Kalkara San Guzepp Ktieb Annwali Festa 2018

Page 1

Festa 2018 Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara A.D. 1987



f’din il-ħarġa Kumitat

paġna 02

Editorjal

paġna 03

Messaġġi tal-Festa

paġna 04

Bord Editorjali:

President, Segretarju, Kaxxier, Viċi President, Kappillan, Sindku, Surmast Direttur,Assistent Surmast, Għaqda Każini tal-Banda

Soċjetà

paġna 45

Kumm. Armar, Kumm. Nar, Kumm. Banda, Kumm. Santu Rokku, Kumm. Nisa, Kumm. Żgħażagħ, Fondi, Djajru ta’ Soċjeta’, Kolonna tal-Malta

Programm tal-Festa

paġna 79

Poeżija

paġna 89

Omar Seguna

Spiritwalità

paġna 90

Carl Mifsud Renald Buhagiar Elton Azzopardi Etienne Zahra

Ġbir tar-Reklami: Brian Grech Elton Azzopardi Joseph Vella Adrian Cassar Carl Mifsud Charlene Coleiro

Ritratti:

Kurt Chetcuti Photography Andy Camilleri Carl Mifsud

Disinn: u Setjar:

St.Joseph Band Club

Patri Martin Mamo Dun Victor Livori Patri Deo Debono

Storja u Kultura

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara A.D. 1987

Stampat:

paġna 98

Best Print Co.Ltd Zurrieq Road, Qrendi

Mario Fenech Charles Flores Port Rebbieħ

Ħarsa lejn il-ħajja Soċjali fil-Kalkara

paġna 106

Ulied il-Kalkara Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara Xena Sportiva Lokali

Orbitwarju

Ritratt tal-Faċċata:

paġna 112

Ħajr Lill-artikolisti u l-kontributuri; lil dawk kollha li għenuna fil-ġbir tar-ritratti u r-reklami; lill-ħwienet u d-ditti li għoġobhom jirreklamaw magħna; lilkom li tapprezzaw din il-pubblikazzjoni annwali 10, Dar Ġużi Cassar, Misraħ Arċisqof Gonzi,Kalkara KKR 1513 www.facebook.com/sanġużeppkalkara - www.sanguzeppkalkara.org sanguzeppkalkara@segretarju.org

Dettall mill-Pavaljun b’disinn Oriġinali u l-Istatwa ta’ Malta Rebbieħa


Kumitat Ċentrali 2016-2018

President Onorarju Emeritus Onor. Ministru Joe Mizzi M.P.

Presidenti Onorarji C. Micallef, M. Grogan, J. Mulvaney, C.Grima

Onor. Dr. S. Spiteri M.D. M.P.

Surmast Onorarju Mro. John J. Pace

President Joseph Vella

Segretarju Ġenerali Etienne Zahra

Kaxxier Elton Azzopardi

Viċi-President Adrian Cassar

Ass. Segretarju/PRO Carl Mifsud

Ass. Kaxxier Brian Grech

Delegat tal-Banda Josef Magro

Arkivist Adrian Cassar

Membri Charlene Coleiro, Clayton Zammit, Rodrick Aquilina, Tony Forte, Karl-Joseph Micallef

Surmast Direttur Mro. Jonathan Abela A.(Mus) L.C.M.

Direttur Spiritwali Fr. Brian Gialanze

Assistent Surmast Awditur Francois Borg Anthony Valvo 2

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Editorjal Carl Mifsud Għeżież, nagħtikom merħba għall-edizzjoni oħra tal-Ktieb Annwali tal-Festa ta’ San Ġużepp. Din hi r-raba’ esperjenza tiegħi, u kull sena nippruvaw intejbu kemm din il-ħarġa u kemm pubblikazzjonijiet oħra ta’ din is-Soċjetà. Din issena qed timmarka s-sena li fiha bdejna nbiddlu l-mezzi ta’ kommunikazzjoni tagħna b’mod aktar kreattiv u professjonali. Sfidi ġodda wieħed dejjem isib, din il-pubblikazzjoni teħtieġ ammont ta’ ħin kif ukoll numru ta’ nies oħra. Dawn tal-aħħar ngħidilhom grazzi kbira mill-qalb, talli matul din is-sena kienu ta’ spalla kbira biex stajt inlaħħaq minħabba impenji personali. Fost l-akbar sfida li nsibu hi l-volontarjat. Aktar ma jgħaddu s-snin, aktar is-soċjetà Maltija qiegħda tinbidel. Qed issir soċjetà globalizzata u kulħadd moħħu fl-avvanz tal-karriera personali. Dan il-fenomenu jidher biċ“sena li fiha bdejna ċar f’nies tal-età tiegħi li għalihom il-volontarjat hu biss ħela ta’ ħin, speċjalment fejn jidħlu l-Festi Maltin. Il-folol tan-nies inbiddlu l-mezzi ta’ kommunikazzjoni waqt il-marċi ma jagħmlux il-volontarjat. Meta nitkellem ma’ membri żgħażagħ f’każini oħra fuq dan is-suġġett, ittagħna b’mod tweġiba tagħhom hi din “sirna nsibuha diffiċli biex nattiraw kreattiv u membri attivi s-sena kollha”. Din hi kriżi ta’ voluntiera li qed professjonali” tinħass f’każini kbar, u biex jinżamm il-livell tal-Festa, qed isiru sagrifiċċji kbar. L-appell hu wieħed ċar, il-każin talBanda mhux qiegħed hemm biss għall-aħħar xahar imma s-sena kollha. Il-Pubblikazzjoni ta’ din is-sena hi maqsuma f’ħames partijiet prinċipali. Messaġġi talFesta mingħand id-diriġenti tal-Kumitat u nies oħra. Il-ħidma tas-Soċjetà tagħna permezz tal-Kummissjonijiet u proġetti kurrenti li għaddejin. Dettalji rigward il-Programm talFesta 2018 kif ukoll ħsibijiet Spiritwali. Ma jonqosx ukoll tagħrif mill-imgħoddi u l-istorja ta’ raħalna, kif ukoll storja li qiegħda tinkiteb illum il-ġurnata fix-xena sportiva u kulturali ta’ raħalna. Dan ix-xogħol kollu flimkien mal-ġbir ta’ riklami jieħu diversi xhur biex isir u persuna waħeda żgur ma tistax tagħmlu. Għalhekk nixtieqkom tapprezzaw l-isforz fuq bażi volontarja li jsir biex isir dan kollu, biex inkomplu nżommu l-livell li lħaqna fil-passat. Nixtieq nawgura l-Festa t-Tajba lill-Kalkariżi kollha fl-okkażjoni tal-Festa ta’ din is-sena. Viva Missierna San Ġużepp.

Carl Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

3


President Joe Vella Għeżież Kalkariżi, Ħbieb reġgħet waslet festa oħra, l-Festa 2018. Kull Festa ġġib sfidi u opportunitajiet magħha. Iżda l-ħidma tagħna mhux qiegħda hemm għall-ġimgħa waħda biss, imma għall-52 ġimgħat sħaħ. Kienet sena attivà immens, bl-akbar ħidma kienet iffukata fuq ix-xogħol tal-bini tal-Każin. Wara l-Festa li għaddiet, ilBar b’mod permanenti baqa’ fis-sular t’isfel. Il-Grazzi tiegħi tmur lejn dawk kollha li taw is-sehem tagħhom kemm manwali kif ukoll finanzjarju. Nibda billi niringrazzja lillvoluntiera kollha, min għal ħaġa u min għal oħra. Lillkumpaniji Alarmtech u Vaults. Co, lill-Onor.Ministru u President Emeritus ta’ din il-Banda Joe Mizzi, kif ukoll ilMinisteru tal-Infrastrutura u Trasport. Is-sena l-oħra kont ktibt li issa ħarsitna ser iddur fuq it-tieni sular għall- klassi “Kienet sena attivà tal-Mużika għall-Banda li dejjem qiegħda tikber. Tul din immens, bl-akbar is-sena żammejna mat-timeline tagħna biex f’temp ta’ ħidma kienet ifsena lestejna żewġ sulari flimkien. Fit-tieni fażi ta’ dan ilfukata fuq ixproġett twil li issa ilna għaddejin fuqu għal dawn l-aħħar xogħol tal-bini 5 snin, għalkemm jidher ħafna x-xogħol li sar, żgur jiżboq tal-Każin. ” iż-żmien li ilna għaddejin fuqu. Għalhekk minn hawn nieħu l-opportunita li nistedinkom fil-ġimgħa tal-Festa tiġu taraw ix-xogħol li sar f’dawn l-aħħar 5 snin permezz ta’ filmat li jispjega dan kollu b’ mod viżiv, kif ukoll taraw x’ inhi l-fażi li jmiss. Dan ma jfissirx li lesti. Fadal aktar xogħol u għal dan diġa qegħdin nippreparaw u naħsbu fuqu, biex jekk Alla jrid sa sena oħra nkunu bdejna t-tielet fażi ta’ dan il-proġett twil imma fl-aħħar mill-aħħar ser iħalli sodisfazzjon kbir. Ringrazzjament ieħor li nixtieq nagħmel rigward dan l-aspett hu lill-Onor. Ministru Joe Mizzi u l-Onor.Ministru Owen Bonnici li għoġobhom jilqgħu l-istedina tagħna biex jingħaqdu magħna għall-ftuħ ta’ dawn is-sulari fil-ġurnata tat-twaqqif tal-Banda nhar l-4 ta’ Lulju. Mil-lat ta’ ħidmiet oħra, nixtieq nirringrazzja lill-Kummissjonijiet li ħadmu qatigħ tul din is-sena, kollha b’ xi għan ġdid u proġett partikolari. Dawn l-attivitajiet iżommu l-każin ħaj u soċjali fl-istess ħin. Dan apparti li kull sezzjoni taħdem biex tkompli ssebbaħ kemm il-każin kif ukoll tferraħ fil-ġimgħa tal-festa. Rigward il-ħidma nħalli lilhom biex jitkellmu, żgur lil-ħidma ma kinitx ftit, prosit u grazzi. Minn hawn nagħmel appell biex aktar membri jersqu lejn xi Kummissjoni partikolari u jagħtu s-sehem tagħhom mill-inqas sal-ikbar ħaġa, l-għajnuna tal-voluntiera qatt ma hija żejda. 4

