riġlejn dakinhar li tbierket din il-wirja. Bħal kull sena komplejna bl-inizzjattiva fejn b’kollaborazzjoni sħiħa bejn is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija u l-eks surmast tal-iskola is-Sur Saviour Grech, tpoġġiet Għażżiela fil-klassijiet kollha tal-iskola primarja tar-raħal tagħna. Inżidu wkoll li b’kollaborazzjoni sħiħa mal-iskola primarja, itellgħet għat-tieni darba wirja fil-każin b’oġġetti relatati malMilied. L-iskop hu li nkomplu ninkoraġġixxu lit-tfal żebbuġin isaħħu u juru t-talenti tagħhom filwaqt li aħna bħala Soċjeta’ nkomplu ngħinu fl-att edukkativ. L-Amministrazzjoni Eżekuttiva f’Jum l-Omm tpoġġi wkoll żewġ kuruni tal-fjuri mall-kanċell taċ-ċimiterju biex kull minn jgħaddi minn hemmhekk jiftakar f’dawk l-ommijiet li llum m’għadhomx magħna. Kuruna bajda u oħra ħamra jirrappreżentaw lill-ommijiet ħajjin u dawk mejtin. Ħidmitna hija marbuta wkoll m’attivitajiet soċjali u ta’ divertiment bħala rikonoxximent għax-xogħol u sagrifiċċji li jgħaddu minnhom il-bandisti, il-membri u l-benefatturi kollha tagħna. Qed nirreferi għal-BBQ li jsir l-għada tal-festa kif ukoll ‘l hekk imsejħa “Ikla talĦbieb” li issir qrib il-festi tal-Milied.

Tel: 21 563685 Tel/Fax: 21 561804

SEZZJONIJIET TAN-NISA U ŻGĦAŻAGĦ...ĦOLQA IMPORTANTI FIL-ĦIDMA TAGĦNA. Wieħed jifhem li llum biex tmexxi soċjetà trid finanzjament tajjeb aktar u aktar meta jkunu qed jsiru proġetti kapitali bħal dak tal-każin u fl-istess ħin trid tibqa’ tinvesti eluf ta’ Euro fit-tagħlim u servizzi mużikali. Insostnu li ħafna mid-dħul ikun iġġenerat minn attivitajiet li jsiru bil-għajnuna siewja tas-Sezzjoni Nisa li ta’ kull sena torganizza numru ta’ Coffee Mornings, High Teas, Tombla Nights u ħarġiet għall-postijiet ta’ interess filgżejjer tagħna immirati għall-familja kollha. L-attendenza u l-parteċipazzjoni għall-attivitajiet hija mportanti u t’għajnuna kbira għas-Soċjeta’. Żgur li dawn l-attivitajiet barra li huma ta’ sors ta’ dħul għas-Soċjetà tagħna, fl-istess ħin huma mezz ta’ divertiment għal bosta li sa mit-twaqqif tas-Soċjetà dejjem attendew u tawna is-sapport kollu tagħhom. Minn naħa l-oħra, matul dawn l-aħħar xhur is-Sezzjoni taż-Żgħażagħ ikkonċentrat l-enerġija tagħha fuq il-

Is-Soċjetà baqgħet attiva bis-sit eletroniku, mezz ta’ komunikazzjoni li minnu tista’ tinforma u taġġorna lill-membri u s-segwaċi tagħha, b’mod speċjali ħutna l-emigranti. Hawn qed nirreferi għall-website tagħha www.bandasantamarija.com u l-paġna tal-facebook. F’din il-website u il-facebook page wieħed jista’ jsib tagħrif interessanti fuq diversi oqsma tradizzjonali jew kulturali li huma b’xi mod marbuta mar-raħal tagħna. Matul il-festa nistgħu ngħidu li s-Soċjetà

20

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

21


Vella GiNo CiNi Nikol (Car & Truck Mechanic) Motor Mechanic & Radiator Repairs, Waxshield & Underseal Rust Proofing,

Tyre Repairs Sale of Oils and Batteries

“Sunset Lodge”, Point Street, |ebbu[ Gozo

VELLA GARAGE

Tel. Garage: 2155 2669 Mob: 7955 2669

For Good Work and reasonable prices contact:Skapu``ina Str, |ebbu[, Gozo Tel: 2156 5912, / 2155 1245 Mob: 9984 9058

► Electrical and Plumbing installations ► Industrial installations ► Laying of push fit / glued drain pipes ► Diamond core bit hole drilling Sammy Camilleri M: 99425628 E: gimes@onvol.net

Joseph Mifsud M: 79564033 E: jjmifsud@maltanet.net

► Dust free chasing ► Fire fighting systems (Victaulic)

briju għall-festa kif ukoll biex isiru l-arblu u l-bandiera tal-każin, b’numru t’attivitajiet bħal Car Wash, BBQs, film għat-tfal fil-Milied, Disco Parties, Billiard Tournament u Checkers Tournament. Nenfasizza lis-sezzjoni Żgħażagħ hija pedina mportanti fil-briju tal-festi fejn l-istess żgħażagħ jinvestu ħafna ħin jippreparaw għall-marċijiet brijużi li jkollna fil-festa tagħna.

Calleja Dimech, meta nhar il-Erbgħa 13 ta’ Frar 2013 tħabbret il-mewt tiegħu. Il-funeral sar il-Ġimgħa 15 ta’ Frar, fejn skond l-istatut u b’ġest ta’ rispett u ringrazzjament ta’ dak kollu li għamel matul ħajtu, is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija ipparteċipat filkorteo bid-daqq ta’ marċi funebri. Sa mit-twaqqif talBanda Santa Marija fl-1995, Toni kien strumentali biex fil-ġranet tal-festa seta jkollha l-bar miftuħ.

Hawn ngħaddi messaġġ lis-Sotto Kumitati fejn filwaqt li nirringrazzjawkom tax-xogħol kollu nwegħdukom kull sapport u nistqarru li parti kbira mis-suċċess talbanda huwa riżultat tal-ħidma tagħkom. L-impenn tagħna lkoll flimkien biss jista’ jkun ta’ garanzija li l-Banda Santa Marija tibqa’ miexja ’l quddiem!

Din l-gћajnuna gћenet biex it-taghlim professjonali tal-mużika u l-gћoti ta’ strumenti seta’ jingħata b’xejn lil dawk kollha nteressati u baqa’ hekk sa llum. Bla waqfien kien gћajnuna kbira matul il-mixja u t-twettiq tal-proġett tal-każin, servizz li baqa’ joffrieh b’determinazzjoni straordinarja sa ftit tal-ġimgħat qabel miet minkejja n-nuqqas ta’ saħħa fiżika li kien jinsab fiha! Toni kien wieħed mill-awdituri, membru attiv fil-Kumitat Eżekuttiv kif ukoll l-ewwel ċittadin Żebbuġi li ngħata l-Unur Prestiġjuż ta’ Ġieħ il-Banda Santa Marija lura fl-2003. Grazzi Toni!

ATTIVITÀ SPIRITWALI. Li jkollok kollox imma ma jkollokx gwida spiritwali tista’ tgħid għandek ġisem imma bla ruħ. Huwa għalhekk lis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija żżomm l-aspett spiritwali bħala wieħed fundamentali fit-tmexxija tagħha. Bl’għajnuna u d-direzzjoni tad-Direttur Spiritwali Kan Dun Karm Ċini, is-Soċjetà torganizza attivitajiet reliġjużi għallbandisti, membri u benefatturi bħal: quddies fiċĊimiterju tal-Parroċċa fl-okkażżjonijiet ta’ Jum l-Omm u Jum il-Missier kif ukoll fix-xahar ta’ Novembru għall-bżonnijiet tal-benefatturi ħajjin u mejtin, ilquddiesa ta’ ringrazzjament b’tifkira tat-twaqqif talBanda Santa Marija li ssir f’waħda mill-erbgħat talMadonna, kif ukoll żjarat lill-morda fl-okkażżjoni talfesti tal-Milied u tal-Għid huma xhieda ta’ dan kollu. Fi żmien il-Kwaranturi organizzajna wkoll siegħa Adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat filwaqt li fi żmien ir-Randan reġgħet ġiet organizzata Via Sagra fuq l-Għolja t’Għammar fejn din is-sena attendew numru rekord ta’ familji. Minn żmien għal ieħor inwasslu ukoll ħsibijiet spiritwali jew ta’ riflessjoni permezz tal-ittri li nqassmu fid-djar mall-bullettin.

Tal-Gimes, Triq il-Kaċċaturi, Iż-Żebbuġ, ZBB 1420, Għawdex

XOGĦOL FIL-KAŻIN...SENA TA’ ĦIDMA . Sena ilu konna infurmajnikom li konna fuq l-għatba tal-bieb fuq dak li għandu x’jaqsam mat-tkomplija tal-każin. Użajna il-frażi fuq ‘l-għatba tal-bieb’ għaliex dan ilproġett kien daħal fi stadju avanzat ħafna. Nistqarr, li bl-għajnuna ta’ Omma l-Assunta żammejna ir-ritmu biex issa ser ikollna każin miftuћ uffiċċjalment minn l-Ambaxxatur ta’ Malta gћall-Kultura t-Tenur Joseph Calleja! L-aħħar xhur kienu sfida enormi b’mod speċjali għallmembri tal-Kumitat Eżekutiv fejn kważi ta’ kuljum u għal sigħat twal iltqajna biex nkomplu naħdmu fuq il-każin. Fi żmien ftit xhur irnexxielna nagħmlu trasformazzjoni sħiħa ta’ dan il-post, fejn issa jista’ jilqa’ lilkom ilkoll. Filfatt, mis-sena l-oħra ‘l hawn tlestew diversi xogħolijiet bħal twaħħil tal-irħam filparti tal-Bar u l-kmamar tal-ewwel sular, tlesta t-taraġ prinċipali kif ukoll is-sollijiet tat-twieqi tal-ewwel sular, tlesta l-madum tal-kċina (ħajt u art), store u bar, sar l-għerik tal-irħam kollu fil-parti tal-bar u l-presbiterju tal-altar fil-kappella, saret l-installazzjoni tal-kċina u l-apparat kollu relatat biex b’hekk issa il-każin għandu kċina moderna tiffunzjona li tipprovdi kull tip t’ikel.

Għall-ewwel darba, din is-sena sar ukoll pellegrinaġġ tal-Kunċizzjoni bir-roti, muturi u vetturi f’Diċembru kif ukoll quddiesa għal ħutna Żebbuġin li ħallewna matul is-sena 2012 f’Jannar 2013. Dawn kienu żewġ attivitajiet ġodda li kienu suċċess u hija l-intenzjoni tagħna li jkunu parti mill-kalendarju annwali tasSoċjetà tagħna. Din is-sena, b’għafsa ta’ qalb nixtieq niddedika spazju f’dan l-artiklu għall-memorja ta’ ћuna Toni

22

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

23


G]al kull xog]ol ta’ Pittura ta’ Bnadar g]all-Festi u o]rajn tad-drapp, kif ukoll Pittura ta’ Veduti fuq it-Tila.

Victor Cini (tas-Serduk)

“Giordania”, Triq il-Madonna ta`-~i`ri, |ebbu[, G]awdex.

Tel: 2155 8826 Mob: 9904 5674

CHarlEs attard

wholesaler For Fresh Fruits & Vegetables

Primrose Triq Is-Sajjieda, Fontana

99424124 - 99841749 - 21566707 Fresh Every Day - 7 Days A Week

Inżidu wkoll li twaħħal il-madum tal-erba’ toilets flewwel u t-tieni sular u ġew installati s-sistemi taddrenaġġ u tal-ilma biex b’hekk twaħħlu l-aċċessorji kollha. Tlestiet l-installazzjoni tad-dawl u l-ilma kważi kollu fil-każin, ġew issetjati l-LED panels u twaħħal il-coving madwarhom fil-parti tal-Bar u tasSala. Saret l-installazzjoni tas-sistema tal-kameras tas-sigurta’ kif ukoll Alarm System, sar it-twaħħil talbibien u t-twieqi kollha tal-faċċata tal-każin, tlesta l-presbiterju bl-irħam li fuqu ġie mpoġġi l-altar mejda fil-kappella tal-każin u tpoġġa l-Altar Mejda u Ambone fil-kappella tal-każin. Ma’ dan inżidu wkoll li matul l-aħħar sena tlesta wkoll l-uffiċċju amministrattiv li fih jiltaqa’ l-kumitat eżekuttiv. Infakkar iz-żewġ okkażżjonijiet li komplew jinsġu l-istorja tal-każin tagħna, dik tal-ftuħ tal-ħanut u l-kċina fil-każin nhar il-Ħadd 12 t’Awwissu 2012 kif ukoll l-inawgurazzjoni u t-tberik tal-kappella Kristu Rxoxt fil-każin tagħna mill-Arċipriet Dun Reuben Micallef nhar is-Sibt 18 t’Awwissu 2012. Wara xhur ta’ diskussjonijiet u sottomissjonijiet ta’ diversi rapporti ferm importanti lill-Kunsill Nazzjonli għall-Persuni b’Diżabilità u lill-MEPA, b’sodisfazzjoni fl-aħħar xhur irċivejna wkoll l-awtorizzazzjonijiet kollha meћtieġa, fejn issa il-każin huwa uffiċċjalment iċċertifikat bħala post pubbliku aċċessibli gћallpersuni b’diżabilità skond il-liġi kif ukoll skond ilpermessi maћruġa mill-MEPA. B’hekk matul ixxahar ta’ Marzu ġie installat id-dawl 3-phase biex b’hekk f’Ġunju 2013 beda jitħaddem il-lift li jwassal lill-pubbliku mill-basement sa fuq il-bejt tal-każin. Issa m’għandniex inħarsu lura, anzi ejjew biex flimkien inkomplu b’dan ir-ritmu li qbadna u ma nħallu xejn milli jaqtalna qalbna. Dak li wettaqna s’issa m’huwa xejn ħlief frott l-għajnuna u d-donazzjonijiet tiegħek u ta’ kulħadd…flimkien qed nbiddlu ħolma f’realta’. Nitolbukom tkomplu tgħinu bid-donazzjonijet tagħkom. Li jkollok il-każin miftuh uffiċċjalment ma jfissirx li issa għandna nieqfu. Għad fadal proġetti oħrajn li jridu jitwettqu biex inkomplu natrezzaw dan ilpost. F’organizzazzjoni bħas-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija, l-isfidi amministrattivi u finanzjarji huma u jibqgħu kontinwi; u meta jkollok każin

nazzarda ngħid li huma ferm akbar. Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk ‘il ħafna voluntiera u benefatturi fejn taw daqqa t’id u anke’ għenu finanzjarjament. Nixtiequ insemmu lil kulħadd, iżda nassigurawkom li l-lista hija ferm twila li mhux possibli. Żgur Santa Marija tpattilkom talgħajnuna li urejtuna. Il-poplu Żebbuġi b’wiċċu minn quddiem jista’ jiftaħar bi proġett li ftit tas-snin ilu kien impossibli u ambizzjuż, iżda illum b’tant sagriffiċċji ssarraf f’monument mogħni fil-ġmiel li kapaċi toffri l-ġebla Maltija, palazz maestuż f’bieb ir-raħal tagħna. Bil-qalb ġeneruża tagħkom iż-Żebbuġin għandna post li ser iservi ta’ bejta mużikali, mezz qawwi t’edukazzjoni, lok ta’ divertiment onest kif ukoll post li minnu jkomplu jinxterdu l-istorja, t-tradizzjonijiet u l-kultura. Fi kliem ieħor...ġojjell li jagħtina identità. GRAZZI LKOLL U TA’ KOLLOX!! Il-kelma grazzi f’dawn il-paġni żgur ma naqsitx, u hekk nixtieq nagħlaq dan l-artiklu b’ringrazzjamenti u gratitudni għal dawk kollha li jagħtuna appoġġ kontinwu. Inselli b’mod speċjali lil sħabi tal-Kumitat Eżekuttiv kif ukoll lill-membri kollha tas-Sotto Kumitati, lill-bandisti, surmast u assitent surmast, soċji, membri, voluntiera, emigranti u ħbieb. Napprezzaw l-fatt li ħafna nies qed jiddedikaw ħafna ħin għall-banda tagħna. Nirringrazzjaw lillfamilji tagħna kollha tas-sagrifiċċju u appoġġ. Fl-aħħar, imma żgur mhux l-inqas nirringrazzjaw lill-Arċipriet tal-parroċċa l-Kan. Dun Reuben Micallef tal-għajnuna kbira u appoġġ qawwi li nsibu minn għandu matul is-sena kollha. Insemmi wkoll lill-Kunsill Lokali u l-għaqdiet kollha tażŻebbuġ tal-koperazzjoni. Fl-aħħar u mhux l-inqas insellu għalikom ilkoll sostenituri tagħna. Minn qalbna nawguraw il-Festa t-Tajba lilkom u lill-familji tagħkom u ejjew ħalli flimkien niċċelebraw fi spirtu ta’ għaqda il-festa tagħna kif aħna magħrufin li nagħmlu ġewwa ir-raħal tagħna għad unur OMMNA L-ASSUNTA, f’din is-sena fejn qegħdin infakkru wkoll tlett anniversarji storiċi.

Kevin Meylaq Qbajjar Road, Marsalforn Bay, Gozo, Malta Tel: 2155 6309 Mobile: 9982 3689 Bar - Restaurant - Pizzeria 24

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

E-mail: lanternrest@hotmail.com 25


Mill-Kumitat

GĦAQDA TAN-NAR SANTA MARIJA - ŻEBBUĠ Minn Nicky Saliba Wasalna fix-xahar t’Awwissu, mela “wasalna għal ħarqa oħra” kif inħobbu ngħidu aħna bejnietna d-dilettanti tan-nar. Bħal dawn il-ġranet aħna nkunu għaddejjin bla waqfien u nkunu qed nagħmlu kull sforz bħal dejjem biex nagħmlu l-aħħar irtokki fuq il-programm tan-nar biex naslu għal dak il-mument tant mistenni li nippreżentaw programm ta’ nar mżewwaq b’kollox u li naraw li ma jkun nieqes minn xejn u li jkun ukoll tal-għola livell. Nassigurakom li jien bħala koordinatur prinċipali u sħabi kollha membri fi ħdan l-Għaqda tan-Nar Santa Marija, bħal membri oħrajn f’għaqdiet oħra, dak li nagħmlu qegħdin nagħmluh mill-qalb, senza nteressi, u nippruvaw bis-sħiħ biex kull sena nagħmlu dik il-farka aktar mis-sena ta’ qabel, mhux bilfors fil-kwantità, iżda aktar fil-kwalità u l-mod kif nippreżentaw il-ħarqa speċjalment ta’ lejliet il-festa, u xi sorpriża ma tonqosx. Kulħadd jaf li dis-sena hija sena ta’ festi speċjali, u ħafna minnkom naħseb jistennew xi ħaġa aktar, mhux speċjali fil-verità, imma xi ħaġa unika u innovattiva għallaħħar. Nistennew u naraw!? Għalhekk minn hawn nappella biex intom ħuti Żebbuġin, tapprezzaw aktar dak li aħna bħala Għaqda tan-Nar għamilna matul is-snin, dejjem ħarisna ’l quddiem b’ottimizmu, ma qtajniex qalbna anke meta l-problemi kienu kbar. Minn festa li ftit kienet tiġbed l-attenzjoni illum il-ġurnata nistgħu ngħidu li ħloqna “event” nazzjonali marbut mal-festa tagħna u r-raħal taż-Żebbuġ, qed nirreferi għal wirja spettakolari “sky concert”. Wirja piromużikali li sena wara sena kibret fil-popolarità u hekk ukoll kibret il-festa tagħna. Tieħu gost tara il-pjazza ewlenija, it-toroq u l-madwar minn fejn jista jitgawda dan l-ispettaklu ta’ nar u mużika, kull rokna miżgħuda bin-nies ħarsithom il-fuq jitpaxxew b’dak in-nar li tassew ngħid li jkun qed jiżfen mannoti tal-mużika. B’umiltà ngħid li dan lilna jagħmilna kburin bħala Għaqda tan-Nar, u huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalina. Napprezzaw mhux biss bil-preżenza ta’ tant nies, mhux biss mil-kummenti tajbin li nisimgħu, iżda wkoll bil-ġbir ta’ fondi waqt il-jiem tal-festa u aktar importanti bil-ġbir mill-lotteriji u l-ġbir ta’ fondi bieb bieb matul is-sena, maltemp u mhux. Minn hawn minn qalbi nirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod huma nvoluti speċjalment lil Toni u l-aħwa Farrugia flimkien ma’ membri oħra, li b’tant sagrifiċċju jagħmlu din il-ħidma b’riżq in-nar talfesta tagħna. Din is-sena wkoll se jaħbat il-25 anniversarju minn meta bdiet tiġi organizzata l-ikla tradizzjonali tal-festa, illum ferm popolari kemm mal-Għawdxin kif ukoll mal-Maltin. Ringrazzjament ieħor imur lil Frenc Saliba li flimkien ma’ numru ta’ persuni oħrajn tul is-snin ħa ħsieb l-organizzazjoni ta’ din l-ikla. Nħeġġukom tattendu bi ħġarkom biex għal darb’ohra din l-attività tilħaq is-suċċess mixtieq. L-għan tal-Għaqda tan-nar mhuwiex biss il-ġbir ta’ fondi. L-Għaqda tieħu ħsieb ukoll il-koordinament kollu li jirrikjedi programm ta’ nar tal-ajru u nar tal-art bħal tagħna, speċjalment

26

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

“l-sky concert”, spettaklu li qiegħed fuq fomm kulħadd Żebbuġin u mhumiex, u li kull sena jkunu qed jistennew b’tant ħerqa. Intom taraw biss ir-riżultat finali, però biex ittellgħa wirja piromużikali ta’ dan il-livell mhix ċajta. Ikun hemm bżonn ta’ ħafna sigħat ta’ xogħol kemm minn naħa ta’ dawk li b’tant sagrifiċċju jaħdmu n-nar kif ukoll fil-preparazzjoni ta’ ċertu dettal mil-lat tekniku. Dan ma jistax isir mingħajr il-kollaborazzjoni sħiħa tal-Għaqda tan-Nar tagħna ma’ Simon Grech, il-persuna responsabbli mis-sistema digitali professjonali Merlinfire, kif ukoll dawk il-kumplessi tan-nar fejn jiġi ordnat dak kollu li jkun hemm bżonn. Dis-sena ser jipprovdulna n-nar prinċipalment erbgħa kmamar tan-nar minn Malta: 12th May Fireworks Factory (Żebbuġ, Malta), Lily Fireworks Factory (Mqabba, Malta), Saint Andrews’ Band Fireworks Factory (Luqa, Malta) u St Mary’s Fireworks Factory (Qrendi, Malta), kif ukoll Virtut Fireworks Factory (Għarb, Għawdex). Din is-sena erġajna ħsibna wkoll biex nippreżentaw ilkaxxa nfernali tal-ħruġ tal-istatwa devota ta’ Santa Marija nhar il-festa, b’mod differenti u spettakolari, li is-sena l-oħra kienet ntlaqgħet tajjeb ħafna ma’ dawk preżenti. Nagħlaq dawn il-kelmtejn b’ringrazzjament mistħoqq u minn qalbi lil kull min b’xi mod jew ieħor jagħti s-sehem tiegħu fil-preparamenti kollha nvoluti, u dawk li qed joffru l-għajnuna kollha tagħhom fejn hu possibli, kemm fil-ġranet ta’ qabel ilfesta, matul il-jiem tal-festa kif ukoll fil-ġranet ta’ wara l-festa. Nirringrazzja lil familji kollha tagħna li flimkien magħna jaqsmu is-sagrifiċċji u jieħdu paċenzja bina matul is-sena speċjalment fil-ġranet tal-festa. Nirringrazzja wkoll lilkom ħuti Żebbuġin għas-support u l-kuraġġ li tagħamlulna biex inkomplu naħdmu b’riżq in-nar tal-festa tant għal qalbna. Żgur mhux ser ninsa lil Ommna Marija Santissima Mtellgħa s-Sema. Nħeġġiġkom biex flimkien nitfgħu ħarsitna ’l fuq lejha u nitolbuha iżżomm idejha fuqna lkoll matul dawn il-jiem talfesta biex tkun magħna f’kull ħin u kull mument. Ngħalaq b’dawn il-versi ħelwin: “Fuq għolja sbejha u setgħana Ngħixu hienja w ferħanin Infaħħru dejjem lil l’Assunta Taħt il-mant tagħha mkennin”.

27


John Cefai Tal-Qajru wines and Spirits

FOR ALL OCCASIONS INCLUDING WEDDING AND PARTIES

Mill-Kumitat

GĦAQDA ARMAR SANTA MARIJA ŻEBBUĠ

EST: 2006

Mis-Segretarju Noel Cini

Libsa mistħoqqa lil raħal twelidna

Il-festa tal-Assunta reġgħet magħna u dan ifisser li l-Għaqda tal-Armar Santa Marija Żebbuġ qegħda tħejji ruħha sabiex tibda tlibbes lil raħal twelidna b’armar mistħoqq li jagħti ġieh lil Santa Marija. Matul is-sena aħna tal-armar ħdimna u stinkajna sabiex nagħmlu opri mill-isbaħ. F’dan l-artiklu se nagħtikom rendikont tal-ħidma tas-sena 2012/13.

Din is-sena l-kumitat iddeċieda li jkompli jaħdem fuq l-armar li bdejna fis-snin l-imgħoddija, ħidma li tikkonċerna Pjazza l-Assunta. Propju din is-sena temmejna l-ħidma fuq il-proġett tal-bandalori. Dan ifisser li din is-sena Pjazza l-Assunta se tkun armata bi tmien bandalori kompluti b’kollox. Minbarra l-bandalori komplejna x-xogħol fuq id-disinni tal-fiber glass fuq ilpedestalli tal-istess pjazza. L-istess disinni tal-

‘Casa Madonnina’ Triq Skapuċċina, Żebbuġ. Tel: 21563582 Mob: 99459549 E.mail josemarcefai@onvol.net 28

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

fiber glass qegħdin jiġu ndurati mill-istess membri tal-għaqda tagħna. Wara r-restawr li sar is-sena l-oħra fuq San Mikiel u San Gabriel, matul din issena l-istess statwi ġew iddekorati b’disinni taddeheb, xogħol li sar mis-sinjura Helen Mercieca. Sabiex infakkru t-tliet anniversarji li qegħdin niċċelebraw din is-sena, l-Għaqda tal-Armar ħasbet sabiex timmarka din il-festa bi proġett ambizzjuż, dik ta’ statwa ġdida li tirrappreżenta lill-Papa Ġwanni Pawlu II. Dan ix-xogħol ġie afdat f’idejn l-artisti Michael u ibnu Adonai . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Camillieri Cauchi. Din l-istatwa l-ġdida se tkun ikkumplimentata mill-istatwi li jinsabu fi Pjazza l-Assunta li jippreżentaw diversi Papiet tassnin l-imgħoddija. Minbarra din l-istatwa, din issena ukoll l-Għaqda tal-Armar bdiet taħdem fuq proġett ieħor, dak tal-brazzi, disinn ta’ Joseph Cauchi. Din is-sena saru żewġ pilandri ta’ taħt ilbrazzi, xogħol fl-injam ta’ Pawlu Curmi. Minbarra dawn l-opri l-ġodda matul is-sena saret ukoll xi manutenzjoni fuq diversi festuni kif ukoll saret liedna ġdida li nħadmet minn Carmelo Cini. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom, volontarjament fuq dawn il-proġetti li semmejt f’dawn iż-żewġ paragrafi. Kif kulħadd jaf minħabba fl-istat ħażin u perikoluż li jinsab fih il-planċier tal-banda, fillaqgħa parrokkjali tas-sena l-oħra ġie deċiż li ma jintramax. Minflok l-Għaqda tal-Armar flimkien mal-Arċipriet ħasbu sabiex din is-sena dan jiġi mikri. L-Għaqda tal-Armar ma waqfitx hawn. Matul din is-sena saru l-kuntatti meħtieġa sabiex isir wieħed ġdid. Fuq pariri ta’ persuni professjonali ddeċidejna li nikkuntattjaw lil Renzo Gauci għal disinn ta’ planċier ġdid. Nistqarr li dan il-proġett se jirrekjedi ammont tas-snin sabiex jiġi fi tmiemu peress li jinkludi ħafna xogħol kif ukoll ħafna flus. Fl-aħħarnett, proġett ieħor li tajnieh ħafna importanza huwa dak tal-bini tal-maħżen il-ġdid.

29


JIMMY’S ALUMINIUM

FOR ALL KiNDS OF ALUMiNiUM WORK Tel: 2156 9092

Mob: 9980 5146

Sa fl-aħħar l-Għaqda tal-Armar għandha d-dar tagħha fejn taħżen l-armar tal-festa f’propjeta` tal-istess għaqda. Kif forsi tistgħu taraw l-bini talmaħżen huwa lest, jonqos biss xi ftit tax-xogħol ieħor biex b’hekk inkunu nistgħu nagħlqu dan il-proġett u jekk il-Bambin irid ninawgurawh fixxhur li ġejjin. Wara dan il-proġett hemm ħafna nies li ħadmu u taw l-inġenji, propjetà u ħinhom B’XEJN. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil dawn in-nies li meta tlabnihom l-għajnuna tagħhom, kienu minn ta’ quddiem sabiex jagħtuha. Grazzi mill-qalb. Hekk wasalt sabiex nagħlaq dan l-artiklu, iżda ma nistax nagħmel dan mingħajr ma nirringrazzja lil Arċipriet Dun Reuben Micallef tas-sapport kontinwu li jagħtina matul is-sena, lill-familjari tagħna tal-paċenzja li jieħdu bina matul issena, lil dawk li jaħdmu volontarjament u grazzi kbira tmur lilkom għeżież Żebbuġin tas-sapport kontinwu tagħkom. Għalhekk inħeġġiġkom sabiex f’dawn iż-żminijiet tal-festa tinżlu fit-toroq tagħna u tapprezzaw ix-xogħol li sar minna talarmar. F’ismi u f’isem sħabi tal-armar nixtieq nawguralkom il-festa it-tajba. Viva Santa Marija!!

“Melbourne house” Triq Skapu``ina |ebbu[ - G]awdex

Il-logo il-ġdid tal-Għaqda Armar Santa Marija disinn ta’ Joseph Cauchi

VILLAGE CRAFTS Marina Street Marsalforn, Gozo

Tel. 21 554592 Mob. 7717 4523

30

Josephine Azzopardi “Valley View’’ Lighthouse Road, Ghasri, Gozo.

L-G]aqda ta’ l-Armar Santa Marija tixtieq tirringrazzja lid-direzzjoni ta’

Tel. 21 552619

DAVID’S BAKERY ta’ Triq is-Sokkors, Ker`em

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

g]all-g]ajnuna kbira li joffri lill-istess G]aqda matul is-sena. . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

31


PROGRAMM TAL-FESTI SOLENNI F’ĠIEH IL-VERĠNI MARIJA ASSUNTA INKURUNATA IĊĊELEBRATI FIL-PARROĊĊA ARĊIPRETALI, MATRIĊI U SANTWARJU TAŻ-ŻEBBUĠ, GĦAWDEX FL-OKKAŻJONI TAT-325 SENA MIT-TWAQQIF TAL-PARROĊĊA TAL-150 SENA TAL-ISTATWA TA’ SANTA MARIJA U TAL-50 SENA MILL-GĦOTI TAD-DINJITÀ ARĊIPRETALI 8 - 2 5 T ’ AW W I S S U 2 0 1 3 IL-ĦAMIS 8 TA’ AWWISSU Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni fil-Kappella taċ-Ċimiterju Parrokkjali immexxija mill-Arċipriet il-Kan. D. Reuben Micallef. Fis-7.30p.m. KORTEO aux flambeaux BL-ISTATWA TITULARI TA’ SANTA MARIJA. Fit-8.15p.m. x’ħin il-Korteo jasal fejn il-Każin tal-Banda, l-Banda Santa Marija taż-Żebbuġ tilqa l-Istatwa ta’ Santa Marija bl-Innijiet reliġjużi u takkumpanjaha sal-Knisja Parrokkjali fejn l-Istatwa titqiegħed taħt il-Pavaljun tagħha. Wara l-istess Banda tkompli tagħmel Marċ fit-toroq ewlenin. IL-ĠIMGĦA 9 TA’AWWISSU JUM L-ABBATINI U L-GRUPP TAL-VOKAZZJONIJIET 10.00a.m. Attività Vokazzjonali għall-Abbatini kollha u l-Grupp talVokazzjonijiet u wara Pizza Party fiċ-Ċentru Parrokkjali. 6.30p.m. Rużarju meditat, animat mill-Grupp tal-Vokazzjonijiet u l-Abbatini, Kurunella u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kerċem il-Kan D. Brian Meilak, Direttur Djoċesan tal-Abbatini. Fl-istess Ċelebrazzjoni ssir il-Vestizzjoni ta’ 3 abbatini ġodda u t-tiġdid tal-wiegħdiet talAbbatini li diġa jagħtu s-servizz tagħhom fil-liturġija. Wara tindaqq Mota Solenni li tħabbar il-bidu tal-Kwindiċina. 9.00p.m. Serata ta’ divertiment għaż-Żgħażagħ u l-familji kollha fil-Pjazza l-Assunta organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija. IS-SIBT 10 T’AWWISSU: L-1 JUM TAL-KWINDIĊINA JUM IL-ĠENEROŻITÀ Matul din il-ġurnata tiġi ‘kkordinata kampanja ta’ għoti ta’ demm fil-Blood Donoation Unit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. 6.30p.m. Rużarju, Kurunella u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Kappillan tal-Parroċċa tal-Għasri, l-Kan. D. Edward Xuereb. Tieħu sehem l-Għaqda Qlub Ġenerużi taż-Żebbuġ. Waqt l-offertorju jingħataw offerti ta’ flus għad-Djar tal-Karità tad-Djoċesi, lill-Uffiċċju Djoċesan tal-Caritas, miġbura matul is-sena mill-Għaqda Qlub Ġenerużi tal-Parroċċa. IL-ĦADD 11 T’AWWISSU: IT-2 JUM TAL-KWINDIĊINA JUM IS-SOĊJETÀ MISSJUNARJA TA’ SAN PAWL Il-Quddies ikun fil-5.00a.m., fis-6.00a.m., fis-7.00a.m., fit-8.00a.m., fl-10.00a.m., u fil-11.00a.m. 4.30p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr. Mark Grima Mssp Superjur Ġenerali tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, bissehem tal-membri u l-ħbieb tas-Soċjetà. IT-TNEJN 12 T’AWWISSU: IT-3 JUM TAL-KWINDIĊINA JUM L-PERSUNI B’DIŻABILITÀ 6.00p.m. Rużarju, Kurunella u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 6.30p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Kan. Dun John Muscat, Kappillan tal-Fontana. Mistiedna speċjali r-residenti ta’ Dar Arka u tal-Membri taċ-Ċentru Persuni b’diżabilità. Wara nkomplu naqsmu l-ferħ tagħna magħhom permezz ta’ Ikla flimkien, ġentilment offruta mill-Bar taċ-Ċentru Parrokkjali. IT-TLIETA 13 T’AWWISSU: IR-4 JUM TAL-KWINDIĊINA JUM IL-BENEFATTURI ĦAJJIN U MEJTIN 6.30p.m. Rużarju, Kurunella u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija minn Dun Injazju Borg Kappillan ta’ San Lawrenz. Illum isir talb speċjali għall-Benefatturi ħajjin u mejtin tal-Parroċċa.

32

IT-TNEJN 19 TA’ AWWISSU: L-10 JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM IL-LOKALITÀ 6.30p.m. Rużarju u Kurunella. 7.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Kan. Dun Frankie Bajada, Arċipriet t’Għajnsielem. Wara jsiru xi preżentazzjonijiet mill-Kunsill Lokali Żebbuġ. Fit8.15p.m fil-Pjazza l-Assunta tittella r-rappreżentazzjoni artistika ‘L-GĦANJA TAL-PARROĊĊA’- spettaklu ta’ drama, kant, żfin, dwal u mużika mibnija fuq poema ta’ 137 strofa miktuba minn Fr Geoffrey G. Attard, b’cast ta’ madwar 100 ruħ bejn tfal, adoloxxenti, żgħażagħ u adulti.

L-ERBGĦA 14 T’AWWISSU: IL-5 JUM TAL-KWINDIĊINA L-AĦĦAR ERBGĦA TA’ SANTA MARIJA. JUM L-GĦAQDIET KULTURALI, SOĊJALI U SPORTIVI U L-VOLUNTIERA. 6.30p.m. Rużarju, Kurunella u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Kan Dun Frankie Mallia, bis-sehem tal-membri tal-Għaqdiet Soċjali tal-Parroċċa: is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija, is-sotto-kumitati tan-Nisa u taż-Żgħażagħ, l-Għaqda tan-Nar, l-Għaqda tal-Armar, l-Għaqda tal-Qniepen, iż-Żebbuġ Rovers F.C., il-Grupp tan-Nisa li jieħdu ħsieb it-tindif tal-Knisja u l-voluntiera kollha li jgħinu fil-Parroċċa. Illum titqassam l-aħħar sticker tal-Erbgħat lit-tfal kollha preżenti. L-ĦAMIS 15 T’AWWISSU: IS-6 JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM IŻ-ŻGĦAŻAGĦ. L-GĦID TAL-ASSUNTA - SOLENNITÀ TATTLUGĦ FIS-SEMA TA’ MARIJA Filgħodu l-quddies ikun fil-5.00a.m., fis-6.00a.m., fis-7.00a.m., fit8.00a.m. u fl-10.00a.m. Illum il-Quddiesa ta’ filgħaxija ma’ ssirx. 11.00p.m. Quddiesa mmexxija minn Dun Michael Said, Kappillan tal-Parroċċa tal-Munxar, bis-sehem attiv taż-Żgħażagħ talParroċċa. Il-Quddiesa tiġi animata minn Band u l-Kor White Roses tal-Parroċċa tagħna. IL-ĠIMGĦA 16 T’AWWISSU: IS-7 JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM IT-TFAL 6.30p.m. Rużarju animat mit-Tfal, Kurunella u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Kan Dun Joe Zammit, Arċipriet tal-Parroċċa tal-Qala, li għaliha huma mistiedna t-Tfal kollha tal-Parroċċa li huma mitluba jġibu magħhom xemgħa biex joffruha lil S. Marija. Il-ferta waqt il-Quddiesa llum tmur b’risq il-‘Fundazzjoni Jason Azzopardi’, biex jiġu mgħejjuna tfal mill-Parroċċa li jkollhom bżonn ta’ kura medika speċjalizzata. Wara l-Quddiesa it-Tfal kollha jingħataw ġelat fuq iz-Zuntier. IS-SIBT 17 T’AWWISSU: IT-8 JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM ILFAMILJA 6.30p.m. Rużarju, Kurunella u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Kan Dun Tarcisio Camilleri, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Sannat li fiha jieħdu sehem il-familji kollha b’mod speċjali l-koppji li din is-sena qegħdin jiċċelebraw l-10, il-25 u l-50 Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom. Dawn il-koppji jġeddu l-Kunsens taż-Żwieġ tagħhom u wara jingħataw tifkira talokkażjoni. Fid-9.00p.m. ‘Music Night’, bis-sehem ta’ DJ Chippy, fil-Pjazza l-Assunta, attivita’ mtella bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Żebbuġ. IL-ĦADD 18 T’AWWISSU: IT-9 JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM IS-SAĊERDOZJU KATTOLIKU. IT-33 ANNIVERSARJU TALINKURUNAZZJONI TAL-KWADRU TITULARI Il-Quddies ikun fil-5.00a.m., fis-6.00a.m., fis-7.00a.m., fit-8.00a.m., fl-10.00a.m., u fl-4.30a.m. 11.00a.m. Konċelebrazzjoni Solenni, immexxija minn Mons Joseph Cefai, Vigarju Generali tad-Djoċesi ta’ Minievia f’Wales, li fija jrodd ħajr lil Alla tal-40 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Janima l-Kant il-Kor ‘Regina Angelorum’. Fis-6.00p.m. ‘Festum Olivarum’, Programm Mużikali mis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija taż-Żebbuġ, fi Triq il-Knisja. Wara jsir il-ftuħ uffiċċjali tal-Każin tal-Banda Santa Marija mill-Ambaxxatur Malti għallKultura, it-Tenur Joseph Callejja. Il-Każin imbgħad jiġi mbierek mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech .

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

IT-TLIETA 20 T’AWWISSU: IL-11 JUM TAL-KWINDIĊINA JUM IL-MORDA U L-ANZJANI 5.00p.m. Konċelebrazzjoni immexxija mill-Arċip. Emeritus Mons. Onor. Luigi Vella akkumpanjat minn Dun Ġorġ Vella li fiha jiġi ammininistrat is-sagrament tad-Dilka tal-Morda lill-Anzjani u Morda mill-Parroċċa. Ikun hemm trasport organizzat għal dawk l-anzjani li m’għandhomx min iwassalhom il-Knisja. Wara jkun hemm refreshments fl-annexe tal-Knisja. 6.30p.m. Rużarju, Kurunella u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija minn Mons Carmelo Mercieca, Arċipriet tal-Parroċċa tax-Xewkija. Fit-8.30p.m. Ikla Tradizzjonali fil-Pjazza bis-sehem ta’ Cash & Band u talent lokali li jkun jinkludi spettaklu ta’ kant u żfin. L-ERBGĦA 21 T’AWWISSU: L-1 JUM TAT-TRIDU JUM L-ANIMATURI TAL-LITURĠIJA: LETTURI, ANIMATURI, KANTURI U MEMBRI TAL-ORKESTRA 6.30p.m. Rużarju u Kurunella. 7.00p.m. Konċelebrazzjoni Solenni tal-Ewwel Jum tat-Tridu minn Mons Anton Borg għall-Arċipriet talBażilika ta’ San Ġorġ, Victoria, bl-Omelija minn Mons Lawrenz Sciberras. Jieħdu sehem il-membri tal-Kor Santa Marija, il-Kor Regina Angelorum, l-membri tal-Orkestra tal-Parroċċa, il-gruppi tal-kitarri, kif ukoll l-animaturi tal-liturġija, l-letturi u l-ostjarji. Wara Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fit-8.30p.m. Marċ mill-Banda Viżitazzjoni tal-Għarb minn Triq il-Madonna taċ-Ċiċri sal-Każin talBanda fejn ikun hemm Street Party bis-sehem ta’ DJ’s Malcolm B u Double G’s. IL-ĦAMIS 22 T’AWWISSU: IT-2 JUM TAT-TRIDU - JUM LEMIGRANTI U ŻEBBUĠIN LI JGĦIXU BARRA MILL-PARROĊĊA 6.30p.m. Rużarju u Kurunella. 7.00p.m. Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tieni Jum tat-Tridu minn Mons Carmelo Refalo, Arċipiet talBażilika tax-Xagħra, bl-Omelija minn Mons Lawrenz Sciberras. Jieħdu sehem il-membri tal-Kor Santa Marija, il-Kor Regina Angelorum, l-membri tal-Orkestra tal-Parroċċa, il-gruppi talkitarri, kif ukoll l-animaturi tal-liturġija, l-letturi u l-ostjarji. Wara Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Mistiedna speċjali l-Emigranti u ż-Żebbuġin li jgħixu barra mill-Parroċċa. Wara jkun hemm bibita fl-annexe tal-Knisja. 8.30p.m. Barbeque kbir, ma’ ġenb il-knisja, organizzat miż-Żebbuġ Rovers Football Club, animat minn diversi kantati ta’ fama nazzjonali. IL-ĠIMGĦA 23 T’AWWISSU: IT-3 JUM TAT-TRIDU. JUM L-GĦAQDIET KATTOLIĊI 6.30p.m. Rużarju u Kurunella. 7.00p.m. Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tielet Jum tat-Tridu mmexxija minn Mons Jimmy Xerri, Arċipriet tal-Bażilika tan-Nadur bl-Omelija minn Mons Lawrenz Sciberras. Mistiedna speċjali l-membri tal-Għaqdiet reliġjużi (Leġjunarji, Membri tal-Azzjoni Kattolika, membri tal-Museum, dawk li jiltaqgħu għall-Lectio Divina, Katekisti). Wara Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 9.30p.m. Dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Santa Marija ta’ barra (1962) akkumpanjata mill-Banda ‘Santa Marija’ taż-Żebbuġ u millBanda ‘Victory’ tax-Xagħra li tibda minn Triq Sagħtrija u tgħaddi minn Triq San Mikiel, Triq Għajn Mhelhel u Pjazza l-Assunta. 11.45p.m. Waqt il-kant tal-Innu Popolari lill-Assunta, l-istatwa ta’ Santa Marija tittella’ fuq il-pedestall fi Pjazza l-Assunta. 12.00a.m. Programm ta’ Logħob tan-Nar tal-Art. IS-SIBT 24 T’AWWISSU: LEJLIET IL-FESTA 7.30a.m. Quddiesa minn Mons Arċidjaknu Ġiovanni B. Gauci, Vigarju Ġenerali, bil-Kant tat-Te Deum bħala ringrazzjament flgħeluq tal-Kwindiċina. 2.00a.m. Tiġrijiet tal-bhejjem fi Triq iż-Żebbuġ organizzati mid-delettanti taż-Żebbuġ bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Lokali Żebbuġ. 6.30p.m. Translazzjoni bir-Relikwija tal-Madonna millKappella tal-Każin tal-Banda Santa Marija għall-Knisja Parrokkjali u wara Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Mons Joseph Sultana, Arċipriet tal-Bażilika tal-Għarb. Wara tingħad il-Kurunella ta’ Santa Marija u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.30p.m. Marċ mill-Banda ‘Prekursur’ tax-Xewkija li jibda minn ħdejn il-Każin tal-Banda u jgħaddi minn Pjazza l-Assunta, Triq Għajn Mhelhel, Triq Żaki u Triq il-Madonna taċ-Ċiċri. 9.00p.m. Il-Banda San Girgor ta’ Kerċem ittella’ programm mużikali fuq il-planċier fi Pjazza l-Assunta. 10.00p.m. ‘Sky Concert’ - spettaklu kbir ta’ logħob tan-Nar tal-Ajru bis-sistema MerlinFire, akkumpanjat bil-mużika, b’xogħol mill-erba’ kmamar tan-nar mistiedna u kkordinat mill-membri tal-Kamra tan-Nar ‘Lilly’ tal-Imqabba. 12.00a.m. Programm oriġinali ta’ Logħob tan-Nar tal-Art fil-Pjazza. IL-ĦADD 25 T’AWWISSU: JUM IL-FESTA TAL-ASSUNTA INKURUNATA. JUM IL-KOMUNITÀ PARROKKJALI Filgħodu l-quddies ikun fil-5.00a.m., fis-6.00a.m., fis-7.00a.m., fit8.00a.m. u fil-11.00a.m. Fid-8.45a.m l-Arċipriet il-Kan Dun Reuben Micallef jilqa lill-E.T. Mons. Aldo Cavalli, Nunzju Apostoliku għal Malta. Issir viżta lil Ġesù Sagramentat u fid-9.00a.m. tibda l-Konċelebrazzjoni Pontifikali Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Aldo Cavalli, Nunzju Apostoliku għal Malta, flimkien ma’ rappreżentanza tal-Kapitlu Katidrali u masSaċerdoti tal-Parroċċa. Wara tinkixef lapida li tfakkar il-Kappillani u l-Arċiprieti li servew il-Parroċċa. 11.30a.m. Marċ brijuż mat-toroq ewlenin tar-raħal. 6.15p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons Ġużepp Attard, Arċipriet tal-Katidral, bl-orkestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Ġużeppi Mallia. 7.30p.m. Ħruġ tal-Purċissjoni mmexxija minn Patri Stephen Borg OFM Konv. Il-Banda ‘Santa Marija’ taż-Żebbuġ, tilqa’ l-istatwa ta’ Santa Marija (1863) bl-Innu ‘Alla Beata Vergine Maria Assunta in Cielo’, fuq versi ta’ Giuseppe Serafino Cutajar u mużika ta’ Mro. Willie Attard, bis-sehem tal-Baritonu Godwin Cini, t-Tenur Matthew Cini u l-Kor ‘Santa Marija’. Wara l-Banda ‘Santa Marija’ taż-Żebbuġ iddoqq l-Innu Popolari lill-Assunta u takkumpanja l-Purċissjoni b’Marċi u innijiet reliġjużi. 8.00p.m. Programm mużikali fi Pjazza l-Assunta mill-Banda Ċittadina ‘Leone’ tal-Belt Victoria. Wara dħul tal-Purċissjoni waqt il-kant tal-Innu Popolari lill-Verġni Assunta. Tingħata l-Barka Sagramentali u jsir il-bews tar-Relikwija. IT-TLIETA 27 T’AWWISSU: JUM TA’ RADD-IL ĦAJR 7.00p.m. Konċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr immexxija mill-Arċipriet il-Kan. Dun Reuben Micallef, flimkien mas-Saċerdoti tal-Parroċċa. Wara jsir id-dħul tal-vara ta’ Santa Marija fin-Niċċa. OPRI ĠODDA * Sett ta’ 6 gandlieri żgħar * Sett ta’ 6 sopra trieħi * Trasport tar-rakkmu tal-palla tal-kanopew tal-apparat tal-festa * Sett ta’ 6 fjuretti tal-ganutell kompluti bil-vażetti għall-Artal ta’ San Mikiel * Sett ta’ 10 pavaljuni taddamask tal-palma (ħjata: Giovanna Saliba) * Restawr tal-aħħar 2 statwi talAppostli taċ-Ċena (minn Giovann Cassar) * Żieda ta’ vestwarju ġdid għallPurċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira * Scaffolding għall-Proġett tar-Restawr talKnisja * Restawr tal-irħam tal-Artal tar-Rużarju (minn Alfred u Paul Saliba) * Restawr ta’ pittura ta Giovanni Maria Cini (1859) – xogħol ta’ Luigi Aspetti (minn PREVARTI MALTA) bil-kortesija ta’ FUNDAZZJONI PATRIMONJU MALTA. * Pittura tal-Isqof Fra Davide Cocco Palmieri (minn Manuel Farrugia) * 2 Anġli għal mal-pavaljun ta’ Santa Marija (minn Manuel Farrugia) * Lapida li tfakkar il-Kappillani/Arċiprieti tal-Parroċċa (minn Ronald Pisani) * Kompożizzjoni ġdida ta’ mużika għall-orkestra għal-Quddiesa (minn Mro Franco Cefai) ĦIDMA MILL-GĦAQDA TAL-ARMAR ‘SANTA MARIJA’ * Tlestija tal-Maħżen il-ġdid tal-armar * Induratura tal-istatwi ta’ San Mikiel u San Gabriel * Restawr tal-istatwi ta’ San Rafiel u San Uriel (Michael u Adonai Camilleri Cauchi) * 2 pilandri (disinn ta’ Joseph Cauchi u xogħol Paul Curmi) * Tlestija tal-Bandalori tal-Pjazza * Liedna ġdida NOTI ĠENERALI Fil-ġranet tat-Tridu, lejlet u nhar il-Festa tieħu sehem l-Orkestra tal-Parroċċa li tkun taħt id-direzzjoni tal-Mro. Ġużeppi Mallia, flimkien mal-Kor ‘Santa Marija’. * Il-Banda Santa Marija taż-Żebbuġ tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Joseph Grech. * Il-Korijiet ‘Santa Marija’ u ‘Regina Angelorum’ ikunu taħt id-direzzjoni tas-Sinjura Marija Cefai u tas-Sinjura Jacqueline Vella u jkunu akkumpanjati mill-Organista Franco Cefai. * In-Nar fil-ġranet tal-Festa se jkun maħdum minn, Lilly Fireworks Factory (Imqabba), 12th May Fireworks Factory (Ħaż-Żebbuġ), St Andrew’s Band Fireworks Factory (Ħal-Luqa), St Mary’s Fireworks Factory (Qrendi) u Madonna tal-Virtut Fireworks Factory (Għarb). Il-logħob tan-Nar kollu hu ‘kkordinat mill-Għaqda tan-Nar tar-raħal.