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


L-aħħar punt li nixtieq inwassal hu li minn qalbi nifraħ lill-persuni, jew gruppi, li matul din is-sena għamlu ġieħ lill-Kalkara. Fost l-oħrajn hemm: Charles Flores, għal Ġieħ irRepubblika, Andrew Cohen MFA Player tas-sena għar-raba’ darba u kif ukoll lit-timijiet tad-Darts u l-Pool fi ħdan il-Każin tagħna. Ma nistax ma nifraħx lil Domnic Camilleri li kien parti mit-Team Nazzjonali tal-Pool ta’ Malta fil-Kampjonati Ewropew. Nawguralkom aktar suċċessi kif ukoll jekk bi żvista insejt lil xi ħadd għal xi suċċess miksub, nawgura lilhom ukoll. Nagħlaq dan il-messaġġ biex f’ismi u f’isem l-Għaqda Mużikali San Ġużepp, nawgura l-Festa t-tajba lill-Kalkariżi kollha, lil sħabi tal-Kumitat, lill-Kummissjonijiet kollha, lillKappillan, lill-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija, Sindku u Kunsilliera, partitarji u Soċi u lil dawk kollha li ma jistgħux ikunu magħna. Ħalli flimkien niċċelebraw Festa sabiħa u biex minn wara l-Festa nerġgħu nibdew nippreparaw għall-Festa oħra u affarjiet oħra li jkomplu jkabbru dan il-Każin. Kif ukoll inħarsu l’quddiem għal aktar ħidma u proġetti fid-dawl ta’ anniversarju sabiħ li qed jersaq lejna dak tal-100 sena tal-Istatwa ta’ Malta Rebbieħa. Awguri lil kulħadd!!

Three Cities Jewellery & Gifts Gold & Silver Articles The kind of Shop for all occasions 50 Years of Experience Bormla Wharf, Cospicua Tel: 27692717, 99477361 (No connection with other shops) Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

5


Standard Garage

Panel Beater, Spray Painting, Towing Service Prop. Joseph Pace Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Ricasoli Tel: 2167 7100 • Home: 2166 5873 Mob: 9947 1793

Gilford’s Garage Affordable Reliable and Safe

Mob: 9982 4354, 7990 2305 • Tel: 2180 5520 6

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Tel: 2701 0675 • Mob: 9989 2871

W e a c c ep t Par t y O rders

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

7


Segretarju Etienne Zahra Għeżież Ġużeppini u Kalkariżi, hekk kif jasal dan iż-żmien li nkun qiegħed nikteb dan il-messaġġ, nintebaħ kif reġgħet taret sena oħra minn fuqna. Il-ħidma li tkun saret fil-każin tas-Soċjetà tagħna fuq diversi proġetti, ambizzjonijiet, kif ukoll ċelebrazzjonijiet, ikun issa wasal dak iż-żmien li nxammru aktar il-kmiem sabiex jibdew tħejjijiet fil-beraħ sabiex flimkien norganizzaw il-festa li hi tant għal qalbna l-Kalkariżi. Diversi volontiera għamlu tant sagrifiċċji matul issena kollha, sabiex flimkien inwasslu din il-festa li nittamaw, bħal dejjem, li tagħmel unur u tkun ta’ suċċess għas-Soċjetà, kif ukoll għar-raħal għażiż tagħna. Minn hawn ma nistax ma nappellax għall-għajnuna tagħkom ammiraturi tas-Soċjetà tagħna, sabiex tingħaqdu magħna u tagħtu sehemkom sabiex inlibbsu lir-raħal tagħna, il-libsa tal-festa u wara jkun importanti li nerġgħu nżarmawh kemm jista’ jkun fl-inqas żmien possibli sabiex nippreservawh u nibżgħu għalih.

“minn ta’ quddiem ma’ Soċjetajiet ferm ikbar minna. Nistgħu ngħidu li dak li ħlomna qiegħed isir”

Il-festa ta’ din is-sena ser tkun l-aħħar festa għal dan ilkumitat preżenti, minħabba l-fatt li hekk kif tgħaddi din l-festa, is-Soċjetà tħares ‘il quddiem sabiex issejjaħ Seduta Ġenerali Annwali, biex jinħatar kumitat ġdid. Għal xi wħud tista’ tkun kontinwazzjoni tal-ħidma tagħhom fl-istess kariga jew ħidma oħra fil-kumitat iżda f’ bidla ta’ kariga li ser tiġi afdata lilhom, u għal oħrajn tintemm il-ħidma tagħhom fil-kumitat fis-Seduta Ġenerali stess. Lil dawn nappellalhom sabiex jibqgħu viċin isSoċjetà għaliex jekk verament tħobb lil din is-Soċjetà, ma hemmx għalfejn tkun f’ kumitat sabiex taħdem għaliha. Deċiżjoni li ttieħdet fis-Seduta Ġenerali li nżammet f’ Ottubru li għadda, hi li l-kumitat ser ikun maħtur għall-tlett snin. Dan ġie maqbul unanimament minħabba l-fatt, li fis-sena 2021 il-Kalkara fl-istorja tagħha ser tkun qiegħda tiċċelebra l-ewwel ċentinarju ta’ statwa, li hi tant maħbuba u li tgawdi maġġoranza kbira warajha. Ċentinarju li ma jistax jgħaddi u ma jħallix it-timbru denju fil-Kalkara. Inħarsu lura lejn dak li sar din is-sena, żgur li l-ikbar ħidma li kompliet issir kienet fejn jidħol il-każin tas-Soċjetà tagħna. Nistgħu ngħidu li l-ħidma fil-każin ma qatgħet xejn tul is-sena kollha, fejn bis-saħħa tal-ħidma volontarja u ta’ sponsors li għenuna u emmnu fina, s-sala tal-bar nistgħu ngħidu li issa tinsab fil-final tagħha. Tant hu hekk li mill-festa li għaddiet il-funzjoni tal-Bar bdiet t’ opera b’ mod permanenti mis-sala tas-sular t’isfel. Ninsabu tassew kuntenti li l-każin tagħna issa verament jista’ jilqa’ fih u jkun aċċessibli għal kulħadd, anki persuni bi bżonnijiet speċjali. Ma waqafniex hawn imma dħalna għal sfida oħra, dik li s-sala ta’ fuq titranġa u tiġi attrezzata sabiex din tkun tista’ tiġi utilizzata 8

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


mill-allievi u l-bandisti tas-Soċjetà għat-tagħlim tagħhom matul is-sena, għall-kunċerti, kif ukoll mill-kummisjonijiet u l-membri. Dan sar permezz ta’ fondi tal-Art Council Malta. Fondi oħra li erġajna bbenefikajna minnhom kienu dawk minn tal-aġenzija żgħażagħ, fejn dawn l-fondi jgawdu minnhom żgur l-istess allievi u l-bandisti tagħna. Tajjeb li ngħidu li dawn l-proġetti kienu minn ta’ quddiem minn Soċjetajiet ferm ikbar minna. Nistgħu ngħidu li dak li ħlomna qiegħed isir realtà bħal ħafna sfidi oħrajn li daħlet għalihom din is-Soċjetà. Din is-sena, jekk Alla jrid, ser inkunu qegħdin ninawguraw żewg swali, nhar l-Erbgħa 4 ta’ Lulju, il-ġurnata tant għal qalbna l-Ġużeppini, it-twaqqif tal-ewwel banda Kalkariża. Dawn is-swali, kif ukoll ix-xogħol kollu kbir li sar fil–każin ser ikun jista’ wieħed jarah u jgawdih fil-ġranet tal-festa. Mill-banda nistgħu ngħidu li ma naqqasna xejn, anzi ppruvajna nżommu l-iskala għolja li lħaqna, bis-saħħa tas-Surmastrijiet tagħna u tal-kummissjoni banda. Nistgħu ngħidu li wara l-kunċert kolossali li tellajna u ċċelebrajna fit-tletin sena mill-ewwel banda Kalkariza, wasalna għal festa oħra u għad hawn min baqa’ jsemmih. Konna mistiedna wkoll millKunsill Lokali tagħna sabiex ntellgħu l-kunċert ta’ Jum il-Kalkara. Ix-xewqa kienet li jsir fil-Knisja Parrokkjali, hekk kif id-diskussjonijiet għalih kienu bdew snin ilu, iżda l-permessi neċessarji sabiex isir dan, ma ħarġux il-permessi neċessarji. Ma qtajniex qalbna imma xammarna l-kmiem flimkien mar-rappreżentanti tal-Kunsill. Dan l-istess programm fi żmien tassew qasir irnexxilna xorta waħda ntellgħuh fl-iskola Primarja tal-Kalkara, bħal kull sena fuq it-tema tal-Milied. Nistgħu ngħidu li kien programm li ntlaqa’ tajjeb ħafna. Saru l-kunċerti ta’ Ħadd il-Palm u tal-Milied flimkien mal-Banda San Lawrenz tal-Birgu. Lachryeme kien kuncert strumentali li ġie mtella’ mis-Soċjetà tagħna bis-sehem talbandisti tas-Soċjetà għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa ġewwa l-Belt Kapitali Ewropea talKultura. Opportunita memorabbli f’sena memorabbli dik ta’ Valletta 18, il-Banda San Ġużepp ħarġet għal darb oħra bl-unuri fil-knisja Agostinjana Beltija. Nsemmgħu dan iż-żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa u ma tistax ma ssemmix id-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. Dimostrazzjoni li għalkemm hija kollha organizzata mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp, urejna tassew li dak li nemmnu fih bħala Soċjetà naħdmu għalih ta’ kuljum. Dimostrazzjoni li fiha xtaqna nuru tassew l-għaqda li tirrenja bejn iż-żewġ Soċjetajiet Mużikali. L-istatwa ta’ Kristu Rxoxt, għalkemm propjeta tas-Soċjetà tagħna, refgħu u ġrew biha wkoll partitarji tas-Soċjetà Sagra Familja kif ukoll l-istess statwa tat-tislima xierqa lisSoċjetà Sagra Familja. Min-naħa l-oħra f’dak il-mument, il-kumitat Sagra Familja stieden lill-kumitat tagħna għal bibita ċkejkna. Mumenti li kemm għalija personali, kif ukoll bħala Segretarju Ġenerali ta’ din is-Soċjetà u fuq kollox bħala Kalkariż ser jibqgħu mmarkati f’ qalbi. Tassew kuntent u ngħid b’ wiċċi minn quddiem, bil-ħidma għaqlija taż-żewg kumitati flimkien, għamilna passi kbar ħafna, sabiex illum il-ġurnata tirrenja din l-għaqda fir-raħal tagħna bejn iż-żewġ Soċjetajiet mużikali fil-Kalkara. Miskin min din l-għaqda preżenti ma jridhiex jew ma jridx jaċċetta jew saħansitra jipprova jkisser dak li nbena b’ tant sagrifiċċju u diskussjonijiet f’ dawn l-aħħar snin.