Fil-ġranet tal-Festa ejja isma’ l-Kelma t’Alla, ersaq Qerr u Tqarben

33


Dun franġisk Manueli u Niesu

Ta’ Bertu Mallia

Horatio Caesar Roger Vella* It-Tieni Parti

Day & Night Complete Funeral Arrangement

Is-sena l-oħra tkellimna fuq Dun Franġisku Manueli, ilfamilja tiegħu u l-antenati tiegħu. Tkellimna wkoll fuq ilfamilja Manueli fis-seklu ħmistax, mill-1401 sal-1463. F’din il-ħarġa ser inkomplu nħarsu lejn il-familja Manueli mill1470 sal-1527. F’dan ir-rakkont joħroġ ċar kemm artijiet jissemmew f’konnessjoni ma’ din il-familja, u x’pożizzjonijiet għolja kellha fis-soċjetà Maltija u dik Għawdxija. Fl-aħħar nett, ser nuri kif jien niġi minn Dun Franġisk Manueli, u kif il-kunjom “Manueli” inbidel maż-żmien.

27, Pjazza l-Assunta, Żebbuġ - Gozo, ZBB1240 Tel: 2156 1404, 2155 8050 Mob: 9942 6840

Il-Familja Manueli fis-Sekli Ħmistax u Sittax 11. Antonju Manueli, li nħatar wieħed minn erba’ Ġurati fl-Università ta’ Għawdex għas-snin 1470-1471, skont digriet li ħareġ minn Palermo fit-23 ta’ Ġunju, 1470,1 u għas-snin 1473-1474, skont digriet li ħareġ minn Palermo fit-28 ta’ Settembru, 1473.2 12. Anġlu Manueli, li kien eżiljat għal sentejn minn Malta u Għawdex talli għajjar u sawwat lil Mikiel Grech minn Għawdex, bin Ilaġja, armla; iżda b’digriet tal-Viċi-Re ta’ Sqallija, tal-20 ta’ April, 1480, minn Palermo, Anġlu Manueli reġa’ tħalla jiġi lura f’artu minħabba l-maħfra li qala’ mill-akkużanti tiegħu, u minħabba l-interċessjoni ta’ membri tal-familja Rjali fi Spanja għan-nom tiegħu.3 Dan il-każ kien imur lura sas-sena 1475, meta anke n-Nutar Gulielmu Sansone kien akkużat li ma ġabx ruħu meta kien Imħallef fil-Qorti tal-Kaptan ta’ Għawdex. B’riżultat ta’ dak li ġara, Ġwanni Grech, bin ieħor ta’ Ilaġja, miet allegatement b’riżultat tad-daqqiet li qala’. Din l-akkuża fuq l-Imħallef ħarġet minn Katanja b’digriet tat-13 ta’ Mejju, 1475.4 Tliet snin wara, dan Anġlu Manueli nħatar minn Ferdinandu, Re ta’ Kastilja, Aragona u Sqallija, Kaptan ta’ Għawdex, skont iddigriet li huwa ħareġ f’Polizzi fid-19 ta’ Awwissu, 1483.5 13. Ġwanni Luqa Manueli, li nħatar wieħed miż-żewġ Akatapani fl-Università ta’ Għawdex għas-snin 14801481, skont digriet li ħareġ minn Palermo fil-25 ta’ Awwissu, 1480.6 14. In-Nobbli Anġlu Manueli, li fl-1 ta’ Diċembru, 1486, deher bħala xhud f’kuntratt ta’ qbiela ta’ art imsejħa “Riħana” jew “Taraħan” fl-inħawi ta’ Daħlet Qorrot,7 minn Beatriċi de Aragona u binha Pawlu lil Nikola Caxaro.8 F’dik l-istess sena, in-Nobbli Manueli kien xhud filQorti Ċivili ta’ Għawdex f’kawża ppreseduta min-Nutar Ġakbu Zabbara li Katald De Rigio għamel kontra

Professional work in plastering, tile-laying, water-proofing materials

Anthony Caruana (Zbibu) 18, Salvu Attard Street, Qala, Gozo. Tel: 2156 4212 Mob: 9942 5554

1 2 3 4 5 6 7 8

34

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

S. Fiorini ed. (2007), 183-184, Dok. 142. S. Fiorini ed. (2007), 226, Dok. 186. S. Fiorini ed. (2007), 421-422, Dok. 347. S. Fiorini ed. (2007), 534-536, Dok. 438. S. Fiorini ed. (2007), 479-481, Dok. 397. S. Fiorini ed. (2007), 433, Dok. 359. G. Wettinger (2000), s.v. “Riħan”; P. Dusina, f.225v. f’G. Aquilina and S. Fiorini edi. (2001), 228-229. S. Fiorini ed. (1996), 78, Dok. 67.

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

l-Università ta’ Għawdex peress li fortifikazzjonijiet ġodda fiċ-Ċittadella għalqu tieqa fir-residenza tiegħu.9 15. Il-Kanonku Neriku Manueli, bin il-mibki [Nobbli] Nutar Anġlu Manueli (ara fil-ħarġa tas-sena l-oħra, nru. 3) u Imperja, u ħu Pinu. Dan kien Kanonku tal-Katidral ta’ Malta10 u benefiċċjarju tal-prebenda msejħa “Santa Venera” jew “Għar Barka” fl-inħawi ta’ San Bastjan firRabat ta’ Malta.11 Kien ukoll Rettur ta’ dawn il-prebendi: Ta’ Licata, mogħtija lilu fl-1445,12 San Bartilmew tat-Torba,13 Ta’ Ċawla14 u Il-Wieleġ ta’ Dun Ġorġ.15 IlKanonku Neriku Manueli deher bħala xhud f’kuntratt tal-20 ta’ Ottubru, 1467, fejn Andreotta Navarra, minn Għawdex, kien qiegħed iqabbel għal ħames snin l-artijiet li kellu f’Malta lil Pietru De Cantore, millImdina.16 L-għada, huwa jidher bħala xhud f’stqarrija li Martin Bugeja, skjav illiberat, għamel, fejn qal li kellu jagħti ħames fjorini lil Ġwanni Vidal, milli-Imdina.17 Tlett ijiem wara, jiġifieri, fl-24 ta’ Ottubru, 1467, huwa jidher bħala xhud fl-għażla ta’ Rettur ġdid ta’ benefiċċju f’Ħal Kirċipulli, ħdejn San Martin u Ta’ Qali.18 L-għażla waqgħet f’idejn il-Kjerku Andreotta Saviet, li għalih deher jagħti garanzija Pinu Manueli [ħu l-Kanonku] (ara isfel). Dan il-benefiċċju kien imwaqqaf mill-mibki Pietru De La Barba, u għat-tfal orfni, minorenni u eredi tiegħu, Pawla u Litterju, deher il-kustodju tagħhom, Mattew Manueli (ara fil-ħarġa tas-sena l-oħra, nru. 9).19 Il-Kanonku Neriku Manueli kellu tifla miżżewġa lil wieħed kunjomu Seychell, u din kellha tifel li ssemma għall-nannuh, ilKanonku. Lil dan in-neputi, dan il-Kanonku għamillu għotja permezz tal-kuntratt tal-20 ta’ Diċembru, 1486,20 u oħra li kienet tinkludi dwieli f’Għariexem, ir-Rabat, jew Funtana tar-Rixa,21 bil-kuntratt tal-5 ta’ April, 1487.22 Barra dan in-neputi, il-Kanonku Manueli kellu neputi 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22

S. Fiorini ed. (2005), 226-229, Dok. 212. Ara wkoll V. Borg (2008), 1.131-132. Arkivju tal-Katidral ta’ Malta, Giuliana II, f.435 f’V. Borg (2008), 1.131 u 213, Arkivju tal-Katidral tal-Imdina, Giuliana II, f.435 f’V. Borg (2008), 1.131. Arkivju tal-Katidral tal-Imdina, Giuliana II, f.999 f’V. Borg (2008), 1.131. Arkivju tal-Katidral tal-Imdina, Giuliana II, f.1008 f’V. Borg (2008), 1.131. Arkivju tal-Katidral tal-Imdina, Giuliana II, f.1029 f’V. Borg (2008), 1.131. S. Fiorini ed. (2005), 80-81, Dok. 91. S. Fiorini ed. (2005), 85-86, Dok. 96. G. Wettinger (2000), s.v. “Ħal Kirċipulli”. S. Fiorini ed. (2005), 91-92, Dok. 104. S. Fiorini ed. (1996), 90, Dok. 78. G. Wettinger (2000), s.v. “Għariexem”; P. Dusina, f.164, f’G. Aquilina u S. Fiorini edi. (2001), 171. S. Fiorini ed. (1996), 173, Dok. 164.

35


ieħor, din id-darba bin oħtu miżżewġa lil Zullu Sillato, u l-isem ta’ dan in-neputi kien Nikola. Sa din l-epoka, jidher li l-qassisin, għalkemm ta’ Rit Latin minn żmien ilKonti Ruġġieru, baqgħu għal mijiet ta’ snin jipprattikaw ir-Rit Ortodoss, fejn il-qassisin jistgħu jiżżewġu. Fl-20 ta’ Diċembru, 1486, dan il-Kanonku jidher f’kuntratt qed jagħti dar li kellu fl-Imdina, fl-inħawi ta’ Ħaret ilMwieli, quddiem il-Knisja ta’ Sant’ Agata, lil dan l-aħħar neputi.23 Imbagħad, fil-5 ta’ April, tas-sena ta’ wara, l-istess Kanonku jidher f’kuntratt ieħor qed jagħti dar oħra f’Ħaret il-Mwieli, it-triq prinċipali,24 l-Imdina, lillistess neputi. Din id-dar kellha dawn il-konfini: id-dar tan-Nobbli Anġlu Manueli (ara fil-ħarġa tas-sena l-oħra, nru. 3), is-swar tal-belt, u d-dar ta’ Pawlu Vaccaro.25 Dan il-Kanonku kien benefiċċjarju ta’ Ġuspatronat imwaqqaf minn Franġisku Licata, u minħabba f’hekk kellu jieħu xi rikompens mis-Sinjura Ġakoba Vaccaro, armla tan-Nobli Lanċea. Dan għamlu b’kuntratt tas-26 ta’ Mejju, 1486.26 Kien benefiċċjarju wkoll ta’ Ġuspatronat imwaqqaf minn Antonju De Laurerio, millImdina, li kien jikkonsisti f’tliet artijiet, “Ta’ San Pietru” f’Binġemma, Il-Qlejgħa u Wied ir-Ragħax, f’Malta.27 Fit-28 ta’ Novembru tal-istess sena, huwa għadda bi qbiela permezz ta’ kuntratt artijiet tal-prebenda tiegħu f’Bir it-Twil, jew Tabirtauille, bejn l-Imqabba u l-Qrendi,28 għal tliet snin lil Nuċju Stagno, minn Ħal Kirkop.29 Dawn l-artijiet kienu għal xi żmien amministrati minn Orlandu Ellul, kif jidher f’kuntratt ta’ paċifikazzjoni tas27 ta’ Ġunju, 1487.30 Il-Kanonku Manueli kellu għalqa oħra qrib l-Imqabba, prebenda oħra tiegħu, kif jidher fil-kuntratt tal-11 ta’ Jannar, 1497.31 Għalqa oħra kienet tinsab fl-inħawi ta’ Għoxx il-Ħida, il-Pwales,32 prebenda tiegħu, li mal-Punent tagħha kien hemm għalqa oħra msejħa “Id-Dukkiena ta’ Bonann” li fit-23 ta’ Settembru, 1467, Pietru Feriolo u martu Żuna, minn Malta, biegħu lil Marċjanu Deif minn Ħal Millieri.33 Għalqa oħra, prebenda tiegħu, imsejħa “L-Irqajja’ tal-Bajjada”, kienet tinsab f’Ħal Millieri, u din kienet tmiss ma’ għalqa minnaħa tal-Punent, li fid-9 ta’ Ottubru, 1467, Wistin Ellul, miż-Żurrieq, biegħ lil Dun Orlandu Tabone.34 Għalqa oħra tiegħu kienet tinsab f’Dejr Ħandul qrib iż-Żejtun, kif jidher f’kuntratt tas-6 ta’ Marzu, 1488.35 Ħdejha kien hemm id-dwieli ta’ ħuh, Pinu, li kien ġa miet f’Awwissu, 1487.36 Fl-istess Dejr Ħandul kien hemm għalqa msejħa “Ġebel l-Isfar”,37 u proprju ħdejha kien hemm għalqa oħra li fil-kuntratt tal-20 ta’ Jannar, 1495, kienet tgħajjat lil missierhom, in-Nutar Anġlu Manueli. Jista’ ikun li din kienet l-istess għalqa li uliedu kienu jamministraw.38 23 24 25 26 27 28 29 30 31 32 33 34 35 36 37 38

36

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

S. Fiorini ed. (1996), 88, Dok. 77. Ara wkoll V. Borg (2008), 1.132. G. Wettinger (2000), s.v. “Ħarit l-Imwieli”. S. Fiorini ed. (1996), 172, Dok. 163. S. Fiorini ed. (1996), D36, Dok. 30. S. Fiorini ed. (2005), 79-80, Dok. 90. Dawn il-lokalitajiet mhumiex imbegħdin minn xulxin. Ara wkoll G. Wettinger (2000), s.v. “San Pietru”, “Binġemma”, “Qlejgħa”, u “Wied ir-Ragħax”. G. Wettinger (2000), s.v. “Bir it-Twil”; P. Dusina, f. 329v. f’G. Aquilina u S. Fiorini edi. (2001), 291. S. Fiorini ed. (1996), 74, Dok. 65. S. Fiorini ed. (1996), 214, Dok. 207. S. Fiorini ed. (1999), 401-402, Dok. 417. G. Wettinger (2000), s.v. “Għoxx il-Ħida”. S. Fiorini ed. (2005), 40, Dok. 43. S. Fiorini ed. (2005), 55-56, Dok. 62. S. Fiorini ed. (1996), 334-335, Dok. 341. S. Fiorini ed. (1996), 255, Dok. 251. Ara wkoll G. Wettinger (2000), s.v. “Ġebel l-Isfar”. S. Fiorini ed. (1999), 63-64, Dok. 66.

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Il-Kanonku Manueli imbagħad jidher f’kuntratt tat-23 ta’ Novembru, 1487, ta’ bejgħ ta’ tliet għelieqi, tnejn f’Ħal Tigan, in-naħa t’isfel tal-Kappara lejn il-Gżira,39 u waħda fl-inħawi ta’ Buskieken, għalqa magħrufa bħala “Ta’ Kostantin” u “Ta’ Qalgħa” f’ “Ta’ Wied Kosta”,40 bejn il-Lhudi Xalum Ħakem sive Cagliares u Ġilju Balzan.41 Huwa jerġa’ jidher f’kuntratt tad-9 ta’ Frar, 1495,42 u ieħor tal-5 ta’ Lulju, 1496.43 16. L-Onorabbli Pinu Manueli [ħu l-Kanonku Neriku Manueli], mill-Imdina, li nħatar wieħed miżżewġ Akatapani fl-Università tal-Imdina għassnin1462-1463, skont digriet li ħareġ minn Palermo fl-1 ta’ Awwissu, 1462.44 Fit-23 ta’ Ottubru, 1467, huwa kera dar fl-Imdina għal erba’ snin mingħand Bartilmew De Messina, ukoll mill-Imdina.45 Fl-10 ta’ Novembru, 1467, Pinu Manueli kien xhud ta’ stqarrija mill-Imħallef Caxaro, li tgħid li l-Kaptan kien qed iżomm fil-ħabs lil Monfron talli nqabad iġorr armi kontra proklamazzjoni pubblika.46 17. Il-Kanonku Antonju Manueli, li fit-13 ta’ Jannar, 1494, deher bħala xhud fin-nominazzjoni millĠurat Diegu Zavaglos ta’ Dun Ġilju Lombardo minflok il-Kjerku Nikola Niachor.47 18. Bartilmew Manueli. Nafu li dan Bartilmew kellu skjav mill-kuntratt tal-25 ta’ Settembru, 1495.48 19. Luqa Manueli, missier Ġwanni u Patri Franġisku (ara isfel). 20. Ġwanni Manueli u ħuh, Patri Franġisku Manueli O.S.A., ulied Luqa, li kien minn Għawdex. F’kuntratt stramb ta’ paċifikazzjoni tas-17 ta’ Ġunju, 1495, jidher li Margerita Dato, bint Ġwanni, kienet qed taħfer lil dawn iż-żewġt aħwa talli qatlu lil missierha. Seta’ kien li l-mewt kien aċċidentali.49 Lil dan Patri Franġisku, Nella Saliva [=Saliba], armla tan-Nutar Ġakbu, ħalliet fit-testment tagħha tat-18 ta’ Awwissu, 1534, benefiċċju ta’ nofs salma ta’ art50 bil-kundizzjoni li jqaddes quddiesa fil-kappella ta’ ħuwa, Antonju Platamone, filMatriċi ta’ Għawdex.51 Huwa kien ukoll Rettur ta’ benefiċċju msejjaħ “Ta’ Raff” jew “Rafficano f’Sieq it-Tarġa ħdejn Ta’ Sannat. Huwa kien miżmum li jqaddes quddiesa darba fil-ġimgħa fuq altar li l-istess Antonju Platamone bena fl-istess Matriċi.52 Kien ukoll benefiċċjarju ta’ post imsejjaħ “Għejjun ta’ Santa Margerita”,53 u ta’ Ta’ Mwieġ il-Baħar.54 39 40 41 42 43 44 45 46 47 48 49 50 51

52 53 54

G. Wettinger (2000), s.v. “Ħal Tigan”. G. Wettinger (2000), s.v. “Buskieken”. S. Fiorini ed. (1996), 303-304, Dok. 306. S. Fiorini ed. (1999), 83-86, Dok. 86. S. Fiorini ed. (1999), 291, Dok. 297. S. Fiorini ed. (2007), 35-36, Dok. 23. S. Fiorini ed. (2005), 88, Dok. 99. S. Fiorini ed. (2005), 117, Dok. 134. S. Fiorini ed. (2005), 237-238, Dok. 218. S. Fiorini ed. (1999), 168-169, Dok. 168. S. Fiorini ed. (1999), 121, Dok. 122. Iġifieri, tmien tomniet. J. Busuttil u S. Fiorini edi. (2006), 118-119, Dok. 84; Arkivju talArċisqof ta’ Malta, Registrum fundationum beneficiorum Insulae Gaudisii, f.83-84, u Arkivju tal-Kurja tal-Isqof ta’ Malta, Acta originalia 25, f.293v. f’V. Borg (2009), 2.348. Arkivju tal-Arċisqof ta’ Malta, Registrum fundationum beneficiorum Insulae Gaudisii, f.83-84 f’V. Borg (2009), 2.560. Arkivju tal-Arċisqof ta’ Malta, Giuliana dei benefici di Gozo, f.204 f’V. Borg (2009), 2.335. Arkivju tal-Katidral tal-Imdina, Giuliana VI, f.1012 f’V. Borg (2009), 2.572.

37


21. Lazzru Manueli, li kien il-fundatur tal-benefiċċju msejjaħ “Ta’ Lazzru” fl-inħawi tal-Għasri f’Sieq Tarġa, li minnha kienet tgawdi l-Knisja ta’ San Bartilmew fir-Rabat t’Għawdex,55 li kienet tagħmel miċ-ċimiterju tal-istess belt.56 22. Pawlu Manueli, missier Dun Antonellu (ara isfel). 23. Dun Antonellu Manueli, li kien Viċi-Parroku u li amministra l-magħmudija ta’ Ġovanna Siracusa fit12 ta’ Mejju, 1561.57 Kien in-neputi ta’ Kjara, armla ta’ Tuċju Balestrera, mart Ġwanni Garaffa, li fittestment tagħha tad-19 ta’ Awwissu, 1510, ħalliet benefiċċju lin-neputi tagħha biex jużah biss meta jqaddes. Sa dak iż-żmien, il-benefiċċju kellu jkun f’idejn Dun Anġlu Garaffa. Dan il-benefiċċju kien jikkonsisti f’tmien tomniet ta’ artijiet imsejħa “Wied tal-Ħafura” fl-inħawi tal-Qala.58 Dun Antonellu kien ukoll Rettur tal-Knisja ta’ Santa Marija tal-Idrija li kienet ħdejn il-Palazz tal-Gvernatur fir-Rabat ta’ Għawdex imwaqqfa minn Antona Navarra, miżżewġa lil ħuh, Anġlu Manueli (ara isfel). Ilbenefiċċju ta’ din il-knisja kien jiġi minn art flGħasri imsejħa “Ta’ Godla” jew “Ras il-Bajjada”.59 Fit-28 ta’ Jannar, 1547, Dun Antonellu, qabel ma sar qassis, kien mixli u kkundannat li pprova jistupra lil Ġovanna Calavà, bint il-mibki Lawrenz, u lil ommha.60 Fid-29 ta’Novembru, 1559, Dun Ġużepp Manduca, Vigarju Ġenerali, ħatru bħala mħallef fil-kawża bejn Dun Leonardu Decace u Antonella Castelletta, armla ta’ Andreotta, dwar għotjiet li saru lill-Matriċi fi żmien żewġja bħala l-Prokuratur tagħha.61 Kien ukoll benefiċċjarju ta’ art imsejħa “Għoxx in-Naħla Vaccaro” jew “L-Għolja ta’ Merżuq”,62 ta’ art oħra msejħa “Ta’ Lia”,63 dik ta’ “Għejjun ta’ Santa Margerita,64 dik ta’ “Ta’ Żabar” jew “Ta’ Axac”,65 dik ta’ “Ta’ Beċċuna” jew “Tal-Bitħa” f’Santa Ċeċilja (ara isfel, nru. 22) dik ta’ “Tal-Ħanżira tal-Qala”,66 dik “Ta’ Imwieġ il-Baħar”, dik “Tal-Mintuf”, dik “Ta’ Lazzru”, dik “Tal-Ponta Sant’ Alessju”, dik “Ta’ Santa Katerina Qabbieża”, dik “Tal-Ħorrieqa” u “Tal-Għadira”, dik “Ta’ San Teodoru tal-Imġarr”, dik “Ta’ Kappara”, dik “Ta’ Dawwara” u dik “Ta’ Għajn Għabdul”. Xi wħud minn dawn għaddew għand Dun Anton Dalli fl-10 ta’ Ottubru, 1570, wara mewtu.67

Appoggi, Waterproofing of Canopies, Cherry Picker Service

Repairs & Maintenance of Existing Membrane

Paul Caruana IŻ-ŻBIBU

55 56 57 58 59 60 61

ChERRy PiCkER SERviCE Reaches heights of up to 51 feet

Tel: 2156 3336 - 2756 3336 Mob: 9946 9311 E-mail: pzbibu@live.co.uk

38

Facade Restorations, Alterations & Finishing ALL SORTS OF UP LIFTING MATERIAL . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

62 63 64 65 66

67

Arkivju tal-Kurja tal-Isqof ta’ Malta, Acta originalia 72A, f.221 f’V. Borg (2008), 1.366-367. Arkivju tan-Nutara (Valletta), R/399, f.259v. f’V. Borg (2008), 1.80. H.C.R. Vella (2010), 148 u 151. J. Busuttil u S. Fiorini edi. (2006), 104-105, Dok. 73. Ara wkoll G. Wettinger (2000), s.v. “Wied tal-Ħafura”. V. Borg (2009), 2.555-556. Arkivju tal-Kurja tal-Isqof ta’ Malta, Acta originalia 27, ff.48-170 f’V. Borg (2009), 2.337. Arkivju tal-Kurja tal-Isqof ta’ Malta, Acta originalia 38, f.335 f’V. Borg (2009), 2.337. V. Borg (2009), 2.570. V. Borg (2009), 2.572. V. Borg (2009), 2.573. V. Borg (2009), 2.574. Arkivju tal-Arċisqof ta’ Malta, Giuliana dei benefici di Gozo, ff.75-75v. f’V. Borg (2009), 2.303, u Arkivju tal-Arċisqof ta’ Malta, Registrum fundationum beneficiorum Insulae Gaudisii, ff.75-75v. f’V. Borg (2009), 2.554. Arkivju tal-Arċisqof ta’ Malta, Fondo benefici, Collazione dei benefizi di Gozo (1566-1582), ff. 80v.-81, 86-88v., 213, u 226; Arkivju tal-Kurja tal-Isqof ta’ Malta, Acta Curia (1570), nri. 54, 69B, 70 u 78 f’V. Borg (2009), 2.272 u 2.338. Iktar fuq Dun Anton Dalli, ara H.C.R. Vella (2010), 150 u 152.

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

24. Anġlu Manueli-Antona Navarra. Oħt Antona Manueli, Peruna sive Imperja Navarra, miżżewġa lil Nikola Castelletta minn Palermo, kienet omm Ġwanni Castelletta, missier l-Arċipriet tal-Matriċi, Dun Nikola Castelletta, li fil-ħerba ta’ Għawdex fl1551, ittieħed fl-iskjavitù mit-Torok minn fejn ma reġax ġie lura.68 Lilu, fit-testment tagħha tas-7 ta’ Marzu, 1515, Antona ħallietlu benefiċċju bl-art f’Ta’ Godla, jew Ta’ Godlien, jew ta’ Cudele, limiti tar-Rabat t’Għawdex u ta’ Għammar.69 Ħu Antona kien Ugolin Navarra, li lilu Antona tat sehemha millġnien imsejjaħ “Ta’ Ġnien Musfar”, f’Għawdex,70 filQala.71 Din Antona kienet bniet il-Knisja ta’ Santa Marija tal-Idrija, jiġifieri, Santa Marija “Hodegetria”, Madonna tat-Triq, fir-Rabat, ħdejn il-palazz talGvernatur.72 Lil din il-knisja, fit-2 ta’ Marzu, 1514, Antona Manueli ħalliet maħżen fuq wara tal-knisja, kif ukoll għalqa Tal-Kadus, jew Ta’ Qadus, jew Ta’ Cadus, jew Talgadus, jew Talcalus, imsemmi wkoll “Ta’ Beċċuna” u “Tal-Bitħa (ara isfel, nru. 25), fl-inħawi tax-Xarqi f’Għawdex, in-naħa talQala,73 f’post jismu “Sant’ Iermu” jew “Tal-Bitħa”.74 Ir-raġel tagħha, Anġlu, kien igawdi minn benefiċċju li kien iġib l-istess isem.75 Huwa kien igawdi wkoll minn benefiċċju ġa msemmi fuq, dak Ta’ Kappara jew Ta’ Lazzru jew Sieq Tarġa.76 L-art Ta’ Godla, li fiha nbiet il-Knisja Parrokkjali tal-Għasri, kienet benefiċċju ta’ Dun Lawrenz Chircop minn Ħal Kirkop u, iktar tard, tal-Isqof Salvu Gaffiero minn Senglea. Fi żmien l-Isqof Gaffiero, omm Ġorġ Galea, mill-Għasri, bennej u benefattur tal-Knisja Parrokkjali, kellha l-qbiela f’idejha. Fi żmien Dun Lawrenz, din l-għalqa kellha tmiss magħha minnaħa tal-Lvant triq pubblika, sal-ġurnata tal-lum, proprjetà ta’ Bernardu Macedonia min-naħa ta’ Nofsinhar, illum parti mill-pjazza, fetħa min-naħa tal-Punent, u proprjetà ta’ Matteolu Zahra minnaħa tat-Tramuntana.77 Fil-bidu nett, fiha kien hemm mibnija l-Knisja ta’ San Lawrenz, Martri, mibnija minn Franġisku Palmier.78 Il-benefiċċju kien twaqqaf mill-Viċi-Re ta’ Spanja f’Sqallija fl1488.79 68 69 70 71 72

73 74 75 76 77 78 79

H.C.R. Vella ed. (2003), ms. 143.1. G. Wettinger (2000), s.v. “Għodlien”. P. Dusina, f.108 f’G. Aquilina u S. Fiorini edi. (2001), 137. Ara wkoll Atti tan-Nutar Tumas Debono tal-14 ta’ Frar, 1675. G. Wettinger (2000), s.v. “Ġnien Mosfar”; P. Dusina, f.435v.-436 f’G. Aquilina u S. Fiorini edi. (2001), 360. J. Busuttil u S. Fiorini edi. (2006), 28-29, Dok. 22. Apud praetorium fl-oriġinal tfisser li din il-knisja kienet fiċ-ċittadella peress li hemm kien jinsab il-Palazz tal-Gvernatur, jew talĦakem tal-Università (Kunsill t’Għawdex). G. Wettinger (2000), s.v. “Qadus”; F. Dusina, f. 108 u 340v. f’G. Aquilina u S. Fiorini edi. (2001), 137 u 301. G. Wettinger (2000), s.v. “Sant’Iermu tal-Bitħa”; J. Busuttil u S. Fiorini edi. (2006), 106-107, Dok. 74. Ara wkoll V. Borg (2009), 2.554-555. Arkivju tal-Arċisqof ta’ Malta, Giuliana dei benefici di Gozo, f.357 f’V. Borg (2009), 2.335. Arkivju tal-Katidral ta’ Malta, Giuliana VII (1976-1977), f’V. Borg (2009), 2.574. Ara wkoll il-ħarġa tas-sena l-oħra, kif ukoll taħt “Pawlu Manueli”, isfel. Fuq Dun Lawrenz Chircop, are H.C.R. Vella (2008), 262-265, u K. Cassar (2008), 298, 319. J.P.F. Agius de Soldanis (1999), 70. Iktar fuq id-dixxendenti tal-familja Navarra, speċjalment dwar Kosmana Navarra u n-neputi tagħha, Ugolin, ara l-Atti tan-Nutar Nikola Allegritto tal-25 ta’ Awwissu, 1675.

39


25. Pawlu Manueli, bin Antona (ara 24, fuq), li lilha ħalliha eredi universali tat-testment tiegħu tat-8 ta’ Ottubru, 1497, skont l-Atti tan-Nutar Ġakbu Saliba. Fih ħalla nofs indiviż tal-art imsejħa “Il-Kappara” f’Għawdex, fl-inħawi Ta’ Ġordan, l-Għasri u Wied il-Mielaħ,80 bħala benefiċċju msejjaħ “Ta’ Dwejra, Għajn Habdun”, lil Dun Lanċea Apap, li lilu ħatar bħala l-ewwel Rettur, u kjerċi oħra tal-familja tiegħu.81 Dan il-benefiċċju kien imwaqqaf mizziju tiegħu, Dun Antonju, li ħatar lill-istess Pawlu l-ewwel Rettur ta’ dak il-benefiċċju, benefiċċju li kellha tgawdi minnu l-Knisja ta’ San Bartilmew fiċċimiterju tar-Rabat ta’ Għawdex, ħdejn il-Monasteru ta’ Santu Wistin, riferuta wkoll bħala dik ta’ Santa Marija, li Pawlu Manueli kellu jwaqqaf.82 Jidher minn dan li Pawlu Manueli kien b’xi mod jiġi minn Lazzru Manueli (ara fuq, nru. 21). L-istess Pawlu Manueli nsibuh iżżewweġ li Pawla (ara isfel fl-istess paragrafu), imsemmija wkoll Lawrenza Pontremoli, bint Federiku u Franġiska Pontremoli, fl-1478.83 Din tal-aħħar ħalliet dar fl-1515 għall-istess Knisja ta’ San Bartilmew, li d-dħul tagħha kien jiġi proprju millfrott tal-għalqa msejħa “Il-Kappara”,84 kif ukoll, fittestment tagħha tad-19 ta’ Ottubru, tal-istess sena, lil uliedha, Ponzju, Gulielmu u Ġwanni, tliet barrin talħart u maħżen bil-kundizzoni li jżommu t-tradizzjoni li jagħtu ikel lil kull min jattendi l-festa fil-Knisja ta’ Santa Marija mibnija mill-mibki raġel tagħha f’Sieq Tarġa,85 f’Wied l-Għasri, imsejjaħ wkoll proprju “De Manuele” jew “Sattargi”.86 Fit-testment tagħha tat-30 ta’ Ottubru, 1514, Margerita Falzon, mart Tumas, ħalliet li ommha, Fata Manueli, u lir-raġel tagħha bħala eredi universali, u ħalliet benefiċċju li minnu kellu jgawdi d-dixxendenti tal-Onorabbli Pawlu Manueli, kuġinuha, li jkunu qassisin u li jġibu l-kunjom ta’ “Manueli”.87 26. In-Nobbli Ponzju Manueli [bin Pawlu, fuq], li kien imsemmi fil-benefiċċji Ta’ Kappara, jew Ta’ San Lazzru jew Ta’ Lazzru (ara fuq, nri. 21-23), kif ukoll f’dak Ta’Beċċuna jew Ta’ Bitħa fl-inħawi ta’ Santa Ċeċilja, u f’dak ta’ Santa Marija tal-Qala.88 27. In-Nobbli Gulielmu Manueli [bin Pawlu, fuq], li kellu proprjetà f’Sieq Tarġa (ara fuq, nri. 22-24, u isfel, nri. 30-32) tmiss ma’ għalqa ta’ Mattew Rapa, li fit-testment tiegħu tal-11 ta’ Settembru, 1540, ħallieha lill-istess Knisja tat-Twelid ta’ Marija Verġni, mibnija minnu stess fit-triq li kienet tieħu lejn ix-Xewkija.89

- Engine Oils - Batteries - Spare/Parts

Carmel (NeNu) azzopardi 107, Europe Street, Victoria, VCT 111, Gozo. Tel: 2156 4110 / 2155 6804 Tel/Fax: 2155 3715

BASkAL FARRUGiA Motor Mechanic

Sales of Spare Parts & Batteries ● Mechanical Repair & Servicing of Cars, Trucks & Heavy Machinery ● Vehicle Servicing : Both Petrol & Diesel

80 81

● Engine Rebuilding & Exchanging 82

● Computerised Diagnostic Servicing of Cars & Trucks ‘Garnet’ Mgarr Road, Għajnsielem, GSM 9012 Gozo

40

83

Tel: 21 551154 Mob: 77 551154 Fax: 21 558359 E: baskalf@gmail.com . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

84 85 86

87 88 89

G. Wettinger (2000), s.v. “Kappara”. J. Busuttil u S. Fiorini edi. (2006), 10, Dok. 7; Arkivju tan-Nutara (Valletta), R/399, f.259v. f’V. Borg (2008), 1.80; u Arkivju talKurja tal-Isqof ta’ Malta, Acta originalia 73, ff. 374 u 376 f’V. Borg (2008), 1.368. Arkivju tan-Nutara (Valletta), R/399, f.262v.-f.363 f’V. Borg (2008), 1.80. Ara wkoll V. Borg (2008), 1.368. Arkivju tal-Katidral ta’ Malta, Giuliana II, f.135 f’V. Borg (2008), 1.368. Arkivju tan-Nutara (Valletta), R/399, f.265v.-266 f’V. Borg (2008), 1.368. J. Busuttil u S. Fiorini edi. (2006), 26, Dok. 20. G. Wettinger (2000), s.v. “Sieq Tarġa”; P. Dusina, f. 113 f’G. Aquilina u S. Fiorini edi. (2001), 142. L-identità ta’ Pawla ma’ Lawrenza Manueli ġejja mill-fatt li t-tnejn li huma għamlu testment fl-istess sena, u fiż-żewġ testmenti jissemma l-istess benefiċċju u l-istess raġel, Pawlu Manueli. J. Busuttil u S. Fiorini edi. (2006), 24, Dok. 18. V. Borg (2008), 1.366-367. J. Busuttil u S. Fiorini edi. (2006), 123-124, Dok. 87.

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

28. Il-Kanonku Ġwanni Manueli,90 bin Pawlu, ħu Ġojjella, miżżewġa lil Ġwanni Franġisku Platamone,91 qaddes f’Oppido f’Kalabrija fid-19 ta’ Marzu, 1580.92 Beda x-xogħol pastorali tiegħu filMatriċi ta’ Għawdex, fejn spiċċa ħażin fir-relazzjoni tiegħu ma’ qassisin oħra.93 Fit-2 ta’ Mejju, 1582, insibuh Kurat fin-Naxxar,94 u f’Jannar tal-1584, nħatar Kurat ta’ Ħal Qormi.95 Fl-1586, inħatar Kurat u, wara, Kappillan, tal-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta,96 fejn dam sal-aħħar ta’ Jannar, 1591, f’liema perjodu ra tinbena l-knisja.97 Sa Settembru, 1592, inħatar Kanonku tal-Katidral, fejn kellu dħul mill-art imsejħa “Ta’ Vagna”, u fejn kellu diversi ħatriet.98 Fl-istess sena nħatar Ekonomu tal-Kamra tal-Isqof u Pro-Vigarju talImdina.99 F’Għawdex, il-Kanonku Manueli kellu żewġ proprjetajiet li kienu jmissu ma’ għalqa b’dielja u siġar fiha min-naħa tat-Tramuntana u tal-Lvant li kienet ta’ Margerita Saliva, armla ta’ Franġisku Santoro u mart Leonardu, li fit-testment tagħha tal-20 ta’ Marzu, 1543, ħallietha lil Pawlina, tifla adottata minn Mazullu Apap.100Huwa miet fit18 ta’ Jannar, 1629, u ndifen fil-katidral.101 29. Dun Vitor Manueli, li fl-1535 ġie minn Trapani fi Sqallija biex jpinġi antifoneru tal-quddiesa ta’ San Pawl għall-Katidral ta’ Malta, xogħol li baqa’ sejjer bih sal-1537.102 Il-Katidral ħallsu ta’ xogħolu kif ukoll tal-kera tar-residenza tiegħu fl-Imdina.103 30. Kjerku Pietru Manueli, li kien Rettur ta’ benefiċċju msejjaħ “Ta’ Fgura” jew “Ta’ Dbieġi” jew “Ħabel tal-Lampa”.104 Kien ukoll Rettur ta’ San Pawl taċĊimiterju.105 Huwa ħa t-tonsura fl-20 ta’ Mejju, 1581.106 31. Kjerku Ġwanni Manueli, li kien użufrutwarju ta’ benefikat imħolli minn Dun Antonellu Manueli (ara 90

91 92 93 94 95 96 97 98 99 100 101 102 103 104 105 106

V. Borg (2009), 2.335-338, jiddistingwi bejn Dun Ġwann Manueli u Dun Ġoanellu Manueli, imma mbagħad, f’għeluq dak li qal fuq Dun Ġwann, jispiċċa b’dan il-kliem: “It seems that this could have been an early episode in the life of Don Johanellus de Manueli”. Arkivju tal-katidral ta’ Malta, Registrum deliberationum Capitularium II, ff.180 u 181v. f’V. Borg (2009), 2.337. Arkivju tal-Arċisqof ta’ Malta, Vista Pastorali (1615-1616), f.21v. f’V. Borg (2009), 2.335. Arkivju tal-Arċisqof ta’ Malta, Scritture del’ 500, Kaxxa 8, nru. 3, ff.1-9 f’V. Borg (2009), 2.338. Arkivju tal-Katidral ta’ Malta, Registrum deliberationum Capitularium I, ff.161 u 181 f’V. Borg (2009), 2.335. Arkivju tal-Katidral ta’ Malta, Registrum deliberationum Capitularium I, ff.195 u 211 f’V. Borg (2009), 2.335. Arkivju tal-Katidral ta’ Malta, Misc. 167, f.249 f’V. Borg (2009), 2.336. Arkivju tal-Katidral ta’ Malta, Registrum deliberationum Capitularium I, f.284, u Arkivju tal-Arċisqof ta’ Malta, Misc. 167, ff.1065 u 1067 f’V. Borg (2009), 2.336. V. Borg (2009), 2.336-337. Arkivju tal-Katidral ta’ Malta, Misc. 165, f.177 f’V. Borg (2009), 2.337. J. Busuttil u S. Fiorini edi. (2006), 142-146, Dok. 97. Arkivju Parrokkjali Imdina, Liber defunctorum I, f.25. Arkivju tal-Katidral ta’ Malta, Mandati 3, ff. 182, 200, 250, 260 u 426 f’V. Borg (2009), 2.264. Arkivju tal-Katidral ta’ Malta, Mandati 3, ff. 182, 184, 185, 202, 250, 266, 426, 440, 461, 467 u 483; Mandati 4, ff. 4, 9, 15, 16, 30, 69-69v., 77-77v., 89, 96, u 456 f’V. Borg (2009), 2.448. Arkivju tal-Kurja tal-Isqof ta’ Malta, Acta originalia 67, f.24-f.24v. f’V. Borg (2009), 2.350-351 u 572. Arkivju tal-Katidral ta’ Malta, Giuliana VII (1558-1559) f’V. Borg (2009), 2.571. Arkivju tal-Katidral ta’ Malta, Registrum ordinationum I, f.47 f’V. Borg (2009), 2.461.

41


FRANK FORMOSA ContraCtor

Swimming Pool Construction & Farmhouse conversions “F.M. Hse,” Point Street, Żebbuġ GRB 103, Gozo - Malta. Tel.: 21 555099, Mobile 7955 5099 Fax: 2155 4289

fuq, nru. 21), x’aktarx zijuh, li, peress li meta kien għadu mhux Kjerku, il-frott tiegħu kien qed jieħdu Dun Leonardu Dalli.107 Ulied il-Kjerku Ġwanni Manueli, Franġisku, l-antenat tiegħi, u ħuh Mattew (ara isfel, nru. 31), għamlu rikors għand Monsinjur Pietru Dusina fl-1575 biex dak il-benefikat jieħdu lura missierhom, issa li kien sar Kjerku.108 Dan ilbenefikat kien jikkonsisti f’ħames għelieqi msejħa “Sieq Tarġa” (ara fuq, nri. 22-24, 26, u isfel, nri. 31 u 32), “il-Kappara” (ara fuq, nri. 21-25), “Ta’ Elja”, “Ta’ Melfur” u “Talmelchione”.109 32. Mattew Manueli, li fid-19 ta’ Frar, 1527, għamel testament fid-dar ta’ ibnu Antonellu f’Ħarit il-Ħamiem, f’Għawdex, triq fiċ-Ċittadella t’Għawdex.110 F’dan it-testment, Mattew Manueli jħalli għalqa fl-inħawi ta’ Sieq Tarġa (ara fuq, nri. 22-24 u 26), li kienet tmiss ma’ artijiet oħra tiegħu u ma’ dik ta’ Mattew Santoro, lill-Knisja tat-Twelid ta’ Marija Verġni li kienet tinsab fl-istess inħawi, li Mattew innifsu kien bena mill-ġdid ħafna snin qabel. F’dan it-testment, Mattew Manueli ħalla bħala eredi universali lill-istess ibnu Antonellu, imma taħt ċertu kundizzjonijiet.111 33. Franġisku Manueli (antenat tiegħi: ara l-ħarġa tassena l-oħra), ħu Mattew (nru. 31), li flimkien miegħu kien benefiċċjarju ta’ Ġuspatronat imsemmi “Ta’ Lazzru” fl-inħawi tal-Għasri, jew “Sieq Tarġa”, ukoll fl-inħawi ta’ Wied il-Mielaħ, magħruf ukoll bħala “Qabar tal-Ganza” u “Qala tal-Ħanżira”.112 Fis-6 ta’ Mejju, 1510, huwa nħatar Ko-Rettur ma’ Gulielmu Chinzi u Lawrenz (jew Bartilmew) Saliba ta’ benefiċċju msejjaħ “L-Għejjun ta’ Santa Margerita” f’Għawdex”.113 Kien probabbilment għal dan Franġisku li Monsinjur Dusina rrefera fil-viżta tiegħu fl-1575 meta qal li dan Franġisku, il-bużbużnannu ta’ Dun Franġisk, bena l-Knisja f’Tal-Ħġieri, limiti tal-Għasri, iddedikata lit-Twelid tal-Verġni Marija, kien Rettur tagħha, ħalla flus biex issir quddiesa kull sena fil-festa tagħha u għammarha b’kull ma kien meħtieġ.114 Kif rajna fil-ħarġa l-oħra, l-għalqa “Tal-Ħġieri” u oħrajn kienu kkontestati mill-familja ta’ Dun Franġisk u d-dixxendenti tagħhom.115 Minn dan ta’ fuq, wieħed jinnota li xi wħud minn tal-bidu kienu jiġu minn xulxin, x’aktarx aħwa, peress li dawn, Anġlu (3), Pietru (4), Antonju (7) u Ġwanni (8) kollha kellhom ilkunjom “Mullica”, barra dak ta’ “Manueli”. “Mullica” hija distorzjoni Siċiljana jew Maltija ta’ “Mollica”, isem li dak iżżmien kien għadu jintuża bħala terminu Latin għal “Modica” tal-lum fi Sqallija.116 Dan ifisser li l-familja setgħet ġiet minn Modica u baqgħet, għal xi żmien, tiġi riferuta skont il-post minn fejn ġiet. Eżempji bħal dan insibu bosta kunjomijiet Maltin skont bliet fl-Italja u Sqallija, bħal Trapani, Catania, 107 H.C.R. Vella (2010), 155, n. 1223. 108 F. Dusina f.114v.-115v. u 473 f’G. Aquilina u S. Fiorini edi. (2001), 143-144, u 381; H.C.R. Vella (2010), 155, n. 1223. 109 P. Dusina f. 114v. f’G. Aquilina u S. Fiorini (2001), 143. 110 G. Wettinger (2000), s.v. “Ħarit il-Ħamiem”. 111 J. Busuttil u S. Fiorini edi. (2006), 42-43, Dok. 31. 112 P. Dusina, f.113 f’G. Aquilina and S. Fiorini edi. (2001), 141-142; ara wkoll V. Borg (2008), 1.366-367. 113 Arkivju tal-Arċisqof ta’ Malta, Giuliana dei benefici di Gozo, ff.194 u 204 f’V. Borg (2009), 2.267 u 380. 114 P. Dusina, f.188v. f’G. Aquilina u S. Fiorini edi. (2001), u J.P.F. Agius de Soldanis (1999), 2.73. 115 H.C.R. Vella (2012a), 31. 116 G. Wettinger (2000), s.v. “Mollica, ta’”.

42

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Siracusa, Montebello, Messina, Napolitano, Rogitano, Milanese u oħrajn. Wieħed jinnota wkoll l-istima li setgħu kellhom membri talfamilja Manueli kemm f’Malta u kemm f’Għawdex għall-fatt li fosthom kien hemm diversi Nobbli, bħal Mattew (9), Anġlu (14), Anġlu ieħor (24), Pawlu (25), Ponzju (26) u Gulielmu (27). Fil-każ ta’ Anġlu Manueli (24), dan kien imħallat malfamilji Navarra u Castelletta, familji Nobbli magħrufin sew kemm f’Malta u kemm f’Għawdex. Oħrajn kienu Kanonċi (Neriku {15}, Antonju {17}, u Ġwanni {27}), qassisin (Antonellu {ara iktar ’l fuq {23}), Patrijiet (Franġisku {20}) u Kjerċi (Pietru {30} u Ġwanni {31}). Imma fil-biċċa l-kbira tagħhom, dawn kienu mdaħħlin sew fl-Università tal-Imdina jew t’Għawdex, jekk mhux ukoll fit-tnejn (Anġlu {3}), bħala Mħallfin, Nutara, Ġurati u Akatapani. Din l-iskema tiġbor fiha dan it-tagħrif kif ġej: Nikola Manueli (1) (1401) (Għawdex) Pawlu Manueli (2) (1402) (Għawdex) L-Imħallef Nutar Anġlu Manueli (3) (1423) (Għawdex u Malta) Pietru Manueli (4) (1432) (Għawdex) Rajnerju Manueli (5) (1442) (Malta) Federiku Manueli (6) (1444) (Għawdex) Antonju Manueli (7) (1444) (Għawdex) L-Imħallef Ġwanni Manueli (8) (1446) (Għawdex) In-Nobbli Mħallef Nutar Mattew Manueli-Manna (9) (1452) (Malta) Leonardu Manueli (10) (1462) (Għawdex) Antonju Manueli (11) (1470) (Għawdex) Anġlu Manueli (12) (1480) (Għawdex) Ġwanni Luqa Manueli (13) (1480) (Għawdex) In-Nobbli Anġlu Manueli-Imperia (14) (1486) (Malta) Can. Neriku Manueli (15) (1467) Bintu Manueli-Seychell (1486) Neriku Seychell On. Pinu Manueli (16) (1462) ħu X-Zullu Sillato (1486) Nikola Sillato Il-Kanonku Antonju Manueli (17) (1494) (Malta) Bartilmew Manueli (18) (1495) (Malta) Luqa Manueli (19) (Għawdex) Ġwanni Manueli (1495) Patri. Franġisku Manueli O.S.A. (20) (1495) Lazzru Manueli (21) Pawlu Manueli117 (22) ħu Kjara Manueli-Tuċinu sive Pawlu Balestrera (Għawdex) - Ġwanni Garaffa Dun Antonellu Manueli (23) (1510) Indrì Navarra-Pawla Pontremoli Anġlu Manueli-Antona Navarra (24) (1454) (Għawdex) oħt Imperja sive Peruna NavarraNikola Castelletta (Palermo) 117 Arkivju tal-Arċisqof ta’ Malta, Giuliana dei benefici di Gozo, f.47 f’V. Borg (2009), 2.337.

43


oħt

Ugolinu Navarra Dun Ġwanni Nikola Castelletta (1485) X ħu Fata Manueli-Y Pawla (1515)-On. Pawlu Manueli (25) (1497) kuġin ta’ Margerita-Tumas Falzon (1514) Ponzju (26) Gulielmu (27) (1540) Kanonku Ġwanni (28) (1543) Ġojjella-Ġ. Franġ. Platamone Dun Vitor Manueli (29) (1535) Kjerku Pietru Manueli (30) (1586) Il-Kjerku Ġwanni Manueli (31) Mattew Manueli (32) (1527) (Għawdex) Antonellu Manueli ħu Franġisku Manueli (33) (1527) (Għawdex) Ġulju Manueli118-Katerina Ġwanni Pawlu-Marija Bigeni Ġwanni Marija-Alberta Mercieca Dun Franġisku Manueli Ġwanni Antonju-Katerinella

www.giovanniestates.com property for sale all around Gozo with best prices given, Farmhouses, houses of character, flats, plots, Terraced house. Call for appointment now. info@giovanniestates.com mob 99829745/21569001 44

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Kif l-Awtur jiġi minn Dun Franġisk Manueli L-interess tiegħi fil-familja Manueli ġej mill-fatt li jiena niġi minn Dun Franġisku Manueli b’dan il-mod: Il-Kjerku Ġwanni Manueli (ċ.1535)119 Franġisku Manueli-Marjanna (ċ.1565)120 ħu Mattew121 Ġulju Manueli-Katerina (ċ. 1600) ħu Ġ. Antonju u Katerinella122 Ġ. Pawlu Manueli123 - Marija Bigeni (1649) (Matriċi, Għawdex) Ġ. Marija Manueli124 - Alberta Mercieca (1687) (Żebbuġ, Għawdex) Duminka Genovese - Mikiel Manueli (1728)125 (iż-Żejtun) ħu Dun Franġisku Manueli Tereża Camilleri Wiġi Manueli (1754)126 (iżŻejtun) ħu Lawrenz-Marija Zahra u Ġakbu-Katerina Spagnol127 Katerina Borg - Natali Manueli (1777)128 (iż-Żejtun) ħu Katerina u Pietru129 Anna Xuereb - Filippu Manueli (1811)130 (iż-Żejtun) 118 Ġulju Manueli miet fit-3 ta’ Ottubru, 1618 (A.C.G., Liber defunctorum, sub die mortis). 119 H.C.R. Vella (2010), 155, n. 1223. 120 H.C.R. Vella (2010), 36. 121 H.C.R. Vella (2010), 155, n. 1223. 122 H.C.R. Vella (2010), 36. 123 Ħut Ġwanni Pawlu kienu Marija, Alessandru, Marjetta, Girgor, Andreana, Duminku u Ġakbu. 124 Ħut Ġwanni Marija kienu Duminka, Ġakbu, Luċija, Natalizja u Duminku. 125 Ara fuq. 126 Iżżewweġ fiż-Żejtun fit-2 ta’ Mejju, 1754. 127 H.C.R. Vella (2012), ms. 16 [numru temporanju], (1f.). 128 Iżżewweġ fiż-Żejtun fit-13 ta’ Mejju, 1777, u miet fiż-Żejtun fil-11 ta’ April, 1834, ta’ 78 sena. 129 H.C.R. Vella (2012), ms. 839 [numru temporanju], (5ff.). 130 Iżżewweġ fiż-Żejtun fl-14 ta’ Mejju, 1811.

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Lawrenzja Cachia131 - Lawrenz Manueli (1834)132 (iżŻejtun) ħu Ġużeppi133 Ġwanni Vella - M. Karmela Manueli (1854)134 (iż-Żejtun) Marija Spiteri135 - Ġużeppi Vella (1882)136 (iż-Żejtun) ħu Dun Karm Vella Manueli137 Konċetta Attard-Ġ. Battista Vella (1909) (iż-Żejtun) Tessie Bartolo-Frank Vella (1944) (Sacro Cuor, TasSliema) Vivienne Caruana-Prof. Horatio Vella (1993) (Ħal Kirkop / Żebbuġ, Għawdex) Jerome Vella (twieled 1994) Barra l-fatt li l-familja Manueli tiġi minn missieri, hija tiġi minn ommi b’dan il-mod: Il-Kjerku Ġwanni Manueli (ċ.1535) Franġisku Manueli-Marjanna (ċ.1565) Ġulju Manueli-Katerina (ċ. 1600) Ġ. Pawlu Manueli-Marija Bigeni (1649) (Matriċi, Għawdex) Indrì Manueli-Kjara Mizzi (1688) (Matriċi, Għawdex) Romana Manueli-Franġisku Camilleri (1733) (Żebbuġ) Anna Camilleri-Rożarju Zammit (1779) (Għarb) Ġwanni Marija Zammit-Koronata Caruana (1809) (Għarb) Marija Zammit-Salvu Spiteri (1831) (San Pawl, Valletta) Ġwanni Spiteri-Filomena Scerri (1863) (B’Kara) M.Anna Spiteri-Ruġġieru Bartolo (1902) (Ħamrun) Ġużeppi Bartolo-Marija Attard (1922) (Sacro Cuor, Tas-Sliema) Tereża Bartolo-Frank Vella (1944) (Sacro Cuor, TasSliema) Horatio Vella-Vivienne Caruana (1993) (Ħal Kirkop/Żebbuġ) Jerome Vella Il-Kunjom Manueli Il-kunjom Manueli ġieli kont issibu miktub ukoll bħala “Manuele”, jew “Emanueli”, jew “Emanuele” jew D’Emanuele. Bejn l-1554 u l-1628, jiġifieri, fl-ewwel reġistru t’Għawdex, insibu tnax-il varjant ta’ dan il-kunjom, li huma ħafna.138 Dawn kienu kif ġej: De’ Manueli (1554), De Manuele (1555), Demanuele (1559), Manueli (1562), De Manuelle (1565), De Manueli (1566), Di Manueli (1571), 131 Romlot u żżewġet lil Ġużeppi Xuereb. 132 Iżżewweġ fiż-Żejtun fit-3 ta’ Awwissu, 1834. 133 A.P.Żejt. [Arkivju Parrokkjali Żejtun], Żwieġ ta’ Ġużeppi Vella ma’ Marija Spiteri. 134 Twieldet u tgħammdet fiż-Żejtun fl-1825. Hija żżewġet fiż-Żejtun fl-1 ta’ Awwissu, 1854, u mietet fiż-Żejtun fis-26 ta’ Diċembru, 1906, ta’ 71 sena. 135 Twieldet fiż-Żejtun fit-12 ta’ Ottubru, 1856, u tgħammdet l-għada. Hija mietet fis-26 ta’ Diċembru, 1909, ta’ 53 sena. 136 Dawn iżżewġu fit-18 ta’ April, 1882, fil-Knisja tal-Qalb Imqaddsa ta’ Marija fiż-Żejtun. 137 A.P.Żejt., Liber baptizzatorum, sub die baptismi. Jien għandi ktieb antik tiegħu li għadu jġib il-firma tiegħu. Dan Dun Karm kien Rettur tal-Knisja tal-Ħniena fiż-Żejtun. 138 H.C.R. Vella (2010), 207.

45


Carmelo Camilleri Furniture Ltd. Established 1965

Industrial Estate, Xewkija, Gozo. Tel: 21550219 Mob: 79254848 Email: ccamill@vol.net.mt Web: ccamillerifurniture.com

Specializing in made to measure solid wood furniture.

Di Manuele (1571), De Manuel (1579), Manuelis (1580), Emmanuel (1592) u Emanuel (1592).139 Bla dubju, l-aktar forma komuni kienet dik ta’ “Manueli”. F’xi postijiet, wara ħafna snin, bħal fiż-Żurrieq, l-istess kunjom “Manueli” insibuh mibdul f’“Demanuele”. Dan ifisser li r-razza ta’ Manueli għadha teżisti sallum. Fiż-Żejtun, l-aħħar darba li niltaqgħu mal-kunjom Manueli hu meta tissemma l-bużbużnanna tiegħi, Marija Karmela Manueli, kif jidher fuq. Forsi li għalhekk li z-ziju tan-nannu tiegħi, Dun Karm Vella, biex dak il-kunjom ma jintiliefx, beda jġib ismu bħala “Dun Karm Vella Manueli”. Kieku l-bużnannu għamel bħalu, kieku jien kont ngħid li jisimni “Horatio Vella Manueli”, bin denju taż-Żebbuġ t’Għawdex. Jinkiteb kif jinkiteb, la Manueli u lanqas Demanuele ma għadhom jeżistu fiż-Żebbuġ t’Għawdex, u ilhom li nqatgħu ħafna snin. L-aħħar darba li dan il-kunjom issemma kien fit-23 ta’ Ġunju, 1813, meta Ġużeppi Manueli, bin Ġwanni Marija u Liberata Agius, iżżewweġ li Grazzja Camilleri, bint Mikiel u Marija Apap, fil-Knisja Parrokkjali taż-Żebbuġ.140 Madankollu, ulied ir-razza ta’ Manueli għadhom jeżistu fiżŻebbuġ, imma taħt kunjomijiet oħra, bħal kunjomi, Vella, kif urejt fuq, u kunjom ħafna minnkom bla ma tafu, kif għad nuri f’okkażżjoni oħra ’il quddiem. Postscriptum Dawn id-dokumenti antikissimi jirreferu wkoll għal diversi artijiet fl-Għasri. Jingħad li sa ċertu żmien fis-seklu sbatax, l-Għawdxin kienu jorqdu fir-Rabat minħabba l-attakki li setgħu jsiru fuqhom mill-kursari u l-Misilmin. Imma li tibni knisja qalb l-għelieqi, tista’ tgħid fid-diżabitat, tassumi xi abitazzjoni li, għalkemm żgħira, kienet tista’ tiżgura l-ħarsien tagħha. Nafu li quddies fihom kien limitat għall-okkażżjoni tal-festa tat-titular tagħhom. Jiena m’għandix dubju li kien hemm xi abitanti fl-Għasri meta kienu mibnija żewġ knejjes li Dusina (1575) jirreferi għalihom. Nafu li l-familja Manueli bniet waħda minnhom, kif wkoll li d-dixxendenti tagħha għal bosta ġenerazzjonijiet baqgħu jirtu għelieqi fl-inħawi talGħasri. Fin-nuqqas ta’ status animarum ta’ dik l-epoka, huwa impossibbli tgħid fejn kienet eżatt ir-residenza permanenti ta’ din il-familja. Nafu biss li d-dixxendenti tagħha baqgħu ż-Żebbuġ jew iżżewġu ma’ Żebbuġin, li Dun Franġisk Manueli kellu rabta mal-Knisja tal-Patroċinju fl-Għasri, u li għal żmien twil, għal skopijiet ċivili (eż. ċensimenti, edukazzjoni u l-bqija) u pastorali, l-Għasri kien magħdud maż-Żebbuġ. Ħarsa lejn il-kunjomijiet preżenti fir-reġistri tal-Għasri teskludi l-konklużjoni li l-Għasri u ż-Żebbuġ kien poplu wieħed: dan għaliex l-Għasri kellu influss mill-Għarb

ukoll. Li Ġwanni Marija Manueli, “il-furnar”, iżżewweġ lil Anġelika Cassar mill-Għarb seta’ jindika li kien jgħix fl-eqreb raħal tal-Għarb. Ma kelli ebda pretensjoni li “nisraq” millġieh tal-poplu tal-Għasri li jien nirrispetta. Waqt li wieħed ma jankrax ma premissi mhux iffundati, it-tfittix ikompli. *Horatio Caesar Roger Vella hu Professur tal-Latin u tal-Grieg fl-Università ta’ Malta. Referenzi

Agius De Soldanis, Ġ.P.F. (c. 1760). Il Gozo antico e modern sacro e profane. Traduttur Ġ. Farrugia Gioioso, Għawdex bil-ġrajja tiegħu, f’żewġ volumi. Malta, 1936 / 1953. Edizzjoni ġdida mill-Fondazzjoni Belt Vittorja, 1999. Aquilina, G. u S. Fiorini edi. (2001). Documentary sources of Maltese history. Part IV. Documents at the Vatican. No. 1: Archivio Segreto Vaticano. Congregazione Vescovi e Regolari. No. 51. Mgr Petrus Dusina, 1575: Malta: Visita Apostolica. Malta, Malta University Press. Borg, V. (2008). Melita sacra I: The Maltese Diocese and the Sicilian environment from the Norman Period till 1500 A.D. Malta, A.P.S. Bank. Borg, V. (2009). Melita sacra II: The Maltese Diocese during the sixteenth century. Malta, A.P.S. Bank. Busuttil, J. and S. Fiorini edi. (2006). Documentary sources of Maltese History. Part V: Documents in the Curia of the Archbishop of Malta. No. 1: The Registrum fundationum beneficiorum Insulae Gaudisii: 1435-1545. Malta, Malta University Press. Cassar, K. Il-pittura f’Ħal Kirkop. F’H.C.R. Vella ed., Ħal Kirkop u l-inħawi ta’ madwaru. Vol. II. Malta, Publishers Enterprises Group (P.E.G.) Ltd, 286320. Fiorini, S. ed. (1996). Documentary sources of Maltese History. Part I: Notarial documents. No. 1: Notary Giacomo Zabbara. R494/1 (I): 14861488. Malta, University of Malta. Fiorini, S. ed. (1999). Documentary sources of Maltese History. Part I: Notarial documents. No. 2: Notary Giacomo Zabbara. R494/1 (II-IV): 1494-1497. Malta, Malta University Press. Fiorini, S. ed. (2005). Documentary sources of Maltese History. Part I: Notarial documents. No. 3: Notary Paulo Bonello. Ms. 588: 1467-1517. Notary Giacomo Zabbara. Ms. 1132: 1471-1500. Malta, Malta University Press. Fiorini, S. ed. (2007). Documentary sources of Maltese History. Part II: Documents in the State Archives, Palermo. No. 3: Cancelleria regia: 14601485. Malta, Malta University Press. Vella, H.C.R. (2003). A Catalogue of Books, Manuscripts and other Items found at the Archives of the Cathedral in Gozo completed in May, 2003. Vol. I-II. Għawdex, Kapitlu tal-Katidral. Vella, H.C.R. (2008). Żewġ iskrizzjonijiet antiki f’Ħal Kirkop. 1726 /1754. F’H.C.R. Vella ed., Ħal Kirkop u l-inħawi ta’ madwaru. Vol. II, Malta, Publishers Enterprises Group (P.E.G.) Ltd, 260-266. Vella, H.C.R. (2010). The earliest Church register in Gozo: 1554-1628. Malta. Vella, H.C.R. (2012a). “Dun Franġisk Manueli u niesu”, L-Għolja tażŻebbuġ 70 (2012), 29-35. Vella, H.C.R. (2012b). Katalgu tal-Arkivju tal-Knisja Kolleġġjata ta’ Birkirkara. Malta (fil-proċess li jitlesta). Wettinger, G. (2000). Place-names of the Maltese Islands. Ca. 1300-1800. Malta, Publishers Enterprises Group (PEG) Ltd.

139 H.C.R. Vella (2010), 199. 140 A.P.Ż., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

NIfIRĦU U NAWGURAW • Kan. Dun Emmanuel Saliba li nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju 2013 ġie maħtur Kanoniku effettiv tal-Kapitlu talKolleġġjata tal-Għarb. • Fr Mark Demanuele MSSP li din is-sena għalaq 25 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. • Mons. Joseph Cefai (Vig. Ġen. ta’ Minieva f’Wales) li għalaq 40 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. • Fr Victor Cefai MSSP li ġie maħtur Dekan tal-Isqof tad-Djoċesi ta’ Arequipa fil-Peru`. • Sem. Joseph Attard li nhar il-Ħadd 24 ta’ Frar 2013 irċieva l-Ministeru tal-Lettorat fil-Parroċċa Ta’ Kerċem. • Djaknu Daniel Sultana mix-Xagħra, assenjat għall-Pastorali fil-Parroċċa tagħna għal dawn is-sentejn li nhar is-Sibt 22 ta’ Ġunju 2013 ġie ordnat Djaknu fil-Knisja Katidrali. • Lill-Abbati Nicholas Cassar li ntgħażel biex ikun mal-grupp tal-Abbatini minn Malta u Għawdex, li bejn id-9 u t-23 t’Awwissu 2013 se joffru servizz fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan kif ukoll lis-Sem Joseph Attard li sejjer jakkumpanja lil dawn l-Abbatini.

46

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

47


kAPPiLLAni Dun Franġisk Vella

10 ta’ Ġunju 1689 – 27 ta’ Ottubru 1743

Dun Vinċenz Tabone

10 ta’ Jannar 1744 – 6 ta’ Novembru 1765

Dun Ġużepp Speranza

25 ta’ Marzu 1766 – 17 ta’ April 1807

Dun Carlu de Ġiovanni Inglott

10 ta’ Ġunju 1808 – 29 ta’ Ottubru 1816

Dun Nikola Spiteri

6 ta’ Lulju 1817 – 2 ta’ Settembru 1828

Dun Mikiel Grima

24 ta’ Frar 1829 – 31 ta’ Diċembru 1838

Dun Ġużepp Hili

3 ta’ Awwissu 1840 – 18 ta’ Novembru 1862

Dun Ġiovanni Camilleri

8 ta’ Marzu 1863 – 30 ta’ Ottubru 1865

Dun Bartolomew Busuttil April 1866 – 16 ta’ Lulju 1918

Dun Anton Grima

11 ta’ Awwissu 1918 – 14 ta’ Ottubru 1920

Dun M’Angelo Cauchi

7 ta’ Novembru 1920 – 18 ta’ Marzu 1938

ARċiPRiETi Dun Franġisk Mercieca

22 ta’ Mejju 1938 – 27 ta’ Novembru 1964

Dun Alwiġ Vella

8 ta’ Diċembru 1964 – 29 ta’ Awwissu 1996

Kan. Dun Emmanuel Saliba

29 ta’ Settembru 1996 – 29 ta’ Awwissu 2006

Kan. Dun Reuben Micallef

15 ta’ Ottubru 2006 –

Disinn ta’ Ronald Pisani

48

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

49


DUN fRANĠISK VELLA: L-EWWEL KAPPILLAN (1689 – 1743) estratt mill-ktieb ta’ Dun Ġużepp Vella “Iż-Żebbuġ: Il-Parroċċa ta’ Santa Marija ” (1988) Inħass il-bżonn ta’ Saċerdoti Għalkemm f’dawk is-snin bikrija, il-ħâra taż-Żebbuġ u l-Għasri kellhom ħafna kappelli, jidher li fis-seklu sbatax (1601 – 1700) kien hemm nuqqas kbir ta’ saċerdoti. IlKolleġġjata ta’ Santa Marija tar-Rabat kienet tagħmel kemm tista’ biex taqdi lin-nies tal-kampanja li kienu jiddependu minnha għall-kura spiritwali. Il-poplu tażŻebbuġ ħass il-bżonn ta’ saċerdot biex iqaddsilhom fil-knisja ta’ Santa Marija u biex jgħallem id-duttrina fil-Ħdud u l-Festi. Kienu se jħallsuh bl-emożina li jiġbrulu. Għalhekk talbu lill-Isqof Fra Luca Bueno biex jipprovdilhom qassis. L-Isqof wegħedhom u tahom qassis fit-18 ta’ Ġunju 1667.1 Ma nafux min kien l-ewwel Vigarju li kienet afdata f’idejh, almenu sa ċertu punt, ilkura tal-erwieħ. Nafu li Dun Franġisk Vella kellu dan l-uffiċċju fil-Knisja ta’ Santa Marija taż-Żebbuġ qabel ma sar l-ewwel kappillan fis-sena 1688. Jitwieled Dun Franġisk Vella Dun Franġisk twieled iż-Żebbuġ fis-sena 1662, iben Ignatius Vella u Tereża u ġie mgħammed fil-knisja Matriċi, illum Katidral, fid-9 ta’ Marzu, 1662, mill-Wisq Rev. Arċipriet Ġann Anton Camilleri.2 Dun Franġisk huwa persuna tant importanti fl-istorja tar-raħal tagħna, li kif twieled u kiber hu, twieldet ukoll il-parroċċa tażŻebbuġ u minn dak iż-żmien bdiet epoka ġdida fl-istorja taż-Żebbuġ. B’xorti tajba l-istoriku Kan. Agius De Soldanis ħallielna tifkira l-iżjed għażiża ta’ dan is-saċerdot filkitbiet tiegħu u li aħna sejrin inġibu kelma b’kelma. De Soldanis jikteb: “Dun Franġisk Vella, kappillan taż-Żebbuġ” Dan Dun Franġisk twieled iż-Żebbuġ madwar issena 1662 u billi deher sa minn żgħożitu quddiem l-għajnejn ta’ missieru u ommu li huwa mwieled xi ħaġa aqwa milli hu x-xogħol tar-raba’, tefgħuh jitgħallem l-iskola, l-ewwel f’Għawdex u mbagħad f’Malta. F’Malta kien jitgħallem għand il-Patrijiet ta’ San Duminku tal-Belt minn fejn ħareġ filosfu u teologu msemmi, imma wisq iżjed imsemmi għall-għerf li hemmhekk huwa tgħallem tal-biża t’Alla. Kien sar qisu mera tal-qaddisin. 1 Atti tal-Vista Pastorali: Visitationes. 2 Arkivju Knisja Katidrali, Reġ. tal-Magħmudijiet Vol. III paġ. 238

50

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Meta reġa’ ġie Għawdex, wara li kien ġie ordnat saċerdot, malajr is-Superjuri tiegħu tawh jaħdem filqasam t’Alla, bis-smigħ tal-qrar u bix-xandir tal-kelma mqaddsa. U għax wera għerf tassew fil-priedki tiegħu li għamel iktar minn darba matul il-kwareżimali hawn filknisja Kolleġjata u fi prietki oħra f’bosta knejjes ta’ din il-gżira ta’ Għawdex, kiseb il-fama ta’ predikatur għaref u msemmi ma’ kulħadd. Imwaqqfa l-parroċċa taż-Żebbuġ mill-Isqof Cocco Palmieri, dan ħatar lilu bħala l-ewwel kappillan tagħna, għalkemm Dun Franġisk kien għadu ħafna fiż-żmien. Kienet din l-għażla ġejja minn Alla li għaliha Dun Franġisk medd għonqu bil-ferħ u beda jaħdem bil-qalb f’din il-merħla ġdida mqegħda taħt idejh. U għax il-ħwejjeġ li jkunu ġejjin minn Alla jirnexxu tajjeb dejjem, tajjeb irnexxiet il-ħidma ta’ Dun Franġisk, għax baqa’ jaħdem bl-istess ħeġġa, ħerqa u mħabba li kien beda bihom, sal-aħħar ta’ ħajtu, jiġifieri sal-20 t’Ottubru 1743, jum tal-mewt tiegħu, meta kellu 81 sena, mibki min-nies tar-raħal tiegħu, bħalma jiġi mibki ragħaj tajjeb. U kellhom raġun jibkuh in-nies taż-Żebbuġ, għax lilhom paxxa mhux biss bl-għixien tar-ruħ, imma ukoll bil-karitajiet li huwa għamel magħhom ta’ somom kbar ta’ flus u bil-legati li ħalla għal wara mewtu; ragħaj tassew tajjeb li fittex il-ġid tal-merħla tiegħu. Barra dan, jidhirli li diġà semmejt band’oħra, kemm ħadem fil-bini tal-knisja u kif għaniha b’relikwi ta’ qaddisin, b’irħam u fided. B’tifkira hawnhekk tiegħu, irrid inżid dan, li hu matul ħajtu kien jieħu gost wisq jgħallem lit-tfal u liż-żgħażagħ il-grammatika, il-filosofija u t-teoloġija u lil xi uħud minnhom il-poeżija latina ukoll. Hekk kien iqatta’ żmienu u l-ħinijiet tal-jum dan il-qassis twajjeb u għaref. Fuq hekk li hu kien dejjem maħbub, imfaħħar u mżiegħel mill-Isqfijiet ta’ żmienu. Meta l-Isqof li qiegħed irieġi dawn il-gżejjer b’imħabba u tifħir mar, fis-sena 1744, jagħmel it-tielet Viżta tiegħu Pastorali f’din il-parroċċa taż-Żebbuġ, x’ħin sabha nieqsa minn dan ir-ragħaj twajjeb u fela l-virtujiet sbieħ li bihom kien imżejjen, amar lillwerrieta tiegħu li jgħattu qabru b’irħama, u biex ismu ma jmut qatt żgur, kiteb dawn il-kelmiet:

51


D.O.M. UT MEMORIA PRIMI PAROCHI HUJUS ECCLESIÆ D. FRANCISCI VELLA OMNIBUS INNOTESCERET OB EJUS PIETATEM DOCTRINAM, ZELUM AC IN PAVPERES MIRAM LARGITATEM, MANDAVIT ILLUST. ET REVEREND. DOM FRATER PAULUS ALPHERAN DE BUSSAN EPISCOPUS MELITENSIS IN DECURSU SUÆ TERITÆ VISITATIONIS SEPULCHRUM HOC FIERI TANTO PROVIDO PAROCO QUI Á FUNDAMENTIS HANC EREXIT ECCLĨAM, EAMQUE TOTAM REDDIDIT MARMOREA.QUICUMQUE PAROCHUS LEGERIT EPITAPHIUM DEMORTUI EXEMPLUM IMITETUR ET ORAT PRO EO. ANNO DNI MDCXLIV. DIE XXIV MEN. SEPTEMBRIS.”

Bil-Malti:

“Ikun imfaħħar il-Kbir Alla Biex kulħadd jgħożż it-tifkira tal-ewwel Kappillan ta’ din il-Knisja, Dun Franġisk Vella, għat-tjubija tiegħu, Għerf, Żelu u Ġenerożità kbira mal-foqra, l-Ill.mu u W. Rev.du Pawlu Alpheran De Bussan, Isqof ta’ Malta, waqt it-Tielet Viżta Pastorali Tiegħu, ordna li jsir dan il-Qabar lill-Kappillan tant ħabrieki, li bena dil-knisja mill-bidu sat-tmiem u mliha kollha rħam.

L-Arċipriet tal-Matriċi tar-Rabat, Dun Karlu Magri ma tantx għoġbitu l-affari tal-parroċċi l-ġodda. Inqalgħu xi diffikultajiet imma fl-aħħar l-Arċipriet Magri ta l-kunsens tiegħu bil-kundizzjoni li l-parroċċa ta’ San Ġorġ tiġi magħquda mal-Matriċi. L-Isqof David Cocco Palmieri qata’ l-erba’ parroċċi ta’ Sannat, Xagħra, Nadur u Żebbuġ bid-digriet tat-28 ta’ April, 1688. Id-digriet iġib dawn ir-raġunijiet g��aliex il-parroċċi għandhom jinqatgħu: 1. Il-parroċċi huma bogħod mill-Matriċi, bejn wieħed u ieħor 4 mili. 2. In-nies ta’ dawn l-inħawi jsibu diffikultà kbira biex jiffrekwentaw is-sagramenti fil-Knisja Matriċi, speċjalment fix-xhur tax-xitwa. 3. Ħafna qegħdin iħallu ta’ spiss il-quddiesa talĦdud u l-festi. 4. It-tfal, bniet u subien, iħallu kważi dejjem ittagħlim tad-duttrina. 5. Xi uħud qegħdin imutu mingħajr sagramenti u l-assistenza tal-qassis.4 Fl-istess digriet l-Isqof Palmieri ordna l-preċedenza bejn dawn il-parroċċi: l-ewwel Sannat, it-tieni Xagħra, it-tielet Nadur u r-raba’ Żebbuġ. Il-parroċċa ta’ Sannat żammet din il-preċedenza sal-1895, meta n-Nadur sar Kolleġġjata u mbagħad ix-Xagħra ħadet il-preċedenza fl-1900 meta saret Kolleġġjata. Illum għandna: Nadur, Xagħra, Sannat u Żebbuġ. L-Isqof ħatar lil Dun Franġisk Vella bħala l-ewwel kappillan tal-Parroċċa taż-Żebbuġ u l-popolazzjoni b’dik tal-Għasri kienet 544 ruħ. Fl-istess digriet, l-Isqof Palmieri obbliga lill-kappillani tal-parroċċi l-ġodda, li ta’ kull sena kellhom jagħtu lillArċipriet tal-Kolleġġjata tar-Rabat, xemgħa bajda

Kull kappillan li jaqra dan l-Epitaffju, Jimita l-Eżempju tal-Mejjet u jitlob għalih. 20 ta’ Settembru 1744”3

9946 1609

Il-Poplu jitlob ’l Isqof biex jaqta’ ż-Żebbuġ Parroċċa L-Isqof David Cocco Palmieri sar Isqof ta’ Malta u Għawdex fis-sena 1681 u ġie kkonsagrat fl-1684. F’dawn is-snin kien ordnat saċerdot, Dun Franġisk Vella u dan kien dritt maħtur bħala Vigarju tażŻebbuġ u tal-Għasri. Milli jidher in-nies ħadu r-ruħ minn meta l-Isqof ta’ qabel, Fra Luca Bueno kien sama’ talbithom u tahom qassis biex iqaddsilhom. Issa kienu jħossu li kienu jistgħu jfendu għal rashom bil-qassis tagħhom u li jkunu jistgħu jgawdu ċerta indipendenza mill-parroċċa tal-Kolleġġjata. Għalhekk għamlu l-kuraġġ u meta l-Isqof Cocco Palmieri mar Għawdex għall-Viżta Pastorali mit-18 t’ April sat-8 ta’ Mejju 1687, il-poplu taż-Żebbuġ u tal-Għasri talbu lil dan l-Isqof biex jaqta’ ż-Żebbuġ parroċċa. L-Isqof meta mar Għawdex malajr sar jaf kemm kien sejjer tajjeb Dun Franġisk fl-apostolat tiegħu fil-ħâra tażŻebbuġ. U billi ra ukoll kemm għamlu ġid fl-erwieħ iżżewġ parroċċi li dan l-aħħar kienu twaqqfu: tax-Xewkija fl-1678 u l-Għarb fl-1679, allura ra li l-poplu ta’ dawn l-inħawi kellu raġun u hu stess ħass il-ħtieġa li jwaqqaf erba’ parroċċi oħra: ta’ Sannat, Nadur, Xagħra u Żebbuġ. 3 De Soldanis Vol II pp. 155-157.

52

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

L-Isqof Fra Davide Cocco Palmieri Pittura ta’ Manuel Farrugia - 2013 4 M.A.V. p.10 18 April 1688.

53


ta’ libbra u jagħtuhielu waqt l-Offertorju tal-quddiesa kantata ta’ nhar Santa Marija. Fis-sena 1719 il-kappillani ta’ dawn il-parroċċi dehrilhom li m’għandhomx jagħtu din ix-xemgħa lillArċipriet waqt il-quddiesa ta’ nhar festa ta’ Santa Marija. Huma riedu jeħduhielu dakinhar, imma d-dar tiegħu. L-Arċipriet ma riedx hekk, qabad kawża magħhom u l-Qorti tal-Isqof qatgħetha li l-kappillani kellhom bħassoltu jibqgħu jagħtu x-xemgħa lill-Arċipriet waqt ilquddiesa kantata. Biż-żmien din id-drawwa nqatgħet u l-kappillani bdew jagħtu 2/6 lill-Arċipriet, kemm kienet tiswa xemgħa ta’ libbra dak iż-żmien. Illum, milli jidher, din id-drawwa nqatgħet ukoll. Il-Prebenda tal-Parroċċa taż-Żebbuġ L-Isqof Palmieri sab diffikultà kbira fuq il-prebenda li ried jagħti lill-kappillani l-ġodda. Għalhekk talab lillGran Mastru Gregorju Caraffa u dan tah bċejjeċ ta’ raba’ mhux maħduma biex jiġu rranġati mill-poplu.5 Fl-1699, l-Isqof Alpheran de Bussan kiteb bħala renta lill-kappillan taż-Żebbuġ erbat itmiem raba’ fil“Ħaġġarija”, jew fejn hemm il-forka. Minn fuq San Ġorġ, l-Isqof ta l-għalqa “ Ta’ Għajn Abdul”, u għalqa oħra “ Tan-Nuffara”.6 Il-limiti tal-Parroċċa meta twaqqfet Jibdew minn xifer il-baħar imsejjaħ ta’ Wied ilMielaħ, imissu mal-limiti tal-Għarb u jibqa’ tiela’ sa ta’ Sdieri min-naħa tax-xellug. Minn hawn igħaddu għattriq li tieħu għall-muntanja ta’ Għammar li mal-ġenb tagħha tax-xellug tmur ma’ din il-parroċċa. Iduru malgħolja ta’ Għammar sa Wied Sara. Jaqsmu t-triq li tieħu għaż-Żebbuġ sal-Ħarrax għall-Wied ta’ Marsalforn li max-xellug dejjem maż-Żebbuġ u l-istess jibqa’ nieżel mal-Wied ta’ Marsalforn. Dawn il-limiti jaħkmu fihom tal-Ġurdan, Wied il-Għasri, iż-Żebbuġ(għolja), Dabrani,

Email: xuerebengineering@yahoo.com

5 M.A.V. p. 9 28 April 1688. 6 M.A.V. p.21.

54

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Kuljat, il-Qolla s-Safra u s-Salvatur u l-Wied taż-Żebbuġ. Dan sal-1921 meta l-Għasri nqata’ parroċċa. Illum illimiti jibdew mill-Wied tal-Għasri, għat-Tafal, Wied Sara sal-Wied ta’ Marsalforn. Il-Knisja Parrokkjali: Bini tal-Knisja l-Ġdida Il-Kappillan Vella beda l-Knisja l-Ġdida fil-25 ta’ Marzu tal-1692 u tlestiet mill-bini fl-24 ta’ Marzu 1719. Id-disinn kien tas-Surġent Mikiel Agius, Għawdxi. Wieħed jammira l-fidi u l-kuraġġ tal-Kappillan u l-merħla tiegħu f’dawk iż-żminijiet imwegħra meta n-nies kienu foqra, kien hemm nuqqas ta’ għodda talbini u anke nuqqas ta’ toroq u toroq ħżiena. Il-Kappillan Vella ta kulma kellu u l-istess għamel il-qassis mir-raħal Dun Franġisk Stivala. In-nies għenet bil-flus, fix-xogħol u fil-ġarr tal-ġebel. Il-ġebel kien jinqata’ minn ta’ Ċejla, li tiġi fil-Wied tażŻebbuġ, qrib il-Qbajjar u ftit minn Wied l-Għasri. Il-ġebel kien jinġarr fuq id-dahar tal-bhejjem, fuq il-karettuni u fuq il-karru. Għadu jissemma’ fejqan tal-għaġeb fi żmien ilKappillan Vella. Il-Kappillan kien tiela’ ma’ wieħed li kien qiegħed iġorr il-ġebel għall-bini tal-knisja fuq id-debba. Id-debba taqa’ u tikser sieqha. Sidha, mifxul x’sejjer jagħmel, iddeċieda li jidfinha hemmhekk. Għaliex huwa fatt li għall-ksur tal-għadam fil-bhejjem ta’ laħam il-kelb, m’hemm l-ebda fejqan. “Le”, qallu l-Kappillan, “stenna ftit.” Il-Kappillan tela’ bilġri l-knisja, ġab ftit żejt mil-lampa tal-Kunċizzjoni, dilek bih is-sieq il-miksura tal-bhima, u ħaġa tal-għaġeb, bħallikieku qatt ma ġara xejn, il-bhima reġgħet bdiet iġġorr il-ġebel.7 Ġrajjiet ta’ żmien il-Kappillan Vella 1. Fis-sena 1675, meta Dun Franġisk kellu erbataxil sena, ħakmet fuq Malta l-marda tal-pesta. Din dejjem kienet xi ħaġa tal-biża u madwar 13,000 7 M.A.V. p. 16

55


2. 3.

Construction & Finishing Materials 4.

5.

mietu f’dik il-ħabta fil-gżira ta’ Malta. F’Għawdex ma miet ħadd. Il-kummerċ ma’ Malta naqas wisq u f’Għawdex waqa’ għaks kbir. Fl-1693, meta l-knisja taż-Żebbuġ kienet fl-ewwel filata tal-bini, fil-11 ta’ Jannar fis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar, theżżet l-art u kexkxet lil kulħadd. Fis-sena 1696, fil-25 ta’ Lulju, dehret kotra bla tmiem ta’ ġurati mal-kampanja kollha taż-żewġ gżejjer, li għamlu ħsara kbira fl-uċuh tar-raba’ u fissiġar. Saħansitra qerdu z-zkuk. Tant kien hemm ġurati li l-poplu ma setax isib tarfhom. Il-gvern allura ħareġ avviż li jagħti erbgħin – li kienet issarraf 40 ħabba jew 3 soldi u 4 ħabbiet – lil kull min joqtol tomna ġurati. In-nies f’Għawdex qatlu numru kbir ta’ ġurati. Il-ġurati nqerdu fit-30 ta’ Lulju meta saret purċissjoni bir-relikwa ta’ Sant’Ursla mill-Kolleġġjata għall-knisja ta’ San Ġorġ. Minn dakinhar ‘l hawn qatt iżjed ma dehru ġurati fi kwantita` kbira. Fis-sena 1725, il-klieb taż-żewġ gżejjer irrabjaw u bdew iduru u jigdmu ‘l kulħadd, anke lis-sidien tagħhom stess. Il-Gran Mastru ħareġ ordni biex ġo Malta u Għawdex ma jibqa’ l-ebda kelb ħaj. Sena qabel miet il-Kappillan Vella, fl-20 ta’ Frar, 1743, inħasset theżżiża ma’ Malta u Għawdex li għamlet ħsara lil ħafna knejjes.8

Opri u oġġetti Sagri ta’ żmien l-ewwel Kappillan 1. Żewġ lampieri. Wieħed magħmul fis-sena 1729 u l-ieħor fis-sena 1730. Dan ġie mogħti lill-knisja b’rigal minn Mikieli Farrugia li kien l-ewwel wieħed li tgħammed fil-parroċċa. 2. Statwa sabiħa tal-fidda tal-Madonna tar-Rużarju, li tinżamm miċ-Ċelebrant fil-purċissjoni li kienet ssir fil-knisja kull l-ewwel Ħadd tax-xahar. 3. Relikwarju tal-fidda li jinżamm miċ-Ċelebrant fil-purċissjonijiet; Kalċi, pissidi, relikwarju ieħor, ċensier u navetta tal-fidda. 4. Il-pittura tal-kwadri tat-Titular, u ta’ San Franġisk Saverju, li jinsab fis-sagristija. 5. Biċċa mill-irħam tal-artali. 6. Il-Fonti tal-Magħmudija bl-istemma tal-Isqof Cocco Palmieri li qata’ ż-Żebbuġ Parroċċa fl1688. Nistgħu ngħidu li dan il-Fonti hu ta’ dak iż-żmien u li dam iservi sas-sena 1962 meta sar ieħor. Il-qadim hu miżmum b’għożża kbira għand Wiġi Zahra. Dan il-Fonti dam iservi l-parroċċa għal 274 sena li min jaf kemm mijiet ta’ trabi tgħammdu fuqu. Opra għażiża bħall-fonti hi ta’ min jieħu ħsiebha u jgħaddiha lil ta’ warajna. 7. Antiphonarium tas-sena 1602 u Graduale Romanum tas-sena 1754. Legati mħollija mill-Kappillan Franġisk Vella Skont l-atti tan-Nutar Aloysio Cremona tal-15 ta’ Lulju 1737, il-Kappillan Vella ħalla dan it-testment. 1. Tletin skud jiġu mogħtija lil xebba li tiġi min-naħa t’ommu, bl-obbligu li tagħmel żewġ quddisiet skont l-intenzjoni tiegħu. 2. Żewġ skudi jingħataw lill-artal tal-Madonna talknisja ta’ Sant’Wistin, Għawdex. 8 M.A.V. pp. 41-42.

56

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

3. Żewġ skudi lill-artal tal-Madonna tal-Kunċizzjoni li jinsab fil-knisja tal-Parroċċa. 4. Żewġ skudi għall-festa tad-Dedikazzjoni talKnisja li ssir kull sena. 5. Jingħata skud għas-servjenti tal-Knisja. 6. Ħalla d-dar tiegħu bil-ġnien magħha bil-piż fuqha li ssir il-Festa tal-Isem Imqaddes ta’ Ġesu’ u talIspirtu s-Santu.9 7. Fl-aħħar ordna li dak li jibqa’ mill-beni mħollija, għandhom iservu għall-manteniment tal-Knisja Parrokkjali.10 Iż-Żebbuġ igħożż it-tifkira tal-Kappillan Vella Dun Franġisk kien għaref u qaddis u huwa għallem u rawwem fil-qdusija lill-erwieħ fdati f’idejh bi bżulija u għaqal tas-sema għal aktar minn 54 sena bħala kappillan u fis-snin ta’ qabel bħala Vigarju. Għamel suċċess kbir fil-ħidma tiegħu. Il-knisja hija monument tiegħu u “taż-Żebbuġin ta’ żmienu.” Il-Kappillan Dun Franġisk Vella miet fis-27 ta’ Ottubru 1743 fl-eta` ta’ 81 sena. Il-poplu beka t-telfa tiegħu. L-għadam tal-kappillan jinsab fil-kappella talKunċizzjoni taħt lapida b’kitba fuqha magħmula millIsqof Fra Pawlu Alpheran de Bussan, Isqof ta’ Malta. Fis-sena 1988 fl-okkażjoni tat-300 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa, il-fdalijiet tiegħu ġew miġbura u mqiegħda f’urna tal-irħam Onice Żebbuġi f’monument imwaqqaf fl-istess kappella tal-Kunċizzjoni fejn għadu jista’ jitgawda sal-lum. 9 Din hija d-dar fejn joqgħod l-Arċipriet tal-Parroċċa. 10 M.A.V. p.38

57


Sopran Jacqueline Vella and Choir Singing performance for all occasions, For that unique voice with a difference... Contact Jacqueline Vella on Tel: 21559042 Mob: 99228339

PAĠNA MUSEUM Minn Mario Xerri - So`ju Responsabbli Għaddiet sena oħra u mill-ġdid reġa’ wasal iż-żmien li niċċelebraw il-festa tal-Assunzjoni ta’ Marija. Din is-sena, festi aktar speċjali fl-okkażjoni tat-325 sena mit-twaqqif tal-parroċċa u l-150 sena mill-miġja tal-istatwa tant artistika fostna. Ta’ kull sena, il-Knisja tiċċelebra din il-festa biex tfakkarna b’mod speċjali fil-ħajja qaddisa u eżemplari ta’ Marija u tistedinna biex fil-ħajja tagħna ta’ kuljum nimitawha fil-mod kif hi għexet. San Ġorġ Preca, fundatur tas-Soċjetà tagħna, kien devot kbir tal-Madonna. Hu nnifsu kien terzjarju Karmelitan u kien iħobb imur jitlob f’santwarji Marjani. Kellu ukoll imħabba speċjali lejn Marija, Omm il-Verbum Dei. Din id-devozzjoni tiegħu lejn Marija tidher ukoll fil-kitbiet tiegħu. Biżżejjed insemmu Il-Benedicta, ilLapidarju u Ir-Rużarju tal-Madonna li huma tliet kotba ta’ tagħlim u talb lil Marija. Barra minn hekk kiteb ħafna talb sabiħ ta’ tifħir lil Marija. Ma nistgħux ma nsemmux hawnhekk il-misteri tarrużarju tad-Dawl li hu kiteb fl-1957 u li l-Beatu Ġwanni Pawlu II ried li jingħadu mill-insara kollha kull nhar ta’ Ħamis. Din id-devozzjoni kbira li kellu lejn Marija, Dun Ġorġ nissilha ukoll fina l-membri tal-Għaqda tiegħu. Hu ried li aħna ukoll inkunu devoti tal-Madonna. Riedna ngħidu ħmistax-il posta rużarju f’kull festa liturġika ta’ Marija, kitbilna programmi ta’ talb u riflessjoni fuq il-ħajja tagħha biex isiru fil-festi tagħha kif ukoll talb ieħor fl-Arloġġ ta’ Talb.

Newlet Out

Jessica’s Delights

Min-naħa tagħna, aħna nippruvaw inkabbru din id-devozzjoni u l-imħabba lejn l-Omm tagħna Marija fit-tfal u ż-żgħażagħ u f’dawk kollha li jiġu f’kuntatt magħna. Għal tliet darbiet fix-xahar, infaħħru lil Marija bit-talba sabiħa tal-Fundatar li ġġib l-isem Libsa ta’ Ġieħ. Kull sena f’Mejju norganizzaw Ġimgħa Marjana għal kulħadd. Din tinkludi talb u tagħlim fuq il-Madonna.

A great selection of cakes, gateaux, semi-freddo & other delicacies. Jessica & Joseph Valley Road, Marsalforn, Gozo. Tel: 21 563635 (Home): 21 559173 58

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

59


Dawn l-attivitajiet, flimkien ma’ oħrajn isiru kull sena fil-Museum tagħna. Aħna ċerti li dawk ittfal u ż-żgħażagħ li jiġu l-Museum regolari, dawk il-ġenituri li jattendu għal-laqgħat li jsiru, kif ukoll dawk li jaqraw il-fuljetti li nibagħtu fid-djar, huma midħla ta’ dawn id-devozzjonijiet u jistgħu anke jistgħu jsemmu oħrajn. Jalla din is-sena ukoll ikollna festa sabiħa li permezz tagħha Marija tressaqna aktar lejn Binha Ġesù. Tkun ħaġa sabiħa li f’dawn iljiem tal-festa, kif ukoll fil-ġranet l-oħra tas-sena nsellmu lil Marija bit-tislima ta’ San Ġorġ Preca: Bil-grazzja mimlija, Omm u dejjem xebba, ħelwa Ommna Marija, itlob ‘l Alla għalina. U hekk semmejna fil-bidu, nagħlqu b’anniversarju ieħor. Tajjeb infakkru li f’Mejju li ġej ser infakkru l-ġublew tal-fidda (25 sena) mit-twaqqif tasSoċjeta’ Museumina fir-raħal tagħna. Bilgħajnuna ta’ Alla u l-interċessjoni ta’ Santa Marija, l-isforz tal-ewwel membri msoqqi bil-għajnuna ta’ bosta u bosta benefatturi Żebbuġin wassal biex iż-żerriegħa mitfugħa 25 sena ilu tikber f’siġra li tagħti kenn lil bosta fir-raħal tagħna. Din hija barka u grazzja kbira. Jalla nagħmlu kull sforz biex ma jiġrix li nkunu ġġudikati li ma approfittajniex biżżejjed minn din il-grazzja. Napprofittaw mil-laqgħat u attivitajiet li jsiru kemm għat-tfal u l-kbar. Ejjew matul din is-sena nitolbu b’iktar ħeġġa sabiex aktar żgħażagħ jilqgħu s-sejħa li jingħaqdu f’din is-Soċjetà ħalli jkomplu dak li bdew ta’ qabilna bil-għan li Ġesù jkun dejjem magħruf u maħbub. Waqt li nirringrazzja lil sħabi s-soċi, katekisti u ġenituri tal-għajnuna u kooperazzjoni tagħkom, nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd.

60

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

61


Iż-Żgħażagħ tar-Raħal daqs Erbgħin Sena Ilu Kitba ta’ Joe Axiaq Sa nofs is-snin sittin tas-seklu l-ieħor, il-biċċa l-kbira tat-tfal taż-Żebbuġ kienu joħorġu mill-iskola hekk kif jispiċċaw il-primarja jekk mhux qabel u s-subien kienu jmorru jgħinu lil missierhom fixxogħol tar-raba’ jew jaqbdu jaħdmu ma’ xi bennej fil-barrieri jew fil-bini u x-xebbiet jibqgħu d-dar jagħtu daqqa t’id fix-xogħol tad-dar u t-trobbija tal-annimali. Ir-rikreazzjoni u l-ħajja ta’ divertiment kienu limitati. Kien hemm xi ħwienet fir-raħal u l-irġiel u l-ġuvintur kienu jinġabru biex jieħdu xi flixkun birra jew tazza nbid wara x-xogħol. Il-karozzi kienu ftit u dawk iż-żgħażagħ ġuvintur li kellhom xi rota jew mutur kienu ftit. L-aqwa ħarġa ta’ nhar ta’ Ħadd kienet meta jinżlu r-Rabat jaraw xi film.

E-mail: info@mayjocarhire.com

Web: www.mayjocarhire.com

Tal-HaĠI GaRaGE Twanny Vassallo & Sons Xogħol fil-Ħadid bħal Imwejjed, Sodod u Poġġamani Bibien, Turġien u Galleriji

Cempel 21561423 - 99880738

44 ‘Dar il-Majistral’, Triq il-Madonna taċ-Ciċri, Żebbuġ, Għawdex

62

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Nhar ta’ Ħadd ħafna żgħażagħ, speċjalment ittfajliet kienu jmorru għas-servizz tal-knisja li kien isir wara nofsinhar u wara jibqgħu niżlin fuq Ta’ Abram sa kważi fejn iċ-ċimiterju jippassiġġaw. It-tfajliet kienu joqogħdu bil-qegħda fuq il-ħajt baxx li jagħti għal fuq l-għelieqi faċċata tal-irdum jistennew lill-ġuvintur biex joqogħdu jinnamraw. Xi ġuvintur li kellhom mutur jew karozza kienu jitilgħu ukoll minn irħula oħra. Meta bdejna nilħqu aħna fis-snin sebgħin, kien hemm aktar żgħażagħ l-iskola sekondarja u konna naħsbuha daqsxejn differenti minn ta’ qabilna. Fis-sena l967, sploda ċ-Ċirklu tal-parroċċa fejn kienu qegħdin jaħdmu n-nar tal-festa. Maddiżgrazzja ġiet il-grazzja, qalu n-nies taż-Żebbuġ, għax il-post inbena f’Ċentru Kattoliku ġdid għallħtiġijiet tal-parroċċa. Il-post issa kellu sala u palk, fejn bħala grupp ta’ tfal u żgħażagħ taħt iddirezzjoni tal-Arċipriet Dun Alwiġ Vella u ħuh, Dun Ġorġ, bdejna nagħmlu lejliet ta’ varjetà u teatrin għan-nies tar-raħal. Kien isir dramm fi tliet atti u wara xi farsa u buzzett. Kienu jiġu kantanti minn Malta bħal Mary Rose Mallia, Marbeck Spiteri, Fr. David Azzopardi u bużullottisti jagħtu wirjiet. Is-sala kienet tkun ippakkjata kull nhar ta’ Ħadd. Ma’ Maestro, Alfred Arnold, Ingliż, residenti f’Għawdex, li kien magħruf għad-daqq tal-pjanu, konna tellajna operetta u kien jakkumpanja lillkantanti bil-pjanu. Fiċ-Ċentru, kienu jiġu jdoqqu ukoll l-aqwa gruppi tal-mużika popolari t’Għawdex . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

f’dawk iż-żminijiet bħal, The Tramps, The Joy Boys u The Geese, biex niżfnu mal-mużika tagħhom. Kmieni fis-snin sebgħin, ix-xena bdiet tinbidel bil-bini l-ġdid tat-teatru Aurora firRabat. Għalkemm il-bini kien għadu tiela’, bdew jorganizzaw dances li għalihom kienu jattendu ż-żgħażagħ mill-irħula kollha t’Għawdex. Flerbgħa ta’ wara nofs in-nhar bdiet titla’ x-xarabank fil-pjazza taż-Żebbuġ biex tniżżel iż-żgħażagħ ir-Rabat. Iż-żgħażagħ kollha t’Għawdex kienu jinżlu jippassiġġaw ‘il fuq u ‘l isfel matul Triq irRepubblika minn quddiem it-teatru Astra satteatru Aurora u lura. Kien hemm min jidħol jara xi film, imma l-biċċa l-kbira ż-żgħażagħ Għawdxin kienu jinġabru fit-teatru Aurora jiżfnu mal-mużika tal-grupp Għawdxi, The Tramps u xi gruppi oħra speċjali li kienu jiġu minn Malta, bħal Black Train, Slug u New Courey. Sat-tmienja ridna nkunu lura Putirjal biex naqbdu l-karozza lura lejn iż-Żebbuġ. Kien l-uniku servizz bix-xarabank u jekk titlef ix-xarabank ikollok titla’ lura lejn ir-raħal bil-mixi. Minħabba li ż-żgħażagħ bdew jinżlu r-Rabat, iċ-Ċentru Parrokkjali beda jitlef mill-attendenzi tas-serati ta’ nhar ta’ Ħadd. Imbagħad, Dun Karm Ċini, li kien għadu kif laħaq qassis ġietu l-idea li jwaqqaf il-Moviment Żgħażagħ Żebbuġin b’ideat Ikompli f’paġna 60

63


SENA

fostna

64

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013


Ż

13

20

de x

Pa rr

3 PA 25 S RR 16

A IJA EN AR .M 63

Iż-

6 E 3 RE NA TA LI

eb bu ġ

S. M STA 15 TW 0 S A 18 S

ija ar

A EN ĊA OĊ 8 8

19 S 50 IP Ċ AR

2012 - 2013

.. Mill-Hajja tal-Parrocca

ċa oċ

aw Għ

2013

. Bidu tal-progett tar-restawr tal-Knisja

2013 .