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

9


Ħbieb tiegħi, il-festa tagħna qiegħda sabiex tgħaqqadna u mhux biex tiffridna, sabiex wieħed igawdi dak li jkun ilu jaħdem għalih, sabiex ilkoll flimkien nuru li aħna poplu wieħed, poplu Kalkariż taħt l-ħarsien ta’ San Ġużepp. Qabel nagħlaq ma nistax bħala Segretarju Ġenerali ma niġbidx l-attenzjoni sabiex ma jinħolqux piki u tensjonijiet żejda, kif ukoll ma naqgħu qatt għall-ebda tip ta’ provokazzjoni. Nenfażizza li l-kliem tal-marċi tagħna nżommuhom fl-oriġinalità tagħhom. Niftakru li għalkemm din il-pika hija sabiħa, ma rridux ndejqu lil min jiġi jżurna, il-familji bit-tfal li jkunu magħna, kif ukoll ma ninsewx li qegħdin niċċelebraw festa nisranija. Grazzi lill-membri kollha tal-kumitat tas-Soċjetà u tal-kummisjonijiet kollha fi ħdan isSoċjetà tagħna, li fil-mumenti diffiċli li ġejna mġegħlin ngħaddu minnhom, urewni biċ-ċar il-fiduċja li għandhom fija kif ukoll fl-amministrazzjoni. Din is-sena nistqarr magħkom, li kemm ilni nokkupa il-pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali ta’ din is-Soċjetà, din il-festa kienet tassew diffiċli sabiex setgħu jsiru l-preparamenti normali tagħha. Grazzi minn qalbi wkoll lill-membri kollha, ammiraturi u partitarji li żżommu lil din is-Soċjetà u lil dan l-każin dejjem ħaj. Grazzi lil kull min ġenwinament ħadem u għen sabiex wasalna flimkien biex niċċelebraw festa oħra. Grazzi speċjali tiegħi tmur għal dawk li minħabba fina u n-namra tagħna lejn dan id-delizzju, jsofru fis- skiet ta’ djarhom. Grazzi kbira lillfamilja tiegħi, lill-mara u lit-tfal, tal-paċenzja fejn ta’ sikwit ikolli nkun indispost minħabba f’ impenji tas-Soċjetà kif ukoll lill-familji kollha ta’ min jaħdem magħna. J’Alla taħt ilħarsien ta’ San Ġużepp ikollna festa sabiħa ta’ suċċess u denja għalina, ulied il-Kalkara kif ukoll li tagħmel lill-Kalkara kburija u għal darb’oħra tgħid x’ festa reġa’ kellna din is-sena. Nawguralkom minn qalbi l-festa tajba. Viva San Ġużepp, Missier l-Ewwel Banda Kalkariża Viva Malta Rebbieħa, l-Għaxqa tal-Kalkariżi.

Grazzi lill-Kumpaniji u ħwienet li jirriklamaw f ’din il-pubblikazzjoni. Agħmlu użu minnhom u semmu din il-Pubblikazzjoni. 10

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Appell għall-Festa 2018 Il-Kumitat jagħmel appel sabiex jinżammu d-dekor u l-prudenza fil-marċi kollha, u jħeġġeġ lill-partitarji Ġużeppini Kalkarizi sabiex filwaqt li jattendu numerużi fid-dimostrazzjonijiet li torganizza s-Soċjetà, fil-ġranet l-oħra għandhom jinġabru quddiem il-Każin tas-Soċjetà’ fil-pjazza ewlenija tal-Kalkara partikolarment tul il-ħin tal-marċi mis-Soċjetà Mużikali l-oħra. Kulħadd għandu dritt jieħu u jagħti pjaċir bil-marċi tiegħu. Il-Kumitat flimkien mal-Kummissjonijiet kollha fi ħdan is-Soċjeta’ San Ġużepp jawguraw festa mill-isbah lil kulħadd. Viva San Ġuzepp Missier is-Soċjetà u l-Ewwel banda Kalkariza Viva Malta Rebbieħa l-Għaxqa tagħna l-Kalkariżi

Tel: 2169 1527 Mob: 7969 1527 E-mail: apeltd.info@gmail. com

Alessio Erardi Street, Żabbar

Electrical, Plumbing, Hardware & Household Goods

Power Tools • Airconditioners • Hall porters • Reverse Osmosis

over

7500paint colours

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

11


Kaxxier Elton Azzopardi Ħbieb Ġużeppini, Reġgħet gerbet sena oħra, sena oħra ta’ ħidma fejjieda għas-Soċjetà tagħna l-Għaqda Mużikali San Ġużepp u li għall-grazzja t’Alla ma waqafniex għaddejin b’ħidmietna. F’dawn il-kelmtejn nixtieq naqsam magħkom l-involviment u l-ħidma tal-kumitat matul is-sena speċjalment fil-qasam tal-finanzi. Ta’ kull sena l-festa tiġi u tgħaddi, u għalkemm ikollha dik ix-xi ħaġa differenti minn oħra, il-kumitat flimkien malkummissjonijiet jeħtieġ jaħdem ħafna matul is-sena sabiex jipprova jtejjeb il-kwalita tagħha. Din is-sena ma kinetx eċċezzjoni u propju wara l-festa ltqajna mill-ewwel fejn analizzajna x’mar tajjeb u ħażin sabiex it-tajjeb li kellna insaħħuh u l-ħażin nirranġawh. Iltqajna ma’ diversi entitajiet sabiex nippruvaw intejbu fuq li diġa’ kien hemm. Mhux dejjem jirnexxielek, imma bl-għajnuna ta’ San Ġużepp nippruvaw naslu.

“Reġgħet gerbet sena oħra, sena oħra ta’ Ħidma Fejjieda millQalb!”

Fil-laqgħa ġenerali li saret f’Novembru li għadda tkellimt fuq il-qagħda tas-Soċjetà rigward il-finanzi tal-istess Soċjetà. F’Soċjetà żgħira bħal tagħna għandna għax inkunu kburin li l-Każin huwa propjeta tagħna u ta’ dan nirringrazzjaw lil ta’ qabilna li ħadu ħsieb jixtru din il-propjeta. Dakinhar ukoll ħabbart li bħala Soċjetà konna bbenifikajna mill-fondi tal-“Arts Council Malta,” sabiex bl-għajnuna tagħhom stajna nlestu s-sala ta’ fuq, fejn kien il-bar qabel, f’qasir żmien. Dan l-investiment kien ileħħaq issomma ta’ 10,000 ewro. Hawnhekk ma nistax ma nirringrazzjax lil Onor. Dr. Owen Bonnici Ministru tal-Kultura u c-Chairman is-Sur Albert Marshall min-naħa tal-“Arts Council Malta,” kif ukoll lil Dr. Noel Camilleri min-naħa tal-Għaqda Każini tal-Banda tal-għajnuna tagħhom. Dan l-investiment kien jirrekjedi impenn kbir min-naħa tagħna, sabiex stajna nikkordinaw kollox u mmexxu dan il-proġett fil-linji gwida u fl-iqsar żmien possibli. Din issala se tkun qed titgawda minnkom il-membri fil-ġimgħa tal-festa pero aktar minn hekk, se tkun qed titgawda mill-alljievi tagħna matul is-sena kollha fejn se jkollhom ambjent li jixraqilhom fejn jitgħallmu l-mużika. Din is-sala ġiet inawgurata fl-4 ta’ Lulju mill-istess ministru l-Onor Dr. Owen Bonnici. Matul din is-sena tkompla wkoll ix-xogħol fis-sala tal-bar, fejn nistgħu ngħidu li issa l-bar ħa xeħta differenti u mgħammar bl-aqwa apparat sabiex ikun jista’ jservi l-ikel ukoll. Tlesta wkoll il-bini f’diversi kmamar oħra fil-każin fejn xi wħud minnhom ġew mibnija mill-ġdid. Għalaqna wkoll il-kamra tat-toilet tan-nisa b’madum mill-isbaħ biex issa nistgħu ngħidu 12

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


li bdejna nagħlqu dan il-proġett hekk kbir għas-Soċjetà tagħna. Kif kien xieraq is-sala talbar infetħet mill-Onor. Ministru Joe Mizzi President Emeritus tas-Soċjetà fejn minn hawn nirringrazzjah ta’ kull ma għamel ma’ din is-Soċjetà tant għal qalbna. Meta wieħed iħares lejn dan ix-xogħol kollu ma jistax ma jirringrazzjax lil diversi azjendi u entitajiet tad-donazzjonijiet tagħhom sabiex stajna nwettqu dak li ilna żmien nistennew sabiex nagħmluh. Ma’ dawn nixtieq inżid lilkom il-partitarji tad-donazzjonijiet li tagħtuna minn żmien għal żmien. Ovvjament mhux kollox imur ħarir u kellna żminijiet diffiċli fejn bdejna naqtgħu qalbna imma bl-għajnuna ta’ Missierna San Ġużepp irnexxielna naslu fejn xtaqna. Illum il-ġurnata l-volontarjat qiegħed dejjem jonqos u f’raħal żgħir bħal tagħna kull persuna tista’ tagħmel differenza kbira. Ix-xogħol fl-amministrazzjoni qiegħed dejjem jiżdied u jirrikjedi ħafna dettal sabiex tibqa’ konformi mal-liġi tal-NGO. Ir-rendikonti, kif ukoll is-sottomissjonijiet ta’ċertu formoli jirrikjedi ħafna xogħol tar-reqqa u professjonalita kbira qabel ikunu jistgħu jgħaddu għand l-awditur tas-Soċjetà. Apparti dan ix-xogħol, l-amministrazzjoni jkollha ħafna laqgħat u mhux l-ewwel darba li fl-istess ġimgħa nispiċċaw niltaqgħu kważi kuljum. Dan jispiċċa jagħmilha ħafna diffiċli kemm fuqna kif ukoll fuq il-familji tagħna meta wara ġurnata xogħol flok immorru ngawdu l-familja, irridu mmorru nirrapreżentaw lis-Soċjetà tagħna. Minn hawn nixtieq nappella li min għandu għal qalbu lis-Soċjetà u jixtieq jgħin, javviċina lili jew lil xi ħadd mill-amministrazzjoni sabiex ikun jista’ jingħaqad magħna u b’hekk ix-xogħol ikun jista’ jinqasam iktar. Ma rridx ninstema negattiv iżżejjed iżda f’ħajja mgħaġġla bħal tal-lum jekk mhux se jkun hemm għajnuna se tkun ħafna diffiċli biex wieħed ikun jista’ jkompli jservi lil din is-Soċjetà tant għal qalbna. Qabel nagħlaq dan il-messaġġ nixtieq nappella lill-Kalkariżi kollha sabiex ikunu ġenerużi fid-donazzjonijiet tagħhom. Ta’ min ifakkar li s-Soċjetà tagħna tieħu ħsieb festa kompluta fejn tinkludi l-banda u l-baned mistiedna, l-armar u d-dawl fit-toroq kif ukoll in-nar talart u tal-ajru. Nixtieq ukoll niġbed l-attenzjoni lil dawk il-membri li għadhom ma ħallsux il-manswalita sabiex jagħmlu dan billi javviċinaw lili jew lis-segretarju sabiex din tiġi mħallsa. Fl-aħħar ta’ dan il-messaġġ ċkejken nixtieq nirringrazzja lill-‘Manager’ u ‘staff’ tal-Bank BOV fil-branch ta’ Bormla, għall-pariri siewja li dejjem jagħtuna, l-awditur tas-Soċjetà, is-Sur Anthony Valvo li ta’ kull sena jawditja u jiskrutinja r-rendikonti tas-Soċjetà, lillPresident u lis-Segretarju li ħdimna id f’id is-sena kollha, lill- kumitat ċentrali u lill-familja tiegħi tas-sapport li tagħtini. J’Alla jkollna festa sabiħa, festa li tgħaqqad lil dan il-poplu Kalkariż taħt il-ħarsien ta’ Missierna San Ġużepp. Viva San Ġużepp! Viva l-Malta Rebbieħa!