Gimgha l-Kbira


TA’ BEMBLA: GALLERIJA TA’ TfULITI Jikteb William Saliba Minn meta kont għadni tifel żghir dejjem kont inħobb niġri fl-għelieqi, ingawdi u napprezza n-natura. Dan kien faċli għalija minħabba li trabbejt f’raħal pjuttost imdawwar waħda sew bin-natura: għelieqi u għoljiet li ma tantx huma mimsusin mill-progress. Iż-Żebbuġ hu raħal twelidi, l-ogħla fost l-irħula Għawdxin, propju fit-tarf tal-gżira jħares lejn l-majjistral. Raħal arjuż, f’kuntatt kontinwu malelementi tan-natura. Fis-sajf xemx tisreġ imma xi żiffa ħelwa dejjem tmellsu u fix-xitwa x-xemx fietla tbusu ħelu ħelu u xi drabi daqsxejn riħ qawwi mill-majjistral ma jonqosx. Għadni nisma’ lil ommi tgħid, “erħilu ħa jqaxlef u jqaxxar il-Majjistral!” U tgħid kien iqaxlifhom il-ġbejniet moxxi fuq il-bejt?? Sa minn meta kelli dawk is-seba’ snin iż-Żebbuġ kont nimmaġinah bħal villa b’ħafna galleriji jħarsu lejn ħafna direzzjonijiet. Gallerija minnhom kienet Ta’ Bembla. Ftit metri ‘l bogħod minn fejn noqgħod jien. Dil-gallerija tħares lejn it-tramuntana: faċċata hemm Sqallija. Minn Ta’ Bembla tara ftit inqas minn 180 grad wesa’ ta’ veduta. Veduta li dejjem ħajja. Meta kont żgħir kont immur man-nannu Ta’ Bembla. Hemmhekk kien hemm il-bankijiet li fuqhom kienu jpoġġu rġiel xjuħ il-biċċa l-kbira pensjonanti, jirrakkontaw l-esperjenzi tagħhom ta’ emigranti f’pajjiżi barranin wara t-tieni gwerra dinjija. L-iktar li kien ikun hemm irġiel kien il-Ħadd filgħodu. Mat-tmienja jien flimkien man-nannu Ċikku bl-ixkora tal-aran mitnija f’idejh konna nerħulha għal fuq Ta’ Bembla. Hemm konna nsibu xi tnejn ipejpu l-pipa diġa`. Kienu jinġabru mat-tnax jew ftit iktar. Min jissaħħan fuq l-pensjoni u ż-żieda u min jirrakonta x’kien jagħmel u kemm qala’ flus meta kien l-Awstralja. Mill-gallerija Ta’ Bembla l-Ħadd kont tara lil Toni

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

jonsob. Meta kienet tkun passa tajba kien jaqbad ġmielu. Darba minnhom qaleb ħdax-il darba fuq l-ġojjini. Ftit lil hinn, lejn il-lemin hemm il-lok t’Għajn Mhelel. In-nannu kien jirreferi għalih bħala l-lok tal-ħares. Tgħid għax kien jaf li jien kurjuż u ġieli ppruvajt ninżel ’l hemm u biex ma nibqax nippersisti kien jgħidli hekk? Jekk dik kienet irraġuni ma nagħtihx tort għax il-lok kien nofsu mġarraf u perikoluż. Naqra oħra ‘l hemm jinstab

l-grawnd abjad karti biż-żrar (ħasra li issa sar żdingat!). Kull nhar ta’ Erbgħa ż-Żebbug Rovers għall-ħabta tat-tmienja, wara l-ġurnata tax-xoghol, kienu jinżlu jitrenjaw. Kienu jibdew f’ħajta dawl imma dlonk kienu jixegħlu l-ispot lights li tant kienu qawwijin li kienu jdawlu l-madwar kollu. Minn Ta’ Bembla kien hemm passaġġ għal isfel u kont tilħaq kemm il-lok u anke l-grawnd: kien passaġġ dejjaq u anke mħarbat xi ftit. Illum nibża’ ninżlu pero` meta kont żgħir kont ta’ statura iżgħar u lanqas kont inħabbel moħħi wisq mill-għoli. Dan il-passaġġ iwassal ukoll għal għajn: għajn żgħira pero` ħelwa ħierġa minn ġol-blat. Tiġi eżatt taħt issies qisu xi erba’ sulari ‘l isfel minn Ta’ Bembla. Din kienet ta’ bidwi li kellu għalqa u kien jisqi minnha l-ħxejjex bnini li kien ikollu. Jien għalkemm ilpassaġġ kien wieħed diffiċli malajr beda jirnexxieli ninżel u ntella’ l-ilma f’landi żgħar biex imbagħad kont nimla l-akkwarju li kelli. X’ħin kont tgħolli ftit iktar għajnejk ‘l fuq kont tilmaħ il-baħar bi trejqa li tifirdu minn max-xagħri. Dit-triq tgħaqqad l-bajja tax-Xwejni mad-daħla ta’ Wied l-Għasri . ‘L isfel mit-triq hemm pjanura ta’ blat safrani li kienet isservi għal kollox. Kont tara ħafna sajjieda, min bil-qasba u min bil-konz. Il-

69


Ħadd filgħodu kienet speċjalita`. Minn Ras ir-Reqqa ‘l ġew lejn Wied l-Għasri kont tara sajjied wieħed ħdejn wieħed. Kont nuża t-tromba biex nagħraf iżŻebbuġin li xi kultant kienu jtellgħu xi merina jew anke lampuka. Darba Ġanni tella’ seba’ lampukiet f’temp ta’ siegħa b’sempliċi xlief. Fuq is-sies hemm ukoll l-imlielaħ (illum nofshom żdingati): ħofor żgħar li jimtlew bl-ilma baħar biex bix-xemx isir melħ. Lejn ix-xellug imbagħad hemm munzelli ta’ terrapien b’livelli differenti. Dawk kienu jagħmlu parti minn trakka tal-off road driving. Il-Ħadd filgħaxija kont tara xi nofs tużżana landrovers jixxabbtu ma’ dawn l-għoljiet u n-nies ta’ ġo fihom jissabbtu minn naħa għall-oħra tal-vetturi. Illum din m’għadhiex tintuża u x-xita kaxkret ħafna mit-terrapien. Il-baħar jieħu kważi tliet kwarti tal-veduta li tara mill-gallerija. Sikwit kont nara xi tanker ġej mill-punent għal-lvant mgħobbi kontejners, għaddej qrib ix-xatt ilesti biex jidħol fil-freeport, pero` filgħaxija kont tara xi cruise liner qisu lukanda lussuża mixgħula miexja fuq il-baħar. Mil-lvant, l-opri tal-baħar ibaħħru għall-punent dejjem jiġbdu lejn it-tramuntana x’aktarx immirati biex jidħlu f’xi

Ikompli minn paġna 57

port Taljan. Konna nagħmlu bħal kompetizzjoni min kellu l-ħila jagħraf x’jismu l-cruise liner jew it-tanker mingħajr l-użu ta’ tromba. Malli jidlam, f’temp bnazzi, fuq ix-xefaq konna naraw bħal fistun mixgħul b’dawl qawwi mhux ħażin. Din hija Sqallija mixgħula u meta t-temp kien ikun sabiħ, billi Ta’ Bembla huwa post elevat biżżejjed, id-dwal jidhru avolja hemm mas-sittin mil bogħod minn Ras irReqqa sa Sqallija. Fuq il-lemin ta’ din l-veduta jidher l-Għar ta’ Santa Marija u fuqu l-Qolla l-Bajda, tumbata taflija li qegħda titfarrak ftit ftit bil-qilla tal-mewġ, xita u riħ. Wara l-Qolla hemm it-Torri ta’ Santa Marija fortizza li fi tfuliti kienet inbidlet f’nightclub. Għalkemm kellu isem dan in-nightclub xorta konna nirreferu għalih bħala t-Torri. Il-baħar madwar l-Għar ta’ Santa Marija huwa baxx ħafna u f’żgħuriti min jaf kemm mort ma’ missieri naqbad il-qarnit, naqla’ l-imħar u xi rizza ukoll. Ftit ilu li kont tfajjel mehdi bil-ħajja fil-gallerija, iżda kemm inbidlu l-affarijiet! Illum ħafna jħarsu lejn id-dinja mill-gallerija tal-kompjuter, bilqegħda bejn erba’ ħitan.

Iż-Żgħażagħ tar-Raħal daqs Erbgħin Sena Ilu

u bi tmexxija ġdida u ż-żgħażagħ tar-raħal bdew jerġgħu jingħaqdu f’ambjent lokali. Għalhekk minbarra l-għaqdiet reliġjużi li kien hemm, dawk tal-Legion of Mary u l-Azzjoni Kattolika, il-Moviment Żgħażagħ Żebbuġin beda jiġbor ittfajliet u l-ġuvintur f’għaqda waħda flimkien. Mhux kulħadd ħa pjaċir b’għaqda ta’ xebbiet u ġuvintur flimkien. Bdejna norganizzaw attivitajiet li qatt ma kienu saru fir-raħal. Darba għamilna ħajk miż-Żebbuġ sa Għajnsielem. Għall-ewwel darba fir-raħal organizzajna l-mejda tal-appostli għallġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa fiċ-Ċentru Kattoliku. Jien ktibt pulit b’ittri kbar Rumani l-ismijiet tat-tnax l-appostlu fuq kards u poġġejnihom fuq mejda twila

mifruxa bi tvalja bajda fil-kamra t’isfel. Maġenb kull isem poġġejna porzjon ta’ ikel magħmul minn ross, għaġin, ikel fil-landi, preserve u xorb ħafif. Taħt il-mejda kien hemm borma kbira tfewwaħ il-kamra skont riċetta ta’ taħlita ta’ ħwawar minn waħda min-nisa anzjani tar-raħal. Wara li għaddew il-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa, ktibna l-ismijiet kollha tal-familji Żebbuġin, poġġejnihom f’borża u tellajna isem ta’ familja għal kull porzjon ta’ ikel li kien hemm fuq il-mejda u morna nagħtuh lil dawk il-familji li telgħu bixxorti. Mit-tarf ta’ Triq il-Ponta sat-tarf l-ieħor talPonta ta’ Għajn Melel, ktibna kull dar u kull familja bil-laqam tagħha, bl-isqaqien kollha tar-raħal.

IL-KAPPILLAN DUN ĠWANN CAMILLERI (1830-1910)

Il-Kappillan li 150 sena ilu ġab l-istatwa ta’ Santa Marija Kitba u riċerka minn Dun Duminku Camilleri Din is-sena jaħbat il-150 sena mill-miġja tal-istatwa titulari tal-parroċċa taż-Żebbuġ, ta’ Santa Marija Assunta Reġina. Statwa tassew artistika maħduma fil-kartapesta fil-belt ta’ Marsilja ġewwa Franza fis-sena 1863. Għalkemm ma nafux min ħadem din l-istatwa singulari fil-gżira tagħna, nafu żgur li nħadmet mid-ditta ġewwa l-fabrika Galard Statuaire Marseille. Għalhekk bix-xieraq li f’din is-sena niftakru ukoll fit-tmien kappillan taż-Żebbuġ, Dun Ġwann Camilleri (1863-1865) li ħadem u stinka biex tinġab din l-istatwa devota fil-parroċċa tant għażiża f’dan ir-raħal. Dun Ġwann twieled fid-9 ta’ Diċembru 1830 finNadur minn Martin Camilleri u Margerita neè Bajada. Il-Kappillan Dun Nikol Spiteri (1828-1853) għammdu ‘l għada, fejn kellu bħala l-parrini lil Ġużeppi Camilleri u Marija Xuereb. Tawh l-ismijiet ta’ Mikiel, Ġwanni u Ġużeppi.1 Beda jiġi msejjaħ bit-tieni isem tal-magħmudija.

Irċieva t-Tonsura nhar il-25 ta’ Frar 1853. Imbagħad nhar l-4 ta’ Diċembru 1853 ħa erba’ Ordnijiet oħra f’daqqa, dawk ta’ l-Ostjarjat, Lettorat, Eżorċistat u l-Akkolitat. L-ewwel ordni maġġuri tas-Suddjakonat ħadu fit-18 ta’ Diċembru 1854. Sena wara rċieva l-aħħar żewġ ordnijiet, dak tad-Djakonat nhar it22 ta’ Diċembru 1855 u jumejn wara ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof Publiju Sant (1847-1864) fil-20 ta’ Diċembru 1856, fl-età ta’ 26 sena.4 Ma nafux x’kien ix-xogħol tiegħu fil-parroċċa tan-Nadur fl-ewwel snin tiegħu bħala saċerdot iżda wieħed jista jissopponi li kien ukoll viċi-parroku. Dan kien fi żmien il-kappillan Dun Ġwannbattista Grech (18551881).

1 2 3 4

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Kemm dam bħala kappillan kellu l-ommu Margerita tieħu ħsiebu. Iżda l-marda kiefra tal-kolera li kienet

Sa minn ċkunitu kien wera x-xewqa għall-iskola. Kif kienet l-użanza dak iż-żmien, kienu jmorru għand xi saċerdot ħalli jitgħallem dak li huwa bażiku. Nafu l-iskola primarja fin-Nadur bdiet fis-sena 1842 meta Ġwanni kellu tnax-il sena.2 Huwa kompla l-istudji tiegħu għas-saċerdozju fis-Seminarju ġewwa Malta peress li Għawdex kien għadu mhux djoċesi.3

Seba’ snin wara, fl-età ta’ 32 sena, eżattament fit-8

70

ta’ Marzu 1863, l-istess Arċisqof Sant ħatru bħala t-tmien Kappillan taż-Żebbuġ. L-ewwel magħmudija kienet tat-tarbija Rosa Cini fil-10 ta’ Marzu 1863. Bħala kappillan stinka biex reġa’ daħħal it-tradizzjoni antika tal-quddiesa kmieni u fil-ħin. Il-parruċċani kienu jħobbu din id-drawwa antika u għalhekk Dun Ġwann mill-ewwel kellu simpatija tajba. Kien ukoll kappillan ta’ serjetà, iżda kellu tattika għaqlija, ħabrieki, dħuli u fuq kollox kien dejjem ifittex biex igħin iż-Żebbuġin mill-aħjar li seta’. L-ewwel ħaġa li għamel kien li jiġbor ħalli jordna l-istatwa titulari ta’ Santa Marija, l-ewwel waħda ta’ din ix-xorta f’Għawdex. Kif diġà ktibna din ġiet ordnata ġewwa Franza f’Marsilja. Nafu li din l-istatwa ħarġet għallewwel darba għal festa f’Awissu 1863.5

APN, Bapt., v. V, f. 256, n. 2208. DeBono J., F’Għeluq il-150 sena mill-ftuħ ta’ Skola Primarja finNadur 1842-1992, p. 7. Id-djoċesi ta’ Għawdex twaqqfet fil-16 ta’ Settembru 1864, tmien snin wara li sar saċerdot. AAM, R.O. Sant., 1818-1857, f. 102r.

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

sikwit iżżur il-gżejjer Maltin minħabba nuqqas ta’ igiene, għalhekk fis-sena 1865 reġgħet tfaċċat din l-imxija. Bdiet f’Malta f’Lulju u spiċċat fis-17 ta’ Novembru 1865 u ħalliet 1,873 vittma, ekwivalenti 5

Vella Ġ., Iż-Żebbuġ il-Parroċċa ta’ Santa Marija, pp. 53, 55.

71


ta’ 15-il persuna kuljum. F’Għawdex daħlet fl-20 ta’ Lulju fejn bdiet mix-Xewkija u tferrxet f’ħakka ta’ għajn fejn mietu madwar 256 ruħ.6

Kolleġġjata sena wara. Iżda l-ħolma tiegħu saret realtà għaliex saċerdot twajjeb, Dun Ġużepp Vella (1854-1906), flimkien ma’ ħutu ħarġu l-ispejjeż huma, fejn ġiet imbierka u kkonsagrata nhar it-22 ta’ Mejju 1910, ftit jiem qabel ma miet.13 Lejn issena 1908, stinka ħafna biex iħajjar il-Frères ta’ De la Salle ħalli jinfetaħ f’Għawdex orfanatrofju, iżda bla suċċess. Dan kellu jinfetaħ snin wara fissena 1923 bil-kollaborazjoni tal-kappillani kollha ta’ Għawdex.14

Fiż-Żebbuġ bdiet fit-23 ta’ Awissu u damet sal-10 ta’ Ottubru 1865. Dun Ġwann kien bi qlubija u mħabba kbira jassisti mal-morda minn filgħodu sa bil-lejl. Miż-Żebbuġ insibu li mietu dsatax-il ruħ fejn waħda mill-vittmi kienet omm il-kappillan stess. Margerita mietet fl-eta` ta’ 63 sena nhar is-27 ta’ Awwissu 1865 fejn ġiet midfuna ż-Żebbuġ stess. Iżda naraw li wara 16-il sena, fis-sena 1881, meta Dun Ġwann issa kien laħaq kappillan tan-Nadur, huwa ġabar ilfdalijiet ta’ l-għażiża ommu u difinha fil-knisja tanNadur.7 Il-Kappillan Camilleri dam fil-parroċċa taż-Żebbuġ fuq sentejn, sat-30 ta’ Ottubru 1865. L-ewwel Isqof ta’ G��awdex, Mons. Mikiel F. Buttigieg (1864-1866) ħatru bħala d-disa’ Kappillan tal-parroċċa taxXagħra, fejn dam għal 16-il sena sas-sena 1881. Hawn naraw li l-Kappillan tax-Xagħra, Dun Franġisk Buttigieg (1817-1863), li kien ukoll mill-parroċċa tanNadur u kien jiġi l-kuġin tal-istess l-Isqof Buttigieg, kien għadu kemm miet bil-kolera fit-3 ta’ Ottubru 1865 fl-eta` ta’ 47 sena, vittma tal-imħabba lejn ilmorda tal-parroċċa tiegħu.8 Wieħed jista jissopponi li l-għażla waqgħet fuq Dun Ġwann peress li dan ukoll ma beżax idur bil-morda tal-kolera b’riskju kbir għal ħajtu. Jingħad li din il-marda li tittieħdet messitu fejn wara għaddieha lil ommu Margerita. Iżda wara li huwa ħelisha, ommu marret quddiem il-Mulej. F’din il-parroċċa tal-Bambina, stinka ukoll biex jordna l-istatwa titulari mill-istess Ditta tal- Galard Statuaire Marseille. Din waslet ix-Xagħra fis-sena 1873 u ħallas għaliha ċertu Anġlu Bonello u ġiet tqum 100 skud (€19.40). Kif ukoll fis-sena 1879 ordna għand l-istess ditta l-istatwa ta’ San Ġużepp fejn ħallas għaliha Wiġi Cini. Kien dan il-kappillan li fis-26 ta’ Mejju 1878 ikkonsagra l-knisja talBambina flimkien mal-altar maġġur tal-irħam, millIsqof Mons. Pietru Pace (1877-1888).9 Minn hawn, fl-età ta’ 51 sena, fl-1 ta’ Marzu 1881, l-Isqof Pietru Pace ħatru bħala d-disa’ Kappillan talparroċċa fejn twieled, dik tan-Nadur. Dun Ġwann kien l-ewwel Kappillan Naduri għal din il-parroċca. Għalhekk f’raħal twelidu l-ewwel ħaġa li għamel kien li bħaż-żewġ parroċċi l-oħra ordna l-istatwa titulari ta’ l-Appostli San Pietru u San Pawl għand l-istess ditta. L-istatwa ta’ San Pietru tħallset milqarib tiegħu Mikieli Caruana u ta’ San Pawl millparruċċani kollha. Ġiet tqum 300 skud (€58.2), u żżanżnet fl-Imnarja tas-sena 1882. 6 7 8 9

72

Inguanez J., Ġrajjiet Malta fl-Imgħoddi, p. 293; Gauci A., Pajjiżi taħt l-Ingliżi, p. 18; Devot ta’ Maria, Ġunju 1892, p. 102. APŻ, Mort., v. I, f. 247; APN, Mort., v. IV, f. 29, n. 534; Vella Ġ., Iż-Żebbuġ il-Parroċċa ta’ Santa Marija, p. 55. Bonnici A., In-Nadur, v. II, p. 79; Refalo Rapa G., The Xagħra Monumental Church, p. 22. Refalo Rapa G., The Xagħra Monumental Church, p. 23.

Fl-età ta’ kważi 80 sena, wara li kien ilu jmexxi l-parroċċa fejn twieled għal 29 sena, l-Arċipriet Kan. Ġwann Camilleri miet fil-31 ta’ Mejju 1910. Ilfuneral ta’ dan l-Arċipriet kien verament kbir għaliex fih, barra l-parroċċa tan-Nadur, ħadu sehem ukoll iż-żewġ parroċċi l-oħra li fihom kien kappillan qabel, dawk taż-Żebbuġ u tax-Xagħra. Iċ-ċerimonja funebri saret minn Mons. Alfons Hili (1865-1943). L-Arċipriet Camilleri ġie midfun fil-Kolleġġjata tanNadur fil-qabar numru 18 li hu nnifsu kien lesta għalih. Wara, kif kienet l-użanza f’dak iż-żmien, ilfdalijiet tas-saċerdoti kienu jinġabru u jitqiegħdu filkanerja tal-qassisin li tinsab taħt il-Kor, wara l-altar maġġur.15

Jibqa’ jissemma ukoll għaliex kien hu l-ewwel li beda jissejjaħ bit-titlu ta’ Arċipriet tan-Nadur, fid-19 ta’ Diċembru 1893. Iżda ma kienx biżżejjed, għaliex dlonk wara beda jitħabat biex jgħolli l-parroċċa għad-dinjita` ta’ Kolleġġjata, it-tielet waħda f’Għawdex, wara tal-Katidral u tal-Għarb. Fil-fatt hekk sar mill-Papa Ljun XIII (1878-1903) bil-bolla Sanctæ Romanæ Ecclesiæ tad-19 ta’ Settembru 1894. Dun Ġwann kien l-ewwel saċerdot li ħa l-pussess ta’ Kanonku flimkien mal-oħrajn fid-19 ta’ Mejju 1895.10 Fil-bolla tal-Kolleġġjata kien ġie ordnat li l-Arċipriet kellu jkun wieħed bid-dottorat jew liċenzjat fit-teoloġija jew fil-liġi tal-Knisja u Ċivili, u Dun Ġwann ma kellux. Għaldaqstant talab li jkun dispensat minn dan minħabba li kellu 65 sena. Din it-talba ġiet milqugħa mill-Papa Ljun XIII, fid-19 ta’ Novembru 1895.11

Biex dan l-ewwel Arċipriet jibqa’ mfakkar, in-neputi tiegħu l-Arċipriet Dun Martin Camilleri (1910-1921), kien qiegħed iħejji li fil-knisja Kolleġġjata jitwaqqaf monument f’ġieħu. Sar mezzo-bust tal-imsemmi Arċipriet, iżda dan għal xi raġuni jew oħra baqa’ ma sarx. Dan jista’ jkun li ġara minħabba l-mewt bikrija ta’ neputih.16 Iżda fis-sena 1926 erba’ neputijiet oħra ordnaw u ħallsu r-ritratt ta’ dan l-Arċipriet li tqiegħed fl-Awla Kapitulari nhar l-1 ta’ Jannar 1927.17 F’għeluq l-ewwel ċentinarju ta’ l-istatwa titulari, 1882-1982, fuq l-inizjattiva tiegħi, ġie inawgurat monument f’gieħ l-Arċipriet Kan. Ġwann Camilleri 13 14 15 16 17

IL-ĦABBAR , Sibt, 9/6/1894, p. 3; Devot ta’ Marija, Lulju 1910, p. 111; Camilleri D., Il-Knisja tal-Qalb ta’ Ġesu, (2001). Bezzina J., Gaulitana 4, Saint Joseph Home, pp. 13, 15. APN, Mort., IV, f. 409, n. 3340; Devot ta’ Marija, Lulju 1910, p.112. Dan li qiegħed nikteb nafu mir-ritratt li akkwistajt għall-profil ta’ dan l-Arċipriet. Noti Portelli, 1/1/1927.

li tqiegħed fin-navata tan-nofsinhar, faċċata tanniċċa bl-istatwa titulari ta’ San Pietru u San Pawl. Il-bust u dekorazzjonijiet saru minn Alfred Camilleri Cauchi u l-irħam inħadem mid-Ditta Ellis filwaqt li l-iskrizzjoni saret mill-Kan. Pen. Dun Anton Borg.18 Fis-sena 1984, flok ir-ritratt, il-parroċċa ordnat kwadru pittura ta’ dan il-benefattur li ġie mpitter millpittur il-Kav. Pawlu Camilleri Cauchi.19 Fl-aħħarnett fis-sena 1997, l-awtur ħa ħsieb biex jissuġġerixxi lill-Kunsill Lokali biex tiġi msemmija triq għalih filparroċċa li tant kien iħobb kif fil-fatt hekk sar.20 18 19 20

Cauchi Ġ, Djarji n. 4, p. 4. Cauchi Ġ, Djarji n. 4, p. 77. M.G.G., 27/5/1997, n. 16,461.

Kemm dam ragħaj tal-parroċċa tan-Nadur huwa rnexxielu ukoll iżejjen it-tempju tiegħu, minbarra blistatwa titulari, billi għamel diversi opri.12 F’Ġunju 1894 kien diġa` beda jaħseb biex jibni knisja oħra żgħira li din tkun iddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Iżda din l-idea kellha titwarrab minħabba l-ispejjeż kbar li ġabet magħha l-erezzjoni tal10

Bonnici A., In-Nadur, v. II, pp. 114-115; AKN, Atti Kap., Cenni erezione Collegiata di Kan. Tez. Martinu Camilleri, ff. 3-10; Camilleri D., VIGILAT 7, Il-Kolleġġjata Insinji tan-Nadur, pp. 67, 174-177. 11 AKN, Kopja ta’ Rikors flimkien mad-Dispensa mill-grad akkademiku, 19/11/1895. 12 Għal aktar informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li huwa wettaq filparroċċa, ara, Bonnici A., In-Nadur, v. II, pp. 112-184; Camilleri D., VIGILAT 5, 100 SENA ARĊIPRETALI, pp. 33-37.

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Ritratt tal-funeral tal-Arċipriet Dun Ġwann Camilleri fin-Nadur

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

73


ACCOUNTS O LEVEL TUITION Commencing in August in preparation for Matsec and Edexcel London 2014 Classes to be held once weekly, learning material to be provided and past examination papers shall be thoroughly covered. The course is also ideal for students currently pursuing Business Studies.

Call 99891202

Xwejni Kiosk Pizza bi prezzijiet irħas, Kull tip ta’ Snacks, Drinks u Birra

IL-PARROċċA: 50 SENA ARċIPRETALI Il-Kapp. D. franġisk Mercieca - L-Ewwel Arċipriet Kitba ta’ Dun Ġorġ Vella Ħamsin sena ilu, sewwasew fit-12 ta’ Marzu 1963, il-parroċċa matriċi taż-Żebbuġ ġiet mgħollija għaddinjita` ta’ arċipretali. Kien wisq jixraq li din il-parroċċa jingħatalha dan il-ġieħ u l-unur meta nafu li ż-Żebbuġ sar parroċċa ma’ tliet parroċċi oħra, in-Nadur, ixXagħra u ta’ Sannat u dawn kien ilhom igawdu dan l-unur ħafna snin qabel u n-Nadur u x-Xagħra kienu ukoll mgħollija għall-unur ta’ kolleġġjata. Iżda ż-Żebbuġ donnu kien minsi għal kollox u baqa’ mingħajr din id-dinjita` ta’ arċipretali sas-sena 1963. Naqraw fl-istorja ta’ din il-parroċċa li kien sar tentattiv fl-imgħoddi. Kien is-Sur Anġlu Mizzi, li kien Malti u li kellu post ta’ villeġġjatura fiż-Żebbuġ u fi żmienu kien tħabat biex il-parroċċa tingħata din id-dinjita`, iżda t-tħabrik tiegħu safa’ fix-xejn għaliex kollox baqa’ kif kien. Iż-żmien tal-għoti ta’ din id-dinjita` arċipretali kien għadu fil-bogħod. Minn dakinhar ‘il quddiem, ma jissemma’ xejn dwar talbiet lill-Awtorita` tal-Knisja biex iż-Żebbuġ jingħata dan l-unur kif kien jistħoqqlu. Il-Kappillan Dun Franġisk Mercieca li beda jmexxi l-parroċċa fis-sena 1938 u dam imexxiha b’żelu u b’impenn sa Novembru tas-sena 1964, jiġifieri salġurnata tal-mewt tiegħu. Jiena u ħija li trabbejna u għexna miegħu nafu sewwa kemm ħadem biex ilparroċċa jġibha ‘l quddiem f’kull aspett tagħha salġurnata ta’ mewtu u baqa’ jitħabat allovolja saħħtu kienet marret ħafna lura speċjalment meta kien naqsu d-dawl t’għajnejh saħansitra f’dik is-sena stess li l-parroċċa saret arċipretali. Kellu jagħmel operazzjoni f’għajnejh u dakinhar ma kinitx operazzjoni ħafifa. Dun Franġisk kellu xewqa kbira li l-parroċċa taż-Żebbuġ jingħatalha l-unur u d-dinjita` ta’ arċipretali. Min jaf kemm-il darba smajtu jgħid: ‘Għaliex iż-Żebbuġ m’għandux jingħatalu dak li jistħoqqlu ladarba t-tliet parroċċi sħabu ilhom igawdu dan il-ġieħ għal tant snin?’. Jiena naħseb li hu mhux darba u tnejn kien ressaq it-talba lil Mons. Isqof Ġużeppi Pace li dak iż-żmien kien l-isqof djoċesan ta’ Għawdex. Naf biss li darba smajtu jgħid li Mons. Isqof Pace kien bagħat

7904 5778 • 9986 6757 74

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

għalih. Iz-ziju mar u qal lill-Isqof, ‘Jaqaw sa tagħtini l-aħbar tant mixtieqa li l-parroċċa ser iżżejjinha biddinjità ta’ arċipretali?’. Iżda l-Isqof dlonk wieġbu: ‘Jien bgħatt għalik biex nibgħatek arċipriet f’parroċċa oħra’. Iz-ziju wieġbu, ‘Jien fejn qiegħed ninsab kuntent u għal qalbi. Jien tħabatt biex iż-Żebbuġ ikun mgħolli għad-dinjità ta’ arċipretali mhux biex insir arċipriet jien, iżda biex iż-Żebbuġ jingħatalu dak li jistħoqqlu’. Jiena naħseb li din ittweġiba ta’ Dun Franġisk baqgħet iddur fil-widnejn u fil-qalb tal-Isqof Mons. Ġużeppi Pace. Minn dan nistgħu naraw kemm dan il-kappillan kellu l-imħabba kbira lejn il-parroċċa Żebbuġija u kemm kellu qalbu marbuta magħha. Kien bniedem ta’ prinċipji u min jaf kemm drabi bata u sofra sabiex ma jċedix għal prinċipji li kienu jmexxuh ħalli jkun missier tajjeb u ħanin ma’ kulħadd u ma’ kulħadd kien jimxi kif suppost mingħajr ma jħares lejn wiċċ ħadd. Fejn jidħlu d-drittijiet tal-parroċċa u tal-membri kollha tal-Komunita` Parrokkjali kien dejjem jiddefendihom bl-ikbar serjeta` u determinazzjoni. Ix-xewqa tiegħu kienet li ż-Żebbuġ ikun onorat kif jistħoqqlu. Għalhekk baqa’ jinsisti biex il-Parroċċa jingħatalha dak li jistħoqqilha. Kellha tkun is-sena 1963, li dik is-sena ħabtet ukoll għeluq il-100 sena tal-miġja talistatwa titulari tal-parroċċa. Mitt sena qabel, fis-sena 1863 il-Kappillan Dun Ġwann Camilleri, saċerdot mill-parroċċa arċipretali u kolleġġjata tan-Nadur ġab l-isbaħ rigal lill-parroċċa taż-Żebbuġ – statwa l-iktar sabiħa li qatt ma tixba’ tħares lejha, statwa l-ġmiel tagħha li baqgħet sal-ġurnata tal-lum, ħamsin sena wara. Baqgħet kif kienet, qatt ma ntmesset għalkemm kultant kien jinqala’ xi ħadd li jkun irid jagħmel xogħol ta’ restawr, iżda kemm iz-ziju kif ukoll ħija qatt ma ried lil ħadd imissiha. Iż-Żebbuġ għandu dan il-ġojjell u j’Alla jibqa’ jkun ġojjell mhux biss għall-poplu tal-lum iżda ukoll għall-ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu fil-ġejjieni. Mela s-sena ukoll din l-istatwa tagħlaq 150 sena fostna. Grazzi Mulej. Issena 1963 il-Kappillan Dun Franġisk kellu jiċċelebra

75


għeluq il-25 sena kappillan tażŻebbuġ, kwart ta’ seklu. Kellha tkun din is-sena straordinarja li l-Kappillan Mercieca jara xewqtu sseħħ. Kienet ilġurnata tat-12 ta’ Marzu tal-1963, Festa ta’ San Girgor Papa, Titular u Patrun tal-Parroċċa ta’ Kerċem. F’dak iż-żmien kienet issir il-purċissjoni mill-iktar sabiħa bis-sehem talparroċċi kollha ta’ Għawdex, purċissjoni mill-Knisja Katidrali għallKnisja ta’ San Girgor f’ta’ Kerċem. Filgħodu konna ħadna sehem f’din il-purċissjoni penitenzjali u ta’ radd il-ħajr. Filgħaxija waslet l-aħbar sabiħa li l-parroċċa taż-Żebbuġ ingħatalha l-ġieħ u l-unur ta’ parroċċa arċipretali. Il-Kappillan Mercieca, ferħan filgħaxija ħabbar lill-poplu tal-parroċċa li din kienet ġiet mgħollija għal din id-dinjita` li żgur kien jixirqilha u jistħoqqilha. Il-poplu feraħ għal din l-aħbar u radd ħajr lil Alla għal dan il-ġieħ mogħti lill-parroċċa. Ilħidma tal-kappillan Dun Franġisk tat il-frott mixtieq minnu u mill-membri tal-komunita` parrokkjali. Il-Kappillan Mercieca, issa l-ewwel arċipriet tal-parroċċa, ried li għal din il-ġrajja sabiħa jiġu organizzati festi speċjali fl-okkażjoni tal-festi titulari ta’ Santa Marija ta’ dik is-sena 1963. Għalhekk tħejja programm ta’ ġimgħa festi mit-18 t’Awwissu li laħqu l-qofol tagħhom il-Ħadd 25 b’festi esterni ta’ Santa Marija – il-ftuħ ta’ dawn il-festi kien il-Ħadd 18 tax-xahar, b’Akkademja Mużiko-Letterarja li saret taħt il-presidenza tal-Eċċ. Tiegħu Mons. Isqof Ġużepp Pace. Fil-programm ta’ din l-akkademja sar diskors mill-W.Rev. Mons. Kantur Andrea Vella dwar l-istorja tal-parroċċa taż-Żebbuġ. Niftakar li Mons. Andrea Vella kellu jkun l-ewwel saċerdot miżŻebbuġ li jikteb l-istorja tal-parroċċa li permezz ta’ tant tagħrif sirna nafu dwar dak li għaddiet minnu l-parroċċa. Għalhekk kien jixraq li f’dik l-okkażjoni Mons. Vella jinseġ diskors sabiħ sabiex juri kemm iżŻebbuġ kien jistħoqqlu li jingħata dan l-unur u din iddinjita` ta’ parroċċa arċipretali. L-Arċipriet Mercieca ma naqasx li jagħmel ukoll diskors fejn l-ewwel u qabel kollox radd ħajr lil Alla u lill-Madonna għal dak kollu li għamlu mal-parroċċa taż-Żebbuġ sa millewwel mument tat-twaqqif. Fakkar b’mod speċjali lill-Kappillani li mexxew il-parroċċa, mill-ewwel kappillan Dun Franġisk Vella li beda jibni parroċċa

76

ġdida taħt il-ħarsien tal-Verġni Marija Assunta. Irringrazzja lis-saċerdoti kollha, lajċi, benefatturi u dawk kollha li taw is-sehem tagħhom fil-bini kontinwu tal-parroċċa sal-ġurnata tal-lum. Irringrazzja wkoll lill-Eċċ. Tiegħu Mons. Isqof Ġużeppi Pace li aċċetta t-talba tiegħu u ħadem sabiex iż-Żebbuġ jingħatalu din id-dinjita` kif kien jistħoqqlu. F’din l-okkażjoni ħadet sehem l-orkestra tal-parroċċa taħt it-tmexxija ta’ Mro. Anton Mallia, fundatur ta’ din l-orkestra, li fost kollox daqqet innijiet Marjani u l-Antifona ta’ Santa Marija, kompożizzjoni tiegħu stess . Il-festi speċjali komplew matul il-ġimgħa kollha. It-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa kien saru t-tlett ijiem tat-tridu. Il-Ħamis saret translazzjoni tar-relikwa. Il-Ġimgħa u s-Sibt funzjonijiet speċjali u l-qofol tal-festa kien il-Ħadd. Filgħodu l-Eċċ. Tiegħu Mons. Isqof iċċelebra Pontifikal Solenni u għamel l-omelija għall-okkażjoni. Niftakar li dak iż-żmien l-Isqof kien jassisti biss mit-tron għallQuddiesa Solenni tal-festa. Il-Liturġija dak iż-żmien kienet issir mod ieħor. Iżda għal din l-okkażjoni Mons. Isqof kien aċċetta t-talba tal-Arċipriet Mercieca li jmexxi l-Pontifikal u filgħaxija bħala għeluq talfesti sar il-kant tal-Għasar u l-Purċissjoni u wara tkanta l-innu ta’ radd il-ħajr ‘Te Deum’ u ngħatat ilbarka ta’ Ġesu’ Ewkaristija. Matul dawn il-festi ħadu sehem kważi l-parroċċi kollha kolleġġjati, arċipretali u parrokkjali. Kienu festi sbieħ u li kien xieraq li jiġu ċċelebrati f’din l-okkażjoni. Fuq il-bieb il-kbir talfaċċata tpoġġiet skrizzjoni kbira li kienet inkitbet minn Dun Ġorġ Vella li dakinhar kien seminarista li kien qiegħed jipprepara biex isir saċerdot. Kienu festi sbieħ u speċjali li qatt qabel il-parroċċa ma kienet rat bħalhom. Il-poplu ta sehem attiv u għen kemm seta’ sabiex jirnexxu l-festi kollha li saru u hekk jibqgħu tifkira dejjiema għall-ġenerazzjonijiet futura. Dun Franġisk Mercieca, l-ewwel arċipriet, kien sodisfatt b’dak kollu li sar għaliex ix-xewqa tiegħu saret realta`, jiġifieri li jara l-parroċċa li tant ħabb jingħatalha dan l-unur li tant kien jisħoqqilha. Iżda ftit kellu jgawdi dan li tant tħabat għalih. Dik is-sena stess f’Novembru qrib il-festi li ukoll kienu wisq għal qalbu,

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

jiġifieri l-festa ta’ San Fortunatu Martri, kellu jagħmel l-operazzjoni f’għajnejh billi d-dawl kien naqsu sew tant li ma setax jieħu sehem fil-festi billi kien l-isptar. Wara ġranet ħareġ mill-isptar u għalkemm kien mar xi ftit għall-aħjar ma kienx ġie f’tiegħu għal kollox tant li l-isqof kien tah il-permess li jiċċelebra l-Quddiesa d-dar. Wara xi żmien reġa’ beda l-ħidma tiegħu billi kellu l-għajnuna ta’ ħija u anke s-saċerdoti l-oħra . Baqa’ jagħmel dak kollu li seta’ sabiex il-poplu ma jkun nieqes minn xejn u l-parroċċa tkompli l-missjoni tagħha. Wasal iż-żmien li jitlob lill-Isqof biex jagħmillu kuġitur għaliex dak iż-żmien hekk kienet il-proċedura skont il-liġijiet tal-Knisja. L-Isqof laqa’ t-talba tiegħu u wara li ħija għamel l-eżami meħtieġ għal din ilkariga, hu ġie maħtur arċipriet kuġitur tiegħu. Feraħ ħafna b’din l-aħbar iżda dan il-ferħ kien biss għal ftit ġranet. Il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru 1964 niżel irRabat kif ġeneralment kien imdorri jagħmel kull nhar ta’ Ġimgħa. Meta kien ser jerġa’ lura lejn iż-Żebbuġ max-xarabank tal-10.00 am ħassu ħażin ħdejn ilBanca Giuratale, ingħatalu s-sagrament tal-Griżma tal-Morda u wara ftit ruħu marret għand il-Mulej għallħlas dejjiemi. Hekk dan l-ewwel arċipriet li tant ħadem għal din il-parroċċa temm il-ħajja tiegħu fuq din l-art u nisperaw li mar igawdi lill-Mulej u l-Verġni Mbierka. Mexxa din il-parroċċa għal madwar 27 sena. Intant, arċipriet kellu jkun in-neputi tiegħu Dun Alwiġ Vella li kompla din il-ħidma fil-parroċċa għal kważi 32 sena sakemm irriżejna minħabba li saħħtu bdiet sejra lura. It-tielet arċipriet ġie magħżul saċerdot mill-istess parroċċa taż-Żebbuġ Dun Noel Saliba li mexxa l-parroċċa għal 10 snin sakemm ġie magħżul bħala kap tal-iskola Sekondarja tas-Seminarju. Irraba’ arċipriet intagħżel l-arċipriet attwali l-Kan. Dun Reuben Micallef mill-parroċċa ta’ Kerċem li qiegħed ikompli l-ħidma tiegħu b’għaqal kbir u enerġija u jibni

fuq il-predeċessuri tiegħu. Hekk naraw matul dawn il-ħamsin sena li għaddew, snin li fihom il-parroċċa arċipretali taż-Żebbuġ kompliet il-mixja tagħha u hekk nisperaw li tkompli miexja ‘l quddiem billi taqdi l-missjoni tagħha għall-ġid tal-komunità parrokkjali għall-akbar glorja t’Alla u għall-ġieħ tal-Verġni Mqaddsa Marija Assunta Inkurunata. F’din l-okkażjoni l-Arċipriet Dun Franġisk Mercieca għamel salib pettorali tad-deheb. Ma kellux ix-xorti li jilbsu ħafna drabi billi kif rajna wara sena l-Mulej sejjaħlu sabiex imur għall-ħlas tiegħu fis-sema. Dan issalib għadda f’idejn is-suċċessur tiegħu l-arċipriet Dun Alwiġ Vella li mexxa l-parroċċa għal kważi 32 sena. Wara li spiċċa minn arċipriet u t-tmexxija tal-parroċċa għaddiet għand ir-Rev. Kan. Dun Noel Saliba u hekk sar it-tielet arċipriet, Mons. Arċipriet Emeritu Alwiġ Vella irregala lill-Knisja arċipretali dan is-salib sabiex dan jibqa’ tifkira dejjiema ta’ meta l-parroċċa rċeviet dan l-unur ta’ arċipretali. Is-salib huwa storiku għaliex fuqu hemm miktuba d-data tal-ġurnata ta’ meta l-parroċċa ġiet mgħollija għal din id-dinjità, jiġifieri t-12 ta’ Marzu 1963. Hemm ukoll isem l-Arċipriet Dun Franġisk Mercieca. Jalla dan is-salib jinżamm b’għożża kbira sabiex din il-ġrajja tibqa’ waħda mill-isbaħ ġrajjiet li l-parroċċa taż-Żebbuġ għaddiet minnhom.

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

77


RIċERKA U STATISTIKA TA’ ERBA’ KAMPJUNI TA’ 25 SENA MIT-TWAQQIf TAL-PARROċċA fL-1688 SAL-2012 DWAR IL-MAGĦMUDIJIET LI SARU fIL-PARROċċA Fl-okkażjoni tal-325 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa taż-Żebbuġ, ħsibna li nippreżentaw studju ibbażat fuq erba’ kampjuni ta’ 25 sena, meħuda mill-ewwel 25 sena ta’ kull seklu li għadda minn fuq il-Parroċċa, jiġifieri l-ewwel kampjun ta’ bejn l-1689-1713, it-tieni bejn l-1788-1812, it-tielet bejn l-1888-1912 u r-raba’ bejn l-1988-2012, u fihom studjajna r-rata tat-twelidijiet/magħmudijiet irreġistrati fir-Reġistri ‘Liber Baptizorum’ tal-Parroċċa taż-Żebbuġ. Twelid Subien

Bniet

Medja ta’ twelidijiet fis-sena

L-ewwel 25 sena:

1689 – 1713:

329

187

142

13.16%

It-tieni 25 sena:

1788 – 1812:

632

348

284

25.28%

It-tielet 25 sena:

1888 – 1912:

1042

540

502

41.68%

Ir-raba 25 sena :

1988 – 2012:

348

176

172

13.92%

Xi osservazzjonijiet... • L-ewwel kampjun jibda fl-1689 peress li l-ewwel Magħmudija reġistrata kienet propju fis-17 ta’ Ġunju 1689 u allura ma jibdiex fis-sena tat-twaqqif tal-Parroċċa fl-1688. • Kif wieħed jista jinnota l-ewwel kampjun u l-aħħar kampjun jixxiebħu ħafna. Infatti l-medja tat-twelid hija kważi l-istess. Dan minkejja li qed nitkellmu fuq differenza ta’ bejn 300 sena! • Il-kampjun bl-għola rata tat-twelid huwa dak ta’ bejn 1888-1912 meta l-medja ta’ twelidijiet fis-sena kienet ta’ 42 ruħ. Infatti l-iktar snin li fihom kien hawn twelidijiet fiż-Żebbuġ kienu l-1908 meta twieldu xejn inqas minn 56 ruħ u l-1910 li fiha twieldu 54 ruħ! Imbagħad snin oħra bħall-1890, 1893 u 1895 raw 46 twelidijiet kull sena, bis-snin 1905 b’49 twelid u 1907 b’45 twelid. Naturalment hawn wieħed ma jridx jinsa li minn fost it-twelidijiet ta’ din l-epoka wieħed irid inaqqas dawk it-trabi li kienu jmutu tat-twelid jew f’eta’ tenera ħafna. Ir-rata talimwiet fost it-trabi f’dawk iż-żminijiet kienet allarmanti. • Fit-tieni kampjun wieħed jinnota differenza kbira iżjed mis-soltu bejn issessi. Fil-fatt subien f’dan il-perijodu twieldu 348 u bniet 284! • L-inqas snin li fihom twieldu tfal kienu 1689 u 1690 b’7 t’itfal, l-1691 bi 8 itfal, 1709, 2006, 2011 u 2012 b’9. Ta min jinnota li s-sena 1689 bdiet minn Ġunju (fejn hi reġistrata l-ewwel magħmudija) allura hija sena b’7 xhur biss. • Fil-graph li qed nippreżentaw wieħed jista jara viżwalment il-kuntrasti u l-kambjamenti bejn l-erba’ kampjuni msemmija. Il-linja vertikali (y-axis) tirrappreżenta n-numru ta’ twelidijiet/ magħmudijiet, fil-waqt li l-linja orizzontali (x-axis) tirrappreżenta issnin (25 sena ta’ kull kampjun).

78

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

79


Kor Regina Angelorum Maryse Farrugia Peress li din is-sena qed iġġorr magħha tliet anniversarji importanti fl-istorja tar-raħal għażiż tagħna, iddeċidejt li nħarbex kelmtejn fuq l-istorja tal-Kor Regina Angelorum, li tista’ tgħid mexa ‘l quddiem u għadu jikseb suċċess sal-ġurnata tal-lum. Meta laħaq il-Kan. Dun Noel Saliba bħala Arċipriet tar-raħal tagħna, qegħdin nitkellmu xi tmintax-il sena ilu, wera x-xewqa li jifforma kor ġdid għat-tfal kollha taż-Żebbuġ. Billi l-kor Santa Marija kien taħt id-direzzjoni tas-Sinjura Maria Cefai, huwa tkellem magħha u flimkien iddeċidew li jwaqqfu dan il-kor. Għamlu avviż lil dawk kollha mħajra biex ikunu membri fih. Ħafna kienu dawk li daħlu u prova wara l-oħra, in-numru kiber ġmielu. Għalhekk b’dan is-suċċess, dan il-kor ingħata l-isem ta’ “Kor Regina Angelorum” li jfisser “Reġina tal-Anġli” bilLatin. Dan il-kor kien iffurmat minn tfal u żgħażagħ ta’ kull età mmexxi mis-Sinjura Maria Cefai u ukoll mis-Sopran. Jacqueline Vella, bil-kooperazzjoni sħiħa tal-Kan. Dun Noel Saliba u l-organista Mro. Ġużeppi Mallia. L-ewwel dehra uffiċċjali ta’ dan il-Kor kien fis-Song Festival Marjan, f’Mejju 1997. L-iskop ewlieni ta’ dan il-kor kien li janima l-liturġija u ħa l-quddiesa tal-11 am ta’ kull nhar ta’ Ħadd li għadha fis-seħħ sal-ġurnata preżenti, u f’xi quddiesa tal-festi bħall-quddiesa tant popolari ta’ nofs illejl fi żmien il-Milied.

Bħal kull ħaġa oħra, dan il-kor beda jevolvi mażżmien u jikseb progress li saħħaħ il-kor li darba kien biss xewqa. Mal-medda tas-snin il-membri jinbidlu fejn jitilqu u jidħlu l-ġodda. Fl-istess ħin jinbidlu t-talenti u l-kapaċitajiet tal-kor. Wara ftit li beda jagħti sehmu dan il-kor , Dun Noel Saliba flimkien mal-Mro. Ġużeppi Mallia ħeġġu lil Franco Cefai biex ikun hu l-pjanista/organista li bil-ġibda tiegħu lejn il-mużika kompla jkabbar l-isem ta’ dan il-kor b’dedikazzjoni kbira. Maż-żmien il-kor beda jieħu sehem f’attivitajiet esterni jiġifieri li mhumiex relatati mal-Knisja. Nista’ nsemmi uħud bħal okkażjonijiet li ġġib magħha l-festa bħall-ikla tradizzjonali, f’xi kunċert tal- banda, xi attivitajiet organizzati mil-Kunsill- tista’ tgħid attivitajiet lokali. Nistgħu nsemmu ukoll il-Kunċert li jagħti l-kor tagħna fin-Novena tal-Milied li jgħaxxaq lil kull min ikun preżenti għalih. Pero` mhux l-ewwel darba li l-Kor Regina Angelorum ġie mistieden biex janima xi quddiesa barra

80

r-raħal bħal f’xi funeral , f’Marsalforn – fil-Festa ta’San Pawl, f’Tiġrija Palazz li għal dawn l-aħħar snin żejjen dan il-post bil-vuċijiet ħelwa tat-tfal fiż-żminijiet tal-Milied u f’xi festa oħra f’bosta lokalitajiet oħrajn. Il-Kor irnexxielu jaqsam il-fliegu kemm-il darba . Dan għaliex il-kor ġie mistieden għal darbtejn biex jagħti kunċert fil-knisja tal-Imqabba f’Malta li kienet opportunita` li l-kor tagħna juri l-ħiliet li kapaċi joffri. Ma nistax ma nsemmix il-parteċipazzjoni li l-kor ta għal dawn l-aħħar snin fil-Maratona li ssir ta’ kull sena “Oħloq Tbissima” biex hu ukoll ikun ta sehmu biex jgħin lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn. Inutli nsemmi l-kor Regina Angelorum u nħalli barra s-suċċess li kiseb il-Kor taghna fil-Festival Marjan li jsir fl-Oratorju Don Bosco fejn irnexxielu jikkwalifika fit-tielet post id-darbtejn li ħa sehem. Kien unur kbir kemm għat-tfal li ħadu sehem kif ukoll għar-raħal kollu li ngħaqad mal-ferħ tal-membri u kompla ta kuraġġ biex dan il-kor jimxi l’quddiem. Hekk li rajna fuq fuq is-suċċessi ta’ dan il-kor, wieħed irid jirraġuna ftit u jaħseb fuq ix-xogħol kontinwu li jrid isir minn qabel biex dan il-kor jagħti l-aqwa u l-aħjar. Wieħed japprezza aktar kieku jkun jaf kemm sagrifiċċji jsiru minnaħa tal-membri biex iħallu kollox u jattendu għall-provi li jsiru darba jew darbtejn f’ġimgħa. U xi ngħidu għall-ħidma sħiħa tas-Sopran.Jacqueline Vella u s-Sinjura Maria Cefai li jagħmlu kull mezz biex ilaqqgħu ‘l fuq minn erbgħin tifla mir-raħal tagħna u jgħallmuhom innijiet ġodda bl-akbar paċenzja u mħabba u jagħlqu kull prova b’ħelwa jew xi gallettina bħala apprezzament talli jkunu attendew. Mhux dejjem ikun faċli li tkompli taqdef pero` mill-kontribut tattfal, tal-ġenituri tagħhom li hija importanti ħafna, kif ukoll bir-riżultati eċċellenti li jkollna, jitkompla jitqanqal fihom il-kuraġġ biex joffru parti minn ħajjithom għal dan il-kor li minnu ma jieħdu xejn lura għajr sodisfazzjon. Jien min-naħa tiegħi, bħala membru ta’ dan il-kor, nista’ ngħid li jien kbirt mal-kor u l-kor kiber miegħi. Kien il-post fejn inqatta’ l-ħin liberu tiegħi, naqta’ mil-ġiri sfrenat tal-ħajja u fl-istess ħin għinni nkabbar it-talenti tiegħi u nibni karattru sod u ċerta li sħabi membri huma tal-istess fehma. Minn hawnhekk flimkien mal-kumplament tal-kor ningħaqad biex nawgura l-Festa t-Tajba lil kulħadd!!

XI fAMILJI TA’ ŻMIEN L-EWWEL KAPPILLAN D. fRANĠISK VELLA Dun Ġużepp C. Vella Hawn sa nġibu ftit familji ta’ żmien il-Kappillan Dun Franġisk Vella, i.e. li għexu meta ż-Żebbuġ sar Parroċċa, fl1688 u ftit wara. Dawn jinkludu familji mill-ħâ ra tal-Għasri ukoll. Fil-biċċa l-kbira tal-familji ma niżżilniex it-tfal kollha li kellhom. 1) Ġwanni Marija Manueli, fl-ewwel żwieġ tiegħu ma’ Anġelika Cassar fis-17 ta’ Awwissu, 1687, u kienu joqogħdu ż-Żebbuġ, kellhom dawn it-tfal: Indri, Orazju, Ġużeppi li miet ta’ sentejn, Ġwanni Duminku, Ġużeppi ieħor, Maria, Ġwanni Pawlu u Rosa. Maria saret soru. Il-mara Anġelika mietet fiż-Żebbuġ fil-31 ta’ Jannar , 1705. Ġwanni Marija mbagħad iżżewweġ lil Alberta Mercieca fis-27 ta’ April, 1705. Kellhom dawn it-tfal: Mikieli Anġlu, Franġisku li twieled fid-9 ta’ Marzu, 1708, fiż-Żebbuġ, Għawdex, sar qassis, miet ta’ 79 sena u ndifen fil-Knisja Parrokkjali taż-Żebbuġ; Antonju, Anġelika Alfonsa, Marju, Rosarja u Agata. Ġwanni Marija miet fiż-Żebbuġ, fl-1739, ta’ 80 sena. Alberta mietet fiż-Żebbuġ fl-1770 fl-età ta’ 90 sena.(1) 2) Gregorio u Maria Bugeja. 3) Domink u Marija Vella u binhom Klement. 4) Antonio u Giannella Cini. 5) Injazju u Adreana Cutajar. 6) Lazzru u Maria Speranza. 7) Domink u Grazzja Camilleri u binthom Pasqua. 8) Luka u Margerita Aquilina. Margerita mietet fl-1692 ta’ 94 sena. 9) Pawlu u Anjeże Saliba u binthom Ubalda. 10) Mario u Giannella Farrugia.(2) (1) (2)

Dawn huma ftit Magħmudijiet li l-Kappillan Dun Franġisk Vella wettaq fl-ewwel snin tal-Parroċċa.

1) 2) 3) 4) 5) 6) 7) 8) 9) 10) (1)

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Horatio C Roger Vella, ”L-Għolja Taż-Żebbuġ”, Nru 70, 2012 pp 29-31 In-noti ta’ fuq, numri 2-10 meħuda mill-Arkivju Parrokkjali Żebbuġ, Liber Defunctorum.

L-Ewwel magħmudija kienet ta’ Mikieli Farrugia fis-27 ta’ Ġunju 1689, bin Grazju u Marija Farrugia. Mikieli rregala lampier tal-fidda lill-Knisja taż-Żebbuġ fis-sena 1730. Silvestru Ġustinu fid-29 ta’ Lulju 1689, iben Luqa u Katerin Tabone. Joannes Franġisk fil-5 ta’ Ottubru 1689, iben Jakbu u Marija Saliba. Clement fl-24 ta’ Novembru 1689, iben Dominku u Marija Vella. Salvu Joseph fid-29 ta’ Frar 1690, iben Duminku u Giannella Zahra. Joannes Andrea fid-9 ta’ Ottubru 1690, iben Mikeli u Evanġelista Cassar. Joseph fit-23 ta’ Mejju 1691, iben Mattew u Ursla Caruana. Orazio fit-18 ta’ Ottubru 1691, iben Joannes Maria u Anġelika Manueli. Tumas fis-17 ta’ Diċembru 1692, iben Honorato u Marija Gauci. Ġanni Duminku fid-29 ta’ Awwissu 1692, iben Joannes u Speranza Agius.(1) In-Noti ta’ fuq Nru 1-10 huma meħuda mill- Arkivju Parrokkjali Żebbuġ, Liber Baptizatorum, sub diebus baptismi.

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

81


Ġieħ il-Banda Santa Marija 2013

TRIPIET TA’ VERU... mis-Sur George Cefai

Għeżież qarrejja ta’ din ir-rivista, Ta’ kull sena hekk kif tgħaddi l-Laqgħa Ġenerali, t-tmexxija Eżekuttiva tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija tiddedika bosta mill-ħin tas-seduti tagħha tiddiskuti, taqsam fehmiet u esperjenzi, u mbagħad nieħdu l-inizjattivi u naġixxu. U din is-sena dawn ilwaqtiet kienu aktar spissi u itwal min-normal għaliex ħafna drabi, minflok il-ħin approssimattiv ta’ disgħin minuta, dawn spiċċaw jieħdu d-doppju jew anke aktar. Dan ġara kemm minħabba x-xogħol li baqa’ għaddej kuljum fil-każin... ovvjament f’moħħna dejjem tberren iċ-ċerimonja tal-ftuħ uffiċjali tas-sede tagħna, u anke minħabba t-tliet anniversarji li din is-sena qed infakkru bħala parroċċa.

n Now Ope Rd, at Valley n Marsalfor

Valley Road, Marsalforn, Gozo Tel: 21 563617

Wieħed minn dawn l-anniversarji huwa l-ħamsin (50) sena mill-għoti tat-titlu Arċipretali lill-parroċċa tażŻebbuġ u għalhekk tqanqlet ix-xewqa li l-unur ta’ “Ġieħ il-Banda Santa Marija” ta’ din is-sena jingħata f’dan l-ispirtu. Minn aktar riflessjonijiet ħareġ ukoll il-fatt li marbutin mall-istorja tal-Każin tagħna kien hemm tliet arċiprieti u mhux wieħed. Naturalment kellna napplikaw l-eċċezzjoni tar-regola (ta’ darba) biex jiġu onorifikati tlieta f’daqqa… Arċipriet Emeritus Mons. Luiġi Vella (arċ. 1964 – 1996), Kan. Emmanuel Saliba (arċ. 1996 – 2006) u l-Kan. Reuben Micallef li ilu l-arċipriet tagħna sa mill-2006. Ħassejna li f’ġieħ l-Istorja, illum nagħtu ħarsa qasira tassehem ta’ kull arċipriet matul il-mixja tagħna fit-twettiq “tal-proġett mużikali” li bdejna fl-1995. U b’wiċċna minn quddiem ngħidu li, f’dawn it-18-il-sena, għamilna passi ġganteski ’l quddiem b’risq il-mixja progressiva tarraħal tagħna dovuti l-aktar lejn il-koperazzjoni li sibna mingħandhom it-tlieta… Fl-aħħar sena fil-parrokkat tal-Arċipriet Vella twieldet il-Banda Santa Marija li minn naħa tiegħu offra kull għajnuna possibli biex din l-inizjattiva ma tmutx bħal dawk ta’ qabilha, iżda li tikber u timxi ’l quddiem kif filfatt ġara. Minnufih għadda f’idejna l-ġbir tar-reklami fir-rivista tal-festa, offrielna l-użu tas-sala taċ-Ċentru Parrokjali u ċeda lill-Kumitat Eżekuttiv diversi attivitajiet soċjali biex il-banda l-ġdida tkun tista’ ssib postha minnufih mas-sitt baned l-oħra. L-għajnuna tiegħu ma waqfitx hemm għaliex anke mill-aspett reliġjuż offielna ukoll il-possibiltà li nużaw il-knisja u anke ċ-ċimiterju biex organizzajna għall-ewwel darba żewġ quddisiet fil-festi

82

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

ta’ Jum l-Omm u Jum il-Missier. Għadni niftakar ukoll laqgħa ‘speċjali’ li kellna miegħu f’waħda mill-kmamar fis-sagristija tal-knisja fejn kien offrielna l-garage fi Triq il-Knisja ma’ ġenb id-dar tiegħu u l-użu tal-bejt tal-istess garage u tal-uffiċju parrokjali. Hemmhekk kellha tinbena sala għall-kunċerti u niftħu ħanut f’dan il-garage biex mill-qliegħ ikun jista jitħallas is-surmast, isir it-tagħlim b’xejn tal-mużika u jinxtraw l-istrumenti mużikali. Iżda kollox kellu jiġi pospost minħabba li ftit xhur wara dan kollu, ġie fi tmiemu l-parrokkat tal-Arċipriet Vella. Hekk kif Dun Noel Saliba ġie maħtur arċipriet ta’ din ilparroċċa, fl-ewwel seduta li kellu mal-Kumitat Eżekuttiv bi preparazzjoni għall-festa tal-pussess, għamilha ċara sa mill-bidu li l-Banda Santa Marija qegħda hawn biex tibqa’ u minnufih ressaq żewġ proposti... (a) li l-għażla u l-istedin tas-servizzi tal-baned fir-raħal tagħna ser tiġi fdata f’idejn il-Kumitat Eżekuttiv u (b) li l-Banda Santa Marija tingħata l-użu esklussiv tal-ewwel kamra fil-kuridur taċ-Ċentru Parrokjali. L-ewwel proposta għenet biex il-Banda l-ġdida, minkejja li kienet għadha l-anqas ġiet inawgurata, tipprepara u tagħmel skambji ta’ servizzi ma’ rħula li għandhom il-baned tagħhom. Mentri, l-użu tal-Uffiċju Amministrattiv serva biex b’aktar faċilità u effiċjenza nikkomunikaw din l-esperjenza ġdida tagħna. Il-pass mgħaġġel li mxiet bih il-Banda Santa Marija fix-xhur ta’ wara, għamilha kważi mpossibli li nibqgħu noperaw kollox minn kamra waħda fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-karba li jinstab post adattat biex minnu tkun tista’ topera din l-għaqda mużikali kienet kontinwa u ġejja mhux sempliċiment mingħand il-bandisti u l-istudenti tal-mużika, iżda minn bosta rkejjen fir-raħal. Sussegwentament saru bosta tentattivi biex tinxtara biċċa art x’imkien, b’mod partikulari fil-pjazza, li f’dawk iż-żminijiet, kienet tfaċċat għal bejgħ, iżda dawn l-isforzi sfumaw fix-xejn. Kien fl-1999 u fl-2001 li bit-tħabbrik tal-Arċipriet Saliba saru żewġ kuntratti notarili malKurja li permezz tagħhom is-Soċjetà Filamonika Santa Marija akkwistat l-art fejn illum għandha l-każin. Bħal sajjetta fil-bnazzi, ħames snin wara dawn id-dati storiċi, il-parrokkat tal-Arċipriet Saliba ġie fi tmiemu biex dan inħatar is-Surmast tal-iskola fis-Seminarju Minuri firRabat Għawdex. Nhar il-Ħadd 15 ta’ Ottubru 2006, ir-raħal taż-Żebbuġ kellu arċipriet ġdid... lill-Kan. Reuben Micallef minn Ta’ Kerċem u waħda mill-preokkupazzjonijiet li ħass li kellu jaqsam magħna kienet il-binja tal-każin li x-xogħol

83


fuqha kien kważi wieqaf għal kollox. Wiegħed li ser jgħin kemm jista’ biex id-diffikultajiet jingħelbu u l-proġett jimxi ’l quddiem minkejja li kien beda ristrutturazzjoni maġġuri fuq id-dar li jgħix fija (Id-Domus). Waħda mill-bosta okkażjonijiet li ser jibqgħu mniżżla fil-kotba tal-Istorja hija meta, wara konsultazjoni mal-Kunsill Presbiterali, l-Arċipriet Micallef għadda lis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija, biċċiet mill-irħam Oniċe, u minnhom sar l-artal mejda tal-Kappella Kristu Rxoxt. Din tinsab fil-parti t’isfel tal-każin, sewwa sew biswit il-klassijiet fejn iż-żgħar u ż-żgħażagħ tagħna ta’ kull ġimgħa jkollhom it-tagħlim tal-mużika. Wara li din ilkappella tbierket minnu stess lejliet il-festa tas-sena l-oħra, kien bit-tħabbrik tiegħu ukoll li fuq xewqa tattmexxija eżekuttiva hemhekk imbagħad sar il-post minn fejn tibda t-translazzjoni ta’ lejliet il-festa.... Hemm ħafna aktar x’wieħed jgħid u jikteb dwar dawn ittlieta, iżda llum mhux il-waqt u l-anqas dan l-ispazju ma jippermetti. Inħoss ukoll li forsi hemm xi ħadd minnhom li waqt li qed jaqra dan kollu f’qalbu jgħid…”il-laħwa kemm aktar affarijiet għamilt magħhom dawn in-nies… malajr insewh!”… naċċertakom li LE mhuiex hekk, u l-istorja għad tagħtikom raġun. Dawn huma biss ftit mill-versi storiċi li dawn l-arċiprieti kitbu b’idejhom u b’għemilhom fuq il-paġni glorjużi tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija, kull wieħed minnhom filkapaċità tiegħu ta’ ragħaj spiritwali tal-parroċċa tagħna. Jiena li għext dawn is-snin kollha viċin tagħhom, nista’ niżvela li kien hemm mumenti fejn fil-fond ta’ qalbom dawn xtaqu ġenwinament li jgħinu ħafna aktar lil din l-Għaqda Mużikali forsi minħabba n-natura tagħha u s-servizzi li toffri lill-parroċċa. Iżda nifhmu wkoll xi jfisser

li tkun missier ġewwa familja b’aktar minn membru wieħed u allura napprezzaw aktar li minflok “il-faċilità” dawn offrewlna “l-ispazju”...għodda oħra indispensabbli fis-suċċess ta’ kull Soċjetà Filarmonika! “Għeżież Arċipriet Micallef, Kanonku Saliba u Monsinjur Vella, bl-għoti tal-unuri ta’ “Ġieħ il-Banda Santa Marija” xtaqna li ngħinu biex jinfetħu għajnejn kullħadd, inklużi taż-żgħar tagħna. Bosta minnhom ma jiftakrukomx fit-tmexxija tal-parroċċa, u allura forsi ma japprezzawx biżżejjed il-valuri tal-bżulija, tal-għaqal, u anke s-sagrifiċċju, li kull wieħed minkom irid iħaddan u jiffaċċja meta jkollu fidejh l-isteering wheel. Fl-aħħar nett, f’dan il-mument ta’ ferħ għas-Soċjetà tagħna, f’isem il-bandisti, il-membri tesserati, s-Sezzjonijiet tan-Nisa u taż-Żgħażagħ u l-membri fit-Tmexxija Eżekuttiva, filwaqt li nifirħulkom ta’ dan ir-rikonoxximent li qed tingħataw, intennu mill-ġdid ir-ringrazzjamenti u l-awgurju tagħna mill-qalb lilkom it-tlieta tas-sapport u l-koperazzjoni sinċiera li wrejtu magħna matul dawn issnin. George J. Cefai President Soċjetà Filarmonika Santa Marija P.S. “Ġieħ il-Banda Santa Marija” din is-sena ser jingħata nhar il-Ħadd 18 ta’ Awwissu, 2013 waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ uffiċjali tas-sede tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija bl-isem ta’ “Festum Olivarum”. Dan l-avveniment straordinarju ser jittella’ taħt il-Patroċinju Distint talAmbaxxatur ta’ Malta għal Kultura, it-Tenur Ċelebri Malti Joseph Calleja.

Intervista ma’

ĠUŻEPP TA’ RAfIEL Ġużepp ta’ Rafiel Twieled fl-1912, ftit ġranet biss wara l-għarqa tat-Titanic... meta kien tifel kien jgħin lil missieru flimkien ma’ oħtu jagħmlu l-melħ u ta’ 90 sena baqa’ jiftakar l-ewwel karozza li telgħet iż-Żebbuġ. Fi staġun wieħed kien qabad 1300 (elf u tliet mitt) gamiema u l-akbar ħuta li qabad mill-art kienet denċi ta’ wiżintejn u fuqhom. Meta kiber ħajtu ddedikaha kollha kemm hi għas-servizz ta’ ħutu ż-Żebbuġin u Għawdxin. Ħa riskji finanzjarji personali biex investa f’makkinarju li bih naqqas ħafna tbatija lill-bdiewa u bidel għal kollox il-metodu u l-mentalità ta’ kif jindires iż-żara... Kien ukoll furnar ma’ martu Vitorja..... Ġużepp kien pijunier Żebbuġi!!! Ġużepp kemm il-birthday iċċelebrajt sa llum u x’memorji fadallek ta’ tfulitek? “Jiena llum għandi 93 sena u minn Mejju ’l hawn u l-birthday niċċelebrah nhar it-8 ta’ Mejju. Sa ma kelli tnaxil sena kont mort l-iskola f’post il-Ponta fejn kien joqgħod Vitor Vella is-Sipa. Niftakar żewġ teachers li kellna,wieħed is-Sur Farrugia, il-Pastur, li aktar kien jgħallimna xi ftit Malti, filwaqt li l-ieħor kien Dun Ġużepp Camilleri, ta’ Sarogi, li kien jgħallimna l-ingliż. Minn sħabi niftakar xi tnejn jew tlieta: Toni Camilleri tal-Bomba, Toni taċ-Ċin, Manwel ta’ Kejselli... u nisa kien hemm ukoll iżda kulħadd kien għalih. Kull filgħodu, dan Dun Ġużepp li semmejtlek, kien jgħallimna ukoll id-duttrina fil-knisja... nitgħallmu l-Kredu, s-Salve Reġina, l-Att tal-Indiema u dawk l-affarijiet.

l-ilma konna niġbru l-melħ. Kellna xkupa magħmula millqasab. Biha konna ngeddsu l-melħ ġol-kazzola u nimlewh ġol-qoffa. Konna ngħamluh gozz u xħin jixxotta konna ndaħħluh ġo għar li kellna x-Xwejni u li llum jinsab għand Marija, it-tifla ta’ ħija Frenċ. Il-melħ konna nbiegħuh linnies li kienu jiġu jixtru f’Sant’Anna u f’San Lawrenz. Kien hawn ukoll Pietru ta’ Naħnaħ li kellu bagħla u kuljum kien jgħabbiha mott melħ biex imur ibiegħu. Kien jinbiegħ ħames soldi jew sixpence kull tomna. Sa meta sifirt kien għad hawn il-ħobż tal-maħlut, magħmul mill-qamħ u xgħir. Kont tgħin fil-preparamenti għall-festa ta’ Santa Marija? “Ġieli tajt daqqa t’id fl-armar li kien hawn. Ma niftakarx preċiż, għaliex bejn għax kont inkun fir-raba u anke għax aktar kont dilettant tal-baħar. Iżda l-festa kulħadd kien ikun

Is-sena kienet tkun maqsuma fi tnejn, ix-Xitwa u s-Sajf. Fis-Sajf konna mmorru l-baħar fil-mellieħa tagħna. Kellna r-raba ta’ Ċejla u taċ-Ċkejken u fix-Xitwa jiena u oħti Marija, li kienet akbar minni xi ħames snin, konna mmorru ġor-raba inlaqqtu l-ħaxix għall-annimali. Missieri kien irabbi l-barrin għas-simna, xi ħanżir, nagħaġ u xi mogħża. Fl-għelieqi kien ikollna iż-żara, qamħ u xgħir, bħajra u affarijiet tat-tisjir tal-borma... ful, patata, basal u tewm... insomma!

It-tliet arċiprieti flimkien (fis-snin rispettivi) fl-okkażjoni tal-għoti ta’ Ġieħ il-Banda Santa Marija li ser issir waqt il-kunċert Festum Olivarum nhar il-Ħadd 18 ta’ Awwissu 2013.

84

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Inti ġej minn familja magħrufa għall-produzzjoni talmelħ... kif tiftakar tfulitek ma’ djul missierek? “Missieri kien bennej u fix-xitwa kien jgħaddiha jibni. Kien armat bil-mellieħa allura fis-Sajf kien dejjem il-baħar. Jiena kont inkun dejjem miegħu, speċjalment fis-Sajf, għaliex ixxogħol tal-melħ isir dak in-nhar. Waqt li kont inkun hemm kont nintefa’ ngħum xi darbtejn jew tlieta kuljum għax kull xħin jitfaċċa tifel kont ngħum miegħu. Kien hemm dawk il-ħofor fl-art, salini... dawk kollha maħdumin blidejn, nimlewhom bl-ilma baħar bil-bramel għax ma kienx hawn muturi u pompi. Ix-xemx tisreġ fuqhom u xħin jinxef . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

It-tieġ ta’ Ġużepp ma Vitorja.

85


jistenniha, inkluż jiena. Meta kienet tasal, aħna l-ġuvintur konna ninġabru flimkien: min iġorr l-arbli, ieħor l-pilandri, xi ħaġa tad-dawl u affarijiet hekk. Ma kienx hawn x’tarma għax dan kollu kien isir biss ġimgħa qabel. Kollox kien idur fuq jumejn biss u ma kienx ikun hawn dan ix-xalar ta’ dawn iż-żminijiet... u le!!! Illum nies aktar, nar Ġorġ, l-ewwel baby ta’ Ġużepp u aktar, hawn il-banda ta’ hawnhekk u ħwejjeġ Vitorja, waqt ritratt ta’ tifkira. oħra. Pereżempju jien niftakar li kien ikun hawn banda waħda, imbagħad żiedu ittnejn tar-Rabat u komplew. Niftakar fi tfuliti lill-Kappillan ta’ Gulliermu (hawn qed jirreferi għal Dun Anton Grima) li kien ħajjarna nagħmlu tellieqa bil-bhejjem... żmien żmien ilu dan! Fil-festa kienu jiġu jbiegħu l-qubbajt, pasti u luminati. Nar... niftakar lil Laħluħ li kien jikkarga l-murtali dak il-ħin stess li jkun ser jispara u jaħraqhom minn ħdejn Toni ta’ Rażola fejn kont nidres iż-żara. Kellu masklu tal-bronż u kien jgħamilhom fuq is-sies u jisparahom waħda waħda... Kien hawn il-bombi trikki trakki minn fuq il-bejt tal-knisja fuq ir-riħ ta’ Savier. Dak kien tista tgħid l-isparar li kien isir!!! Tiftakarha l-Gwerra tal-1939? “Niftakarha sewwa għax fix-Xitwa xorta waħda bqajt nonġor u fis-Sajf naħrat għaliex minħabba li kelli l-permess biex naħdem mal-bdiewa ma għajtulix għal suldat. Għadni niftakar meta mietu ż-żewġ suldati minn hawn fuq, Bonellu u Żejjieda. Semmili persuna importanti li baqgħet f’moħħok... “Kont għadni tifel u niftakar meta Strickland tela’ ż-Żebbuġ. Mhux daqstant niftakar lill-persuna għax dan kien għadu lanqas tela’ fil-gvern, iżda għax dak in-nhar bis-saħħa t’hekk kienet telgħet l-ewwel karozza fir-raħal tagħna. Isuq bil-mod mat-toroq u aħna niġru warajh. Kif kont tqattgħu l-ħin liberu.... “Kullħadd b’xi namra fid-dinja u jiena kelli d-delizzju talinsib, gamiem u għasafar. Kont immur nonsob fuq il-għolja tad-Dabrani u kont naqbad. Ħa ngħidlek kemm kont naqbad... darba jiena u ħija Anġlu fi staġun wieħed qbadna 1300 (elf u tliet mitt) gamiema u konna nbiegħuh seba’ jew tmien soldi. Kont dilettant ukoll tal-baħar, bil-qasba u bilfrejgatina. L-akbar ħuta li kont qbadt mill-art niftakar kien denċi ta’ wiżintejn u xi ħaġa fuqhom. Kont qbadtu minn Ras ir-Reqqa. Konna jiena u Anġlu tagħna u begħnieh lira l-wiżna lil Bakkaromxot li kien miżżewweġ lil oħti. Ma’ min għamilt l-ewwel xogħlijiet tiegħek? “Ħa nibdielek minn hawn... meta għalaqt 18-il sena kont mort Tuneż u għamilt sentejn neqsin xahar. Hemmhekk għamilt ħafna xogħol bit-tractor fir-raba naħrat, niżra’, nidres, niżra’ l-ful u hekk. Kont noqgħod maz-ziju Mikieli ta’ Xanaħ li kien ħu missieri u kellu elf u mitejn tomna raba. Konna dejjem għaddejjin ferħana naħdmu u naqilgħu

86

Nazzarenu, wara inżilna r-Rabat wara San Franġisk. Flistess żmien kont qed nibni din id-dar, numru 22 fi Triq Skapuċċina, hawn iż-Żebbuġ. Kien biss ftit snin wara li mbagħad xtrajt il-magna tad-dris.

Il-magna tad-dris u maġenba tidher lampa għal bil-lejl fuq stand mgħottija minħabba t-trab.Jidhru wkoll 2 lampi talmanthel, 2 tankijiet pitrolju u ‘l-għarbiel tax-xgħir’.

l-flus.... kellu ħafna ħaddiema.... ħasra spiċċa kif spiċċa. Imbagħad meta ġejt lura Malta, kien għadni ġuvni, bdejt nonġor u ngħin fil-bini ma ċertu wieħed Toni mir-Rabat talImdina li kien l-imgħallem u bqajt hemm għal madwar tliet snin ġo Malta stess. F’Għawdex ix-xogħol kien skars u kull ma kien hawn fejn taħdem kien fir-raba jew fil-barriera talBażolli l-Għarb u qabel f’xi barrieri f’Ta’ Sannat. ‘Spiċċa kif spiċċa’ x’jiġifieri? “Dan iz-ziju kellu tifla, xbejba sabiħa, u kien imur iwassalha hu kuljum l-iskola. Kien hemm ġuvni Tuneżin u tefa’ għajnejh fuqha. Dan iz-ziju, bħal kulħadd, kien irid l-aħjar għal bintu. Ma ħax grazzja ma dan il-ġuvni u darba minnhom fi triqthom lejn l-iskola, dan it-tuneżin baqa’ dieħel fuqhom bit-trakk tiegħu b’kollox u qatilhom it-tnejn... qeridhom!!! Ħafna jiftakruk b’moħriet Caterpillar... “Il-laħwa kemm ġrejt u ħdimt bih. Ftit wara li żżewwiġt lil dik... (jitbissem u jipponta subajgħ lejha)... Vitorja l-mara tiegħi mix-Xagħra minn tas-Sultan... kont xtrajt tractor Caterpillar tal-katina u kont naħdem bih fis-Sajf. Dan kont xtrajtu ġdid meta dak in-nhar flus ma kellu ħadd. Iżda kien hemm iz-ziju Bastjan Asciak li kien ħu missieri u kien jarani ħabbrieki u kien silifni xi flus. Xtrajtu tliet mija u erbgħa u disgħin liri Maltin. Jiena u Vitorja għamilna 12-il sena Malta naħdem b’dan il-moħriet. Hemmhekk kellna erba’ wlied: Ġorġ, Charlie, Ġanni li kien miet u Ġanni ieħor li miżżewweġ lil Loreta. Meta ġejna Għawdex kellna tliet ulied oħra: Marija, Leli u Kelinu u bqajt nagħmel l-istess xogħol. Fil-bidu morna noqogħdu x-Xagħra ħdejn in-

Ġużepp maġenb martu mdawwar minn uliedu, f’għeluq it-80 sena tiegħu

X’ħajrek tinvesti daqshekk flus, dak iż-żmien, f’xi ħaġa li ma kienx hawn bħalha? “X’fettilli ma niftakarx imma f’moħħi kelli stampat it-tbatija tal-bdiewa jidirsu bil-bhejjem fuq il-qiegħan li kont niltaqa’ magħhom waqt li kont inkun naħartilhom r-raba’. Ħa ngħidlek min ħajjarni mbagħad nidħol għal din il-biċċa xogħol. Il-bniedem inkarigat mill-Agrikultura f’Għawdex kien is-Sur John Debrincat tax-Xelina, bniedem tal-affari tiegħu ħafna u, niftakar qisu issa, kien qalli: “Imissek tixtri magna tad-dris”. Kienet deċiżjoni iebsa u riskjuża ngħid jien, li ridt nieħu, minħabba li sa dak in-nhar f’Għawdex kien għad m’hawnx inġenji bħal dik. Insomma ma’ tagħna kienu ġabu tnejn oħra!!! Kien jisimha Ransomes minn Ipswitch l-Ingilterra. Dan kien fis-sena 1951 u kienet xi ħaġa kbira għal dak in-nhar u kont xtrajta 950 liri Maltin mingħand ħanut il-Marsa li kienu jgħidulu Kalafatu Engineering fi Triq Zerafa. Għaliex sejjaħtilha deċiżjoni iebsa? Wara kollox lillbdiewa mhux tbatija ffrankajtilhom? “Hekk hu iżda mhux hekk biss!!! Naqqastilhom ukoll ġranet twal fuq il-qiegħan. Imma l-akbar biża’ tiegħi kien kif ser taqleb l-imħuħ ta’ dawk li għal snin twal kellhom il-bhima tal-qiegħa u kollox. Mhux la kemm, mhux la kemm! Sa dak in-nhar id-dris kollu kien isir fuq il-qiegħa. L-ewwel jaħsdu, imbagħad iġorru l-wiċċ għal fuq il-qiegħa, jifirxuh fuqha u jidirsuh permezz tal-bhima li kienet iddur fuqu taħt xemx taqli l-ġrieden. Wara kienu jistennew żiffa riħ biex ikunu jistgħu iderru bilmidra u l-luħ. Niftakar kważi kull familja kella l-qiegħa tagħha u kien ikollhom spiera, biex ixarrbu, iramblu, u jballtu l-qiegħa għalkemm f’dak ix-xahar l-ajru kien iħobb iħawwad u kienet tasal l-aħħar xita... ix-xita talqiegħan. Iżda mbagħad xħin ġibt din il-magna dawn l-affarijiet bdew jispiċċaw ftit ftit. Fiex kienet tikkonsisti din il-magna? “Ma kinitx taħdem weħidha u kieku kien ikolli nagħmel spiża oħra, iżda kelli kif għedtlek il-moħriet caterpillar, kont ġibtlu l-pulley u kont inqabbdu ma’ ċinga twila li kienet ġiet mal-magna.

Ġużepp jibqa’ mfakkar ukoll għas-siegħat twal li ħarat bil-Caterpillar tal-katina

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Kif tiftakar l-ewwel xogħolijiet b’din il-magna? “L-ewwel bdew ilestu postijiet li jsejħulhom ‘l-andar’ u . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

kienu jibnu fuqhom ħalel (plural ta’ ħalla) ta’ qatet tażżara. Konna nibdew f’nofs Mejju billi l-ewwel naqdi lillbdiewa Żebbuġin. L-ewwel posta kienu jgħamluha fuq Tal-Buġar u hemm hekk konna ndumu madwar xahar. Iss’ isma din... meta drisna l-ewwel darba b’din il-magna niftakar l-ewwel qatta żara li tfajnielha kienet tas-Serduk taż-Żaqżuq missier Wiġi u l-oħrajn. Fl-ewwel ftit minuti ta’ dan id-dris, qgħadt indur magħha u mort niċċekkja x-xkora tal-qamħ. Sibt li kien ħiereġ kollox imħallat flimkien: karfa, qamħ, biċċiet tat-tiben, sifa, trab u hekk. Kienet ser tagħtini rasi, biċċa xogħol li nkwetatna, għax iż-żara kien tan-nies u domna kważi l-ġurnata kollha nfittxu mezz biex nirranġawha. Komplejna naħdmu ftit ftit u fl-istess ħin iżda nipprova nifhem x’inhu għaddej. Kienet għadha ġdida u fl-aħħar indunajt b’dan li ser ngħidlek... il-magna kellha żewġ rewweħiet, bieba żgħira, li minnhom fann kbir kien jiġbed l-arja ’l ġewwa biex ‘inaddaf l-għarbiel’. U dawn kienu tħallew magħluqa kif ġiet mill-fabrika. L-affari tranġat u kollox intgħażel f’postu u l-qamħ beda nieżel flixkora nadif qisu maħsul. Ma kinitx biċċa xogħol kbira iżda kissirna rasna naħsbu fuqha ġurnata sħiħa. Tinsiex... bħal din il-magna kien għad m’hawnx u ċerti settings ħadd ma qalhomlna u lanqas kellna biex noqgħodu nċemplu..... mhux bħal llum. Semmejtlek l-għarbiel tax-xgħir li kien jeħel quddiem... dan kellna aktar minn wieħed iżda kollha differenti. L-aktar komuni kienu tnejn, wieħed għal meta tkun l-irtuba fir-riħ isfel, dan kien ikun ftit aktar laxk minn ieħor li konna nużaw kważi matul is-Sajf kollu. U wara Tal-Buġar? “Wara Tal-Buġar konna nkomplu Fuq Ta’ Bembla, fix-Xagħra l-Kbira. Fiż-Żebbuġ hemmhekk l-aktar li konna ndumu, madwar xahar u nofs, għax kien hemm ħafna wisa’ u kien jinġabar ħafna żara. Konna nmorru ukoll f’ta’ Frenċ Cini ta’ Xopla fejn illum joqgħdu Leli tiegħi. Wara hemmhekk, kellna f’Tal-Bomba, f’ta’ Ġużeppa ta’ Savier ħdejn l-Għajn tal-Watja fil-pjazza, il-Ponta ħdejn Salvu tal-Fiesa, f’ta’ Kalanġ ta’ Manwel u anke fiċ-Ċnus fil-post fejn illum hemm l-iskola tal-Gvern. Konna noħorġu lil hinn mir-raħal ukoll... daż-żgur li konna ninżlu! Kont nibda mill-Qlajja ħdejn iċ-

L-awtur tal-intervista ma’ Ġużepp, Vitorja, bintu Maria u ibnu Ġanni fid-dar tagħhom nhar it-Tlieta 20 ta’ Settembru 2005.

Ċimiterju tagħna, f’taċ-Ċiċa ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Għasri, Wara t’Għammar, Ta’ Kerċem f’tal-Barun (li kien ikun kważi fl-aħħar tal-istaġun għax niftakar kien ikun żmien ir-rummien) u xi postijiet oħrajn l’hemmhekk. Ġieli morna n-naħa l-oħra

87


t’Għawdex, il-Qala. Konna mmorru ukoll f’ta’ żewġt aħwa jgħidulhom tal-Farawn f’Wied Sara, u rkejjen oħrajn. Morna f’postijiet ġewwa l-Għarb u niftakar posta minnhom kienet f’ta’ Ġużepp Agius Tat-Twil. Hemmhekk konna ngħamlu ’l fuq minn 24 siegħa infila, ma tieqaf qatt, f’ta’ sid wieħed dan. Il-magna għaddejja u ma Marija Cini u ħuha Dun nitfuha xejn u l-mara tiegħu Karm mgħarufa bħala ‘Mija’ kienet iġġilbilna kafè bil-ftiet. li ħadmet ma’ Ġużepp u Kien jinżlilna għasel ġo dak ittrab u dik is-sħana. Insomma Vitorja fil-forn tal-ħobż. fejn kienu jiġbruli ż-żara, konna nmorru. U l-magna tidres lejl u nhar għax minħabba s-sħana u anke minħabba l-fatt ukoll li kienu jkunu xogħol, in-nies kienu jippreferu li jidirsu bil-lejl. Kont niffranka ħafna tbatija lin-nies iżda jiena kont inbati għax ilħaqt għamilt 15-il ħalla fuq posta waħda. Skond kemm il-bidwi kien ikollu nies bieżla konna ndumu, ġieli sagħtejn u anke tliet siegħat. Imma jien u l-magna nibqgħu hemm u nibdew ħalla oħra ta’ min ikun imiss. Dan it-tiben imbagħad kienu juzawh biex jitimgħu l-bhejjem, jimlew l-imtieraħ u hekk. Kollox kien jintemm malewwel xita f’Settembru. Semmejt diversi proċessi tax-xogħol fuq il-qiegħa... u tal-magna tiegħek? “Sid iż-żara kien jipprovdi tlieta min-nies... wieħed inewwel il-qatt, l-ieħor jaqta’ l-għoqda u l-ieħor jitfa’ fil-delu minn naħa ta’ fuq, tnejn ineħħu t-tiben minn fuq wara u tnejn oħra jidħlu pront pront minn flokhom jimlew fuq il-lożor tax-xkejjer u jġorru, wieħed minna jneħħi x-xkora mimlija qamħ mill-ġenb u jorbotha u xi ħadd ieħor jieħu ħsieb ilkarfa... sifa u żrar u hekk. Dan ix-xogħol domt nagħmlu sa meta kibru t-tfal u mbagħad għaddejtu lilhom. Ġa għedtlek li kien xogħol ta’ tbatija u barra minn hekk ġieli kien ikun riħ kontra u t-trab kien jifgag. Kien jidħol f’imnifsejk u ma’ ġismek kollu. Anke minħabba l-qilla tas-Sajf li kienet għal xhur sħaħ issajjar fuq rasek, għax ħafna drabi ma kont għadni nissaporti xejn fuq l-qargħa ta’ rasi, lanqas il-beritta. Ma kontx nilbes nuċċali tax-xemx lanqas għax kienu jidħku bik dak in-nhar u (…jitbissem…) malajr issib lil xi ħadd jikkalunjak ta’ doctor... tabib. Dik kienet il-mentalità dak iż-żmien. Kull bidu fih it-tmiem... u l-magna llum? “Meta għadda ż-żmien neħħejtha u bgħetha lil wieħed Malti minn Ħal-luqa għall-antikità. Jiddispajaċini llum dwar xi ħaġa li qed tagħmel inti llum... tieħu r-ritratti. Waqt id-dris ġieli ħaduli xi ritratti mal-magna imma qatt ma tlabthom wieħed biex inżommu tifkira. L-istess ukoll li ma ħadtx ritratt tiegħi waqt il-ħin tad-dris għax ma tkunx liebes bħal min ikun jieħu dawn ir-ritratti. Jiddispjaċini ħafna llum għax iż-żmien jgħaddi u bqajt b’xejn. Offrejt servizz ieħor liż-Żebbuġin... kif bdejt bil-forn tal-ħobż? “In-nannu tiegħi Rozario Asciak, li kienu jgħidulu Xanaħ, kellu tifla li żżewwġet lil Pawlu l-Ġumgħa u maġenb id-dar tagħna kellu forn tal-ħobż. Hekk kienu jsibuhom lil dawn innies... tal-ĠUMGĦA. Dan kien krieh liz-ziju tiegħi x-Xnakka.

88

Dan ix-Xnakka li semmejtlek kien jismu Franġisk Camilleri kien ħareġ għall-politika mal-partit ta’ Jones u tela’. Iżda f’affari ta’ sena kien ħassu ħażin u miet. Meta mbagħad il-familjari ta’ dan Franġisk żarmaw mill-forn, kont għamilt wieħed jien u domt naħdem fih għoxrin sena sħaħ. Ma tagħna kien hemm ieħor il-Ponta ‘Tal-Peċiċ’.

Minn ‘Dar Stella Maris’ Mis-Superjur ta’ Dar Stella Maris,

Fr Mark Demanuele, tas-So`jetà Missjunarja ta’ San Pawl. Għeżież Żebbuġin!

Mumenti relassanti għal Ġużepp.

X’titakar dwaru? “Miegħi kelli jaħdmu MIJA... mhux mitt ruħ iżda waħda ġirien tagħna, (Marija Cini) li kienu jgħidulha Mija, Alla jaħfrilha, flimkien ma’ Vitorja tiegħi. Din Marija kienet tiġi filgħodu madwar it-tlieta u nofs jew l-erbgħa tqabbad in-nar u tipprepara. Konna neħilsu madwar is-sagħtejn ta’ wara nofsinhar. Fil-bidu kont nsajjar bil-ħatab iżda mbagħad qlibna għall-pitrolju. Matul il-ġimgħa konna ngħaġnu tliet xkejjer dqiq ta’ sittin ratal (60 ħobża minn kull xkora) u erba’ xkejjer nhar ta’ Sibt. Kien jiġi dqiq abjad minn barra u konna ngħidulu ‘tal-qanpiena’ jew ‘tal-mara’ mill-Kanada. Konna nagħmlu l-ħobża it-tonda, l-bziezen u anke l-kexxun fl-aħħar, meta bdew jixtru xi toaster. Dak kien it-tisjir ta’ matul il-ġimgħa. Imbagħad fl-Għid konna nsajru l-qassatat u l-qagħaq tal-għasel u fil-karnival pastizzi u sejrin. Fil-festi u nhar ta’ Ħadd kont insajjar żewġt ifran filgħodu u l-familji kienu jġibu dixxijiet bil-patata, għaġin, pastizzi, qassatat u torot. Id-dixx jew turtiera kienet tkun ‘mgħallma bl-isem fuq biċċa kartuna, b’xi zokk ta’ sufarin jew werqa taż-żebbuġ. Dan kien xogħol ieħor ta’ sagrifiċċju għax ħafna drabi anke fix-Xitwa kienet iddejqek dik is-sħana tal-forn. Imbagħad tibda tixjieħ u ma jibqalekx moħħ...” Din l-interviżta saret fid-dar ta’ Ġużepp u Vitorja Asciak fi Triq Skapuċċina nru: 22 nhar it-Tlieta 20 ta’ Settembru 2005 fil-preżenza ta’ martu Vitorja, bintu Maria u ibnu Ġanni. Seba’ xhur wara, nhar id-19 ta’ Mejju 2006, mietet Vitorja fl-età ta’ 91 sena u ħames xhur wara miet Ġużepp nhar is-27 ta’ Ottubru 2006 fil-għomor ta’ 94 sena. Ħajr lil George, iben Ġużepp, li pprovdielna r-ritratti u talkoperazzjoni sħiħa li sibna biex ġew iċċarati ċerti sintesi.

Il-festa t-tajba! Kemm huma jiem sbieħ bħalissa fiżŻebbuġ! Huma jiem li nistennewhom minn sena għalloħra! Minn ġimgħat qabel, min isegwi l-facebook tibda tara ħafna miż-żgħażagħ Żebbuġin jitfgħu ritratti dwar il-festa tas-sena l-oħra u jiktbu ftit versi l’hawn u l’hinn biex jibnu entużjażmu għall-festa li ġejja, l-Assunta taż-Żebbuġ 2013! Aħna ukoll, fi Stella Maris ninqabdu minn dan l-entużjażmu u naraw li din il-ġimgha talfesta nkunu ftit iżjed liberi biex ingawdu l-festa sabiħa ta’ Santa Marija fiż-Żebbuġ! Ta’ kull sena, meta niġi biex nikteb dan l-artiklu, inħares lura lejn sena oħra li għaddiet! Sena mimlija attivitajiet sbieħ li ġew organizzati fid-dar tagħna fi Stella Maris! Sena fejn nirrealizzaw kemm għaddew nies minn din id-dar, jiġifieri kemm għaddew nies miż-Żebbuġ! Fid-dar, nirringrazzjaw ‘l Alla qed ikollna ħafna gruppi ta’ nies, kemm minn Għawdex kif ukoll minn Malta u din is-sena anke kellna grupp ta’ persuni Taljani. Ilkoll kemm huma jiġu għal jiem ta’ silenzju u talb, biex jinqatgħu mir-rutina tal-ħajja ta’ kuljum u hekk jirriflettu dwar ir-relazzjoni tagħhom ma’ Alla u ma’ ħuthom il-bnedmin. Kellna patrijiet u sorijiet, lajċi u żgħażagħ li għażlu d-dar tagħna biex jinqatgħu ftit u jidħlu fihom infushom. Dan kollu xi jfisser għażŻebbuġ? L-ewwelnett, kull min qed jiġi, kemm dawk li jiġu fil-jiem xitwin kif ukoll dawk li jiġu f’jiem iktar sħan, qed jindunaw bis-sbuħija ta’ dan ir-raħal! Tisma’ kummenti dwar l-ambjent sabiħ, in-natura

fenomenali, it-tjubija tan-nies Żebbuġin u l-kobor t’Alla! Jikkumentaw ukoll dwar il-kwiet li joffri l-post, li jgħin ħafna ukoll. Anki nies Għawdxin stess, ġieli qaluli li rarissimu jitilgħu ż-Żebbuġ, imma minħabba xi rtir li jiġi organizzat fid-Dar tagħna, jindunaw xi jkunu qed jitilfu! Kunu kburin Żebbuġin, bl-ambjent u r-raħal. Biex nagħtikom ftit idea ta’ kemm nies għaddew mid-dar, matul is-sena, minn Settembru 2012 sa l-aħħar ta’ Lulju ta’ 2013, ġew fid-dar ta’ Stella Maris ‘il fuq minn elf persuna. Kien hemm dawk li ġew għall-ġurnata, oħrajn għall-weekend u oħrajn għal iżjed żmien! Mhux ċajta hux!!!! Kemm nieħu gost meta għal darba biss fis-sena nagħmlu l-laqgħa tagħna magħkom fid-dar! L-ewwel Ħadd tal-Avvent, inħobb ngħidlu l-ġurnata talbenefatturi! Għax intom ilkoll benefatturi tagħna! Ħafna jiġu bi ħġarhom għal dawk it-tliet siegħat ta’ divertiment fid-dar. Ikun mument sabiħ għalina lkoll biex personalment nilqgħukom f’darna u nitkellmu magħkom. Ta’ kull sena nieħdu gost narawkom tieħdu gost magħna, tieklu xi ħaġa u forsi tirbħu xi rigal sabiħ ukoll. Grazzi mill-qalb tal-ġenerożita` tagħkom. Xi ħaġa oħra unika li qed nagħmlu hija li kull sena, il-komunita` tal-lajċi li niltaqgħu kull nhar ta’ Sibt fiddar, matul il-Ġimgħa Mqaddsa, inżidu ftit iżjed id-doża spiritwali. Infatti fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka, flok noqogħdu nduru minn knisja għall-oħra biex nagħmlu s-seba’ viżti, ħassejna li tkun iżjed sabiħa li niltaqgħu filkappella tagħna u norganizzaw siegħa adorazzjoni…

N.B. Minħabba ċ-ċokon tar-raħal u b’ħafna nies iġorru l-istess kunjom, f’din l-intervista qed jintuża ukoll l-laqam tal-familji. Dan mhux ġest ta’ disprezz lejn il-membri iżda mezz biex jiddistingwi min huma l-persuni msemmija. George J. Cefai 16 ta’ Lulju 2013.

TIKKUPJAX: KULL DRITT MIŻMUM.

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

89


ma’ Ġesu` fiċ-ċenaklu. L-għada, il-Ġimgha l-Kbira filgħodu kmieni mas-sitta, nitilgħu mal-għolja Ta’ Għammar biex flimkien nirreċitaw il-Via Sagra, filħemda tal-għodwa! Minbarra dawn, matul ir-Randan, kull nhar ta’ Erbgħa tard filgħaxija niltaqgħu bħala komunita` u nitolbu flimkien, jew permezz tar-rużarju meditat jew permezz ta’ meditazzjonijiet oħra. Ħaġa oħra sabiħa li issa qed tindara hi, li matul ir-Randan, kull nhar ta’ Ġimgħa, għamilna t-talba tal-Lawdi fis6.00am. Inħoss li dawn huma mumenti fejn anki intom iż-Żebbuġin tistgħu tapprofittaw minnhom u min ikun jista’ jingħaqad magħna ukoll.

Nixtieq nagħmel nota żgħira. Kemm il-darba jkun hemm min jistaqsina għaliex ma tagħmlux xi statwa jew purċissjoni u festa ikbar. Kien hemm min staqsiena ukoll għaliex nhar ta’ Ħadd ma jsirx quddies fi Stella Maris. Ir-risposta hija sempliċi…il-parroċċa ma tiflaħx firdiet. Nemmnu li kull nhar ta’ Ħadd, postna hu fil-Knisja Ċentrali tar-raħal, hekk li n-nies li matul il-ġimgħa jiffrekwentaw il-quddiesa fid-dar tagħna, nhar ta’ Ħadd jersqu lejn il-Parroċċa u jipparteċipaw fil-quddiesa mal-kumplament tal-komunita` l-kbira. Anki l-festa, hija waħda, dik ta’ Santa Marija u aħna bħala dar, dak li norganizzaw ikun dejjem bil-barka tal-Arċipriet tal-parroċċa, biex naħdmu id f’id miegħu għall-ġid tar-raħal Żebbuġi.