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

13


Viċi President Adrian Cassar Ħbieb , reġgħet waslet festa oħra, il-Festa 2018. dan ifisser li għaddiet sena oħra, sena li kienet verament mimlija b’xogħol f’kull qasam. Wara diversi snin fil-Kariga ta’ Delegat tal-Banda ħassejt il-ħtieġa li għal din is-sena li ġejja nieħu l-Kariga ta’ ViċiPresident, fejn liema talba ġiet milqugħa mill-Membri tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp fil-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret f’Novembru li għadda. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ħdimt magħhom dejjem għal ġid ta’ Soċjetà. Għalkemm kelli bdil fil-Kariga, l-ħidma primarja tiegħi xorta baqgħet fil-banda fejn nieħu ħsieb il-bandisti tal-post u preparamenti ta’ mużika. Dan apparti dejjem tajt l-għajnuna tiegħi f’kull qasam li jkun jeħtieġ il-każin u għajnuna lil membri oħrajn. Jien dejjem emmint li kulħadd huwa importanti u għandu x’joffri. Jiena nemmen li flimkien nistgħu nimxu aktar ’il quddiem, għax warajna għandna storja kbira b’diversi suċċessi għalhekk dan jagħtina kuraġġ u piż kbir fuqna biex ngħatu soċjetà aħjar milli sibna lil ta’ warajna.

“dejjem emmint li kulħadd huwa importanti u għandu x’joffri”

Inżommu f’moħħna li din l-għaqda hija magħmula min-nies u mhux mill-ġebel, l-injam jew id-drapp tal-armar iżda minnha lkoll. Inkomplu naħdmu biex inkomplu nkabbru dak li diġà għandna, dejjem taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp, patrun ta’ din l-Għaqda u talKalkara. Nagħlaq dan il-messaġġ biex f’ismi u f’isem l-Għaqda Mużikali San Ġużepp, nawgura l-Festa t-tajba lill-Kalkariżi kollha, lil sħabi tal-Kumitat, lill-Kummissjonijiet kollha, lillKappillan, lill-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija, Sindku u Kunsilliera, partitarji u Soċi u lil dawk kollha li ma jistgħux ikunu magħna. Viva San Ġużepp ! Viva Malta Rebbieħa !

14

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


INSURANCE AGENCY LTD Mark Zammit Tied Insurance

Rhinestone House, Kappucini Street, Żabbar ZBR1800, Malta Agents for Middlesea Insurance p.l.c

T +356 27665623 M +356 99465995 E markzam@onvol.net

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

15


W.R. Sindku ta’ Raħal Speranza Chircop Illum nixtieq naqsam magħkom, l-għan li jitwaqqfu l-Każini. Għaliex ser nagħmel dan? Għaliex m’humiex ftit dawk li għandhom il-fehma ħażina dwar il-każini. Dawn jaħsbu, li każin hu bejta ta’ irġiel li m’għandhomx x’jagħmlu, għajr jixorbu, jiskru u jgħidu fuq in-nies. Pero l-iskop li twaqqfu l-każini huwa: 1) Biex in-nies tal-istess twemmin ikunu jistgħu jiltaqgħu flimkien u jaqsmu ħsibijiethom. 2) Biex jinħatar kumitat li jfassal l-aġenda tiegħu għal programmi varji u attivitajiet tal-każin innifsu. 3) Fl-aħħar imma mhux l-inqas, biex ikun miftuħ għal ċelebrazzjonijiet li jkomplu jagħtuh dekor, ġieħ u popolarita’ Il-Każin dawn it-tliet għanijiet jaqdihom bl-aħjar mod. IlKażin iġib rispett kbir għall-patrun Universali tal-knisja Kattolika, ‘’San Ġużepp’’. Dan hu każin serju u mfittex bis- “l-għan li jitwaqqfu sħiħ. Jiġbor, jgħaqqad, li jħabbeb flimkien ħsibijiet, fehmiet l-Każini. Għaliex u għanijiet differenti. Biex nitkellmu ma’ xulxin, il-ħbiberija m’humiex ftit dawk u mħabba ġenwina. Fil-Każin hekk issir, ħbieb u ħbieb li għandhom ilbiss. Nitkellmu u niltaqgħu u nifirħu l-xulxin flimkien. fehma ħażina Għal grazzja t’Alla, dan il-każin, għamel kumitat mill-aqwa, kumitat konsisteni minn persuni li jaħdmu bis-sħiħ u bisdwar il-każini.” serjeta’ u għal ħinijiet twal biex iżommu il-każin attiv. Ovjament kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu. Pero’ meta tittieħed deċiżjoni kulħadd jimxi magħha. Il-għalhekk il-każin jimxi b’suċċess. Għax niesu, huma sorsi b’imħabba lejn dan il-Qaddis Safi u Missier Putattiv ta’ Ġesu’ ‘’San Ġużepp’’. Il-Jum tal-festa ikun hemm attivita’ bieżla, lanqas fejn ikun hemm fejn toqgħod labra. Kulħadd jaħdem fil-każin ‘’full on’’. Madanakollu m’hawnx konfużjoni. Kollox miexi ħarir. Maħsub minn qabel biex jirnexxi. Nies imbissmin, il-każin jkun imdawwal mhux biss biddawl elettriku, imma wkoll bid-dawl tar-rispett, lealta’ u f’ambjent verament familjari, komdu u bejn grokk u ieħor, min jaf kemm ikun hemm rakkonti ta’ ġrajjiet tal-passat u pjanijiet tal-futur. Kulħadd ikun jixtieq li l-festa tal-kbir San Ġużepp ma tiġix fit- tmiemha. Imma kull bidu, għandu t-tmiem. Isir il-ħin u nħallu lil xulxin fis-sliem. U minn fuq, San Ġużepp iħares l-isfel ħarstu u fil-ħemda jbierek lill-Kalkariżi kollha ta’ raġel umli u kwiet li hu. Fl-aħħar nispiċċa, f’ismi bħalla Sindku tal-Lokal u l-familja tiegħi, il-Kunsill kollu nagħtu l-festa t-tajba lir-residenti Kalkariżi u l-familjari tagħhom kollha. 16

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

17


www.esplora.org.mt

Kalkara Residents

ESPLORA | Interactive Science Centre Villa Bighi, Kalkara, KKR 1320, Malta

T&Cs apply

Operational Programme I – Cohesion Policy 2007-13 Investing in Competitiveness for a Better Quality of Life Project part-financed by the European Union European Regional Development Fund Co-financing rates: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future



Surmast Direttur Mro.Jonathan Abela Ħbieb, Dawn l-aħħar sentejn kienu snin importanti ħafna għallkażin u ċert li ħa jibqgħu jissemmgħu fl-istorja tal-każin. Ilproġetti strutturali li tlestew u x-xogħol ta’ tisbiħ li għaddej bħalissa poġġew sfidi ġodda kemm fuq il-finanzjament ta’ dawn l-istess progetti kif ukoll fuq l-amministrazzjoni talkażin. Ix-xogħol amministrattiv u manwali żdiedu ferm u hawn wieħed irid japprezza l-isforzi li saru biex seta’ jseħħ. Dawn ix-xogħlijiet ħa jibqgħu jissemmgħu tul is-snin għax biddlu drastikament l-istess każin. Issa li l-bar niżel fis-sular t’isfel sar possibli li l-ewwel sular ikun allokat għat-tagħlim tal-mużika. Is-sala ġdida ħa tiġi attrezzata bl-affarjiet li nxtraw tul is-snin biex ikun jista’ jsir tagħlim tal-mużika dejjem aħjar. Immodernizzajna l-mod kif it-tfal tagħna “Dawn ix-xogħolijistgħu jitgħallmu b’tali mod li l-istess tagħlim ikun iktar jiet ha jibqgħu attrajenti għalihom. It-tlestija tax-xogħol f’din is-sala jfissru ħafna għat-tagħlim tal-mużika. Permezz ta’ din is-sala issa jissemgħu tul isħa jkun possibli li għall-ewwel darba niffurmaw klassi snin għax biddlu għall-istudenti ċkejknin li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn drastikament ħames u disa’ snin. Din l-inizzjattiva ġdida għandha tgħin l-istess każin.” u tipprepara lil dawn it-tfal ċkejknin għat-tagħlim mużikali. Il-formazzjoni ta’ din il-klassi ħa tkun possibli wkoll permezz tal-għajnuna finanzjarja li ħa nirċievu mill-proġett li l-Aġenzija Żgħażagħ, li tifforma parti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. Din l-għajnuna setgħet tkun possibli grazzi għallħidma dedikata ta’ membri mill-kumitat li applikaw għal dawn l-istess fondi. Wieħed irid japprezza li applikazzjoni bħal din tirrikjedi ħsieb, diskussjonijiet u xogħol ta’ preparazzjoni. Applikazzjoni bħal din tkun ibbażata fuq l-istrategija tas-Soċjetà f’dak li jirrigwardja t-tagħlim tal-mużika. Tul din is-sena t-tagħlim baqa’ għaddej b’mod regolari. Minkejja dan kellna nnaqqsu ftit mill-attivitajiet soċjali primarjament minħabba l-impenji li kellna. Fost dawn l-impenji ma nistax ma nsemmix il-kunċerti li ttellgħu fil-knisja ta’ Santu Wistin, il-Belt u dak li ttella’ flimkien mal-Banda San Lawrenz tal-Birgu ġewwa l-Birgu, fi żmien ir-Randan. Nixtieq nirringrazzja lill-assistent surmast Francois Borg għall-ħidma tiegħu biex ipprepara għal dawn il-programmi. Il-mira għal dawn ix-xhur li fadal hija li flimkien mal-Banda San Lawrenz inżidu ftit fil-ħarġiet soċjali biex nibbilanċjaw mal-ewwel żmien tas-sena. L-għan ta’ dawn il-ħargiet huma li filwaqt li jkollna mument ta’ rikreazzjoni nsiru nafu iktar lil xulxin u b’hekk tikber l-għaqda ta’ bejnietna. 20