PAOLOture Calza SAndLES

13, Palm Street, Victoria Gozo. Tel/Fax: 21 565157 Mob: 9942 4386

Din is-sena ukoll iċċelebrajt il-25 sena ta’ saċerdozju fil-Parroċċa taż-Żebbuġ. Għaliex iż-Żebbuġ u mhux fir-Rabat ta’ Malta? Għamiltha magħkom għax verament inħossni milqugħ minnkom ilkoll! Xtaqt ukoll li niċċelebraha magħkom biex nitolbu għasSaċerdot…mhux jien…imma għas-saċerdot li xi drabi nfittxuh biss meta jkollna bżonnu. Ridt naqsam magħkom dan il-mument ta’ ferħ għax bħalissa ninsab magħkom u ridt verament ngħidilkom grazzi ta’ dak kollu li tagħmlu magħna lkoll. Ridt ukoll flimkien ma’ sħabi tas-Soċjeta` Missjunarja ta’ San Pawl nitolbu flimkien magħkom f’għeluq il-103 snin mill-fondazzjoni permezz ta’ Mons Gużeppi De Piro. Nixtieq ngħid

Grazzi mis-So`. Filarmonika Santa Marija lil dawk li offrewlna r-reklami tag] hom f’dan il-ktejjeb, u lill-Ar`ipriet Reuben Micallef ta’ l-ispazju li offrielna.

90

F’isem Fr. Joe u ħafna oħrajn nawguralkom il-festa t-tajba u nwegħdukom it-talb tagħna ta’ kuljum, għalikom u l-familji tagħkom. Viva Santa Marija!

Fix-xahar ta’ Mejju, ix-xahar t’ Ommna Marija, kull sena, qrib it-8 ta’ Mejju nagħmlu l-festa ta’ Stella Maris. Ovvjament mhux xi festa bil-banda u l-murtali imma festa fid-dar fejn niltaqgħu bħala ħbieb u nitolbu lil Ommna Marija biex tkompli tkun l-istilla tal-Baħar li tiggwidana u tressaqna iżjed lejn Binha Ġesu`.

bargategozo@gmail.com

CoMFoRT

grazzi kbira ħafna lil dawk kollha li tawni l-għajnuna tagħhom biex għamilna festa sabiħa!

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Il-Kunsill Presbiterali u l-Kunsill Parrokkjali tal-Parro``a ta’ Santa Marija - |ebbu[, G]awdex Jawguraw lill-qarrejja kollha ta’ din ir-rivista

Il-Festa t-Tajba 91


KRISTINA GALEA

Saċerdoti li niftakar (14)

Min hi din il-mara? tikteb: Salvina Galea

DUN KARM VELLA MEJLAK

Mara twila, mibnija tajjeb, b’moħħ, qalb u idejn mimlijin għerf, imħabba u saħħa. Din kienet Kristina li tirranġa l-għadam.

minn Dun {or[ Vella

Twieldet fl-10 t’Ottubru 1910 u ħallietna fit-22 ta’ Frar 1993. Telqet ġawrha minn pajjiżna. Kienet tgħix fiż-Żebbuġ, Għawdex wara li żżewġet lil Wiġi Galea. Kellha tlett itfal, żewġ subien, Ċikku u Mikieli u bintha Marija. Ġesu’ żejjinha b’ċertu talent li kien jitlob minnha ħafna attenzjoni. Ġew jitolbu l-għajnuna tagħha mijiet ta’ nies meta kienu jfekku xi parti minn ġisimhom. Nies ma jistgħux jagħmlu pass bl-uġiegħ, ma jistgħux iċaqalqu jdejhom, daharhom mixwi bl-uġiegħ. Kienu jidħlu f’darha zopop, mgħawġin u nklinati jokorbu u jibku. X’uħud minnhom kien ikollhom xi ksur, Kristina kienet tinduna mal-ewwel u kienet tgħidilhom, “Ħabib mur l-isptar għax m’intiex ta’ jdejja.” Dawk li kien ikollhom tifkik Kristina kienet tidlikhom ġentilment b’xi mediċina li kienet tħallathom hi stess. Ħaġa tal-għaġeb wara ħafna messaġġi li kienet tagħmel lil parti li kienet tuġgħa linnies, kont tisma’ ċertu ringrazzjament mill-fond tal-qlub ta’ dawk li kien għadhom kemm ħarġu minn taħt idejha. Kristina meta kienet tlesti kienet tgħidilhom, “Mur ħabib, imma strieħ għal tlett ijiem u timxi żgur u jgħaddilek.” Kemm kienu jixtiqulha għomor twil għax kienu jgħidulha fik naraw lil Kristu daqs kemm isserraħna. Mirakli kienet tagħmel!

Kristina kienet tgħin lil kull min kien jitlobha xi għajnuna kienet, x’kienet. Kellha ħanut tal-growser u hi kienet timla’ ħoġorha u tqassam minn qalbha lil xi nies b’ħafna tfal jew fil-bżonn. Kienet gustuża u ġeneruża b’qalb tad-deheb. Il-bibien ta’ darha kienu miftuħin għal kulħadd. Min jaf kemm soror ta’ sapun, laned u ħobż bagħtet lil xi familji. Jiena Salvina ta’ Mikieli kont nisimgħek issejjaħli meta kont issemmini b’tant rispett u mħabba. GRAZZI KRISTINA!

smugglers’ Cave Bar - restaurant - Pizzeria il-menqa - marsalforn Gozo

Group Parties Orange Juice or

Fresh Soup or

Penne Tomato Sauce Rosted Beef or

Roast Chicken or

Tel:

2155 1005, 2155 1197, 2156 6785, 2155 1411, 2155 9959 Mob: 9949 9071, 9945 1344, 9925 5659 Email: smuggler@maltanet.net Web: www.smugglers.com.mt Menu is subject to last minute change 92

Roast Pork Veg, Potatoes, Bread & Butter

Dessert 25cl Soft Drink or

25cl Local Beer or

One Glass Gozo Wine Price €13.00

(This Menu is for 15 persons and over)

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Dun Karm twieled iż-Żebbuġ fi Triq il-Mitħna, fiddar fejn kienet toqgħod il-familja tiegħu. Hu kien iben Wiġi u Marija nee` Mejlak. Kien il-jum 29 t’ Awwissu tas-sena 1897 meta twieled Dun Karm u ġie mgħammed fil-Knisja Parrokkjali taż-Żebbuġ. Beda l-ħajja tiegħu kemm għal din id-dinja kif ukoll għal dik li ma tintemm qatt fl-eternita` fid-dar tal-Missier tas-sema. Kellu ħuh Mons. Kantur Dun Andrea Vella li kien sentejn iżgħar minnu. Dun Karm beda t-tagħlim tiegħu fl-iskola primarja tażŻebbuġ. Wara li għadda s-snin ta’ tagħlim fl-iskola primarja, kompla t-tagħlim tiegħu fl-iskola sekondarja tar-Rabat. Ma ninsewx li f’dak iż-żmien ma kienx hemm trasport kif għandna llum u għalhekk nistgħu naħsbu li ta’ kuljum kemm Dun Karm kif ukoll dawk kollha li kien ikollhom ix-xewqa u l-ħsieb li jmorru l-iskola sekondarja r-Rabat, kien ikollhom imorru bil-mixi kemm filgħodu kif ukoll kull filgħaxija biex jirritornaw lura lejn id-dar. Forsi kultant kienu jiltaqgħu ma’ xi ħadd li jkun tiela’ jew nieżel b’xi ħmar u żiemel u dak li jkun juri ħniena magħhom u jagħtihom xi rikba fuq il-karettun. Dan naraw kemm kien ikun diffiċli għal dawk li jkunu fl-irħula u jkunu jixtiequ jkomplu jitgħallmu. Intant Dun Karm ma kienx jaqta’ qalbu minn dawn id-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom. Ma kienx jara t-tbatija u s-sagrifiċċji li jrid jagħmel sabiex ikompli l-istudji tiegħu. Żgur li kien qed jisma’ s-sejħa li kien qed jagħmillu l-Mulej, sejħa biex ikun saċerdot tiegħu ħalli jkun jista’ jaħdem fl-għalqa tiegħu għassalvazzjoni tal-bnedmin. Dun Karm kellu ukoll izziju tiegħu saċerdot ħaddiem fl-għalqa tal-Mulej. Kien jieħu minnu l–eżempji tajbin u nistgħu naħsbu li iktar kien qed ikun jista’ jressaq erwieħ lejn Ġesu’ u lejn l-Imqaddsa Verġni Marija Omm. Fil-qalb ta’ . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Dun Karm kienet dejjem qed titkebbes il-fjamma ta’ mħabba lejn il-Qalb ta’ Kristu u min jaf kemm kien jitlob biex Ġesu’ jkompli jgħinu ħalli jkun ġeneruż fittweġiba tiegħu għas-sejħa li kien qiegħed jagħmillu. Dun Karm għadda b’suċċess is-snin tat-tagħlim tal-iskola sekondarja. Sena wara l-oħra ż-żmien jgħaddi u issa naraw lil Dun Karm jiddeċiedi dwar il-ħajja futura tiegħu. Beda l-kors tat-tagħlim tal-filosofija fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesu’ r-Rabat sabiex jibda u jkompli t-triq tas-saċerdozju. Wara li għadda dan il-kors, kompla bittagħlim tat-teoloġija. Seba’ snin ta’ tħejjija għall-ħajja saċerdotali, ħajja kollha kemm hi ddedikata lil Alla. Wasal il-jum mixtieq u mistenni minn Dun Karm, it-22 ta’ Diċembru 1922. Jum sabiħ u wisq għażiż li fih ġie ordnat saċerdot flimkien ma’ disgħa oħra. Kien l-Eċċ.Tiegħu Mons. Isqof Ġiovanni Marija Camilleri OSA li ordna saċerdot lil Dun Karm u lil sħabu fil-Knisja Katidrali. Żgur li dakinhar Dun Karm kellu ferħ kbir, il-qalb tiegħu kienet mimlija bil-hena tas-sema, u żgur li nesa għal kollox it-tbatija li bata matul dawk il-vjaġġi kollha bil-mixi li kien jagħmel kuljum miż-Żebbuġ għar-Rabat u viċiversa. Dun Karm saċerdot ġdid, saċerdot li jrid jagħti lilu nnifsu kollu kemm hu lil Alla li sejjaħlu għal warajh biex ikun sajjied għaqli u kuraġġuż tal-bnedmin. Dun Karm x’ser jagħmel issa li wasal fejn kienet tixtieq qalbu. Fejn riedu jasal il-Mulej? Żgur li hu issa kien ser ikun lest biex ikompli jilqa’ kull sejħa li l-Mulej ser jagħmillu biex jibqa’ u jkompli l-ħidma qaddisa saċerdotali. Dun Karm sema’ li f’Malta filparroċċa tal-Għargħur kien hemm bżonn li jmur saċerdot billi f’din il-parroċċa ma kienx hemm saċerdot ħlief il-kappillan li kien anzjan ħafna u saċerdot ieħor li kien bħalu. F’din il-parroċċa kien hemm bżonn li jmur saċerdot żagħżugħ li jkun jiflaħ u ta’ kuraġġ sabiex il-

93


poplu ta’ din ilparroċċa jkollu min jgħinu u jagħtih dak kollu li jkollu bżonn. Ilparroċċa tażŻebbuġ li Dun Karm żgur li kellu mħabba lejha, bħal kull saċerdot ieħor li jħobb il-parroċċa tiegħu, xtaq li joffri ħidma tiegħu għal din il-komunita` li kienet għal Dun Karm flimkien ma’ xi ħbieb minn qalbu. Iżda Malta waqt żjara fid-dar tiegħu fiż-Żebbuġ Dun Karm ra li fi żmienu l-parroċċa taż-Żebbuġ kellha biżżejjed saċerdoti biex il-poplu jkun moqdi kif għandu jkun. Għalhekk Dun Karm ħass fil-qalb tiegħu li Alla l-Imbierek kien qed isejjaħlu sabiex iħalli kollox, familja, ħbieb, parroċċa, u jmur Malta f’din il-parroċċa tal-Għargħur li ser tkun il-parroċċa ġdida għalih iżda li kien ser ikun saċerdot li jagħti kontribut kbir għall-poplu ġdid li l-Mulej kien sejjaħlu sabiex imur jgħinu fil-ħajja spiritwali u morali tiegħu. Dun Karm ħa deċiżjoni kuraġġuża li żgur kellu fiduċja kbira fil-Mulej u fil-protezzjoni materna lill-Verġni Marija. Iddeċieda li jmur malajr la l-Mulej iridu jmur fost dak il-poplu li kien qiegħed jistenna lil xi saċerdot biex jgħin fil-ħidma pastorali ta’ din ilparroċċa. Għaddew biss ftit xhur minn meta Dun Karm sar saċerdot. F’Marzu tas-sena 1923, Dun Karm mar sabiex jibda l-ħidma tiegħu saċerdotali u pastorali f’din il-parroċċa ddedikata lil wieħed mill-appostli kolonni tal-Knisja San Bartilmew. Dun Karm sab lillKappillan li laqgħu b’ferħ kbir u li issa kien sodisfatt li ser ikollu min jgħinu fil-ħidma diffiċli li kellu. Il-poplu min jaf kemm feraħ b’Dun Karm meta ra li issa għandu saċerdot żagħżugħ u mimli enerġija, ħerqan li ser jagħmillu dak kollu li hu possibli kemm għall-ħajja spiritwali tiegħu kif ukoll għal kull tip ta’ għajnuna li jkollu bżonn. Dun Karm ngħata kollu kemm hu biex jaħdem u jistinka għall-ġid ta’ din il-parroċċa u għallkomunita` tagħha. Dun Karm biex ikollu min iservih fid-dar b’xorti kbira kellu lil oħtu Karmena li aċċettat li tmur hemm miegħu f’din il-parroċċa u din ukoll żgur li b’sagrifiċċju kbir kienet tagħmillu kulma jkun meħtieġ u hekk Dun Karm ikun jista’ jiddedika l-ħin kollu għall-ġid tal-parroċċa. Dun Karm ma marx hemm għal sena, sentejn jew tlieta. Dam jaħdem hemm għal 46 sena sħaħ. Fl-aħħar snin tiegħu kienet tmur tgħinu n-neputija tiegħu Tonina billi l-Mulej lil oħtu Karmena kien sejħilha għall-ħlas ta’ dejjem fis-sema. Min jista’ jsemmi l-ġid kbir li Dun Karm għamel

94

matul is-46 sena f’din il-parroċċa tal-Għargħur? Hu baqa’ dejjem hemm jaħdem. Għalkemm min jaf kemm-il darba l-Awtorita` tal-Knisja sejħulu anke biex isir kappillan kemm f’din il-parroċċa kif ukoll għal parroċċi oħra hu dejjem baqa’ jinsisti li l-ħidma tiegħu ried ikompliha f’din il-parroċċa bħala sempliċi saċerdot. Jien jidhirli li kien jgħid li matul dawn is46 sena tiegħu ra seba’ kappillani jinbidlu jiġifieri hu ħadem ma’ seba’ kappillani differenti dejjem b’kooperazzjoni u ftehim magħhom. Dejjem kien leali lejhom u jaħdem id f’id magħhom. Dun Karm kien saċerdot sinċier, umli, dejjem lest biex jagħmel dak kollu li jkun hemm bżonn għall-ġid tal-komunita`. Qatt ma kien ifittex l-interessi tiegħu imma dawk li jkunu għall-ġid tal-Knisja, tal-poplu u għall-ikbar glorja t’Alla. Kien dejjem ta’ ftit kliem, u dak li jgħid kien iqisu sewwa qabel ma jgħidu. Dun Karm kellu ukoll jgħaddi s-snin qliel fil-gwerra hemm f’Malta. Ma beżax mill-perikli li seta’ jiltaqa’ magħhom f’dawn issnin hekk iebsa għal pajjiżna. Il-fiduċja kbira tiegħu kienet f’Alla li kien għażlu għal din il-missjoni u hu ried li jwettaqha mill-aħjar li seta’. Dun Karm għaraf li s-saċerdot hu l-bniedem t’Alla u għalhekk hu dejjem kien disponibbli għal kulma kien irid minnu. Min jaf kemm assista ma’ morda u moribondi li jkunu waslu fl-aħħar mumenti ta’ ħajjithom u għalhekk kienu ser jidhru quddiem Alla għall-ġudizzju tagħhom. Dun Karm kellu diversi karigi x’jaqdi fil-parroċċa iżda żgur li l-aqwa ħidma tiegħu kienet fil-konfessjonarju u jagħti pariri tajba lil dawk kollha li kienu jmorru għandu sabiex jgħinhom fid-diffikultajiet tagħhom. Min jaf kemm tfal u żgħażagħ tgħallmu t-tagħlim li kien jagħtihom f’laqgħat diversi li kienu jsiru għalihom u kemm ġenituri kienu jaraw fih l-anġlu tal-paċi. Dun Karm ħadem kemm felaħ biex iressaq anke lil dawk li forsi għal xi żmien ikunu tbegħdu mill-Knisja – f’kelma waħda Dun Karm kien is-saċerdot għal kulħadd u ta’ kulħadd. Iż-żmien jgħaddi jiġri minn fuq il-bniedem u għal Dun Karm ukoll iż-żmien kien għaddej ġmielu. Meta waslet is-sena 1969, wara 46 sena ħidma f’din il-parroċċa li żgur saret it-tieni parroċċa wara l-parroċċa taż-Żebbuġ li tatu t-twelid tiegħu, issa Dun Karm ħa deċiżjoni għaliex ra li l-forzi tiegħu kienu qegħdin jonqsu għalkemm kien għadu mhux ħażin. Iddeċieda li jerġa’ lura lejn pajjiżu, lejn il-parroċċa fejn twieled, trabba, kiber u fejn sar

Dun Karm (lemin) ma’ ħuħ Mons. Andrea

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

saċerdot. Żgur li għalih kienet deċiżjoni diffiċli li jħalli lil dak il-poplu li tant kien iħobb u li kien tant maħbub minnu. Il-poplu tal-Għargħur meta sema’ bl-aħbar li Dun Karm kien ser jirtira u jmur pajjiżu, żgur li ħassu ddispjaċut għaliex kien qiegħed jara li kien ser jitlef saċerdot benefattur kbir li tant kien għamel ġdid matul is-46 sena li dam hemm jaqdi l-missjoni ta’ saċerdot veru ta’ Kristu. Żgur li ħafna kienu dawk li qalulu biex ibiddel id-deċiżjoni tiegħu iżda Dun Karm baqa’ sod fil-fehma tiegħu għax hekk kien qiegħed iħoss li din kienet ir-rieda ta’ Alla. Għalhekk f’Mejju ta’ din is-sena Dun Karm ġie lura ż-Żebbuġ sabiex jgħaddi l-kumplament ta’ ħajtu fil-parroċċa fejn twieled u trabba. Kulħadd feraħ meta rajna lil Dun Karm fostna. Għalkemm kien anzjan għaliex diġa` kellu 72 sena, Dun Karm beda jagħti s-sehem tiegħu biex anke jkun ta’ servizz għall-poplu tagħna, jgħin fil-ħidma pastorali, jiċċelebra l-Quddiesa f’ħin li kien adattat għalih u għall-poplu u l-aktar kien assidwu u dispost għas-sagrament tal-Qrar. Ta’ kuljum konna narawh il-Knisja mhux biss filgħodu imma wkoll filgħaxjia quddiem Ġesu` Sagrament jirreċita t-talba tar-Rużarju u jirċievi l-barka ta’ Ġesu` Ewkaristija. Ħafna drabi fil-ħin tal-ġurnata kien idur dawra marraħal u jiltaqa’ ma’ xi uħud u jkellimhom u jgħidilhom xi kelma għall-ġid tagħhom. Dun Karm avolja anzjan kien qiegħed jagħti s-sehem tiegħu kollu . Id-dar kien jgħaddiha ma’ ħuh Mons. Kantur Andrea Vella mgħejjun mill-proneputijiet tiegħu. Kien maħbub minn kulħadd għaliex kien saċerdot umli li jisma’ lil kull min kien irid ikellmu u dejjem lest sabiex jagħti l-għajnuna bil-pariri tiegħu. F’Diċembru tas-sena 1972 għalaq 50 sena saċerdot. Iċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla flimkien mal-Arċipriet u l-Kleru tal-Parroċċa u l-Komunita`. Kien xieraq li Dun Karm jiċċelebra dan il-Ġublew tad-Deheb meta kien jaf kemm Alla kien ħabbu li tah dawn is-snin ta’ ħidma fejjieda u għajnuniet kbar biex ikun jista’ jkun ta’ servizz għallpoplu kollu. Alla l-Imbierek kien għad baqagħlu x’jagħti lil Dun Karm u kien sa jagħtih iktar snin ta’ ħajja sabiex ikompli jressaq il-bnedmin lejh. Hu kompla l-ħajja tiegħu jagħti kull servizz meħtieġ speċjalment fis-servizz tal-Qrar u fil-funzjonijiet liturġiċi sal-aħħar snin sakemm is-saħħa fiżika tiegħu kienet tippermettilu. Fis-sena 1990 ġarrab it-telfa ta’ ħuh Mons. Adrea li l-Mulej sejjaħlu għall-ħdan . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

tiegħu. Il-mewt tifridna minn xulxin u għalkemm nafu li l-mewt hija bidu ta’ ħajja ġdida iżda bħala bnedmin inħossuha l-firda ta’ bejnietna li tiġi fuqna minħabba l-mewt li nġarrbu. Dun Karm bħal kull bniedem żgur li ħass din il-firda u bħala bniedem mimli bil-għomor. Jien u ħija l-Arċipriet konna mmorru d-dar tiegħu biex ngħinuh jiċċelebra l-Quddiesa billi ma kienx għadu jiflaħ jasal sal-Knisja. Konna nsibuh dejjem ferħan u kuntent minkejja li kien rikoverat id-dar. Kien dejjem imdawwar bin-neputijiet tiegħu li tant kien iħobbhom u li tant kienu jħobbuh. Dejjem lest biex jgħinuh f’kollox. Iż-żmien jgħaddi u joqrob dak il-mument li fih irridu nħallu kollox. Wasal ix-xahar ta’ Diċembru u l-ħajja ta’ Dun Karm kienet tidher li kienet toqrob lejn it-tmiem. Baqa’ dejjem kalm u ferħan jiċċelebra l-Quddiesa mgħejjun minna. Fin-novena tal-Milied kien donnu iktar ferħan li kienet riesqa l-festa kbira tat-Twelid ta’ Ġesu` fostna. Ma nafx preċiż jekk kompliex jiċċelebra l-Quddiesa sal-Milied. Naf biss li fl-aħħar ġurnata tan-Novena kien beda jbati biex iqum mis-sodda għaliex is-saħħa kienet marritlu. IlMilied għaddieh fis-sodda u kien jidher li mar għallagħar. Mal-lejl baqa’ sejjer lura u filgħodu kmieni ftit wara li jien mort il-Knisja wara mort ħdejh u ġie ħija biex ikompli jassistih. Xi siegħa wara Dun Karm għalaq għajnejh għal din il-ħajja u r-ruħ tiegħu marret għand il-Mulej. Kien is-saċerdot l-aktar anzjan taddjoċesi. Kellu 94 sena, 69 sena minnhom saċerdot. Żgur li l-Knisja kellha saċerdot li tant kellu mħabba lejha li qatt ma beża’ minn sagrifiċċji li kellu jgħaddi minnhom anke fi żminijiet l-iktar diffiċli. Saċerdot li ħadem, stinka u bata biex ikun ta’ ġid għall-poplu kollu. Sar il-funeral tiegħu fil-parroċċa bis-sehem talkleru u tal-poplu kollu u mbagħad ġie midfun fil-qabar tal-familja. Nitolbu biex il-Knisja jibqa’ jkollha saċerdoti qaddisin bħal Dun Karm ħalli l-poplu t’Alla dejjem ikollu min jgħallmu u jmexxih fiddirezzjoni t-tajba. Dawk kollha ta’ rieda tajba għandu jkollhom min jgħinhom jimxu fittriq tas-salvazzjoni. Mulej kompli agħtina rgħajja qaddisa biex imexxu bil-fedelta` kollha l-merħla tiegħek lejn ilmergħat ta’ dejjem.

95


IS-SALINI TAL-MELĦ Inkomplu nagħtu l-ħajja lis-snajjiet antiki jikteb Justin Xuereb Ir-raħal pittoresk taż-Żebbuġ hu mdawwar b’veduti li jsaħħruk fosthom tal-għoljiet, tal-kampanja u talkosta. Malli tibda n-niżla ta’ Triq Għajn Mhelhel li twasslek għall-bajja tax-Xwejni, tilmaħ il-Qolla l-Bajda. X’ħin tasal fil-bajja u taqbad timxi malkosta mill-bajja ‘l ġewwa lejn in-naħa tax-xellug, tara’, tisma’ u xxomm il-ġmiel tan-natura, tintebaħ b’id setgħana tal-bniedem qadim t’Għawdex li għamel is-salini. Ftit insibu informazzjoni dwar din is-sengħa fil-gżejjer tagħna. Li nafu żgur hu li kienu l-Feniċi li kienu nibbtu din is-sengħa. Il-melħ hu materja prima li minn dejjem sab l-użu tiegħu fil-ħajja tal-bniedem. Fiż-żminijiet tal-lum baqa’ xi familji li għadhom jaħdmu dawn is-salini. Waqt mixja tiegħi li fettilli nagħmel fir-rebbiegħa, lejn dawn in-naħat iltqajt ma’ wieħed mill-produtturi tal-melħ, Leli tal-melħ li tista’ tgħid qatta’ bosta snin minn ħajtu jaħdem fis-salini .Skoprejt illi dan ir-raġel kien sors kbir ta’ informazzjoni dwar dan is-suġġett. Għamilt diskursata twila fejn spjegali kif isir il-proċess tal-melħ u l-qtigħ il-qalb u x-xogħol iebes biex jinġabar il-melħ. ‘Kollox jiddependi mit-temp’, qalli Leli. Għalija kienet esperjenza unika fejn offrejt l-għajnuna tiegħi billi Leli nzerta kien qed jagħmel xi xogħol ta’ tindif fil-ħofor waqt li kien qed jipprepara għall-istaġun li ġej. Doqt il-ħidma talid li f’dawn iż-żminijiet aħna ż-żgħażagħ bħali ftit nagħtu kas u nagħlqu għajnejna għal dak li jinvolvi x-xogħol manwali, anki jekk saħansitra jkunu biss żewġ passi ‘l bogħod minna. Illum moħħna aktar mehdi f’dak li toffri t-teknoloġija b’dak li ġġib magħha u rari nagħtu kas tal-ambjent u s-snajjiet li aħna mdawrin bihom. Leli kompla jtennili li t-turist li jżur gżiritna jibqa’ mmeraviljat u affaxxinat b’dawn is-salini u bilprodott x’ħin jarawh f’idejhom, iżda l-iktar biddeterminazzjoni u l-passjoni li jkollu l-ħaddiem talid għas-sengħa tiegħu. L-awtoritajiet u l-kunsilli lokali għandhom jgħallmu u jgħarrfu liċ-ċittadini b’dawn it-tradizzjonijiet u l-prodott naturali Malti. Anke tfal u studenti għandhom jiġu mħeġġa jżuru postijiet bħal dawn sabiex iduqu dawn issnajjiet. Ħassejtni li bħal ċittadin responsabbli nwassal leħen Leli u s-sengħa tiegħu biex nagħti dan il-ftit tagħrif u nqajmu kuxjenza ħalli dawn it-tradizzjonijiet antiki li jagħmlu parti kbira millkultura tagħna ma nħalluhomx jinxfu bħall-ilma baħar.

96

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

97


Kulleġġ ta’ Għawdex Skola Primarja Żebbuġ “Mons. Ġian Andrea Vella”

SEAFRONT

Fishing Tackle & all your fishing needs Tel: 2156 4126

Mob:7970 3338

Email: jacquelinegozo25@hotmail.com

Flats & house For Rent Tel: 2155 1093 - 2156 4353 Mob: 7970 3337 Website: www.gozo.com/morningstar

AĦBARIJIET MILL-ISKOLA SENA SKOLASTIKA 2012-2013 minn Frank Tabone - Kap tal-Iskola

Opportunità u grazzja kbira ta’ tagħlim Darba waħda ...wieħed raġel li kien jaf li qalb iċ-ċagħak tal-Baħar l-Iswed kien jeżisti djamant prezzjuż ħafna, qatagħha li jibda jfittxu u ma jieqafx qabel ma jsibu. Telaq kollox u terraq sakemm wasal max-xtajta tal-baħar. Intasab bilqegħda u beda jaqbad ċagħka f’idu, iħossha kiesħa u jitfagħha fil-baħar. Dam sejjer hekk jum wara l-ieħor... ġimgħa, tnejn, tlieta... sakemm jum fost l-oħrajn jaqbad f’idu d-djamant li tant xtaq. Iżda r-rutina li kienet issa saret parti minnu ma ħallitux jinduna bitteżor kbir li kellu f’idejh. U mingħajr ma ried u bla ma jaf, qabad id-djamant bħal kull ċagħka oħra u tefgħu wkoll fil-baħar! Din l-istorja ħelwa tista’ tiġri lilna wkoll. Għandna tabilħaqq opportunità u grazzja kbira li t-tfal għandhom it-tagħlim ta’ kuljum fi skola mill-isbaħ fejn jistgħu jitgħallmu b’mod sikur u pjaċevoli. It-tagħlim huwa djamant li għandna u l-akbar ġid li aħna nistgħu nagħtuhom lit-tfal huwa sewwasew it-tagħlim, li kif kien iħobb jgħid San Ġorġ Preca, huwa l-għajn ta’ kull ġid. Għalhekk huwa sabiħ, għaqli u meħtieġ li nkomplu napprezzaw it-tagħlim li wliedna jirċievu fliskola. Fi spirtu ferrieħi dejjem jikber fl-istennija tal-festa tarraħal, huwa ta’ pjaċir għalija li norqom dawn l-erba’ kelmiet dwar l-edukazzjoni u r-raħal sabiħ taż-Żebbuġ fi żmien tant mistenni tal-festa kbira ta’ Santa Marija. Ħarsa lura lejn is-sena skolastika 2012-2013 L-ewwel passi... It-tfal tal-Kinder tal-Ewwel u tat-Tieni Sena huma l-anġli żgħar tal-iskola u tar-raħal taż-Żebbuġ. Huwa ta’ ferħ kbir għalina narawhom jikbru fiżikament u mentalment fl-iskola magħna. Bla dubju, dan hu l-iktar żmien importanti għall-iżvilupp tat-tfal. Dan huwa żmien fejn it-tfal l-iktar li jitgħallmu u jibdew il-bini tal-karattru

98

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

tagħhom. Il-klassijiet tal-Kinder jagħmlu parti minn dan iż-żmien sabiħ tal-ewwel snin ta’ kull tifel u tifla. L-għan tagħna hu għalhekk li t-tfal jiġu l-iskola ħerqana u jibqgħu jiġu għal qalbhom, fejn jagħmlu l-ewwel passi indipendenti tagħhom, mingħajr il-ġenituri. Hekk ukoll jitgħallmu kif iġibu ruħhom tajjeb fl-iskola, jikkomunikaw ma’ xulxin, jaqsmu bejniethom, jagħmlu ħbieb u jgħinu lil xulxin fejn jistgħu. Dan kollu jsir waqt li jkunu jilagħbu u jieħdu gost ma’ xulxin fl-iskola. It-tagħlim fil-klassi... huwa bla dubju ta’ xejn ċ-ċentru tal-attività tat-tagħlim li jsir fl-iskola. Kull klassi hi organizzata b’tali mod li t-tfal kollha jingħataw edukazzjoni inklussiva u ta’ kwalità għolja. Matul din is-sena komplejna nisħqu fuq aktar attenzjoni individwali. Qed nkomplu nirsistu sabiex kull tifel u tifla, nirrepeti, kull tifel u tifla jingħata l-ħiliet kollha bażiċi tat-tagħlim sabiex ikollu qafas sod qabel ma jibda l-edukazzjoni sekondarja. L-importanza tal-Qari Il-qari hu element importanti fl-iżvilupp edukattiv ta’ kull tifel u tifla. Fl-iskola komplejna nisħqu li kull tifel u tifla jkun kapaċi jikkomunika tajjeb kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż billi jkun tħarreġ biżżejjed fl-erba’ ħiliet bażiċi lingwistici: tal-kitba, tal-kelma, tas-smigħ u talqari. Tant hu hekk li l-litteriżmu hu l-ewwel priorità filPjan tal-Iżvilupp tal-iskola 2013-2016. Sabiex ngħinu lit-tfal fil-kisba u t-tisħiħ tal-lingwa Ingliża, matul din issena komplejna ninvestu f’aktar kotba speċifiċi li jolqtu l-bżonnijiet tat-tfal fil-qari u fil-kitba. Barra minhekk, żidna wkoll in-numru ta’ voluntiera Ingliżi residenti f’Għawdex li min qalbhom jiġu ħerqana l-iskola sabiex flimkien mal-għalliema tal-klassi jesponu l-Ingliż mitkellem lit-tfal kollha. It-teknoloġija bħala mezz ta’ tagħlim It-teknoloġija saret parti essenzjali minn ħajjitna. Fl-

99


iskola, l-użu tat-teknoloġija li jibda sewwasew milleta’ ta’ 3 snin fl-ewwel ġranet bikrin tal-Kinder 1, it-tfal jibdew jimirħu fl-użu tat-teknoloġija tal-kompjuters u l-Interactive Whiteboard. Dan sabiex aktar ma jikbru u jaslu fl-ewwel u fit-tieni sena tal-Primarja, l-użu tatteknoloġija jservihom bħala għodda utli u effettiva sabiex permezz tagħha jitgħallmu u jissaħħu fil-qari, kitba, smigħ u l-matematika fost l-oħrajn. Matul issena li għaddiet, l-għalliema kollha ngħataw aktar taħriġ fl-użu tat-teknoloġija sabiex it-tagħlim jingħata b’mod aktar ċar u b’hekk it-tfal jifhmu u jiftakru aktar. Edukazzjoni Inklussiva u komplimentari L-attenzjoni individwali fil-klassi twassalna wkoll biex nagħrfu xi bżonnijiet partikulari fit-tfal tagħna. Għal dan il-għan, fl-iskola għandna wkoll persuni istruwiti li huma l-Learning Support Assistants (LSAs) kif ukoll l-għalliema tal-edukazzjoni komplimentari. L-iskop tagħhom huwa li jgħinu b’mod individwali jew fi gruppi żgħar lit-tfal li jeħtieġu aktar attenzjoni. L-attenzjoni tkun normalment tiffoka fuq is-smigħ, it-taħdit, il-qari u l-kitba. B’riżorsi adattati għall-interessi u għal-livell tal-istudent/a, nassiguraw li kull student jilħaq il– ħiliet bażiċi. F’ambjent interattiv, stimulanti u ferrieħi, l-għajnuna mogħtija lit-tfal hi avventura kontinwa biex flimkien niskopru u niżviluppaw il-potenzjal lingwistiku tagħhom. Ħarġiet Minn meta nitwieldu, ma nieqfu qatt nitgħallmu. It-tfal jitgħallmu fil-klassi, il-qafas li fih l-għalliem/a tibni jum wara jum, il-ħsieb, l-idea, l-ordni u s-sens ta’ kunfidenza u fiduċja fit-tfal. Madankollu t-tfal jitgħallmu wkoll lil ‘l hemm mill-klassi u l-ambjent tal-iskola. It-tfal qed jikbru u jiskopru ambjenti differenti li jġibu magħhom tagħlim komplimentari f’ħajjithom. Biex nistgħu nilħqu dan l-iskop, ġew organizzati diversi ħarġiet edukattivi kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta. L-aspett spiritwali Grazzi għall-koperazzjoni kbira tal-Arċipriet u l-kleru kif ukoll il-kommunita’ ta’ Dar Stella Maris, komplejna ngħinu lit-tfal jikbru wkoll fl-aspett spiritwali. Dan sar b’quddiesa u servizz tas-sagrament tal-qrar fl-iskola f’kull xahar u diversi attivitajiet spiritwali marbuta mażżmien liturġiku tal-Milied, tal-Għid il-Kbir, ix-xahar

100

Marjan kif ukoll il-Jum Ewkaristiku. Konxji mill-fatt li fis-socjetà tagħna hemm diversita’ fit-twemmin, għamilna emfasi fuq l-integrazzjoni u r-rispett sħiħ lejn xulxin sabiex it-tfal kollha jkunu ferħanin u maqgħudin flimkien. L-edukazzjoni għall-ambjent sostenibbli Għalkemm it-tfal tagħna jgħixu f’ambjent sabiħ, iżda dan ma jfissirx li għandna nieħdu l-ambjent for granted. L-ambjent ifisser kull post, kull imkien madwarna – djarna, l-iskola, it-triq, il-ġnien, il-pjazza, ħdejn ilbaħar, fl-għelieqi... kullimkien. Permezz tal-Kumitat EkoSkola, it-tfal jitgħallmu direttament u indirettament dwar il-ħarsien tal-ambjent. Ambjent tajjeb ifisser arja aħjar, inqas mard, ħajja itwal u stil ta’ ħajja aktar sân. Din is-sena, l-iskola tagħna rebħet s-Silver Award u f’Novembru li ġej, it-tfal tagħna għandhom jirċievu dan il-premju ta’ kemm stinkaw fil-qasam ambjentali. Prosit tassew! Grazzi wkoll għall-Kumitat EkoSkola, Jum is-Siġar f’Għawdex ġie organizzat fl-iskola tagħna fid-29 ta’ Jannar 2013. It-tfal bl-għajnuna tal-għalliema tellgħu programm qasir iżda ħelu fejn l-edukazzjoni lejn l-iżvilupp sostenibbli ġiet mogħtija spinta ‘l quddiem. Barra minhekk, tajna tindifa sew lill-ġonna tal-iskola fejn bl-għajnuna tal-Uffiċċju tal-Edukazzjoni, il-Kunsill Lokali Żebbuġ u diversi sponsors, ħawwilna bosta siġar taż-żebbuġ u taċ-ċitru u għamilna wkoll sistema ta’ tisqija bid-drip. Is-saħħa u t-taħriġ fiżiku Fil-programm ta’ tagħlim jew il-kurrikulu li għandna f’kull sena tal-Kinder u tal-Primarja, komplejna nemfasizzaw fuq l-importanza tas-saħħa u tattaħriġ fiżiku. Emfasi kbira saret fuq il-kwalita’ u l-kwantita’ tal-ikel li t-tfal jikkunsmaw kuljum. Kellna diversi lezzjonijiet mill-għalliema tagħna kif ukoll tannutritionist li għamlu preżentazzjonijiet lit-tfal sabiex jagħmluhom aktar konxji dwar id-dieta jew it-tip ta’ ikel l-aħjar għal saħħithom. Kumplimentari malaspett dietali, tajna emfasi wkoll lid-dixxiplina sportiva b’diversi lezzjonijiet f’kull ġimgħa mill-għalliema talEdukazzjoni Fiżika u taħriġ ta’ diversi movimenti fiżiċi permezz tal-attività taz-Zumba.

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Erba’ appuntamenti annwali Il-Kunċert tal-Milied - imtella’ mill-istudenti flimkien mal-għalliema kollha. Fl-ispirtu sabiħ tal-Milied, it-tfal għamlu sforz sabiħ sabiex jagħtu l-aħjar tagħhom waqt li bosta ġenituri, qraba u ħbieb imlew is-sala taliskola. Jum il-Karnival tat-tfal - din is-sena flimkien ħloqna programm ta’ attivitajiet ta’ ferħ, mistrieħ iżda wkoll kreattività. Grazzi għal diversi volontarji, ħloqna numru ta’ workgroups li fihom it-tfal ħadmu flimkien u ħolqu oġġetti diversi marbuta mal-jiem tal-Karnival. Jum iċ-Ċelebrazzjoni - fit-3 ta’ Mejju 2013, iċċelebrajna flimkien is-suċċessi tat-tfal b’diversi għotjiet ta’ kotba u ċertifikati. Kellna programm sabiħ fis-sala tal-iskola u dan kollu nixtieq nrodd ħajr tal-koperazzjoni kbira li tagħtuna. Jum il-Gradwazzjoni - f’Ġunju tajna l-aħħar tislima lillistudenti tas-Sitt Sena f’Jum il-Gradwazzjoni. Ħadna l-okkażjoni sabiex nagħmlu l-aħħar quddiesa flimkien u nagħtuhom wkoll il-kotba u ċ-ċertifikati tas-suċċessi tagħhom. Iżda f’Jum il-Gradwazzjoni, iċċelebrajna wkoll mat-tfal tal-Kinder 2 li ser jibdew l-Ewwel Sena tal-Primarja f’Settembru li ġej! Awguri lit-tfal kollha u lill-ġenituri li nafu kemm jagħmlu sagrificcji kbar għal uliedhom. Pjan tal-Iżvilupp tal-Iskola F’din is-sena skolastika qed nagħmlu sforz kollettiv sabiex flimkien inkomplu intejbu l-livell u għalhekk il-kwalita’ ta’ tagħlim li jirċievu t-tfal fl-iskola tagħna. Sabiex nilħqu dan il-għan, fassalna l-Pjan tal-Iżvilupp għat-tliet snin li ġejjin 2013-2016. Dan il-pjan qed jaħseb sabiex ipoġġi t-tfal aktar fiċ-ċentru, fil-qalba tattagħlim sabiex it-tagħlim ikun aktar relevanti għat-tfal. Sabiex it-tfal jirċievu edukazzjoni li tmur ‘l hemm minn xtutna, dan il-pjan qed ikun msejjes fuq prinċipji u għanijiet skont il-qafas il-ġdid tal-Kurrikulu Nazzjonali. Tisbieħ tal-ambjent tal-iskola Matul din is-sena skolastika, għamilna diversi xogħlijiet ta’ tiswija, tindif u rranġar fl-iskola sabiex direttament u indirettament intejbu l-ambjent tat-tagħlim fl-iskola fil-klassijiet u barra mill-klassijiet. Fix-xhur sajfin, sar

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

ġibjun fil-bitħa tal-iskola – ġibjun li llum qed nużaw l-ilma tax-xita li jinġabar fih għall-iflaxjar tat-toilets taliskola kollha. Waħħalna wkoll submeter sabiex it-tfal stess ikunu konxji mill-użu għaqli u l-importanza talilma. Proġett kbir li bdejna f’Jannar li għadda jirrigwardja l-ġonna tal-iskola. Grazzi għall-għajnuna kbira millUffiċċju tal-Edukazzjoni u l-kumpanija Gozo Cottage, naddafna l-ġonna kollha u ħawwilna tletin siġra taċċitru u taż-żebbuġ. Il-ħsieb hu wieħed ċar - il-potenzjal tal-ġonna jintużaw għal aktar tagħlim akkademiku u ta’ edukazzjoni sostenibbli fost it-tfal. Proġett ieħor hu l-ftuħ tal-ġim tal-iskola li għamilna nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju 2013. Dan grazzi għallfondi ta’ €3000 li EkoGħawdex ta lill-iskola tagħna. B’dawn il-fondi poġġejna wkoll interlocking rubber tiling u nxtara apparat sportiv għall-istudenti għallezzjonijiet tal-P.E. F’dawn l-aħħar ġimgħat, bi ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u Żebbuġ Rovers FC, għamilna wkoll t-terf sintetiku fil-bitħa tal-iskola sabiex it-tfal ikollhom ambjent ħafna isbaħ u aktar sikur fejn jitgħallmu u jistrieħu. Grazzi u Sliem ...lit-tfal, lill-ġenituri, lill-għalliema u kollaboraturi, lill-Kunsill tal-Iskola, lis-Sindku, Kunsilliera u l-istaff kollu tal-Kunsill Lokali Żebbuġ, l-Arċipriet u l-kleru kollu tal-parroċċa, il-kommunità tad-Dar Stella Maris, l-għaqdiet kollha tar-raħal kif ukoll id-diversi sponsors ta’ kull koperazzjoni. Ma jonqosx li nrodd ħajr ukoll lis-sur Saviour Grech, is-surmast ta’ qabli tal-impenn tiegħu. Din l-għaqda li flimkien niġbdu ħabel wieħed tagħmlilna kuraġġ ta’ sur sabiex inkomplu nistinkaw għall-akbar ġid tat-tfal kollha. F’isem l-istaff kollu tal-iskola, nixtieq l-festa t-tajba mimlija ferħ u sliem lill-kommunità kollha taż-Żebbuġ! Viva Santa Marija! Kuntatti tal-iskola: t. 2155.1522 | m. 7755.1522 | e. gc.zebbug.pr@gov.mt

101


MIR-REĠISTRI TAL-PARROċċA 11 ta’ Awwissu 2012 Irċivew il-Griżma tal-Isqof mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech, fis-Santwarju Arċipretali ta’ Santa Marija, Żebbuġ - Għawdex. Leanne Cefai, Alana Kristy Cini, Chantelle Cini, Fabio Cini, Gabriel Cini, Luke Cini, Melanie Cordina, Jurgen Farrugia, Marie-Louise Farrugia, George Portelli, Maria Tabone, Samantha Tabone, Anton Vassallo, Joeline Zahra

Mag]mudija

Ir`ivew ilfil-knisja ta\-|ebbu[ u saru membri [odda tal-knisja 12.08.2012 15.08.2012 23.09.2012 12.10.2012 03.11.2012 02.12.2012 09.04.2013 13.04.2013 27.04.2013 11.05.2013 16.05.2013 18.05.2013 08.06.2013 09.06.2013 05.07.2013 07.07.2013

ZACKRIEL LUCA YAN CHANELLE MIREILE AMBER GABRIEL ISAAC SHANEVE JAYDEN JEANVIC KRISTINA ELISA SHELDON AIDEN SAM LUKE MARIE

iben Marnol Sultana iben Kenneth Mercieca bint Ronnie Dimech bint Marco Meli bint Roderick Sultana iben Charles Cini iben Anthony Borg bint Mario Xuereb iben Adrian Grech iben Christian Mifsud bint Joseph Saliba bint David Vella iben Joseph Camenzuli iben Samuel Zahra iben Albert Camilleri bint Jimmy Agius

u u u u u u u u u u u u u u u u

Tiziana neè Galea Joanne neè Dimech Diane neè Sultana Annabelle neè Axiak Clare neè Cini Romina neè Custo Charmaine neè Azzopardi Elsie neè Cini Georgette neè Cini Angela neè Cini Micheline neè Zahra Maureen neè Buttigieg Stephanie neè Spiteri Marie neè Cefai Vivienne neè Cini Dorianne neè Mercieca

Ing]aqdu fis-Sagrament

|wie[

ta\fis-Santwarju Ar`ipretali u Matri`i ta’ Santa Marija Fi\-|ebbu[ - G]awdex.

17 ta’ Mejju 2013 Irċivew il-Griżma tal-Isqof mill-E.T. Mons. Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mecieca, fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu

11.08.2012 15.09.2012 29.09.2012 23.03.2013 22.06.2013

Joston Azzopardi, Jolene Borg, Maurene Borg, Roberto Carnemolla, Abigail Cassar, Denise Cini, Davida Dimech, Naomi Frendo, Francesca Mallia, Maronia Saliba, Roberta Saliba, Alexia Vella, Kayla Xuereb, Owen Xuereb, Sarah Xuereb

u u u u u

Lourdes Saliba (Iż-Żebbuġ Għawdex) Lynette Portelli (Iż-Żebbuġ Għawdex) Marilyn Saliba (Iż-Żebbuġ Għawdex) Dr Monica Galea (San Ġorġ Victoria) Rita Cordina (Iż-Żebbuġ Għawdex)

u u u

Josianne Attard (Fontana) Anna Zerafa (Għajnsielem) Ann Marie Magrin (Ix-Xagħra)

Ing]aqdu fis-Sagrament

|wie[ barra mill-Parro``a

ta\-

01.09.2012 14.10.2012 26.07.2013

2 ta’ {unju 2013 It-Tfal li rċivew l-Ewwel Tqarbina fis-Solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej

Jacob Attard, Louanne Cini, Francesco Saliba, Mireya Saliba, Caroline Sultana, Darren Tabone, Abigail Xuereb, Morena Xuereb 102

Michel Saliba (San Ġorġ Victoria) Jason Cauchi (San Lawrenz) Jonathan Borg (Iż-Żebbuġ Għawdex) Dr Philip John (Marsalforn, iż-Żebbuġ) Mario Apap (Katidral Victoria)

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Joseph Zammit (Iż-Żebbuġ Għawdex) Joseph Cini (Iż-Żebbuġ Għawdex) Rodrick Cini (Iż-Żebbuġ Għawdex)

Membri mill-Komunità tag]na li l-Mulej sej]ilhom biex jid]lu fil

-}ajja ta’ dejjem

09.08.2012 30.08.2012 29.09.2012 29.11.2012 09.01.2013 10.01.2013 23.01.2013 23.01.2013 31.01.2013 13.02.2013 13.03.2013 13.04.2013

Dennis P. Roberts Theresa Tabone Ġużeppa Dimech John Cini Joseph Vella Carmela Cefai Marija Vella Ġużeppa Zahra Salvina Azzopardi Anthony Calleja Rita Vella Adelaide Cini

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

fl-età ta’ fl-età ta’ fl-età ta’ fl-età ta’ fl-età ta’ fl-età ta’ fl-età ta’ fl-età ta’ fl-età ta’ fl-età ta’ l-età ta’ fl-età ta’

70 sena 65 sena 92 sena 47 sena 62 sena 82 sena 90 sena 88 sena 86 sena 77 sena 86 sena 73 sena

103


Kronaka Parrokkjali u Soċjali

Tel: 2156 0670 2156 1431

X’Għadda minn għalina Lulju 2012 - Ġunju 2013

VELLA BROTHERS (MALLA)

READY MIX LTD.

Suppliers of Ready-Mix Concrete Building Contractors N.B. Gorgion Street, Xewkija, VCT 109 Gozo, Malta.