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Eżattament fix-xahar ta’ Mejju, il-bandisti tal-post flimkien ma’ element ta’ bandisti barranin, ħadu sehem f’attivita ġewwa ċ-ċentru Esplora. Kienet esperjenza sabiħa għal dawk kollha li attendew fejn minbarra l-allegrajna lil dawk preżenti bil-mużika, kellna ċ-ċans ukoll li nipparteċipaw fl-attivitajiet li kienu għaddejin. Għaddiet sena oħra li offriet sfidi u deċiżjonijiet ġodda. Jiena persważ li dak kollu li qiegħed isir u dak kollu li ġie deċiż sar biex għada jkollna Soċjetà aħjar li tixtraq lill-Kalkara. Fl-aħħar nett nixtieq nirringrazzja lill-kumitat għad-dedikazzjoni u x-xogħol tagħhom. Illum il-ġurnata kulħadd impenjat, iżda minkejja dan xorta jsibu l-ħin biex b’mod volontarju jgħinu lis-Soċjetà. Grazzi wkoll lid-delegati tal-banda li tista’ tgħid matul issena nsib l-għajnuna tagħhom kull meta din tkun meħtiega. Il-festa t-tajba lil kulħadd.

Elaine Stationery and Bazaar 6, Triq Is-Sienja Kalkara 21694741/79200909/99847556

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

21



Drinks, Appetisers, Food We also accept Bookings for Traditional Rabbits, Meat dishes and much more Contact us on Mob: 99661994 Facebook: Red Bar Kalkara Address: Mirsaħ ArÄ‹isqof Gonzi l-Kalkara, Malta


Assistent Surmast Mro.Francois Borg Wasal iż-żmien fejn naqsmu magħkom dak kollu li nkunu għaddejna minnu matul is-sena u dak li qiegħdin naħdmu għalih fil-preżent. Żgur li s-Soċjetà għaddejja minn bidliet kbar hekk kif ix-xogħolijiet fil-każin biex jaqdu aktar ilbżonnijiet tal-allievi, banda in-ġenerali u attivitajiet oħra għaddejin fuq ritmu mgħaġġel bl-għajnuna tal-membri u l-kumitat. Nibda biex insemmi l-programm li kien suċċess f’Jum ilKalkara, fejn rajna l-banda San Ġużepp Kalkara tesegwixxi programm ta’ livell għoli bis-sehem tal-kantanta Chanelle Zarb, Brendan Borg fuq Bagpipes, u s-solisti Daniel Zammit (bandist tal-post) u Silvio Zammit. Wara l-festi tal-Milied u l-ewwel tas-sena bdejna nippjanaw kif ser intejbu l-livell tat-tagħlim u kif ser inkunu ppreparati biex nilqgħu aktar allievi. Kwalifikajna għall-fondi tal-Aġenzija Żgħażagħ fejn żgur li dan għen biex nibdew minnufiħ il-proġett ‘Kalkara Music Centre’. Bil-għajnuna ta’ għalliema oħra ser inkunu qiegħdin nilqgħu fostna tfal ta’ eta aktar żgħira biex fis-sajf li ġej ikunu jistgħu jattendu għal sessjonijiet b’ differenza, fejn it-tfal jitgħallmu permezz ta’ logħob, sessjonijiet interattivi, u kant. Żgur li ma jonqsux ħarġiet fejn insaħħu l-komunikazzjoni bejn t-tfal, fejn ikollhom ċans aktar li jissoċjalizzaw filwaqt li jaqsmu ma’ ħaddieħor dak li jħobbu inkluż logħob.

“Kienet sena oħra pożittiva fejn komplejna nsaħħu u nibnu fuq dak li bnejna tul l-aħħar snin”

Filwaqt li għal darb’oħra nirringrazzja lill-bandisti, lill-kumitat u lill-membri kollha fi ħdan l-Għaqda Mużikali San Ġużepp tal-ħidma kontinwa tagħhom, nixtieq nawgura l-festa t-tajba lilhom u l-poplu Kalkariż kollu.

Kalkara Music Centre

a fun way to learn music during this summer

Learning - Socialising - Recreation

Apply online, simply scan the QR Code with your phone 24

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987





Kappillan Dun Brian Gialanze Ħajjitna, bħal ħajja ta’ San Ġużepp, hija proġett, hija vokazzjoni, hija prova u minn naħa l-oħra hija r-risposta bla kondizzjoni tiegħi biex nitfa’ l-fiduċja tiegħi fil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu biex jiggwidani, kif għamel dejjem Ġesù. Il-ħajja hija sfida sabiex infittex, niskopri u nagħmel ir-rieda t’Alla u mhux ir-rieda tiegħi. Kienet tgħid Santa Tereża talBambin Ġesù: “Jiena tiegħek O Alla, għalik jien twelidt, xi trid tagħmel minni?” Għax dejjem hemm il-periklu li norganizza ħajti skont l-interessi tiegħi, dak li jaqbel lili, dak li hu komdu għalija, imbagħad wara nitlob lil Alla biex jagħtini daqqa t’id biex nilħaq l-interessi tiegħi. L-istess kif ġieli jagħmlu l-ulied li l-ewwel jagħmlu fattihom imbagħad jitolbu lill-ġenituri tagħhom biex jgħinuhom jilħqu dak li jridu.

Santa Tereża

San Ġużepp jgħallimna biex nieħdu responsabiltà talmissjoni li Alla jafdalna f’ħajjitna. San Ġużepp ma jċedix tal-Bambin Ġesù: għat-tentazzjoni li jabbanduna jew jirtira fid-dlam ta’ “Jiena tiegħek O l-inċertezza tal-misteru ta’ Alla. San Ġużepp jiddubita, Alla, għalik jien isofri il-lejl mudlam tal-fidi. Il-fidi tiegħu bħall-fidi ta’ martu twelidt, xi trid Marija mhix faċli tgħixha. Imma ma jċedix l-armi, ma jaqtax qalbu. Għalhekk ifittex it-toroq t’Alla li m’humiex faċli: il- tagħmel minni?” kundizzjoni tiegħu u ta’ martu bħala mgħarsin, minn Nazareth jerħilha lejn Betlehem, il-ħarba lejn l-Eġittu, jirrispetta il-vokazzjoni u l-missjoni ta’ ibnu mitluf fit-tempju. San Ġużepp jgħix skont il-kelma t’Alla, jismagħha fi spirtu li din il-kelma tista’ tibdillu t-toroq ta’ ħajtu u jgħix il-kelma t’Alla b’fedeltà. Għall-kelma t’Alla, San Ġużepp kellu jitlaq minn Nazareth għal Betlehem, minn Betlehem jaħrab lejn l-Eġittu, mill-Eġittu lura għal Nazareth. M’humiex deċiżjonijiet faċli u taċ-ċajt. Mhix deċiżjoni faċli biex tibdel darek jew temigra illum il-ġurnata aħseb u ara għal dak iż-żmien! San Ġużepp jagħtina mudell perfett għan-nisrani li jibqa’ fidil għall-kelma t’Alla u għallmissjoni li Alla jafdalu mingħajr daqq tat-trombi anke jekk din il-kelma t’Alla titlob minni sagrifiċċji u li nieħu deċiżjonijiet iebsin li ma jinżlux tajjeb mal-opinjonijiet tal-kotra. San Ġużepp jirrappreżenta lill-foqra u lill-umli ta’ kull żmien li Alla jinqeda bihom biex permezz tagħhom jagħmel ħwejjeġ tal-għaġeb.

28

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Aħna l-insara msejħin biex norganizzaw ħajjitna skont ir-rieda t’Alla. Jekk nagħmlu dan, nistgħu inkunu żguri li Alla mhux ser jiddiżappuntana. Santu Wistin jistqarr: “Għinni Mulej nagħmel dak li tikkmandani u ikkmandani dak li trid.” Nistaqsi lili nnifsi: inħalli lil Alla jkun il-protagonista ta’ ħajti kif kien Alla l-protagonista fil-ħajja ta’ San Ġużepp? Qabel ma nagħżel u nipprogramma lil ħajti, ngħarbel ir-rieda t’Alla għalija bħal San Ġużepp u mhux nagħmel fattija u li jaqbilli jew nitħalla li nitkaxkar u nitmexxa mill-kurrent u l-opinjonijiet tal-massa? Minn qalbi f’ismi, f’isem Mons Pawl Raggio, Fr John Berry u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali nawguralkom festa li tqanqal f’qalbna x-xewqa li bħal San Ġużepp infittxu dejjem li nagħmlu r-rieda t’Alla f’ħajjitna. Viva San Ġużepp.

Nieħdu sehem b’mod sħiħ fil-Festi Liturġiċi ad unur SAN ĠUŻEPP Attenzjoni: Ejjew niċċelebraw festa tassew nisranija. Ejjew Inkabbru l-festa billi nikbru fil-qdusija u l-għaqda ta’ bejnietna. Min tassew irid li l-festa tikber għandu jsaħħaħ ir-relazzjoni tiegħu m’Alla permezz tal-Qrar u l-Ewkaristija u billi nsaħħu r-relazzjonijiet ta’ bejnietna mhux biss fil-familji tagħna imma fil-familja parrokkjali tagħna. Dawn huma jiem li rridu nwarrbu kull firda bejnietna, inżommu l-bogħod minn diskors li ma jagħmlilniex ġieħ, nevitaw li noħolqu sitwazzjonijiet li jbegħduna minn xulxin u nfittxu li ngħinu lil xulxin billi niċċelebraw tassew b’mod li jagħti glorja lil Alla u nagħmlu ġieħ lill-Patrun u mudell tagħna l-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp

Avviż: Biex nevitaw milli nagħmlu ħsara lil Istatwa, il-Kummissjoni Festa tixtieq tiġbed l-attenzjoni biex sunetti jew materjal ieħor ma jintefgħux fuq l-istatwa ta’ San Ġużepp. Biex nilqgħu lil San Ġużepp fit-toroq tagħna, nixtiequ nħeġġu biex fejn hu possibbli narmaw b’mod dinjituż il-galleriji minfejn ser ngħaddu bil-purċissjoni. Nirringrazzjawkom dejjem tal-koperazzjoni tagħkom, u nawgurawlkom il-Festa t-Tajba.

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

29


Il-President Onorarju l-Onor. Stephen Spiteri MD MP jixtieq jawgura l-Festa t-Tajba lill-KalkariĹźi kollha



Għaqda Każini tal-Banda President Dr Noel Camilleri Il-festi ddedikati lill-qaddisini patruni huma sinonimi mallħajja tal-ibliet u rħula taghna. Huma espressjoni religijuza, kulturali u tradizzjonjali li naraw bħala parti integrali talħajja tagħna bhala poplu. Is-sehem tal-Każini tal-Banda f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet huma wieħed fundamentali li aħna bħala Għaqda Każini tal-Banda flimkien mal-każini u mal-komunita’ inġenerali rridu naħdmu biex naraw li dan issehem jissaħħaħu jinfirex aktar ħalli aktar żgħażagħ jiehdu sehem aktar attiv mhux biss fl-organizzazzjoni tal-festi imma anke fl-amministrazzjoni tal-każini tagħna. Huwa fatt li ma jistax jiġi miċħud li l-każini tagħna huma fihom infushom skola tat-tagħlim. Tagħlim mhux biss Mużikali imma anke tagħlim ta’amministrazzjoni u talvaluri sbieħ tal-ħajja. Il-każini jistgħu u għandhom jkunu post fejn fiha tissawwar aktar is-sens ta’ lejalta u sens “Tagħlim mhux ta’appartenenza (a sense of belonging) li tant huwa tajjeb biex fiż-żgħażagħ tagħna jkompli jissawru l-valuri sbieh biss Mużikali imma li għallmuna missirjitna u anke l-Knisja Kattolika. Dan jista anke tagħlim ta’ ssir billi anke fl-organizzazzjoni tal-festi tagħna, jkomplu amministrazzjoni jingħataw spazju sabiex juru t-talenti sbieħ li ż-żgħażagħ tagħna huma mimlija bihom. Madanakollu ż-żgħażagħ iridu u tal-valuri sbieħ tal-ħajja” ukoll juru maturita u serjeta li waqt il-festi jikkomportaw ruħhom kif jixraq u dan biex jkunu ta’ eżempju tajjeb kemm għaż-żgħażagħ bħalhom imma anke għal dawk li huma iżghar minnhom. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi tagħna jista’ jkunu sbieħ daqskemm jistgħu jkunu koroh. Kollox jiddependi b’liema mod jiġu organizzati u ċċelebrati u kif iż-żgħażagħ taghna huma kapaci jgħollu l-livell tagħhom biex dawn iċ-ċelebrazzjonijiet verament jkattru dak is-sens ta’appartenza lejn dak il-każin partikolari imma aktar importanti lejn dik ilkommunita fejn jgħixu. Barra minhekk il-komportament taż-żgħażagħ għandu jirrifletti s-sens ta’qima sabiħa u nadifa bejn il-qaddis patrun biex anke s-sens ta’fidi nahdmu fuqu halli nkattruh. MIngħajr fidi persuna tħossha mitlufa u titlef sens ta’ identita personali. Irirdu bħala Għaqda Każini tal-Banda naħdmu u nkunu aħna bhala punt fundamentali ta’referenza li naraw li l-festa tibqa verament waħda li fiha l-kommunita tkun magħquda fit-tiġdid tal-valuri sbieħ tagħha mhux biss dawk kulturali u tradizzjonali imma importanti daqshom dawk reliġjuzi u soċjali. Irridu nkomplu naħdmu ħalli dak is-sens ta’appartenza jissaħħaħ u jinxtered b’mod partikolari maż-żgħażagħ tagħna ħalli lkoll naraw li l-festi tagħna festa jintużaw b’mod tajjeb, san u li verament iservu ta’ ġid għal kull min jieħu sehem fihom. 32

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


F’isem l-Għaqda Każini tal-Banda nawgura l-festa t-tajba, u ngħid grazzi lis-Soċjetà Mużikali u l-membri għall-impenn volontarju tagħhom, u nħeġġeġ li dik il-ħidma tissarraf f’ċelebrazzjonijiet sbieħ ta’ festa li tgħaqqad, li tkattar sens ta’appartenza u li l-poplu jagħraf bl-liema responsabblita’, b’serjeta u maturita l-każini tal-Banda jafu jiċċelebraw il-festa ħalli nħarsu s-sens reliġjuż u sabiħ tagħhom.

Pavia Hardware Store

No 4, Blk 12, Regatta Street, Cospicua. Tel: 2182 1174 • Mob: 7782 1174 E-mail: adrianpavia@onvol.net

Suppliers of all kinds of Electrical, Plumbing, Building Materials Expert in Paint Tinting & Key Cutting Special Discounts Offered on Electrical Water Heaters Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

33


34

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

35


Kummissjoni Armar 19 ta’ Marzu Jonathan Cini Insellmilkom, Kemm huwa sabiħ meta jasal ix-xahar ta’ Lulju u nkunu fleqqel tal-preparamenti tal-festa. Min bħalna għandu l-festa f’demmu jifhem li meta joqrob dan iż-żmien, inħossu piz ta’ responsabbilta’ fuq spallejna biex flimkien narmaw lir-raħal tagħna bil-libsa tal-ġimgħa tal-festa. Libsa ta’ arti u storja għax wara kull opra tal-armar ngħid jien, hemm il-ħolma, il-ħidma, is-sagrifiċċji, l-esperjenza, l-għażla, u fl-aħħar millaħħar ir-riżultat li jgawdi l-poplu f’dawn il-jiem tant sbieħ. Is-sena ta’ ħidma tagħna tibda prattikament kif jispiċċaw iċ-ċelebrazzjonijiet interni. Bdejna fuq nota tajba. Konna grupp ta’ nies tajjeb ħafna biex żarmajna d-drapp li kellna u l-istatwi f’lejla waħda u bqajna għaddejjin sa’ kmieni filgħodu. Ir-riħ is-sena l-oħra reġa’ tana kedda u ħlief ilpjazza ma ntrama xejn. Nittamaw li din is-sena ma tkunx waħda ta’ terturi bħalma kienu dawn l-aħħar sentejn. Nappellaw minn issa biex bħal ma sar is-sena l-oħra dawk kollha li jistgħu jtuna daqqa t’id fl-armar, ser inkunu qed niltaqgħu fil-pjazza wara l-barka biex nitqassmu fi gruppi differenti ħalli ma ndumux.

“Libsa ta’ arti u storja għax wara kull opra tal-armar ngħid jien, hemm il-ħolma, il-ħidma, is-sagrifiċċji”

F’dawn l-aħħar snin kien hemm stennija sabiex tigi irrestawrata l-kolonna tal-Malta Rebbieħa xogħol fin u prim fuq disinn tad-Decelis. B’sodisfazzjon dan ix-xogħol inbeda u minn hawn inroddu ħajr lil Arnold Mallia li ha f’idejh il-kordinament tax-xogħol kollu li qed isir, u fuq dan tistgħu ssegwu artiklu tajjeb tiegħu f’din il-pubblikazzjoni. Fil-ġimgħat ta’ wara l-festa ġie mfassal programm ta’ fund-raising għal dan ir-restawr. Tul ix-xahar ta’ Settembru saret gabra fost il-membri fil-każin, ittella’ inkwatru tal-Malta b’lotterija, saret ikla nhar is-7 ta’ Settembru lejliet it-8 ta’ Settembru – t-tifkira tar-Rebħa fl-Assedju l-Kbir, kif ukoll, wara nuqqas ta’ diversi snin reġgħet inbdiet it-tombla fix-Xatt tal-Kalkara li ukoll ħalliet fondi għal dan il-għan. Iktar tard lejn il-Milied saru għadd żgħir ta’ hampers li kienu ta’ sostenn ukoll. Tajjeb insemmu li fil-frattemp li kien qed isir ix-xogħol, ġiet ikkuntattjata d-ditta tar-restawr ReCoop għall-pariri fuq ilmetodologija tat-tindif u r-restawr. Nirrimarkaw li wara li ħadna l-opinjonijiet ta’ diversi persuni, ittieħdet id-deċiżjoni bi qbil mal-Kumitat li jigi ikkonsultat l-artist is-Sur Joseph Cauchi sabiex joħloq l-iskala ta’ kuluri l-ġodda għall-kolonna. B’kuntrast għad-dehra li kellha sas-sena l-oħra, l-kolonna ser tkun qed tiġi miżbugħa fuq l-istil li aħna nirreferu għalih bħala ‘l-istil Venezjan’. Dan qed isir għaliex dan il-mod huwa dak li jixraq għall-istil tal-kolonna kif ukoll sabiex tiġi apprezzata l-iskultura fina li għandha. Wara l-festa ser tinbeda l-preparazzjoni għal xi modifiki li jridu jsiru fil-bażi kif ukoll iż-żebgħa 36