Tel: 2155 5340 Fax: 2155 9474 Mobile: 9949 5157 104

12 13

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

LULJU 1. Fl-okkażjoni tal-ewwel Ħadd tax-xahar iċ-ċimiterju talparroċċa nżamm miftuħ bejn it-8.00am u s-1.00pm. 2. Bdiet il-Quddiesa għat-Tfal kollha fil-Knisja Parrokkjali fid-9.00am. Saret l-aħħar laqgħa qabel is-sajf għall-adoloxxenti mmexxija minn Dun Noel Saliba fis-7.30pm, tikkonsisti f’Pizza flimkien. 4. Ġiet iċċelebrata l-10 Erbgħa ta’ Santa Marija. Fis7.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr Victor Zammit MSSP. Il-ferta waqt il-Quddiesa kienet b’risq il-Missjoni ta’ Fr Victor fil-Peru. 6. Fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar saret Quddiesa fil11.00am u wara nżammet Adorazzjoni sas-7.00pm. Bejn 2.00pm u 3.00pm inżammet is-Siegħa talĦniena Divina. Fis-7.30pm saret laqgħa millArċipriet għall-Parrini u l-Ġenituri tal-Istudenti talGriżma fiċ-ċentru. 7. Mons Joe Cefai ġie maħtur bħala Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Minievia f’Wales. 9. L-Għaqda Armar ‘Santa Marija’ bdiet l-armar għallFesta ta’ Santa Marija bl-illuminazzjoni tal-koppla. Il-Quddiesa tal-Ħadd filgħaxija bdiet issir fl-4.30pm. 10. Beda x-xogħol tal-Għażżiel bi preparazzjoni għallFesta tal-Isem ta’ Marija. 11. Ġiet iċċelebrata l-11-Erbgħa ta’ Santa Marija. Fis7.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija mis-Saċerdot Novell Fr Mark Bonello. 13. Saret it-2 laqgħa fis-7.30pm fiċ-Ċentru Parrokkjali bi tħejjija għall-Festa ta’ Santa Marija. 15. L-Għaqda Armar ‘Santa Marija’ kompliet l-armar mal-faċċata tal-Knisja bid-dwal għall-Festa. 16. It-Tnejn 16 u t-Tlieta 17 saru t-tqarbin tal-morda u l-anzjani fi djarhom mill-Arċipriet. 18. Ġiet iċċelebrata t-12-il Erbgħa ta’ Santa Marija. Fis7.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija mis-Saċerdot Novell Fr Daniel Grech. 19. B’rabta mal-50 Anniversarju mill-mewt ta’ S. Ġorġ Preca, il-membri tal-MUSEUM organizzaw ħarġa f’Malta għal kulħadd. 25. Ġiet iċċelebrata t-13-il Erbgħa ta’ Santa Marija. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr Frankie Cini MSSP, Direttur ta’ Dar San Ġużepp f’Santa Venera. 26. Bi preparazzjoni għall-Festa ta’ Santa Marija sar il. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

ħasil tal-Knisja. Il-parroċċa tagħna ħadet sehem filQuddiesa mmexxija minn Mons Isqof Mario Grech fid-Dwejra fil-Festa ta’ Sant’Anna. 27. Saret il-ġabra l-kbira għall-Festa ta’ Santa Marija. Il-parroċċa tagħna ħadet sehem fil-Quddiesa preseduta mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech flokkażjoni tal-50 Anniversarju mill-mewt ta’ San Ġorġ Preca. 30. Saret laqgħa għall-Greżimandi bi tħejjija għasSagrament tal-Griżma mill-Arċipriet. 31. Fiċ-Ċentru Parrokkjali saret il-Laqgħa għan-Nisa kollha mmexxija minn Dun Daniel Xerri, Rettur tasSeminarju Maġġuri. AWWISSU 1. Ġiet iċċelebrata l-14-il Erbgħa ta’ Santa Marija. Fis7.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija minn Dun Joe Cardona, Kappillan tal-Isptar. 3. Fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar saret Quddiesa fil-11.00am u wara nżammet Adorazzjoni sas7.00pm. Inżammet is-Siegħa Adorazzjoni talĦniena Divina bejn is-2.00pm u t-3.00pm. Il-Kor ‘Regina Angelorum’ pparteċipa fil-Maratona ‘Oħloq Tbissima’. 4. Bidu tal-Kwindiċina bi tħejjija għall-Festa titulari. L-ewwel jum kien iddedikat lill-Vokazzjonijiet u l-Abbatini. L-Abbatini ltaqgħu fiċ-Ċentru Parrokkjali għal film flimkien u wara Pizza party u ġelat. Fis7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni mill-Arċipriet, li fiha l-abbatini kollha ġeddu l-wegħdiet tal-impenn tagħhom fil-liturġija. 5. Il-Quddiesa tat-8.00am saret fit-8.30am imxandra fuq Radju RTK. Fil-11.00am Quddiesa mmexxija minn Fr Mark Demanuele MSSP, Superjur ta’ Dar Stella Maris bis-sehem attiv taż-Żgħażagħ talParroċċa. Ġiet organizzata ġita għan-Nar ta’ Ħal Lija mill-Għaqda tan-Nar tal-parroċċa. 6. Saret laqgħa għall-Greżimandi fil-MUSEUM. Inżamm Jum it-Tfal. Fis-6.00pm il-Kan. Dun Noel Saliba mexxa Konċelebrazzjoni li għaliha kienu mistiedna t-tfal kollha tal-parroċċa. Il-ferta waqt il-Quddies kienet b’risq il-Fondazzjoni Jason Azzopardi biex jiġu mgħejjuna tfal fil-parroċċa fi bżonn ta’ kura medika. Wara fil-pjazza saru

105


7.

8.

9.

10.

11. 12. 13.

14.

15.

16.

17.

odysseyrestaurant@hotmail.co.uk www.starwebmalta.com/odyssey.htm 106

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

18.

fun-games organizzati mill-membri tas-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan il-Banda Santa Marija. Inżamm Jum il-Persuni b’Diżabilita`. Fis-6.30pm Quddiesa minn Mons Manwel Curmi Direttur ta’ Dar Arka, bis-sehem tal-Persuni b’diżabilità. Wara saret ikla offruta mill-Bar taċ-Ċentru Parrokkjali. Ġiet iċċelebrata l-aħħar Erbgħa ta’ Santa Marija. Fis6.45pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija millKan. D. Karm Cini li għaliha ħadu sehem membri tal-Kunsill Lokali u l-membri tas-Soċ. Fil. Santa Marija, s-sotto-kumitati tan-Nisa u ż-Żgħażagħ, l-Għaqda tan-Nar, l-Għaqda tal-Armar, l-Għaqda tal-Qniepen, iż-Żebbuġ Rovers F.C., il-Grupp tatTindif tal-Knisja u l-voluntiera. Ħruġ tal-istatwa ta’ Santa Marija min-niċċa. Ħadet sehem il-Banda ‘Viżitazzjoni’ tal-Għarb. Inżamm Jum il-Ġenerożita`. Ġiet organizzata kampanja ta’ għoti ta’ demm fil-Blood Donation Unit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni minn Fr Frankie Cini MSSP bissehem tal-Għaqda Qlub Ġenerużi taż-Żebbuġ li offriet għotjiet ta’ flus lill-Caritas djoċesana għad-djar tal-Karita` f’Għawdex.Fit-8.30pm Ikla Tradizzjonali fil-pjazza. Il-Greżimandi kellhom irtir ta’ tħejjija, laqgħa malIsqof Mario Grech fid-Dar Parrokkjali u prova ġenerali għaċ-Ċelebrazzjoni tal-Griżma talIsqof. Inżamm Jum il-Benefatturi. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni minn Dun Ġużepp Vella li fiha sar talb għall-Benefatturi kollha. Fit-8.30pm ittella’ programm mużikali mis-Soċ. Fil. Santa Marija. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni minn Mons Isqof Mario Grech li fiha amministra s-Sagrament talKonfermazzjoni lill-grupp ta’ 14-il student u studenta. Inżamm Jum is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Fl-4.30pm Konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr Louis Mallia MSSP, Superjur Reġjonali tas-Soċjetà. It-Tnejn 13 u t-Tlieta 14 sar il-qrar u t-tqarbin talmorda u l-anzjani fi djarhom. Inżamm Jum isSaċerdozju Kattoliku. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni mis-Saċerdot Novell Dun Mark Bonello. Wara sar il-bews tal-idejn, u riċeviment fuq iz-zuntier. Inżamm Jum il-Morda, l-Anzjani u l-Għaqdiet Kattoliċi. Fil-5.00pm Quddiesa li fiha ġie amministrat is-sagrament tad-Dilka tal-Morda. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr Joe Borg MSSP, bis-sehem tal-Għaqdiet reliġjużi. L-Ewwel Jum tat-Tridu. Fil-11.00am Konċelebrazzjoni mmexxija minn Dun Geoffrey G. Attard, bl-omelija mill-Kan. Dun Karm Curmi, li għaliha kienu mistiedna l-koppji li qed jiċċelebraw l-10, l-25 u l-50 anniversarju taż-żwieġ. It-Tieni Jum tat-Tridu. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija minn Mons Salv Tabone bl-omelija millKan. Dun Karm Curmi, li għaliha kienu mistiedna l-animaturi tal-liturġija. It-Tielet Jum tat-Tridu. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija minn Mons Ġuzeppi Grech, l-omelija millKan. Dun Karm Curmi. Fid-9.30pm Dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Santa Marija. Lejlet il-Festa. It-32 Anniversarju tal-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari. Fis-7.30am Quddiesa minn Dun Frankie Mallia bil-kant tat-Te Deum. Fis-6.30pm sar

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

19.

20. 22. 23. 26. 27. 29.

it-tberik u l-inawgurazzjoni tal-Kappella Kristu Rxoxt fil-Każin tal-Banda. Saret Translazzjoni bir-Relikwa tal-Madonna mill-kappella tal-Każin tal-Banda u wara Konċelebrazzjoni fil-Knisja minn Mons Salv Debrincat. Jum il-Festa Titulari ta’ Santa Marija. Fid-9.00am Konċelebrazzjoni Pontifikali Solenni mmexxija millE.T. Mons Isqof Mario Grech. Fis-6.15pm sar it-Tieni Għasar bl-orkestra mmexxi minn Mons Ġużeppi Zammit u fis-7.15pm Purċissjoni mmexxija misSaċerdot Novell Dun Mark Bonello, akkumpanjat mill-Kleru tal-parroċċa u l-abbatini. Il-purċissjoni ġiet akkumpanjata mill-Banda ‘Santa Marija’. Is-Soċ. Fil. Santa Marija għamlet BBQ għallbandisti, membri, aljievi u helpers. Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr u dħul ta’ Santa Marija fin-niċċa. Fis-7.00pm mexxa l-Quddiesa l-Arċipriet Kan. Dun Reuben Micallef. Il-parroċċa ħadet sehem fil-Manifestazzjoni Marjana Djoċesana favur Ambjent Moralment nadif f’Marsalforn. Iċċelebrajna flimkien ma’ Fr Mark Bonello, li serva għal xi żmien fil-parroċċa tagħna, l-ewwel Quddiesa Solenni tiegħu fil-Bażilika ta’ Marija Bambina fix-Xagħra. Titkompla l-Quddiesa tad-9.00am għat-tfal kollha. Is-sitt anniversarju mill-ħatra tal-Arċipriet Dun Reuben Micallef.

SETTEMBRU 1. Quddiesa mmexxija mill-Missjunarju Għawdxi Dun Ġużepp Camilleri. Il-ferta marret għall-bżonnijiet tal-missjoni tiegħu fil-Gwatemala. 2. Fl-ewwel Ħadd tax-xahar iċ-Ċimiterju tal-Parroċċa kien miftuħ. Ġiet organizzata ġita għan-Nar talFesta ta’ S. Katerina fiż-Żurrieq mill-membri talGħaqda tan-Nar. 6. Ġiet organizzata ġurnata Malta għall-grupp talAbbatini ż-żgħar fil-kumpless Splash and Fun b’Baħar iċ-Ċagħak. 7. Fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar, Quddiesa fil-11.00am u wara adorazzjoni matul il-ġurnata. Mis-2.00pm sat-3.00pm saret is-Siegħa tal-Ħniena Divina. 8. Ġiet iċċelebrata il-Festa tat-Twelid ta’ Marija.

10. Ġiet iċċelebrata l-Festa tal-Madonna tal-Għażżiela. Konċelebrazzjoni fl-4.30pm immexxija minn Mons Arċipriet tal-Għarb Dun Joseph Sultana. Wara sar it-tberik tal-Għażżiel. Il-Purċissjoni kienet akkumpanjata mill-Banda Santa Marija.

107


11. Il-Parroċċa tagħna ġiet mistiedna biex tieħu sehem fil-Festa tal-Madonna tal-Grazzja fil-Kunvent talKapuċċini r-Rabat. L-Arċipriet Dun Reuben Micallef mexxa konċelebrazzjoni fis-7.00pm bis-sehem talKor ‘Regina Angelorum.’ 12. Ġiet organizzata ħarġa għal Malta għall-membri talPresidiae tal-Legion tal-Juniors u l-Intermediates tal-Parroċċa tagħna. 17. Mit-Tnejn 17 sal-Ġimgħa 21 saret ġimgħa ta’ tagħlim għal kulħadd fuq iz-zuntier tal-Knisja organizzata mis-Soċjetà tal-Museum. It-Tnejn 17 u t-Tlieta 18 sar il-qrar u t-tqarbin tal-morda u l-anzjani tas-soltu fi djarhom mill-Arċipriet. 19. Ġie organizzat irtir ta’ nofs ta’ nhar f’Dar Stella Maris għall-membri tal-Kor ‘Regina Angelorum’. Fis-7.30pm inżammet laqgħa biex jiġu diskussi suġġerimenti u opinjonijiet oħra dwar il-festa. 21. Saret laqgħa importanti fil-MUSEUM għall-katekisti kollha tal-Parroċċa. 24. Bdew il-laqgħat tal-Azzjoni Kattolika għan-Nisa fiċĊentru Parrokkjali. 26. Fid-9.30am fiċ-Ċentru Parrokjali saret l-ewwel laqgħa għan-Nisa organizzata mil-Leġjun ta’ Marija li tmexxiet minn Mons Salv Grima u Josephine Formosa. Saret laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali biex tiġi diskussa s-Sena Pastorali l-ġdida u s-Sena tal-Fidi. 28. Ittellgħet play fis-Sala tal-Museum bl-isem: Dawl f’Tarf il-Mina kitba ta’ Anton Mercieca u produzzjoni tal-Museum Qala. 30. Solennità tad-Dedikazzjoni tal-Knisja. Din is-sena l-Knisja Parrokjali għalqet 276 sena kkonsagrata. OTTUBRU 1. Ingħata bidu għas-Sena tad-Duttrina fil-Qasam tal-MUSEUM. Il-ħin fil-5.00pm u l-Quddiesa ta’ filgħaxija bdiet issir fis-6.00pm. 3. It-tfal kollha tad-Duttrina flimkien mal-ġenituri kienu mistiedna għall-Quddiesa tal-Erbgħa filgħaxija li kienet tkun indirizzata speċifikament għalihom. 5. L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Quddiesa fil-11.00am u wara adorazzjoni matul il-ġurnata kollha. Bejn is2.00pm u 3.00pm inżammet is-Siegħa tal-Ħniena Divina. 6. Fiċ-Ċentru Parrokkjali fil-5.00pm saret ilpremjazzjoni annwali skont l-attendenza u l-imġiba waqt is-servizz liturġiku għall-Abbatini kollha. 7. Iċ-Ċimiterju nżamm miftuħ. Fid-9.45am fiċ-Ċentru Parrokjali nżammet l-ewwel laqgħa għal din is-sena tal-kors ta’ tħejjija għaż-żwieġ. Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fl-4.30pm saret Konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr Geoffrey Attard. Wara saret purċissjoni bil-barka sagramentali. Matul din ilQuddiesa l-Arċipriet ta l-mandat lill-Katekisti mpenjati għas-sena li ġejja. 10. Saret laqgħa għall-adoloxxenti fiċ-Ċentru. 12. Saret il-ġabra b’risq l-manutenzjoni tal-Knisja. Ingħata bidu mill-ġdid għal-laqgħat taż-Żgħażagħ tal-Form 4, 5 u Sixth Formers fiċ-Ċentru Parrokkjali. 13. Saret il-Laqgħa għall-Abbatini kollha fiċ-Ċentru Parrokkjali mis-Sem. Daniel Sultana. Kull nhar ta’ Sibt saru laqgħat għall-irġiel mmexxija minn Dun Ġużepp Vella.

108

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

16. Fis-6.30pm bdiet issir il-Lectio Divina għall-familji. Tmexxiet mill-Arċipriet u Fr Joe Borg MSSP. 17. Saret il-laqgħa tal-Adoloxxenti fiċ-Ċentru. 19. Saret laqgħa ta’ formazzjoni għall-Ġenituri kollha li uliedhom jattendu l-Museum minn Dun Giovanni Curmi. Saret il-laqgħa għaż-Żgħażagħ fiċ-Ċentru. 20. Saru l-laqgħat tal-abbatini u tal-grupp tal-vokazzjonijiet. 21. Inżamm fil-Knisja Universali Jum il-Missjoni. Il-ġbir kollu matul il-Quddies tal-Weekend mar b’risq ilmissjoni. Sar appell għall-Għoti tad-Demm fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Fl-9.45am fiċ-Ċentru saret it-tieni laqgħa tal-Għarajjes li qed jagħmlu l-Kors ta’ Tħejjijia għaż-Żwieġ. 24. Saret il-laqgħa tal-Adoloxxenti fiċ-Ċentru Parrokjali. 26. Intwera film waqt il-laqgħa taż-żgħażagħ fiċ-Ċentru. 27. Saru l-laqgħat tal-abbatini u tal-grupp talvokazzjonijiet. Fis-7.00pm fiċ-Ċentru saret l-ewwel laqgħa mmexxija mis-Sem. Daniel Sultana għallistudenti Universitarji u dawk tal-Mcast. Fl-istess ħin saret ukoll it-tieni laqgħa għall-irġiel minn Dun Ġużepp Vella fiċ-Ċentru. 30. Fid-9.30am saret laqgħa għan-Nisa kollha mmmexija minn Dun Mikiel Galea u Grezzju Cauchi. 31. Komplew il-laqgħat tal-Adoloxxenti billi ntwera film. NOVEMBRU 1. Matul ix-xahar ta’ Novembru ċ-Ċimiterju tal-Parroċċa nżamm miftuħ matul il-ġurnata kollha b’Quddies filKappella. Ġie organizzat hike fil-kampanja għallAdoloxxenti u ż-żgħażagħ, mix-Xlendi sa Ta’ Ċenċ.

3. Fil-5.00pm saru s-soliti laqgħat għall-abbatini u għall-grupp tal-vokazzjonijiet fiċ-Ċentru u fil-Knisja. 9. Sar Prayer Meeting fil-Knisja għaż-żgħażagħ u l-adoloxxenti. 10. Saru s-soliti laqgħat għall-abbatini. Saret it-tielet laqgħa għall-irġiel fiċ-Ċentru mmexxija minn Dun Ġużepp Vella. Saret ukoll laqgħa għall-istudenti Universitarji u dawk tal-Mcast. 12. It-Tnejn u t-Tlieta 13 sar il-qrar u t-tqarbin lillmorda u l-anzjani fi djarhom mill-Arċipriet. Ġiet iċċelebrata Quddiesa fiċ-Ċimiterju b’suffraġju tal-Benefatturi u ħbieb taż-Żebbuġ Rovers, organizzata mill-Kumitat taż-Żebbug Rovers F.C. 13. Fis-6.30pm fil-Knisja nżammet laqgħa tal-Lectio Divina. 14. Fis-6.45pm sar Prayer Meeting għall-Adoloxxenti fil-Knisja fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Fortunatu.

109


PRoFESSionAL diGiTAL PRinTS All Solutions for

15. Mill-Ħamis 15 sas-Sibt 17 ġew iċċelebrati l-jiem tatTridu ta’ San Fortunatu Martri mmexxija mill-Kan Dun Ġużepp Ċini (Xagħra). 16. Saret il-ġabra b’risq il-Festa ta’ San Fortunatu Martri. 17. Saru l-laqgħat tal-abbatini u tal-grupp talvokazzjonijiet. L-Għaqda Armar S. Marija organizzat Pasta Night fl-okkażjoni tal-Festa ta’ S. Fortunatu. 18. Inżammet ir-raba’ laqgħa ta’ kors ta’ tħejjija għażżwieġ fiċ-Ċentru. Ġiet iċċelebrata Quddiesa fiċĊimiterju. Festa ta’ S. Fortunatu. Fit-3.30pm Konċelebrazzjoni Pontifikali mmexxija minn Mons Isqof Emeritus Ġużeppi Mercieca. Wara Barka Sagramentali u bews tar-Relikwi Insinji ta’ San Fortunatu. Il-Purċissjoni tħassret minħabba x-xita. 20. Saret laqgħa oħra tal-Lectio Divina fil-knisja. 21. Saret laqgħa għall-adoloxxenti fiċ-Ċentru Parrokkjali. 22. L-Istudenti kollha tal-Yr. 4, 5 u 6 ħadu sehem f’attività djoċesana ta’ Kristu Re fil-Kumpless Sportiv tas-Seminarju. 23. Il-laqgħa taż-Żgħażagħ saret fiċ-Ċentru Parrokjali. 24. Saru l-laqgħat għall-Abbatini kollha fiċ-Ċentru mmexxija mis-Sem. Daniel Sultana. Saret ir-raba’ laqgħa għall-irġiel kollha fiċ-Ċentru minn Dun Ġużepp Vella. Fis-7.00pm fiċ-ċentru saret laqgħa oħra għall-universitarji u studenti tal-Mcast. 26. Mit-Tnejn 26 sal-Ġimgħa 30 saru Eżerċizzi Spiritwali għal kulħadd bi tħejjija għall-Avvent minn Fr Daniel Xerri, Rettur tas-Seminarju. 28. Saret il-laqgħa għall-adoloxxenti fiċ-Ċentru. 30. Il-Kunsill taż-Żgħażagħ organizza ‘Movie Night’ għaż-żgħażagħ fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali.

SQuARE CELLAR

Wines, Spirits & Tabacco Merchants Warehouse: {or[ Borg Olivier Str., Victoria, Gozo

Photographic Needs

Tel: 2155 5507 Mob: 7900 3366

POwER COMPuTERS

E-mail: cellar@maltanet.net

29, {ojjin Str., Ker`em, Gozo, Malta.

J & J Zammit Supplies Ltd. Wholesalers of Fresh Fruit and Vegetables Good Service rices

te P odera

M

Best

Qual

ity

by the Bastion Road, Victoria - Gozo

Tel: 21 560795 Fax: 21 565287 Mob: 9949 4670

110

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

DIĊEMBRU 1. Saru s-soliti laqgħat fil-5.00pm għall-Abbatini u għall-grupp tal-vokazzjonijiet fiċ-Ċentru u fil-Knisja. 2. Inżammet il-ħames laqgħa tal-kors ta’ tħejjija għażżwieġ fiċ-Ċentru. Ġie organizzat il-Get Together annwali mis-Soċjeta` tal-MSSP f’Dar Stella Maris. 4. Inżammet laqgħa oħra tal-Lectio Divina fil-Knisja. 5. Saret il-laqgħa tal-Adoloxxenti fiċ-Ċentru Parrokjali fis-6.45pm. Mill-Erbgħa 5 sal-Ġimgħa 7 ġie ċċelebrat Tridu bi tħejjija għas-Solennita` tal-Kunċizzjoni. 7. L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fil-11.00am Quddiesa u wara nżammet l-Adorazzjoni matul il-jum. Bejn 2.00pm u 3.00pm inżammet is-Siegħa tal-Ħniena Divina. Inżammet laqgħa oħra taż-żgħażagħ. 8. Ġiet iċċelebrata s-Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni. Inżamm Pellegrinaġġ għall-Kunċizzjoni tal-Qala b’Quddiesa fis-Santwarju fil-11.30am. Saru s-soliti laqgħat għall-Abbatini u għall-grupp talvokazzjonijiet. Saret laqgħa oħra fiċ-Ċentru għallistudenti tal-Università u tal-Mcast mis-Sem. Daniel Sultana. Saret ukoll laqgħa oħra għall-irġiel minn Dun Ġużepp Vella fis-7.00pm fiċ-Ċentru. 14. Attività għaż-żgħażagħ tikkonsisti f’pizza f’Marsalforn. 15. Ingħata bidu għan-Novena tal-Milied minn Fr Gerald Buhagiar. 16. Inżammet is-sitt laqgħa tal-kors ta’ tħejjija għażżwieġ fl-9.45am fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali. 17. It-Tnejn 17 u l-Erbgħa 19 l-Arċipriet żar il-morda u l-anzjani tas-soltu biex iqararhom u jwasslilhom itTqarbin Imqaddes fi djarhom. 19. Saret il-laqgħa tal-Adoloxxenti fiċ-Ċentru. . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

20. Wara l-Quddiesa tan-novena fil-Knisja nżamm kunċert ta’ Carols tal-Milied mill-Kor ‘Regina Angelorum’. 23. Is-Soċjetà tal-MUSEUM bis-sehem tal-Banda Santa Marija organizzat purċissjoni tat-tfal bil-Bambin talMilied. Din telqet fl-4.30pm minn ħdejn il-Museum. Wara l-Quddiesa, sar il-kunċert bandistiku ta’ għanjiet tal-Milied fil-Knisja. 24. Fil-lejl tal-Milied, fil-Knisja ttella’ bħas-soltu programm varjat bis-sehem tat-tfal bil-kollaborazzjoni talmembri tal-Museum u tal-katekisti, li kien jinkludi l-pageant, carols, play u l-prietka tat-tifel li saret minn Sergio Cini. Wara kien hemm il-quddiesa.

25. Jum il-Milied. Il-Quddies kien bħal tal-Ħadd. 27. Il-membri tal-kor ‘Regina Angelorum’ kienu mistiedna għal party tal-Milied fiċ-Ċentru. 28. Ġiet organizzata attività tal-Milied għall-abbatini. Sar il-party tal-Museum għat-tfal kollha organizzat millmembri tal-Museum u l-Katekisti tal-parroċċa. Bidu tal-Kwaranturi Mqaddsa. Fis-6.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Arċipriet. Wara, id-Direttur Spiritwali tasSoċ. Fil. S. Marija l-Kan. Dun Karm Cini, flimkien malmembri tas-soċjetà, animaw siegħa adorazzjoni. 29. L-ewwel jum tal-Kwaranturi. Il-Quddies tmexxa minn Fr Joe Borg MSSP 30. It-tieni jum tal-Kwaranturi. 31. It-tielet jum tal-Kwaranturi JANNAR 1. Solennità ta’ Marija Omm Alla. Wara l-Quddiesa tat8.00am espożizzjoni sagramentali u adorazzjoni salQuddiesa tal-10.00am. Fl-4.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr Alex Refalo bis-sehem tal-Kor Regina Angelorum u wara saret il-purċissjoni. 2. Ġie organizzat live-in għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ bejn it-2 u l-5 ta’ Jannar f’Dar San Ġużepp f’Għajnsielem. 4. L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fil-11.00am Quddiesa u wara nżammet l-Adorazzjoni. Bejn 2.00pm u 3.00pm inżammet is-Siegħa tal-Ħniena Divina. 5. Saru s-soliti laqgħat tal-abbatini u tal-grupp talvokazzjonijiet. Fis-7.00pm inżammet laqgħa oħra għall-istudenti universitarji u dawk tal-Mcast. 6. Solennità tal-Epifanija tal-Mulej. Iċ-Ċimiterju talparroċċa nżamm miftuħ. Inżammet is-seba’ laqgħa tal-kors tat-tħejjija għaż-Żwieġ fiċ-Ċentru. 8. Lectio Divina fis-6.30pm fil-knisja. Saret il-laqgħa tal-Adoloxxenti fiċ-Ċentru Parrokkjali. Inżammet ikla dundjan fiċ-Ċentru b’risq il-logħob tan-Nar.

111


Ta’ Gerit Petshop Plot 46, Vjani Street, Victoria - Gozo.

Tel: 21565206, 21559629 Mob: 79602610

Flowers for all Occasions, Garden Services

112

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

10. Fl-4.30pm fis-sala taċ-Ċentru nżammet il-laqgħa annwali tal-Għaqda Qlub Ġenerużi tal-Parroċċa. 11. Saret laqgħa oħra għaż-żgħażagħ fejn ġie mfassal programm tal-laqgħat ta’ kull ġimgħa sal-Għid. 12. Saru s-soliti laqgħat għall-Abbatini u għall-grupp tal-Vokazzjonijiet fiċ-Ċentru. 13. Festa tal-Magħmudija tal-Mulej. Saret it-tmien laqgħa tal-kors tat-tħejjija taż-Żwieġ fiċ-Ċentru. 14. Sar il-qrar u t-tqarbin lill-morda u l-anzjani fi djarhom mill-Arċipriet. 15. Lectio Divina fil-Knisja. 18. Saret il-laqgħa taż-żgħażagħ fiċ-Ċentru. MillĠimgħa 18 sal-Ġimgħa 25 inżammet l-44 Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda tal-Insara. 19. Saru s-soliti laqgħat tal-Abbatini u għalll-grupp talVokazzjonijiet fil-5.00pm fiċ-Ċentru. Inżammet laqgħa fis-7.00pm fiċ-Ċentru għall-Istudenti Universitarji u dawk tal-Mcast mis-Sem. Daniel Sultana. 21. Inżammet il-Lectio Divina fil-Knisja. 23. Saret il-laqgħa tal-adoloxxenti fiċ-Ċentru Parrokkjali. Inżammet laqgħa fiċ-Ċentru biex jitwaqqaf kumitat għall-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. 25. Intwera film għaż-żgħażagħ fiċ-Ċentru Parrokkjali. 26. Saru s-soliti laqgħat tal-abbatini u tal-grupp talvokazzjonijet fiċ-Ċentru. Inġabru petizzjonijiet għallħelsien mill-mewt ta’ Asia Bibi, nisranija fil-Pakistan. 27. Inżammet id-disa’ laqgħa fl-9.45am tal-kors ta’ tħejjija għaż-żwieġ fiċ-Ċentru Parrokkjali. 28. Saret laqgħa għall-ġenituri kollha tat-tfal tadDuttrina minn Anton Mercieca SDC. 29. Inżammet laqgħa għan-nisa kollha fid-9.30am fiċĊentru mmexxija minn Dun Salv Sultana u Antoine Vassallo. Lectio Divina fis-6.30pm fil-knisja. 30. Saret il-laqgħa tal-adoloxxenti fiċ-Ċentru Parrokkjali. FRAR 1. L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Adorazzjoni matul ilġurnata. Fis-2.00pm inżammet is-Siegħa tal-Ħniena Divina. Il-Parroċċa tagħna mexxiet Konċelebrazzjoni Solenni fis-6.00pm tat-3 jum tat-Tridu tal-Festa ta’ S. Pawl f’Marsalforn animata mill-Kor Regina Angelorum. Intwera film għaż-żgħażagħ. 2. Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Saru s-soliti laqgħat tal-abbatini u tal-grupp tal-vokazzjonijiet. Inżammet laqgħa għall-Universitarji u studenti talMCAST fiċ-Ċentru mis-Sem. Daniel Sultana. 3. Iċ-Ċimiterju tal-Parroċċa nżamm miftuħ. 5. Lectio Divina fis-6.30pm fil-Knisja. 6. Saret iċ-Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Qrara lil 7 t’itfal

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

mill-Parroċċa tagħna. Saret il-laqgħa tal-adoloxxenti fis-6.45pm fiċ-Ċentru Parrokkjali. Inżammet l-ewwel laqgħa mmexxija mill-Arċipriet bi tħejjija għall-Festa. 8. Saret Open Day fil-Klassi tad-Duttrina tal-Year 1 fil-MUSEUM. Saret ġabra speċjali għall-proġett tarrestawr tal-Knisja. 9. Saru s-soliti laqgħat tal-abbatini u tal-grupp talvokazzjonijiet. 10. Ġiet iċċelebrata s-Solenità tan-Nawfraġju talAppostlu Missierna San Pawl. Inżammet l-10 laqgħa tal-kors ta’ tħejjija għaż-żwieġ. 11. Tifkira tal-ewwel dehra tal-Madonna f’Lourdes. It-Tnejn 11 u t-Tlieta 12 saru l-qrar u t-tqarbin talmorda u l-anzjani fi djarhom mill-Arċipriet. 12. Lectio Divina fis-6.30pm fil-Knisja. 13. L-Erbgħa tar-Rmied. Quddiesa mmexxija millArċipriet Dun Reuben Micallef animata mill-Kor Santa Marija. Fis-7.00pm laqgħa tal-adoloxxenti. 15. Matul ir-Randan fil-Kappella ta’ Dar Stella Maris inżammu talb ta’ tifħir ta’ sbieħ il-jum kull nhar ta’ Ġimgħa. Inżammet Open Day fil-Klassi tad-Duttrina tal-Year 2. Saret Via Sagra fis-6.30pm fil-Knisja animata mill-membri tal-għaqdiet reliġjużi tal-Parroċċa u l-katekisti. Inżamm Prayer Meeting għaż-żgħażagħ. 16. Saru s-soliti laqgħat tal-abbatini u tal-grupp talvokazzjonijiet. Inżammet adorazzjoni fis-skiet wara l-Quddiesa tas-6.00pm. Saret laqgħa għalluniversitarji u studenti tal-MCAST fid-Dar Parrokkjali. 18. Inżammet Open Day fil-klassi tad-Duttrina tal-Year 3 fil-Museum. Mit-Tnejn 18 sal-Ġimgħa 22 ta’ Frar inżammu l-eżerċizzi Spiritwali għall-Miżżewġin żgħar fis-Sala taċ-Ċentru minn Fr Joseph Farrugia. 20. Saret il-laqgħa tal-adoloxxenti fiċ-Ċentru Parrokkjali. 22. Saret ħarġa għall-grupp taż-żgħażagħ tal-parroċċa. 23. Saru l-laqgħat tal-abbatini u tal-grupp talvokazzjonijiet. Inżammet adorazzjoni fis-skiet wara l-Quddiesa tas-6.00pm fil-Knisja sat-8.00pm. 24. Saret il-11-il laqgħa tal-kors tat-tħejjija għaż-Żwieġ. IsSem Joseph Attard irċieva l-Ministeru tal-Lettorat millE.T. Mons Isqof Mario Grech fil-Parroċċa ta’ Kerċem. 25. Mit-Tnejn 25 ta’ Frar sal-Ġimgħa 1 ta’ Marzu, inżammu l-eżerċizzi tar-Randan għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ fis-7.00pm fis-Sala taċ-Ċentru minn Fr Geoffrey G. Attard. 26. Ġiet iċċelebrata t-Tifkira tal-Beata Marija Adeodata Pisani. Lectio Divina fis-6.30pm fil-Knisja. MARZU 1. L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fil-11.00am Quddiesa u wara adorazzjoni matul il-jum. Bejn 2.00pm u 3.00pm inżammet is-Siegħa tal-Ħniena Divina. 2. Saru l-laqgħat tal-abbatini u tal-grupp talvokazzjonijet. Saret laqgħa għall-Universitarji u studenti tal-MCAST fiċ-Ċentru Parrokkjali. Inżammet adorazzjoni fis-skiet wara l-Quddiesa tas-6.00pm fil-Knisja sat-8.00pm. 3. L-ewwel Ħadd tax-xahar. Iċ-Ċimiterju tal-Parroċċa nżamm miftuħ. Ġie organizzat il-Pellegrinaġġ penitenzjali għal ta’ Pinu minn Pjazza l-Assunta. 5. Inżamm irtir ta’ nofs ta’ nhar fid-Dar Parrokkjali għan-nisa kollha organizzat mill-Leġjun ta’ Marija, immexxi minn Mons Ewkaristiku Sultana. Lectio Divina fis-6.30pm fil-Knisja.

113


6. Laqgħa tal-adoloxxenti fiċ-Ċentru Parrokkjali. 8. Saret il-laqgħa taż-żgħażagħ fis-7.00pm fiċ-Ċentru. 9. Saru l-laqgħat tal-abbatini u tal-grupp talvokazzjonijiet. Inżammet adorazzjoni fis-skiet wara l-Quddiesa tas-6.00pm fil-Knisja sat-8.00pm. 10. Inżammet it-12-il laqgħa tal-kors ta’ tħejjija għażżwieġ fl-9.45am f’Dar Stella Maris. 11. It-Tnejn 11 u l-Erbgħa 13 l-Arċipriet żar il-morda u l-anzjani tas-soltu biex iqararhom u jwasslilhom it-Tqarbin Imqaddes fi djarhom. Mit-Tnejn 11 salĠimgħa 15 ta’ Marzu nżammu l-eżerċizzi spiritwali għan-Nisa fis-1.00pm fil-Knisja u għall-Irġiel/Nisa kollha fis-6.30pm fil-Knisja minn Fr Joseph Bajada. 12. Ġie mfakkar il-50 Anniversarju minn meta l-Parroċċa tagħna ġiet mgħollija għad-dinjità ta’ Arċipretali fl-1963.

We supply all leading tyre brands Kurt Azzopardi Mob:99885444

Restaurant & Cocktail Lounge W A M M T E FB

114

www.kitchentwentyone.com Il-Menqa, Marsalforn, Gozo, +356 9922 8637 +356 7927 4841 +356 2155 3358 kitchen21@gmail.com www.fb.com/kitchen21gozo

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

13. Saret il-laqgħa tal-adoloxxenti fiċ-Ċentru Parrokkjali. 15. Iż-żgħażagħ taż-Żebbuġ ingħaqdu ma’ żgħażagħ Għawdxin għall-Via Crucis Djoċesana fuq l-Għolja t’Għammar. 16. Saret il-laqgħa għall-universitarji u studenti talMCAST. Inżammet Adorazzjoni fis-skiet fil-Knisja wara l-Quddiesa tas-6.00pm sat-8.00pm. 17. Il-Parroċċa tagħna ħadet sehem fil-Via Sagra Djoċesana fuq l-Għolja t’Għammar immexxija minn Mons. Isqof Mario Grech. 19. Inżammet Sports Day għall-Abbatini fis-Seminarju. Fl-okkażjoni tas-Solennità ta’ San Ġużepp il-parroċċa tagħna organizzat pellegrinaġġ għall-Knisja Parrokkjali tal-Qala u Quddiesa. Lectio Divina fil-Knisja. 20. Saret il-laqgħa tal-adoloxxenti fiċ-Ċentru Parrokkjali. 22. Saret il-ġabra għall-ispejjeż tal-Ġimgħa Mqaddsa. Ċelebrazzjoni tad-Duluri ta’ Marija. Fil-5.30pm telaq korteo bl-istatwa akkumpanjat mill-Banda Santa Marija. Konċelebrazzjoni fis-7.00pm. 23. Saru l-laqgħat tal-abbatini. Saret il-funzjoni tattberik tal-friegħi tal-palm u ż-żebbuġ fis-6.00pm. 24. Solennità ta’ Ħadd il-Palm. Inżammet it-13-il laqgħa tal-kors ta’ tħejjija għaż-żwieġ fiċ-Ċentru Parrokkjali. 26. Fid-Djoċesi ġie ċċelebrat Jum ir-Rikonċiljazzjoni. Fis-5.45pm bdiet iċ-Ċelebrazzjoni Penitenzjali għal kulħadd b’diversi konfessuri għall-Qrar. Ittella’ kunċert mill-Kor ‘Ailgon College Choir’ mill-Ingilterra fil-Knisja Parrokkjali wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija. 28. Ħamis ix-Xirka. Fis-6.00pm saret il-Funzjoni tal-Ħasil tar-Riġlejn. Wara kien hemm il-Viżti tas-Seba’ Knejjes. 29. Il-Ġimgħa l-Kbira. Jum ta’ Sawm u Astinenza.Fit3.00pm bdiet il-funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib. Fis-6.00pm bdiet ħierġa l-Purċissjoni. . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

26-3-2013

30. Vġili Solenni tal-Għid il-Kbir. Fit-8.00pm bdiet ilLiturġija bit-Tberik tan-Nar. 31. Jum l-Għid il-Kbir. Fl-4.00pm Konċelebrazzjoni Solenni bis-sehem tal-Korijet Santa Marija u Regina Angelorum. Ħarġet l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. APRIL 1. Inżammet in-Novena tal-Ħniena Divina. Ingħata bidu għat-tberik tal-familji mill-Arċipriet. 2. Fis-7.30pm inżammet il-Lectio Divina fil-Knisja. 3. Saret il-laqgħa tal-Adoloxxenti fiċ-Ċentru Parrokjali. 4. L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Quddiesa fil-11.00am u wara adorazzjoni fis-skiet matul il-ġurnata. Bejn is-2.00pm u 3.00pm inżammet is-Siegħa tal-Ħniena Divina. Saret illaqgħa għaż-żgħażagħ fiċ-Ċentru Parrokkjali fejn ġew ipprogrammati flimkien il-laqgħat ta’ dan it-term. 6. Saru l-laqgħat tal-Abbatini u tal-Vokazzjonijiet. 7. Iċ-Ċimiterju nżamm miftuħ fl-okkażjoni tal-ewwel Ħadd tax-xahar. Inżammet l-14-il laqgħa tal-kors ta’ tħejjija għaż-żwieġ. 8. Solennità trasferita tat-Tħabbira tal-Mulej. Ġie organizzat pellegrinaġġ għal-Lunzjata u Quddiesa fil-Kappella tal-Wied. 9. Lectio Divina fis-7.30pm fil-Knisja. 10. Saret il-laqgħa tal-adoloxxenti. 12. Inżammet laqgħa ta’ Talb għall-ġenituri kollha tattfal tad-Duttrina. 13. Saru l-laqgħat tal-abbatini u tal-vokazzjonijiet. Saret il-laqgħa għall-universitarji u studenti tal-MCAST. 14. Il-parroċċa tagħna ħadet sehem fil-50 Kungress Djoċesan tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla, f’San Lawrenz, immexxi mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech. 15. It-Tnejn u l-Erbgħa 17 sar il-qrar u t-tqarbin talanzjani u l-morda fi djarhom mill-Arċipriet. 16. Saret il-Lectio Divina fis-7.30pm fil-Knisja. 17. Saret il-laqgħa tal-adoloxxenti fiċ-Ċentru Parrokkjali. 20. Jum il-Vokazzjonijiet. Il-Gruppi tal-Abbatini u talvokazzjonijiet ħadu sehem f’Laqgħa djoċesana fisseminarju fl-10.00am, animata mis-seminaristi. 21. Inżammet l-aħħar laqgħa tal-kors tat-tħejjija għażżwieġ fl-9.45am fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali. IlParroċċa tagħna ngħaqdet mas-Sem Daniel Sultana li qed jgħin fil-pastorali fil-Parroċċa għall-għoti tar-Rit tal-Ammissjoni mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech. 23. Saret il-laqgħa tal-Lectio Divina fil-Knisja Parrokkjali. 24. Saret il-laqgħa tal-Adoloxxenti fit-7.45pm fiċ-Ċentru. 26. Inżammet laqgħa għall-ġenituri tal-Greżimandi Saret laqgħa taż-żgħażagħ fiċ-Ċentru. 27. Saret il-laqgħa tal-abbatini u tal-grupp tal-

115


vokazzjonijiet. Tfakkar it-325 Anniversarju minn meta ż-Żebbuġ sar parroċċa. Fis-7.00pm saret Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Arċipriet. Wara, fiċ-Ċentru Parrokkjali nżammet ċerimonja ta’ tifkira organizzata mill-Kunsill Lokali bis-sehem talBanda u l-korijiet parrokkjali. 28. Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum iż-Żebbuġ, il-Kunsill Lokali organizza tberik taż-żwiemel u pets fil-pjazza fid-9.00am, mill-Arċipriet. Inżammet Quddiesa fi tmiem il-kors tat-tħejjija għaż-żwieġ fl9.45am f’Dar Stella Maris. 30. Saret il-laqgħa għan-Nisa kollha mmexxija minn Mons Arċ. Pawlu Cardona u Felicia Saliba fiċĊentru. Lectio Divina fis-7.30pm fil-Knisja. MEJJU 1. Ġie organizzat Hike għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ fil-kampanja. Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Wara l-Quddiesa tas-7.00pm sar Korteo bl-istatwa ta’ San Ġużepp.

3. L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Quddiesa fil-11.00am u wara adorazzjoni fis-skiet matul il-ġurnata. Bejn is2.00pm u 3.00pm inżammet is-Siegħa tal-Ħniena. Saret iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana mmexxija minn Mons Isqof Mario Grech għall-Greżimandi, ġenituri u parrini fil-Knisja Rotunda tax-Xewkija. Saret illaqgħa taż-żgħażagħ fiċ-Ċentru Parrokkjali. 4. Saru s-soliti laqgħat tal-abbatini u tal-vokazzjonijiet. 5. Fl-okkażjoni tal-ewwel Ħadd tax-xahar iċ-Ċimiterju tal-Parroċċa nżamm miftuħ. Fid-9.00 am saret laqgħa importanti għad-dilettanti kollha tan-Nar rigward il-logħob tan-Nar tal-Festa. 7. Lectio Divina fis-7.30pm fil-Knisja. 8. Ġiet iċċelebrata l-Festa tal-Madonna ta’ Pompej b’quddiesa fl-10.00am. Fi tmiem il-Quddiesa ntqalet is-Supplika tal-Madonna. L-1 Erbgħa ta’ Santa Marija. Fis-7.00pm l-Arċipriet mexxa konċelebrazzjoni bis-sehem tal-kor ‘Santa Marija’. Saret laqgħa għall-adoloxxenti fiċ-Ċentru Parrokkjali fit-8.00pm. 9. Festa ta’ San Ġorġ Preca. Konċelebrazzjoni fis7.00pm animata mis-Soċi tal-Museum bis-sehem tattfal kollha. Wara party fil-Museum għat-tfal preżenti. 10. Inżammet laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-preċett fis-6.00pm fiċ-Ċentru Parrokjali. Saret il-laqgħa tażżgħażagħ fiċ-Ċentru Parrokkjali fit-7.45pm. 11. Saru l-laqgħat tal-abbatini u tal-vokazzjonijiet.

116

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

12. Festa ta’ Tlugħ is-Sema tal-Mulej (Lapsi). 13. Tifkira tal-ewwel dehra tal-Madonna ġewwa Fatima. ItTnejn 13 u l-Erbgħa15 l-Arċipriet żar il-morda u l-anzjani biex iqararhom u jwasslilhom it-Tqarbin Imqaddes ġo djarhom. Ġiet organizzata żjara fis-Santwarju ta’ Pinu lit-tfal tad-duttrina mill-year 1 sa year 3. 14. Saret il-Laqgħa tal-Lectio Divina fil-Knisja. 15. It-2 Erbgħa ta’ Santa Marija. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Kan Dun Noel Saliba. Saret il-laqgħa tal-adoloxxenti fiċ-Ċentru. 17. Fis-6.00pm fil-pjazza tas-Santwarju ta’ Pinu saret iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana tal-Griżma tal-Isqof għall-Greżimandi kollha Għawdxin. 18. Ġie mfakkar is-76 Anniversarju mill-mewt ta’ Fra Baskal. Saret il-laqgħa għall-abbatini ż-żgħar fiċĊentru mis-Sem Daniel Sultana u għall-kbar millArċipriet fis-Saletta tal-Knisja. 19. Solennità ta’ Għid il-Ħamsin. Ġiet iċċelebrata l-Festa ta’ Marija Kewkba tal-Baħar f’Dar Stella Maris. 21. Lectio Divina fis-7.30pm fil-Knisja. 22. It-3 Erbgħa ta’ Santa Marija. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni minn Fr Joe Borg MSSP. Laqgħa tal-adoloxxenti fit-8.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali. 24. Inżamm Prayer Meeting għaż-żgħażagħ mill-Arċipriet. 25. Saru l-laqgħat tal-abbatini u tal-vokazzjonijiet. 26. Solennità tat-Trinità Qaddisa. Inżammet laqgħa għall-ġenituri tal-għarajjes fil-5.15pm fis-Sala taċĊentru mill-Arcipriet u Fr Mark Demanuele. 28. Ġiet organizzata laqgħa għan-nisa kollha mmexxija minn P. Ugolin Xerri OFM Konv. u Josephine Formosa. Lectio Divina fis-7.30m fil-Knisja. 29. Ir-4 Erbgħa ta’ Santa Marija. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Kan. Kant. Dun Karm Cini bis-sehem tal-membri tas-Soċjetà Filarmonika ‘Santa Marija’. 30. Saret l-ewwel ġabra għall-festa ta’ Santa Marija. Inżamm Tridu Ewkaristiku fl-okkażjoni tal-100 sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, millĦamis 30 ta’ Mejju sas-Sibt l-1 ta’ Ġunju. 31. Saret purċissjoni bi statwa tal-Madonna lejn ilKnisja mill-Museum fiċ-Ċelebrazzjoni Marjana. Saret l-aħħar attività għaż-żgħażagħ qabel is-sajf li kienet tikkonsisti f’Night Hike u pizza. ĠUNJU 1. Irtir bi tħejjija għall-ewwel Tqarbina lit-tfal talpreċett. Laqgħa għall-abbatini żgħar u l-grupp tal-vokazzjonijiet fiċ-Ċentru. Ġiet organizzata ġita għan-nar tal-Festa ta’ San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq mill-Għaqda tan-Nar. 2. Fl-ewwel Ħadd tax-xahar iċ-Ċimiterju tal-Parroċċa nżamm miftuħ. Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu. Fl-4.00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Arċ. Dun Reuben Micallef li fiha grupp ta’ 8 t’itfal irċivew l-Ewwel Tqarbina. 4. L-aħħar laqgħa tal-Lectio Divina fil-Knisja. 5. Il-5 Erbgħa ta’ Santa Marija. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr Geoffrey G. Attard. L-aħħar attività għall- adoloxxenti qabel issajf kienet tikkonsisti f’pizza. 6. Ġiet organizzata ikla ħaruf/majjal b’risq il-logħob tan-Nar tal-Festa mill-membri tal-Għaqda tan-Nar. 7. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fil-11.00am quddiesa u

117


8. 10. 12.

13. 15. 16.

wara adorazzjoni fis-skiet matul il-ġurnata kollha. Bejn 2.00pm u 3.00pm inżammet is-Siegħa tal-Ħniena Divina. Solennità tal-Qalb ta’ Ġesù. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Arċipriet Dun Reuben Micallef. Anima l-Kor ‘Regina Angelorum’. Wara purċissjoni qasira bis-Sagrament. Ħadu sehem it-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Jum is-Saċerdozju Kattoliku. Intwera film għall-grupp tal-abbatini u l-grupp talvokazzjonijiet fis-6.00pm fiċ-Ċentru. It-tfal tal-preċett ġew mistiedna għall-Quddiesa speċjali f’Dar Stella Maris immexxija minn Fr Mark Demanuele. Is-6 Erbgħa ta’ Santa Marija. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr Louis Mallia, Superjur Reġjunali tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl f’Malta. Ġiet iċċelebrata t-tifkira ta’ Sant Antnin ta’ Padova. Kompla jintwera l-film lill-gruppi tal-abbatini u l-grupp tal-vokazzjonijiet fis-6.00pm fiċ-Ċentru. Ġita għall-festa tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba. Jum il-Missier. Fl-10.00am Quddiesa fiċ-Ċimiterju mill-

Kan. Dun Karm Cini għall-erwieħ tal-missirijiet mejtin. 17. It-Tnejn u t-Tlieta 18 sar il-qrar u t-tqarbin tal-anzjani u l-morda fi djarhom mill-Arċipriet. Intemmet is-sena tal-Azzjoni Kattolika. Quddiesa mmexxija mill-Kan Kant D. Karm Cini fis-5.45pm. 19. Is-7 Erbgħa ta’ Santa Marija. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr Mark Demanuele MSSP, Superjur tad-Dar Stella Maris. 22. Ġie ċċelebrat il-130 sena mis-sejħa tal-Madonna f’Ta’ Pinu. Il-Parroċċa tagħna ngħaqdet mas-Sem. Daniel Sultana fil-Knisja Katidrali għall-ordinazzjoni djakonali tiegħu. 25. Ġiet organizzata laqgħa għan-nisa fid-9.30am fiċĊentru mmexxija minn Mons George Tabone. 26. It-8 Erbgħa ta’ Santa Marija. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija minn Mons Giovanni Bosco Cremona. 28. Saret it-tieni ġabra għall-festa ta’ Santa Marija. 29. Solennità tal-Appostli San Pietru u San Pawl. 30. Fl-4.30pm Ċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr minn Fr Mark Demanuele għall-25 sena ta’ Saċerdozju.

CARMELO CINI ONORAT B’ĠIEH IŻ-ŻEBBUĠ 2013 Din is-sena 2013, il-premju prestiġuż ‘Ġieh iż-Żebbuġ’, mogħti ta’ kull sena mill-Kunsill Lokali Żebbuġ, lil xi persuna jew entita’ li tagħti servizz disinteressat fil-lokalità, ingħata lis-Sur Carmelo Cini. Karmnu, kif nafuħ ilkoll, jagħti ta’ kuljum servizz volontarju fil-Knisja Parrokkjali tagħna u dan ilu jagħmlu għal ħafna snin dejjem senza interessi. Sa minn ċkunitu kien iħobb jgħin lis-Sagristan Toni Mallia, kif ukoll lill-Arċiprieti Vella, Saliba u Micallef. Karmnu jieħu ħsieb mhux biss li jiftaħ il-Knisja kull filgħaxija u kull meta jkun hemm bżonn anke f’ħinijiet oħra, imma wkoll imidd idejh fl-armar tal-festa u okkażjonijiet oħra minn żmien għal żmien. F’ħinijiet diversi tal-ġurnata issibu l-Knisja jnaddaf jew isewwi xi oġġetti, jipprepara li jkun hemm bżonn u jara li ma jkun jonqos xejn. Iżomm kollox sewwa u preċiż għax irid jara l-Knisja Parrokkjali tagħna fl-aħjar stat possibbli. Grazzi Karm tas-servizz tiegħek u j’Alla l’Mulej jagħtik ħafna iżjed snin f’din il-ħidma!

JITLESTA IL-PROĠETT TAL-BDIL TAD-DAMASK Wara li s-sena l-oħra tlesta u iżżanżan il-friż kollu tal-Knisja, din is-sena tlestew u ser jiżżanżnu xejn inqas minn 10 pavaljuni kbar tal-palma (għallKorsija u s-salib) u 4 żgħar għall-arkati tan-navi. Dawn il-pavaljuni kollha tħallsu minn benefatturi diversi u inħietu kollha minn Giovanna Saliba, flimkien ma’ xi helpers oħra fiċ-Ċentru Parrokkjali. Ngħidu grazzi kbira kemm lil benefatturi kif ukoll lill-ħajjata!

KURUNA TA’ TAĦT L-ISTATWA TITULARI U 6 FJURETTI TAL-GANUTELL Għall-5 sena konsekuttiva grupp ta’ nisa Żebbuġin: Cosnsilja Cini, Maria Portelli, Lina u Rita Zammit, Charmaine Borg, Anna Cini u Gorga Caruana ħadmu fuq sett ieħor ta’ fjuretti tal-ganutell, din id-darba għall-Artal ta’ San Mikiel. Ix-xogħol talpreparazzjoni tal-materjal sar minn M’Conċetta Calleja (Marsalforn) u l-immuntar sar minn Joe Mifsud (Qala). Il-ġbir għal-dawn il-fjuretti, kif ukoll il-ħidma kollha kienet ikkordinata minn Rose Cini. L-istess grupp ħadmu ukoll kuruna ġdida għal taħt l-istatwa ta’ Santa Marija flok ilqadima. Din il-kuruna tħallset mill-familja Zahra ta’ Triq is-Sagħtrija. Grazzi kbira lil dawn il-voluntiera kif ukoll lil dawk kollha li taw donazzjonijiet għassett tal-fjuretti l-ġodda.

118

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

119


LIL DUN fRANĠISK VELLA L-Ewwel Kappillan taż-Żebbuġ, Għawdex, fit-325 Anniversarju tal-Parroċċa

Insellmulek Franġisku, għażiż u qatt minsi Żebbuġi bħalna, imwieled fis-snin bikrija, sewwasew fid-disgħa ta’ Marzu tal-elf sitt mija u tnejn u sittin. Ignatio Vella u Tereża nee’ Zerafa,(1) l-għaqlin ommok u missierek, malajr għarfu li int għall-iskola biex issir qassis kont imsejjaħ.(2) Għalhekk għall-istudju inti tfajtha u mad-Dumnikani tal-Belt Valletta komplejt tikber fil-għerf u l-qdusija. Sakemm midluk ġejt biż-Żejt Imqaddes fl-elf sitt mija u ħamsa u tmenin fost il-ferħ tal-familja u raħlek kollu. Dun Franġisk żagħżugħ, qaddis u għaref kien għall-poplu bħal mera tal-qaddisin.

Marina St, Marsalforn Gozo - Malta. Tel: 21 554104 Mob: (+356) 9946 3913

Marina Street, Marsalforn Gozo - Malta. Tel: 2155 4104 Mob: 9946 3913

Xlendi Road, Xlendi, Gozo. • Tel: (356) 21562937 • A/H Office: 21554138 • Mob: 9949 8666

Taxi, Coaches & Mini Buses for Hire (For tours Around Gozo Day & Night Service) 33, MATTIA PRETI STREET, VICTORIA VCT 108, GOZO TEL: 21 554138, 21 563327, MOBILE: 9949 8666

Hop on Hop Off in Gozo with

Kemm ferħu n-nies ta’ dawn l-inħawi Meta dritt wara l-Ordinazzjoni, L-Isqof David Cocco Palmieri Ħatar lil Dun Franġisk Vella Vigarju Taż-Żebbuġ u tal-Għasri! Meta l-istess Isqof waqqaf iż-Żebbuġ parroċċa Fit-tmienja w għoxrin t’April ta’ l-1688 Huwa ħatar lil Dun Franġisk Bħala l-ewwel Kappillan tal-parroċċa Bil-Kappella ta’ Santa Marija Assunta Li kienet tkennen lill-kwadru tant devot Ta’ Santa Marija l-Haġġarija.(3) Huwa ħa l-pussess tal-Parroċċa tiegħu Fit-tnax ta’ Ġunju ta’ l-1689. Tliet snin biss wara Fil-ħamsa u għoxrin ta’ Marzu 1692(4) B’imħabba tas-sema u kuraġġ ta’ sur, Il-Kappillan Vella flimkien mal-poplu, Mgħejjun minn Dun Franġisk Stivala, Benefattur ieħor kbir tal-parroċċa, Beda jibni knisja kbira u mill-isbaħ Fuq l-għolja pittoreska tas-Sliem. Il-ġebel tal-knisja nqata’ minn ta’ Ċejla, U ftit minn Wied il-Għasri. Dal-ġebel inġarr fuq id-dahar tal-bhejjem, Fuq il-karettun u fuq il-karru. Mhux mingħajr inċidenti fit-triq, U mirakli ta’ fejqan saru ukoll.(5) Int stinkajt, O qassis ħabrieki, Tul żogħżitek u ħajtek kollha Biex tibni b’dehen kbir It-Tempju Ħaj u dak tal-ġebel!

120

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Lit-tfal għallimthom l-iskola, U mal-kbar il-Kelma li tagħti l-Ħajja. Waqt li x-xogħol kien miexi ġmielu, Int komplejt tagħni lill-merħla tiegħek, Bl-Ikel tas-Sema, b’servizzi lejl u nhar. Lejn Ġesu` u mħabbtu ġbidt lil kulħadd, Bi tħejjija għat-triq tas-sema. Lil Ommna Marija int ħabbejt bil-kbir, U Hi ħabbitek b’għanqa dejjiema. Bil-prietki għarfa tiegħek għallimt Mhux biss fuq il-pulptu tiegħek Iżda lill-poplu t’Għawdex kollu. Kif jixhdu l-kittieba ta’ żmienek. Ħabbek il-poplu tiegħek, U ħabbewk u ammirawk is-Superjuri.(6) Għax int dejjem urejt għerf u mħabba, Żelu, ġenerożita` u tjubija. Int ħdimt u tajt ġidek kollu, Lill-foqra u lill-knisja, Fosthom id-dar fejn kont toqgħod int, U fejn joqgħod ir-Ragħaj tagħna llum. Lill-foqra ħabbejthom bla qies, B’idejk dejjem miftuħa tqassam il-karita’ Lil ħafna li kienu fil-bżonn. Dun Franġisk, inti kellek qalb kbira! Għalhekk kont milqugħ minn kulħadd. In-nies ħadmu miegħek biex f’qasir żmien, Lestejtu dat-Tempju maestuż! U żejjintuh b’irħam l-iżjed sabiħ. L-Isqof Pawlu Alpheran De Bussan Lill-Knisja kkonsagra fit-tieni viżta tiegħu, Fit-tmienja u għoxrin ta‘ Settembru 1736. Fi żmienek l-irħam oniċe nstab Fix-xaqliba taċ-Ċaqra fil-kwiet. U dak li ma setax isir dakinhar, Għamilnieh aħna fi żmienna.(7) Żejjinna l-knisja tiegħek u tagħna, B’oniċe żebbuġi l-iżjed fin u sabiħ! Biex ilkoll ingawdu dil-ġawhra, Aħna l’għadna hawn fit-toroq li mxejt int, Kif ukoll inti, O għażiż benefattur tagħna, Flimkien ma’ niesna ta’ matul iż-żmien, Qaddisa u ferħana fil-glorja tas-sema. Grazzi minn qalbna ngħidulek, O Kappillan u Vigarju taż-Żebbuġ u tal-Għasri, Għal tmienja u ħamsin sena! Int ħdimt bla waqfien għall-merħla tiegħek,

121


Bħala Ragħaj għaref, għaqli u qaddis. Kabbarthom iħobbu l-Ewkaristija, Li tgħinna nduqu l-ġenna, Sa minn din l-art; li hi l-Ikel Li jwassalna s’għand il-Mulej! Rawwimthom bil-kelma u bl-eżempju, Itejbu kemm jistgħu l-ħajja tal-proxxmu. Aħna ngħożżu mhux biss il-fdalijiet tiegħek,(8) Iżda fuq kollox it-tagħlim siewi li ħallejtilna! Nitolbuk, O tant twajjeb ħuna l-kbir, Biex ma’ niesna qaddisa fis-sema, Titolbu għalina li għadna fil-Mixja fuq l-art, U li qegħdin niċċelebraw dan l-Anniversarju Tat- tliet mija u ħamsa u għoxrin sena Tat-Twaqqif tal-Parroċċa ta’ Santa Marija; Biex fuq l-eżempji qaddisa tiegħek, Fuq kollox dawk tal-imħabba u l-karita’, Aħna ukoll naslu f’pajjiżna tas-sema. Iż-żminijiet tassew tbiddlu. Iż-Żebbuġ kiber u m’għadux li kien. Biċċa mill-ftit djar ta’ żmienek għadhom weqfin, Oħrajn twaqqgħu u flokhom oħrajn kbar u sbieħ. In-nies ġew u marru għal x’erba’ darbiet. Iż-żmien għaddej u jibqa‘ sejjer bil-ġirja! Iżda Ġesu` u Marija għadhom iħobbu l-istess, B’Qalbhom u dirgħajhom miftuħa Jilqgħu lil kulħadd b’bewsa ta’ mħabba! It-tagħlim tal-Vanġelu ma tbiddilx.

Dak li għallimt int għadu tajjeb għalina llum. Mhux li ngħożżu u ngħixu t-tagħlim, Li int, O Kappillan Vella u Rgħajja oħra, Għaddejtulna matul is-snin, Biex ngħixu f’rabta ta’ mħabba, Ma’ Ġesù, ma’ Marija u ma’ xulxin! U hekk ‘l quddiem niltaqgħu fil-Ġenna pajjiżna, U ningħaqdu f’tgħanniqa ta’ mħabba bla tmiem! Dun Gużepp C Vella Iż-Żebbuġi (9) 25 ta’ Ġunju 2013 1) Arkivju Knisja Katidrali, Għawdex, Liber Baptizatorum, sub diebus baptismi. 2) Can Giovanni P F Agius De Soldanis : ”Għawdex bil-Ġrajja Tiegħu”, Vol 11 pp 155-156. 3) Mons Andrea Vella : ”Iż-Żebbuġ u l-Ġrajja Tiegħu”, p 17 4) Dun Ġużepp Vella :” Iż-Żebbuġ, il-Parroċċa ta’ Santa Marija”, pp 24-25. 5) M. A. Vella p 16 6) Isqof Pawlu Alpheran De Bussan, Lapida fuq il-qabar ta’ Dun Franġisk Vella fil-Kappella tal-Kunċizzjoni, Knisja Żebbuġ, Għawdex. 7) Dun Ġużepp C Vella: “L-Onice taz-Żebbuġ” 8) Il-fdalijiet tal-Kappillan Dun Franġisk Vella huma miżmuma b’għożża kbira u huma għall-wiri fil-kappella tal-Kunċizzjoni filknisja taż-Żebbuġ, Għawdex. 9 Il-Kappillan Vella tant kien iħobbu liż-Żebbuġ pajjiżu, li dejjem kien jikteb “Iż-Żebbuġi” wara l-firma tiegħu.

IL-GĦANJA TAL-PARROċċA

Fost l-irħula ħelwa t’Għawdex għan-nies bieżla magħrufin iż-Żebbuġ jispikka sewwa fost l-irħula kollha Għawdxin.

Kien ir-ragħaj taż-Żebbuġ, twajjeb, Dun Franġisk Vella l-qassis li ntagħżel biex imexxi il-parroċċa l-aktar fis!

L-ewwel knisja kkonsagrata wara l-maqdes katidral b’navi u tmien artali sewwa u anke kwadru titular.

Fuq il-għolja wisq imperreċ f’dak il-għoli qalb l-irjieħ li mal-ġnieb tiegħu jħabbtu qalb l-irwiefen fl-ifjen ksieħ.

Kien fir-raba’ xahar tas-sena il-jum tmienja u għoxrin meta ħareġ digriet l-isqof b’parroċċa għaż-Żebbuġin.

Kien fi żmien Dun Franġisk Vella li fuq Malta l-pesta ġiet imma nħeles Għawdex tagħna b’indħil qawwi mis-smewwiet.

Raħal żgħir fis-sura tiegħu imma kbir fil-qalb tan-nies nies ħawtiela, nies ħaddiema fuq tal-gżira l-ogħla sies.

Feraħ Dun Franġisk li nħatar kappillan u ragħaj ewlieni tal-parroċċa ġdida mwaqqfa qassis twajjeb, ferm ħabrieki.

Terremot nhar San Iġinu heżżez knejjes kullimkien ‘mma ż-Żebbuġ ukoll ħelisha kompla l-bini tul iż-żmien.

Nies li ‘l Alla żammew f’qalbhom tul il-medda minn tas-snin kif taw xhieda l-kappelli li ż-Żebbuġ kellu mferrxin.

Feraħ taż-Żebbuġ il-poplu b’din l-aħbar ġdida u sabiħa radd il-ħajr lill-Verġni Mqaddsa u għolla l-parroċċa f’ġieħha.

Tliet snin wara dehret pjaga ta’ ġurati qerredin li ħallew fl-uċuh tar-raba’ ħsara w qirda għal bosta snin.

Minn Għajn Mhelhel f’tarf il-għolja sal-inħawi tal-Kanun knejjes żgħar, bosta kappelli fl-għadd kotrana daqs l-għejjun.

Mill-Matriċi issa nqatgħet sabiex taqdef mela għal rasha il-parroċċa tal-Assunta b’kappillan biex jagħti kasha.

L-aħħar snin tal-Kavallieri kienu snin ta’ telqa w bruda fejn il-poplu xaba’ minnhom u dal-ġżejjer ġew milquta...

Art fil-għoli ssaltan wieqfa fuq il-baħar u l-widien raba’ saqwi t’Għawdex l-għira ġmiel ta’ ħdura kullimkien.

Kienet tgħodd irjus fuq kollox ftit aktar minn ħames mija il-parroċċa illi twaqqfet fuq din l-għolja Żebbuġija.

Kienu dawn in-nies ta’ tjieba mingħajr pretensjonijiet li għal ruħhom dejjem ħasbu tagħha raw il-ħtiġijiet.

DUN FRANĠISK VELLA Għalhekk ir-ragħaj ġdid tar-raħal ħass il-bżonn li jibda jkabbar ried li n-nies iħeġġeġ bħalu lilhom ried bil-ħeġġa jdakkar...

IL-ĦAKMA FRANĊIŻA Mill-qawwiet ta’ Bonaparte li fil-Port il-Kbir ankraw b’dik l-iskuża li bżonn l-ilma kienu daħlu w qagħdu hawn.

TWAQQIF TAL-PARROĊĊA Kien fis-seklu sbatax sewwa mas-sena tmienja u tmenin li l-ulied tar-raħal xtaqu li bħal sħabhom l-oħra Għawdxin...

Jinsabu għall-biegħ mill-Uffiċċju Parrokkjali, mill-Bar taċ-Ċentru u mill-Każin tal-Banda Santa Marija 122

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Ħadu l-gżejjer mingħajr ġlieda ma waqfilhom ħadd u xejn telgħet tperper il-bandiera mill-inqas damet sentejn.

Sabiex jibda x-xogħol tal-bini u t-tkabbir tal-knisja ġdida għenu Dun Franġisk Stivala qassis kollu ħeġġa u ħila.

Sentejn iebsa għall-poplu tagħna iebsa ukoll għaż-Żebbuġin li mexxihom Ġużepp Grima sa ma ħarġu rebbeħin.

Jingħataw knisja parroċċa fejn ‘l Alla jqimu f’kull żmien jgħammdu, jżewġu, jaqdu dmirhom bħala Insara bla dewmien.

In-nies għenet biex titlesta din il-ħidma u meddet idha min bil-flus, min b’ġarr il-ġebel basta jlestu l-knisja l-ġdida.

Iż-Żebbuġ ġew il-Franċiżi telgħu, serqu xi nagħġiet dejqu n-nies u naffru l-poplu ma damux għajr xi waqtiet.

Saret talba minn dal-poplu lill-isqof ta’ dak iż-żmien biex il-knisja ssir parroċċa taqdi n-nies sew fil-ġejjien.

Kien imbagħad fl-elf seba’ mija magħhom żid sitta u tletin l-Isqof De Bussan dilikha b’żejt qaddis, dar tad-Divin!

Għadda l-għawġ ta’ das-suldati ġew l-Ingliżi, seklu ġdid ġab il-paċi fuq pajjiżna għadda ż-żmien qisu għafrid.

Davide Cocco Palmieri isqof ġdid fil-gżejjer sar meta f’erba’ rħula f’Għawdex tal-parroċċa ġriet l-aħbar.

Saħansitra kiteb dwarha De Soldanis l-istudjuż fil-ktieb tiegħu tal-istorja dokument antik, famuż.

Kappillan mill-Isla ntagħżel Carlu De Giovanni Inglott u lir-raħal ried itejjeb sura tajba ried irodd.

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

123


F’dar fi Triq ir-Ras fir-raħal l-istudenti ġab flimkien għat-tagħlim u għall-istudju fl-aqwa mogħdija taż-żmien!

SEMINARJU FIŻ-ŻEBBUĠ Nistgħu ngħidu ż-Żebbuġ kellu seminarju għal ftit snin fejn inġabru l-istudenti jitħejjew għal qassisin. Kien fi żmien Dun Karlu sewwa li Michele Busuttil pitter Via Sagra sbejħa xogħol sabiħ, bil-bosta fin. Bena ukoll il-kampnar għoli Flok l-antik li kien qdiem sew Fl-elf tmien mija w għaxra tlesta Wara li ftit snin għaddew. Fl-elf tmien mija u tlettax sewwa tfaċċa fuqna flaġell kbir ġiet il-marda minn tal-pesta bħal kastig aħrax, qalil. Kienet żgur il-ħarsa ħelwa tal-Assunta mis-smewwiet li din il-mard bgħid żammitha miż-Żebbuġ, tiegħu l-ħariet. L-ewwel nofs ta’ seklu mwiegħer Miegħu ġab qerda, għaks u ġuħ Tfaċċa l-ġidri u l-kolera Il-kummerċ ma ħax ir-ruħ. Siefru n-nies fl-emigrazzjoni Greċja, Eġittu u t-Turkija u oħrajn biex xogħol isibu marru mqar jgħixu Sqallija. Kellha tkun gwerra qalila fil-Krimea tant ‘il bogħod biex ix-xogħol reġa’ żdied sewwa u l-pajjiż reġa’ fis-sod. Snin ta’ ġid tfaċċaw għall-poplu Għawdex djoċesi għalih issa nqata’ b’seminarju u bi kleru biex jaqdih. Is-Sur Ġwann Marija Cini għad-damask ħallas minn butu kien meqjus raġel tat-tajjeb rispettat tassew minn ħutu.

124

IL-WASLA TAL-ISTATWA TITULARI Imma żgur li l-akbar ġrajja tul is-snin tal-elf tmien mija kienet il-wasla ta’ statwa kollha ġmiel, statwa smewwija. Waslet minn Marsilja l-vara li min jaf kemm dmugħ ferrieħa qanqlet minn għajnejn il-poplu għax tassew statwa sabiħa. Waslet f’nofs pjazzet ir-raħal l-ewwel statwa titulari tal-Assunta f’din il-gżira statwa ta’ ġmiel tassew rari. Statwa li tassew qlub serqet tal-familji Żebbuġin li l-kappillan Camilleri tahom kawża għal ferħ bnin. Ħarġu lkoll il-kaċċaturi bl-ixkubetta għamlu ringiela sparaw fl-ajru tir kull wieħed taw salut minn ġol-filliera. Sentejn wara l-kolera waslet Għawdex, tant ħajjiet ħatfet, qerdet, ħadet magħha fid-djar daħlet bla staqsiet. U fost dawk li mietu ħesrem kien hemm omm il-kappillan il-kolera m’urietx ħniena dsatax mietu dak in-nhar. Monsinjur Franġisk Saliba missjunarju f’Tuneżija jibqa’ msemmi għal imħabbtu lejn it-tempju ta’ Marija. Minn Guletta fejn kien jaħdem bagħat tant flus biex knisja jara fiż-Żebbuġ, kor, saqaf, koppla li n-nies bniet b’tant ħidma u ħrara. Saħansitra l-Isqof Gonzi ġablu l-ġieħ ta’ monsinjur minn idejn il-Papa Piju biex jurih rispett w unur.

L-ITWAL PARROKAT Ma nistgħux ma ngħidux kelma fuq Bartilmew Busuttil li għal aktar minn nofs seklu mexxa qalb ferħ u tfixkil....

Il-parroċċa Żebbuġija ġab l-arloġġ, bena l-kampnari bosta nkwadri kkummissjona żied ukoll fil-Knisja l-vari.

Mill-Italja wasal l-orgni biex tisbieħ il-liturġija isir kollox b’devozzjoni ad unur t’Alla l-qdusija.

Sena qabel nofs is-seklu innu ġdid kummissjonat safa’ mżanżan f’dik is-sena minn kulħadd ġie apprezzat.

Magħruf jibqa’ Dun Andrea aktar tard sar monsinjur li tar-raħal niseġ storja li tissemma’ kull ma jmur!

F’dawn is-snin iż-Żebbuġ kellu patri twajjeb Kapuċċin Fra Baskal li l-fama kiseb ta’ qaddis maż-Żebbuġin.

Pulptu ġdid, xogħol fl-iskultura sa l-qanpiena l-kbira ġiet ċimiterju ġdid jinbena il-parroċċa wisq gawdiet.

Sar ukoll xogħol kbir, ta’ ħila fit-tqegħid tal-irħamar paviment sar ġdid għall-Knisja rħam ġdid sar għall-altar.

Kien qassis għaref u twajjeb spiritwali direttur illi qeda s-Seminarju; tal-Matriċi kien Kantur.

Iż-Żebbuġ ngħata l-Berġa biex tal-poplu s-saħħa jġib ‘il quddiem, u nfetħet l-Għassa f’nofs ir-raħal biex tkun qrib.

PROĠETT TAT-TKABBIR Imbagħad fl-elf u disa’ mija magħhom żid sitta u tletin il-proġett tat-tkabbir beda xogħol mirqum fil-ġebel fin.

IL-PROĠETT TAL-IRĦAM ONIĊE Kellu jkun Salvu Cefai li nstab fl-għelieqi tiegħu l-irħam fin u bosta mfittex li ntrabat ismu miegħu.

Wara l-mewt tar-ragħaj wisq twajjeb Dun Alwiġ neputi tiegħu ġie magħżul b’ragħaj tal-parroċċa li tassew kien ħaddan miegħu.

Ħadmu sħiħ u stinkaw sewwa missier w iben ma’ xulxin Vitor w ibnu Toni Vella f’ħidma rżina magħqudin.

Għoġbu jagħti minnu ’l-Knisja għaliex kbir benefattur biex illum iż-Żebbuġ għandu tempju ġmiel, tal-poplu’wnur.

Kappillan Mikelanġ Cauchi ħeġġeġ b’kelmtu ż-Żebbuġin Dun Franġisk Saliba għenu bl-għotjiet minn Tunes ġejjin.

Artal ġdid għall-Kunċizzjoni il-maġġur fl-Italja sar ħadet dehra ġdida l-Knisja kulħadd feraħ dak in-nhar.

Sena wara ngħata ‘l Knisja il-korp sant sabiħ w għażiż tal-Martri San Fortunatu suldat qalbieni u qaddis.

Riedha Alla, riedha l-poplu l-Omm tas-sema kollha ġmiel dan il-maqdes tagħha ssebbaħ xhud ta’ wlied raħal ħawtiel.

Saru bosta opri oħra apparat għall-festa ġdid seba’ kappi, tuniċelli baldakkin irrakkmat bl-id.

Minn ġor-Rabat mexa l-kleru lejn ir-raħal purċissjoni f’nofs il-pjazza n-nies laqgħetu kulħadd feraħ bl-okkażjoni.

Manwel Borg ħażżeż il-pjanta sadattant kappillan ġdid Dun Franġisk b’kunjom Mercieca ġie biex jiżra’ għaqda u ġid.

Fiż-Żebbuġ inbniet l-iskola f’post sabiħ, tassew arjuż biex it-tfal jitgħallmu sewwa f’dan il-post fuq riħ taċ-Ċnus.

Ġieħ għar-raħal kien u jibqa’ il-qassis Dun Karm Cachia li n-nies fittxewh bil-kotra għax imsemmi għall-qdusija.

Waslu s-snin tat-tieni gwerra żmien ta’ biża’, għaks u ġuħ baqa’ għaddej ix-xogħol tal-knisja meta għaddiet, kulħadd ħa r-ruħ.

Aktar tard fl-elf disa’ mija magħhom żid tnejn u sittin saret statwa tal-Assunta mill-magħruf skultur Wistin.

Grazzji kbar tul ħajtu u wara bit-talb tiegħu ġew maqlugħa mit-truf kollha ta’ dal-gżejjer f’kelmtu sabet in-nies duwa.

X’jum ta’ qtigħ il-qalb u biża’ jum ta’ glorja, jum ta’ ġieħ meta l-Konvoj nhar l-Assunta daħal ħieles minnufih.

Kiteb innu is-Sur Mallia Fuq kliem ħelu u mirqum Tal-qassis Mikelanġ Apap B’għożża minn kulħadd miżmum.

U sal-lum ismu jissemma b’ċerta qima u foħrija ħabb fuq kollox lill-Assunta taż-Żebbuġ il-omm smewwija.

Dan il-ġens nieqes mill-għaxja beka dmugħ ta’ ferħ u sliem għax mis-sema Omm dal-gżejjer ma nsiet qatt dal-ġens għajjien.

Fi żmien Dun Franġisk Mercieca sar xogħol siewi, induratura tal-gandlieri u tal-appostli u x-xemgħat kollha bil-fjura.

Twieqi ġodda fil-korsija xogħol sabiħ sar fl-iskultura mill-bennej Saverio Vella u arzelel sbieħ fis-sura.

Tpittru l-kwadri tal-Cremona l-appostli San Pietru u Pawl San Ġorġ u Sant’Ursla magħhom taw lill-Knisja dawl u ġmiel.

Antiporta ġdida żżanżnet xogħol tas-sengħa, Anton Mallia ħadem biex il-Knisja jżejjen sura ġdid tkun mogħtija.

Irħam ġdid għall-presbiterju kor sabiħ, taraġ l-altar kollu ġmiel sar biex iżejjen dan il-maqdes, t’Alla d-dar.

Twaqqfet fiż-Żebbuġ l-orkestra miż-żewġ aħwa ta’ Mallia wara Anton, ibnu Ġużeppi sebbħu lkoll il-liturġija.

Fiż-Żebbuġ daħal il-Legion fonti sar tal-magħmudija il-parroċċa, arċipretali bħala titlu ġiet mogħtija.

Il-fanali f’truf it-toroq twaħħlu tul il-parrokat sar titjib fir-raħal kollu bidla kbira in-nies rat. IŻ-ŻEBBUĠ MATRIĊI Imbagħad wara l-ewwel gwerra l-Għasri parroċċ’issa sar liż-Żebbuġ għamel matriċi knisja mżejna mill-aħjar.

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

Tul is-snin ta’ Dun Alwiġi reġgħet bdiet toħroġ sabiħa bil-kostumi, xbiehat, statwi ‘l-purċissjoni wisq mixtieqa... Nhar il-jum tal-Ġimgħa l-Kbira mat-triqat qodma tar-raħal għalkemm kien bikri fis-seklu li dal-kult fiż-Żebbuġ daħal. Sar damask il-ġdid tal-palma tkompla x-xogħol tal-iskultura qatt m’hediet il-ħidma siewja u n-nies ma qagħditx lura. Ġiet bid-dar biex tgħix u torqod ta’ De Piro l-għaqda mbierka bid-dar tagħha ‘Stella Maris’ maż-Żebbuġ marbuta, imxierka. Kien fi żmien l-Arċipriet Vella li bdiet ħidma ta’ tħejjija biex l-inwadru tal-Assunta ġieħ jingħata biex Marija..... l-Omm Patruna ta’ dar-raħal tkun tassew inkurunata festi kbar kif xieraq saru qima minn kulħadd tingħata. Sa minn Ruma Mario Ciappi ġie kif xieraq kardinal biex ikabbar dawn il-festi li stennew iż-żgħar u l-kbar. Festi kbar u memorabbli ad unur Santa Marija fiż-Żebbuġ dakinhar saru ġibdu stima u foħrija. FESTI TRE-ĊENTENARJI Imbagħad fl-elf u disa’ mija magħhom żid tmienja u tmenin saru l-festi ċentenarji minn kulħadd mistennijin.

125


L-eqdem kwadru titulari ġie mżejjen b’ħaġar prezzjuż għax mill-poplu kollu dejjem b’għożża u qima kien meqjus.

Gawda ċ-ċentru parrokkjali b’dehra ġdida, wisq sabiħa u għall-Ġimgħa l-Kbira nħadmu xi bradelli u ħidma sħiħa.

Raġun kellha Mary Meilak ‘statwa ġmiel, rari, imsemmija’ marret sejħet lill-Assunta taż-Żebbuġ, vara smewwija.

Ġiżirana u stellarju qamar f’riġlejha fiddien għelm tal-glorja tal-Assunta l’għaffġet l-għadu ta’ kull żmien.

Sat-tużell ngħata dawra xogħol, restawr u nduratura u minn ġewwa, Vitor Cini ħa ħsieb ix-xogħol tal-pittura.

Tiġbed l-għajn, statwa tas-sema lill-qlub tmiss, tiġbed foħrija xbieha ħelwa b’wiċċ li jbikki mhux tal-art, statwa smewwija.

Fuq l-istatwa titulari l-istellarju l-arċipriet poġġa hieni għax il-poplu qima jagħti ‘l Ommu ried.

Il-muzzetti, tmintax b’kollox ċelesti għall-purċissjoni kulħadd ħadem b’riżq il-Knisja f’għaqda waħda bħal unjoni.

Kwart ta’ seklu tgerbeb b’ħeffa mindu l-festi ċentenarji l-emigranti wlied ir-raħal ġew mill-bogħod, pajjiżi varji.

Imbagħad wara snin bil-kotra fit-tmexxija t’arċipriet ġie magħżul ragħaj ġdid għarraħal minn fost taż-Żebbuġ l-ulied.

Imbagħad sitt snin sewwa wara il-Ġublew il-Kbir, inħatar arċipriet ġdid għall-parroċċa biex il-ġid kompla jitkattar.

Nitolbuha lill-Assunta f’din is-sena mistennija titfa’ l-ħarsa ħelwa tagħha fuq il-ġemgħa Żebbuġija.

Dun Reuben Micallef, Kerċmi, minn Vigarju l-Katidral ġie magħżul b’missier il-poplu kemm tal-kbar u kemm taż-żgħar.

FESTI SPEĊJALI 2013 Ħamsin sena arċipretali din is-sena il-parroċċa qegħda tfakkar kif hu xieraq mar-ragħaj tagħha lkoll qaqoċċa.

Kien il-elf u disa’ mija magħhom żid sitta u disgħin il-qassis Noel Saliba sar ir-ragħaj taż-Żebbuġin. Feraħ dal-poplu Żebbuġi B’din il-ħatra ta’ ragħaj ġdid Kulħadd ried li din il-għażla Tkun ta’ siwi, ta’ tiġdid. Tkabbar sewwa ċ-ċimiterju biex jaqdi l-ħtiġijiet li mas-snin inbidlu u kotru u ż-Żebbuġ kiber u żdied. Mużew ġdid ta’ Dun Ġorġ Preca wara l-Knisja nbena ġdid kien fost l-isbaħ ta’ gżiritna it-tagħlim fih kompla jżid. Tkabbret ta’ kull sena l-festa ad unur Santa Marija ma naqsux il-pellegrini minn kull tarf tal-gżira Għawdxija. TWAQQIF IL-BANDA ‘SANTA MARIJA’ Għamlet isem b’ġieħ ewlieni il-Banda Santa Marija li tul din l-arċipretura bdiet tassew tkun imfittxija. Sar sett ta’ għoxrin pjaneta saru nkwadri sbieħ, ħelwin inħadmu ukoll ventaltari sar restawr meħtieġ, fil-ħin.

126

Malajr medd għonqu għall-ħidma bl-isem sar jaf lil kulħadd u fil-qalb tal-poplu daħal biex ma joħroġ qatt u qatt. Beda x-xogħol ta’ restawr xieraq fuq id-dar tal-arċipriet ingħatat dehra sabiħa kif il-poplu kollu ried. Sar restawr għand ta’ Wistinu fuq xbihat San Fortunatu wisq ingħoġob hekk kif tlesta lin-nies ġibed hekk kif ratu. Komplew żdiedu l-kostumi għal matul il-purċissjoni li toħroġ fil-Ġimgħa l-Kbira u ‘l kulħadd tgħaqqad unjoni. Ma nistgħux inħallu barra lill-qassis bosta maħbub Dun Anton Dimech ‘tal-pupu’ qassis li seraq il-qlub. Tibqa’ ħajja u bla mitmuma ta’ dat-twajjeb saċerdot It-tifkira ħelwa tiegħu bieżel, u b’karattru sod. Mess lil Dun Reuben ifakkar seklu u nofs minn fost is-snin tal-istatwa titulari ġieħ u ġmiel taż-Żebbuġin.

Ġrajjiet sbieħ flimkien annuna ejja nfakkru ferħanin dawn it-tliet anniversarji li qed jaħbtu ma’ xulxin... tal-parroċċa, tal-istatwa u tal-ġieħ arċipretali xhieda t’għaqal ta’ qabilna ġens ta’ ħidma, ġens ħawtieli. Radd il-ħajr lill-Mulej Alla li dix-xorti qed jagħtina biex infakkru ġrajjiet hienja ngħadduhom lil ta’ warajna. Mit-tron tiegħek maġenb Ibnek isma’ talbna, qatt tħallina lilek għażlu l-abbi tagħna biex fil-hemm tidħol għalina.

Mill-Kumitat

ŻEBBUĠ ROVERS f.C. 2012-2013 Jikteb Josef Cefai - Segretarju Żebbuġ Rovers Għeżież ħutna Żebbuġin, Għaddiet sena oħra u qed nerġgħu nwasslulkom ir-rapport amministrattiv għal dan l-istaġun li għadu kif intemm. Fid-disgħa ta’ Ġunju 2012 kienet saret il-laqgħa ġenerali annwali fejn fil-preżenza ta’ membru tal-Gozo Football Association (GFA), inqraw ir-rapport amministrattiv u dak finanzjarju. Wara l-approvazzjoni tar-rapporti li nqraw, għaddejna għall-konfermazzjoni tal-kumitat. Għal sena oħra l-kumitat baqa’ ffurmat minn ħames membri, b’Teddy Cefai president, Sammy Camilleri teżorier, Josef Cefai segretarju, filwaqt li Joe Cini u Paul Caruana kienu membri. Issur Sammy Camilleri baqa’ bħala r-rappreżentant tal-klabb fil-kunsill tal-GFA. IL-KLABB U L-PITCH SINTETIKU Il-kumitat reġa’ beda ħidma ġdida b’ambizzjonijiet differenti, fejn fuq l-aġenda kellna proġetti li llum qed naraw il-frott tagħhom. Iddiskutejna u ħdimna flimkien sabiex illum kważi wasalna fi tmiem il-proġett tar-rinnovazzjoni talklabb tagħna u t-tqegħid ta’ pitch sintetiku għallbenefiċċju sportiv tan-nies taż-Żebbuġ. Ma kinux deċiżjonijiet faċli speċjalment blispejjeż kbar li bdejna niffaċċjaw, pero` b’ħidma bil-għaqal u ftehim mas-sur Cecil Cefai wasalna

biex għamilna l-klabb b’dehra moderna u sabiħa fejn wieħed jista’ jgawdi veduti sbieħ u jiekol xi ikla tajba. Nirringrazzjaw ħafna lis-sur Mario Cassar tal-għajnuna fit-tfassil tal-klabb. Kif wieħed jista’ finalment jinnota, immodernizzajna l-istil ta’ kif jidher il-post, iffurmajna kċina imdaqqsa u bar sabiħ fejn wieħed jista’ jieħu drink. Il-klabb illum għandu post biex dak li jkun ipoġġi u jiekol xi ħaġa bnina kif ukoll kamra għal-laqgħat tal-kumitat u l-plejers. Ma nistax ma nirringrazjax lil kull min ħadem u ta daqqa t’id fix-xogħlijiet sabiex tlesta l-klabb u nħeġġeġ aktar nies biex iressqu ideat ġodda u jekk possibli jgħinu mill-att finanzjarju għax kull qatra tgħodd. Nittamaw ukoll li fil-ġranet li ġejjin jitlesta kompletament ix-xogħol kollu li fadal. B’unur u sodisfazzjon kbir nixtieq inħabbar li l-pitch sintetiku ġewwa l-iskola primarja tagħna qed jiġi ffinalizzat u se jkun ta’ użu għalina u għat-tfal kollha tar-raħal. Wara ħafna laqgħat u diskussjonijiet, inħareġ il-permess biex jitpoġġa f’postu dan il-pitch tant mistenni u se jkun utli ħafna għall-klabb tagħna fl-istaġun li jmiss. Nixtieq verament nirringrazzja ħafna lill-president tal-MFA, is-sur Norman Darmanin Damajo, lil Alvin Grech, president tal-GFA, kif ukoll lillKunsill Lokali taż-Żebbuġ, b’mod speċjali lis-

U kif darba minn ġol-kwadru ħriġt imgħaddba għall-għedewwa hekk illum fittex eħlisna minn kull qerq u minn kull dnewwa... sabiex meta din il-mixja fit-tmiem tasal, niġu ħdejk u tassew u mhux f’xebħ, nilmħu lewn il-kremżi fuq ħaddejk. (c) Fr Geoffrey G. Attard 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

127


Cachet JEWELLERS

7, Sir Adrian Dingli Str., Victoria VCT 104 - Gozo. Tel. 21 560485, 21 560828 - Fax. 21 558367 E-mail. cachet@onvol.net

sindku Nicky Saliba, talli ffinanzjaw dan il-proġett. Nixtieq nagħti ħajr ukoll tal-permessi stipulati lilna min-naħa tal-gvern kif ukoll mill-kunsill tal-iskola speċjalment is-surmast Frank Tabone. Dan ilproġett se jagħtina spinta biex inkomplu ntejbu l-futbol fir-raħal u ninvestu biex it-tfal tagħna jiġu edukati fl-isports bl-aħjar mod possibli. IN-NURSERY L-amministrazzjoni tan-nursery kienet prijorità importanti għalina biex inkomplu nibnu u niskopru t-talent fost iż-żgħar tagħna. Ikkompetejna f’diversi kategoriji fejn it-tfal stess ikomplu jinkoraġġuna biex inkomplu din il-mixja sportiva flimkien mal-coaches tagħna. Is-sur Joe Cini (b’mod volontarju) mexxa t-tim ta’ taħt il-ħmistax-il sena bil-għajnuna tas-sur

Charlie Farrugia li wera interess fiż-żagħżagħ biex ikomplu jimpruvjaw sportivament. Hawnekk inħeġġeġ persuni oħra li jixtiequ li b’xi mod jgħinu fil-formazzjoni tat-tfal biex jekk jogħġobhom, javviċinaw xi membru tal-kumitat. Is-sur Dennis Dimech kompla jibni u jgħallem lit-tfal ż-żgħar tan-nursery u pparteċipajna f’diversi tournaments. Nispera li t-tfal ikomplu jiżviluppaw fl-isports biex ‘il quddiem jista’ jkollna talent siewi u xieraq għarraħal tagħna. Nitolbu bħal dejjem is-sapport u l-kooperazjoni tal-ġenituri li jixtiequ l-aħjar għal uliedhom biex aħna nkomplu namministraw blaħjar mod possibli n-nursery tagħna. Attività oħra popolari b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali f’jum iż-Żebbuġ, nhar is-27 t’April 2013, kienet l-isports day għat-tfal tar-raħal ġewwa l-grawd tal-iskola. Grazzi lil kull min ħa sehem u nħeġġu lil kulhadd jipparteċipa f’attivitajiet simili bħal dawn. IT-TIM TAL-KBAR Sfortunatament u b’dispjaċir ngħid li din is-sena ma tantx konna kompetittivi fil-logħob tat-tieni diviżjoni. Taħt it-tmexxija tal-coach Giovann Bugeja, ipparteċipajna b’ħafna plejers ta’ eta` relattivament żgħira u n-nuqqas ta’ esperjenza wassalna biex tlifna l-maġġoranza tal-logħob. Kellna plejers jilagħbu għar-raħal tagħna mingħand SKVW u Xagħra United. Mill-banda l-oħra diversi plejers Żebbuġin kienu mislufin ma’ klabbs fl-ewwel diviżjoni. Għalkemm spiċċajna ma’ tal-aħħar, iż-żgħażagħ tagħna ħadu esperjenza tajba li tista’ tiswielhom għall-futur. Din is-sena l-plejers ta’ taħt il-wieħed u għoxrin sena kellhom ukoll opportunità unika għax ikkompetejna f’league apposta f’din il-kategorija fejn ghall-aħħar tal-kampjonat konna kompettittivi mhux ħażin. Nisperaw li nibqgħu nibnu fuq żgħażagħ lokali u plejers oħra li se nippruvaw indaħħlu fit-tim biex insaħħu l-iskwadra.

Mgarr Road, Ghajnsielem Tel. 21560936 - 21554834 Mobile. 99495601

Qalfat

Fuq nota oħra pożittiva, it-tim tagħna ġie ppremjat minn naħa tal-GFA bil-‘Good Conduct Cup’. Dan huwa ġest ferm sabiħ fejn juri li t-tim din is-sena kien dixxiplinat tajjeb u l-imġiba waqt il-logħob kienet waħda sportiva u b’rispett lejn l-avversarji tagħna.

Motor Mechancis General Repairs

KONKLUŻJONI Nagħlaq dan ir-rapport amministrattiv billi nirringrazzja lil kull min ħadem biex illum għandna ambjent aħjar ġewwa l-klabb taż-Żebbuġ Rovers. Grazzi kbira lill-Kunsill Lokali u lill-Arċipriet, ilkanonku Dun Reuben Micallef. L-appell tiegħi jibqa’ minn sena għal sena biex dawk kollha li għandhom xi suġġeriment jew jixtiequ jgħinu b’xi mod fil-klabb ċkejken tagħna ma jiddejqu xejn għax kull ftit għajnuna hija importanti ħafna.

‘Sunrise’ Tal-}niena Road, Xewkija, Gozo - Malta. Tel: 2155 1400 Mob: 7906 9479 128

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

129


UEFA Regions Cup Tournament Director Kariga ġdida u ferm importanti kienet il-ħatra ta’ Joe Bajada bħala Tournament Director tal-UEFA ta’ Grupp 5 tar-Rawnd Intermedjarju tat-Tazza tar-Reġjuni li ġie organizzat f’Għawdex f’nofs ix-xahar ta’ Ottubru 2012. Hawn l-Għawdxin qamu għall-okkażjoni fejn irnexxielhom jakkwistaw rebħa, draw u telfa. Bl-erba’ punti miksuba huma spiċċaw fit-tieni post tal-grupp wara FC Olimp ta’ Moscow li ddominaw il-logħob tagħhom bi tliet rebħiet kbar u mingħajr anke ma sofrew l-ebda gowl. ATF Ialoveni tal-Moldova, u Rinūži/Strong tal-Latvja spiċċaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. Fuq il-parteċipazzjoni Għawdxija kien hemm ċertu xettiċiżmu meta wieħed beda jaħseb li l-oppożizjoni ser tkun minn tliet timijiet ex-Sovjetiċi. Kulħadd jaf is-saħħa u d-dixxiplina kalċistika li jippossedu dawn it-timijiet. Għalhekk meta wieħed jiftakar li l-plejers tagħna qatt ma lagħbu tliet partiti fi spazju ta’ ħamest ijiem, jikber iktar il-mertu tal-pjazzament denju tat-tieni post talGħawdxin fil-klassifika finali. Apparti t-tim parteċipattiv, kien hemm anke t-tim o r g a n i z z a t t i v, b’Joe Bajada jinħatar id-Direttur tat-Tournament. Ta’ min jgħid li din kienet l-ewwel darba li l-GFA organizzat kompetizzjoni simili waħedha tal-UEFA. It-tim organizzattiv qala’ kliem ta’ tifħir kemm mid-Delegat tal-UEFA s-Sloven David Mc Dowell, kif ukoll tal-Grieg Platon Bozatzidis li serva bħala Osservatur tar-Referis. L-istess apprezzament u tifħir wasal mingħand l-uffiċċjali tat-timijiet li ħadu sehem, kif ukoll mill-uffiċċjali internazzjonali li kkontrollaw il-logħob li kienu Richard Trutz u Ondrej Brendza (Slovakja), Joao Carlos Santos Capela u Nuno Filipe Santos Tomas Pereira (Portugal) u Damir Batinic u Dalibor Conjar (Krozja).

21552837 - 99424156

W www.bartolocatering.com

T +356 2155 2837, +356 2156 5615

Ġnien Xibla Street, Xagħra, Gozo, Malta 130

Ħatriet sportivi għal Joe Bajada

Laison Officer mat-Tim Nazzjonali Taljan Għal darb’oħra l-Malta Football Association reġgħet uriet il-fiduċja tagħha f’Joe Bajada meta ħatritu bħala wieħed mill-laison officer mat-tim Nazzjonali Taljan meta dan ġie f’Malta nhar it-Tnejn 25 ta’ Marzu 2013 biex l-għada t-Tlieta jilgħab kontra t-tim Nazzjonali Malti fillogħba tiegħu minn Grupp B (UEFA) tal-kwalifikazzjoni għall-finali tat-Tazza tad-Dinja li ser tinżamm is-sajf li ġej fil-Brażil. Fost sigurta` kbira minħabba l-għadd kbir ta’ partitarji lokali tat-tim Nazzjonali Taljan, Joe Bajada kien ferm viċin il-kontinġent kollu Taljan fejn ngħata l-inkarigu speċifiku li jassisti lid-Delegazzjoni . . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013

tal-Uffiċċjali tal-Federazzjoni Taljana. Għal kronaka, t-Taljani ħarġu rebbieħa b’doppjetta fl-ewwel taqsima ta’ Mario Balotelli (8 minuta minn penalti u fl-45 minuta). Kummissarju Elettorali tal-Malta F.A.

Kariga importanti u anke delikata ngħatat lil Joe Bajada mill-Malta Football Assocation meta fuq rakkomandazzjoni mill-Kumitat Eżekuttiv, il-Kunsill tal-MFA approva l-ħatra tiegħu bħala l-Kummissarju Elettorali biex imexxi d-diversi elezzjonijiet li nżammu nhar is-Sibt 20 ta’ Lulju 2013 fil-Grand Hotel Excelsior waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-istess M.F.A. Joe Bajada mexxa tliet elezzjonijiet, bl-iktar importanti tkun dik għal ħatra ta’ President tal-MFA għas-snin 2013-2016. Din kienet ikkontestata minn żewġ kandidati fejn hawn ħareġ rebbieħ il-President attwali Norman Darmanin Demajo li kien ri-elett b’117 vot kontra t-23 vot li kiseb il-kandidat l-ieħor Dr. Peter Fenech. Elezzjoni oħra importanti kienet dik għal ħatra ta’ tliet Viċi Presidenti għas-snin 2013-2016 fejn hawn kienu eletti Dr. Chris Bonett b’101vot, Alex Manfrè b’86 vot u l-Perit Ludovico Micallef b’75 vot. Il-kontestanti l-oħra kienu Carmelo Bartolo, Donald Spiteri u Peter Busuttil li kisbu 59, 48 u 7 voti rispettivament. L-aħħar votazzjoni kienet dik għal min ser jimla ż-żewġ postijiet għal membri ordinarji tal-Kumitat Eżekuttiv fejn kienu eletti Victor Cassar (Hamrun S.) b’67 vot flimkien ma’ Michael Cutajar (St. George’s) b’64. Hawn il-kandidati l-oħra kienu Joe Farrugia (Marsa) li kiseb 60 vot u Charles Scerri (Lija A.) li kiseb 53 vot. Il-President N o r m a n Darmanin Demajo fl-aħħar tal-elezzjonijiet feraħ lil Joe Bajada għal mod mill-iktar effiċjenti ta’ kif mexxa dawn l-elezzjonijiet fejn qal li l-Għawdxin reġgħu kkonfermaw l-abilitajiet tagħhom, kif ukoll li kien ta’ unur kbir għalih li jkun Għawdxi li jħabbar ir-rebħa konvinċenti tiegħu. Bħala osservaturi internazzjonali għal dawn l-elezzjonijiet kienu preżenti Giancarlo Abete, il-President tal-Federazzjoni Taljana tal-Futbol (FIGC) kif ukoll huwa Viċi President tal-UEFA, Thierry Favre, Senior Manager National Associations Division tal-UEFA u anke Sergio Di Cesare, Segretarju Internazzjonali tal-Federazzjoni Taljana (FIGC).

131


Galea

supermarket & discount Centre

y e n o m e v a s u o y e r e h w e c The pla

Gaela Supermarket & Discount Centre

Special Prices every Saturday Qbajjar Road, Marsalforn Tel: 21562407 / 27014258 Mob: 99457923 Dun Ġorġ Preca Street, Xagħra Tel: 21551712

132

. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013



L-Gholja Taz-Zebbug