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


u l-induratura flimkien mal-kanċell li ser idawwarha. Is-sena l-oħra tlestiet mix-xogħol tal-injam il-kolonna tal-istatwa tal-Ħolma ta’ San Ġużepp. Opra sabiħa fl-injam li titpaxxa tħares lejha u tara dilettanti li japprezzaw u jtuk ir-rispons tagħhom. Ix-xogħol li sar ġie kollu mħallas mill-arbular tax-xahar - €5 jew €2 – mis-sostenituri tagħna. Jiddispjaċina ninnotaw li r-rispons seta’ kien aħjar. Nappellaw biex ikollna iktar għajnuna b’dan il-mod. Illum l-iċken ammont – dak ta’ €2 fix-xahar - huwa ammont minimu u affordabbli, pero meta jkun hemm il-ftit mingħand il-hafna, jsiru l-mirakli. Nerġgħu nħeggu għall-koperazzjoni. Ġustament ħadd ma jista jippretendi li x-xogħol isir f’daqqa meta mbagħad ma noffrux dik ix-xi ħaga żgħira maloħrajn b’risq il-festa. Min jixtieq jippartecipa fl-arbular li jmiss li ser jinbeda f’ Awwissu 2018 jista javviċina lil Clayton Zammit jew lili. Barra dan, tkomplew il-prumistrati ta’ kull nhar ta’ Sibt fil-każin. Sfortunatament, din is-sena kellna diżappunt minħabba li ġejna infurmati mill-mastrudaxxa li mhux ha jlaħħaq jahdmilna l-kolonna tal-istatwa tattwelid minħabba ammont ta’ kummissjonijiet oħrajn li jrid ilaħħaq u li ahna nifhmu dan. Ġejna mitluba ukoll min-naħa tal-iskultur Mario Mangion li l-iskultura l-ġdida li konna mwegħdin għal din il-festa, nistennewha ftit peress li bħalissa qed jahdem il-ventaltar tal-artal maġġur għall-knisja parrokkjali. B’ turija ta’ rispett u irġulija lejn il-parroċċa, aħna aċċettajna li l-ordni tagħna tiġi posposta, u minn hawn nawguraw lil dawk ilpersuni li ħadu l-iniżjattiva sabiex tkompli tissebbah il-knisja parrokkjali fil-jiem tal-festa. Għaldaqstant jekk ma jinqala xejn, f’Ottubru li gej ser ikollna l-bicciet tal-iskultura li jmiss. Fil-frattemp, waqt li qed jinkiteb dan l-artiklu bhalissa għaddejja ħidma sabiex titlesta mix-xogħol tal-ħadid, żebgħa u irħamar, il-kolonna tal-Ħolma ta’ San Ġużepp. Nisperaw li nlaħħqu mal-pjanijiet tagħna u jibda jingħalaq ix-xogħol li bdejna. Tajjeb insemmu li kellna konkorrenzza sabiha waqt il-gabra generali li saret fit-toroq għal dan il-għan. L-istatwa ta’ San Ġużepp xogħol Manuel Farrugia dis-sena ser tagħlaq ħames snin fostna. Hija statwa kapolavur u li f’dan iż-żmien qasir, l-immagini tagħha daħlu fil-qlub ta’ kull Kalkariż u Kalkariża irrispettivament mill-affiljazzjoni tagħhom fil-festa. Din il-festa ser tkun festa oħra ta’ stennija għall-iskultura tagħha. F’dan iż-żmien għadhom kif tlestew il-mollijiet għall-iskultura li ser tinħadem mis-Sur Joseph Micallef, artist promettenti li gie magħżul sabiex ikun qed jesegwixxi dan ix-xogħol bi qbil ma’ Manuel. Joseph huwa skultur promettenti ħafna u li żgur ser itina biċċa xogħol tajba u artistikament ta’ livell għoli. Nitkellmu dwar dan fix-xhur li ġejjin. Ix-xogħol tal-injam li sar riċentament huwa solidu u mgħaqqad flok żarmat f’diversi partijiet li jingħaqdu meta jsir l-armar. Dan bl-intenżjoni li x-xogħol jitgawda għal ġafna snin kemm minna u anke minn ta’ warajna. Konsegwenza ta’ hekk, ix-xogħol jitqal. F’lejliet il-festa tas-sena l-oħra saret ġabra spontanja fost il-partitarji u nxtara winch tal-elettriku għall-maħżen sabiex l-irfigħ tal-injam isir mingħajr tbatija. Il-grupp tal-armar din is-sena ha l-iniżjattiva li tittieħed sessjoni ta’ ritratti fuq l-istatwa għażiża ta’ Malta Rebbieħa, fejn grazzi għal Photo Images ta’ Birkirkara ittieħdu ritratti professjonali mingħajr ħlas, li ser jintużaw għall-merchandise tal-festa u anke ta’ matul is-sena. ...ikompli paġna 41

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

37


38

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Cutajar Funeral Services 69, St Helen Street, Cospicua Tel: 2182 6277 Allan 9949 2001 9942 3440 Ivan 9942 4599

Email: mcfunerals@gmail.com


Kummissjoni Nar San Ġużepp Raymond Galea u Miguel Pisani Reġa’ wasal dak ix-xahar li aħna l-Kalkariżi nkunu qiegħdin nistennew: ix-xahar ta’ Lulju, li fih niċċelebraw il-Festa tal-Patrun tagħna San Ġużepp. Biex flimkien ingawdu ġimgħa ta’ spettakli, din tkun tfisser sena ta’ ħidma, kemm biex jinġabru l-flus, kif ukoll preparamenti ta’ ħidma u koordinamenti ma’ diversi għaqdiet u nies oħra. Kummissjoni Nar hija maqsuma f’żewġ sezzjonijiet, dik tal-Ajru u dik tal-Art. Dawn iż-żewġ sezzjonijiet jaħdmu qatiegħ biex kollha kemm huma jagħtu l-aqwa spettakli fittielet ġimgħa ta’ Lulju. Kull sena bħalha sezzjoni nippruvaw inbiddlu fl-ideat biex mhux dejjem nibqgħu l-istess, imma kull sena jkollna dak l-element ġdid u innovattiv. Jekk nagħtu ħarsa lejn il-Programm imħejji mis-sezzjoni tal“sena ta’ ħidma ajru, insibu programm imżewwaq minn kollox: b’murtali, kemm biex murtaletti, nar sinkronizzat mal-mużika minn diversi bnadi fil-Kalkara. L-ikbar ħarqa ta’ Nar tkun Lejliet il-Festa jew jinġabru l-flus, kif inkella kif inhu magħruf aħjar il-Marċ tal-Malta. Matul il- ukoll preparamenti marċ u anke qabel il-marċ, ser jiġu maħruqa diversi murtali, ta’ ħidma u murtaletti u salut biex ikomplu jżidu l-atmosfera tal-Festa. Il-qofol tal-programm imbagħad jintlaħaq hekk kif l-istatwa ko-ordinamenti” tasal quddiem il-Każin, fejn jibda l-ewwel show ta’ nar sinkronizzat mal-mużika b’ sistema. Dan kollu ser jibda għall-ħabta tal-10:30pm . Wara t-tlugħ tal-istess statwa jkollna t-tieni show sinkronizzat mal-mużika, din id-darba minn fuq il-bejt tal-każin. Mis-Sezzjoni ta’ Nar tal-Art din is-sena l-ewwel appuntament tagħna jkun fil-ħruq tannar tal-art il-Ħamis wara t-tlugħ ta’ San Ġużepp, din is-sena erġajna ħsibna li jerġa’ isir dan il-Ħruq tal-irdieden Tradizzjonali. Rigward in-Nar tal-Art Mekkaniżat tas-Sibt kellna tibdil fejn ser ikun qed jinħaraq. Wara li dan ġie irtirat aktar lura mill-Kollonna tal-Malta Rebbieħa u ġie imqassam tul Triq Marina kollha. Ser ikollna żieda ta’ rdieden ġodda din is-sena ukoll. Nixtiequ nieħdu din l-okkażjoni biex insellmu l-memorja ta’ Colin Muscat li miet b’diżgrazzja tan-nar u li għal xi żmien ħdimna flimkien. Għal sena oħra nagħmlu appell importanti u vitali biex issegwu d-direttivi u struzzjonijiet li l-Kummissjoni Nar tagħmel flimkien mal-Kumitat Ċentrali u mal-pulizija jiġu evitati inċidenti u biex ilkoll flimkien ingawdu frott il-ħidma tagħna. Nawguralkom l-Festa t-tajba u grazzi tas-sosten tagħkom lil din l-Ewwel Kummissjoni Nar f’raħalna, biex flimkien niċċelebraw Festa kif jixraq lill-Patrun u Missier l-Ewwel Banda Kalkariża San Ġużepp u tislima kif jixraq lill-Malta Rebbieħa. 40

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


...ikompli minn paġna 37 Fil-pubblikazzjoni tas-sena l-oħra sar aċċenn għal waħda mill-isfidi maġġuri tal-grupp tal-armar: it-tibdil tad-drapp eżistenti tal-festa. Tibdil li ser jiehu snin biex isir pero issa verament wasal iż-żmien li kellna nxammru l-kmiem u nibdew il-bidla. Għal din is-sena ser ikollna l-ewwel pavaljun ġdid ta’ Triq Rinella magħrufa bhala t-Triq tal-Knisja. Fuq disinn ta’ Joseph Cauchi ser ikollna sett pavaljuni mill-isbaħ. L-ispiża tagħhom ser tkun qed tithallas mill-attivita’ taż-żeppoli li saret f’Marżu li għadda grazzi għal Cake Design u Red Bar, kif ukoll mill-ġabra b’risq l-armar li saret fl-ewwel xhur tas-sena. Ser ikunu qed jinbidlu ċ-ċimi kollha ta’ dan is-sett għal oħrajn ġodda. Nappellaw lir-residenti ta’ din it-triq b’mod partikolari sabiex jgħinuna biex naraw din it-triq lesta u mibdula b’sett pavaljuni mill-isbaħ. Appell ieħor imur għall-konkorrenza fit-tombla li qed issir kull nhar ta’ Ħamis mis-7.30pm ‘il quddiem tul ix-xhur ta’ dan is-Sajf. Semmejna ħafna xogħol u materjal pero r-riżorsa importanti – dik umana – qiegħda dejjem tonqos. Huwa veru li l-volontarjat nieżel minn kullimkien imma raħal żgħir bhallKalkara li għandu żewġ każini tal-festa, din tagħmilha iktar difficli. Wara li konna ilna narmaw id-dawl aħna għal żminijiet kbar, din is-sena ttieħdet id-deciżjoni li jitqabbad kuntrattur sabiex jintrama d-dawl fit-toroq tagħna. Ma kellna l-ebda alternattiva oħra u jekk nibqgħu sejrin b’din ir-rata, kemm fil-ġbir kif ukoll fil-volontiera, ser ikollna nagħmlu għażliet li mhumiex facli. Inħeggu minn hawn lir-residenti tat-toroq sabiex jinvolvu ruħhom iktar fl-armar tat-triq tagħhom u nixtiequ li r-residenti li qed jaqraw dan ilmessaġġ, ikellmuna ħalli naraw kif jistgħu jkunu ta’ għajnuna biex tintrama u tiżżarma t-triq tagħhom. B’hekk ix-xogħol jitqassam kif jixtieq kulħadd. Hemm ħafna iktar xi tgħid imma l-ispazju limitat. Finalment, messaġġ ta’ ringrazzjament kbir lil kull min offra l-għajnuna lill-grupp tal-armar b’kull mod. Aħna napprezzaw li tapprezzaw il-ħidma tagħna u nwiegħdu li safejn huwa possibbli, inkomplu għaddejjin b’din il-grinta sabiex sena wara sena sakemm il-ħajja tippermettilna, nerġgħu niċċelebraw flimkien festa mill-isbaħ hekk kif nafu nagħmlu aħna l-Kalkariżi, għall-patrun tagħna San Ġużepp. Il-festa t-tajba lil kulħadd.

Issieħbu fl-arbular tal-kolonni l-ġodda

li se jibda wara l-Festa 2018 Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

41


42

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987



Kummissjoni Banda San Ġużepp Josef Magro Każin mingħajr Banda ma jkollokx Festa kompluta. Ilbanda f’dawn l-aħħar snin ħadet spinta kbira ‘l quddiem fejn jidħlu riżorsi u tagħlim. Din il-ħidma li saret, kollha waslet għal sfida pożittiva, dan għaliex l-ammont ta’ studenti li kellna biex jitgħallmu, wassal biex insibu post alternattiv ta’ fejn nistgħu ngħallmu f’post adegwat. Grazzi għall-ħidma li saret mill-Kumitat matul din is-sena, ġie imbattal sular sħiħ biex ikun dedikat għall- Banda. Din hi ħolma li saret realta f’inqas minn sena biex b’hekk issa nkunu nistgħu nkomplu għaddejin bil-proġetti ppjanati li għandna. Fost il-proġetti li ser jibdew jitwettqu minn din is-sena nsibu: Kalkara Music Centre. Dan hu proġett li ser ikun immirat għal tfal żgħar minn 5 snin ‘l fuq, b’ingaġġ ta’ għalliema apposta li ser tkun qed tieħu ħsieb lil din il-klassi. Il-metodu li ser jiġi użat f’din il-klassi taż-żgħar, hu metodu innovattiv u differenti minn dak li fil-banda konna imdorrijin bih. Għal min hu interessat, ifittixna fuq il-paġna ta’ Facebook, ikellem lil xi membru tal-Banda jew jibgħat e-mail fuq segretarju@sanġużeppkalkara.org. Kif qed nitkellem rigward it-tagħlim tal-Banda nixtieq nifraħ liż-żewġ bandisti ġodda li ser joħorġu jdoqqu għall-ewwel darba fil-Festa ta’ din is-sena. Awguri u Prosit lilhom.

“ħidma li saret waslet għal sfida pożittiva dan għaliex l-ammont ta’ studenti li kellna biex jitgħallmu wassal biex nsibu post alternattiv”

Matul din is-sena, il-Banda tagħna għal darb’oħra kienet impenjata mhux ftit fi Żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa. Fejn fost l-oħrajn kellna kunċert li ħareġ mir-raħal tal-Kalkara u mar fil-Belt Kulturali tal-Ewropa, Valletta, ġewwa l-Knisja ta’ Santu Wistin. Dan apparti kunċert ieħor imtella’ fil-Birgu u kif ukoll Marċ ta’ Akkumpanjament mal-Vara ta’ Kristu Rxoxt, nhar Ħadd il-Għid. Is-servizzi tal-Banda barra r-raħal ikomplu f’Awwissu li ġej, għal darb’oħra ġewwa l-Belt Valletta, kif ukoll fil-Għargħur. Din il-ħidma kollha tfisser ħin twil ta’ pjanar u kuntatti ma’ diversi nies. B’dawn il-kelmtejn nippruvaw nurukom il-ħidma li tkun saret li mhux dejjem tkun tidher imma ħidma kontinwa u bżonnjuża. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-Kumitat u lis-Surmast Jonathan Abela u l-Assistent Surmast Francois Borg, għaż-żewġ Bandisti ġodda li ser ikunu ħerġin din is-sena, biex b’hekk tkompli tikber il-banda tagħna. F’isem il-Kummissjoni Banda San Ġużepp, nawguralkom il-Festa Tajba, lilkom u lillFamilji kollha tagħkom. 44

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Servizzi tal-Banda Marzu - Diċembru 2018 Okkażżjoni

Post

Data

Serata Mużiko-Letterarja

Valletta

17 ta’ Marzu

Programm Funebru

Birgu

25 ta’ Marzu

Marċ Kristu Rxoxt

Kalkara

1 t’April

Open Day

Esplora Science Centre

27 ta’ Mejju

Jum il-Banda

Kalkara

4 ta’ Lulju

Ħruġ San Ġużepp

Kalkara

9 ta’ Lulju

Marċ Tieni Jum ta’ Tridu

Kalkara

12 ta’ Lulju

Marċ Lejliet il-Festa

Kalkara

14 ta’ Lulju

Marċ Jum il-Festa

Kalkara

15 ta’ Lulju

Marċ Tieni Jum ta’ Tridu

Għargħur

23 ta’ Awwissu

Marċ Brijjuż tal-Festa

Valletta

28 ta’ Awwissu

Programm tal-Milied

Birgu

23 ta’ Diċembru

Kalkara Music Centre a fun way to learn music during this summer Classes will be held in a refurbished and new environment under the supervision of a teacher Applications are now open, it can be downloaded from the link or contact us in the details below

Learning - Socialising - Recreation /kalkarasanguzepp www.sanguzeppkalkara.org segretarju@sanguzeppkalkara.org

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

45


46

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


P

&Q

Joseph Micallef

(proprietor)

Carpentry & Joinery

For all kinds of main and spare bedrooms, kitchens, dining rooms, shops, etc, interior & exterior doors & windows stained glass available • Made to Measure • Free Estimate

Over 25 years of experience

S t o r e T, M a r i n a S t r e e t , K a l k a r a Mo b : 9 9 4 5 8 7 4 3   F a c e b o o k : P Q C a r p e n t r y w w w. p q c a r p e n t r y. c o m • i n f o @ p q c a r p e n t r y. c o m


Sotto Kumitat Santu Rokku A.D. 1996 Erġajna wasalna għall-festa oħra tal-patrun tagħna San Ġużepp. Bħas-soltu s-sotto kumitat Santu Rokku ma naqasx milli jkompli ħidmietu matul din is-sena sabiex jieħu ħsieb u anke jżanżan armar li jlibbes din iż-żona għal din il-ġimgħa tal-festa. Din is-sena fi Triq Ħbit mil-Ajru saru diversi affarijiet ġodda. Bdejna billi għamilna żewġ toqob ġodda biex b’hekk l-arbli żdiedu minn erba’ għal sitta. Ma’ dawn saru għotjien ġodda fuq it-toqob tal-arbli. Nirringrazzjaw lis-Sur Patrick Micallef, residenti f’din it-triq li kien ta’ għajnuna biex dawn setgħu jsiru, kif ukoll lis-Sur Frans Domeniċi li kien ta’ għajnuna f’xogħol ieħor. Għal dawn l-aħħar snin l-arbli f’din it-triq kienu jiġu mislufa mill-patrijiet Kapuċċini u ta’ dan nirringrazzjawhom. Minn din is-sena pero dawn l-arbli saru ġodda flimkien malħbula u l-globi ta’ fuqhom biex issa dawn saru tagħna. Barra dan, sar xogħol fuq id-dwal. Sar main ġdid tul it-triq kollha u fustun ġdid fil-bidu ta’ din it-triq li jikkumplimenta mal-bqija tal-fustuni. Barra minn hekk il-bozoz kollha ta’ din it-triq inqallbu għall-LEDs.

“ Erġajna wasalna għal festa oħra talpatrun tagħna San Ġużepp. Bħas-soltu ma naqsitx il-ħidma”

Dan ix-xogħol kollu sar fuq inizzjattiva personali tas-Sur Karl Micallef li għoġbu jħallas l-ispejjeż kollha ta’ dawn li semmejna. Kif tistgħu taraw f’din it-triq inbeda proġett sħiħ li ser jitkompla s-sena d-dieħla permezz ta’ sett ta’ sitt bandalori ġodda biex imbagħad, nistgħu ngħidu li t-triq tkun kompluta minn kollox. Filwaqt li nawguralkom il-festa t-tajba, nitolbukom ġentilment tkunu ġenerużi kemm tistgħu sabiex aħna nkomplu ntellgħu festa xierqa propju f’dan il-jum iddedikat lillakkwata tagħna – Santu Rokku. Viva San Ġużepp !!

Il-Volontarjat sabiħ. Agħti s-sehem tiegħek int ukoll. 48

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Sole Agents

Festa Titulari San Ä uĹźepp Kalkara 2018

49


50

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


energetic companion

Bank of Valletta is by my side every day, assisting me to a better financial future, whatever stage in life I am in. Bank of Valletta, my lifetime companion. www.bov.com or contact 2131 2020 Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Ĺťakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130 Bank of Valletta p.l.c. is a public limited company regulated by the MFSA and is licensed to carry out the business of banking and investment services in terms of the Banking Act (Cap. 371 of the Laws of Malta) and the Investment Services Act (Cap. 370 of the Laws of Malta).


Kummissjoni Nisa Ġużeppini Sylvana Vella Il-Ħidma tal-Kummissjoni Nisa hi mifruxa prattikament is-sena kollha. Fejn kull l-ewwel Erbgħa ta’ kull xahar inżommu l-appuntament tagħna tal-Coffee Morning, fejn il-biċċa l-kbira isir fis-Sede tal-Każin iżda ġieli dawn saru barra mill-Każin f’okkażjonijiet bħal Milied u Jum il-Mara. F’dawn l-okkażżjonijiet ukoll kull min jattendi jingħata tifkira. Matul din is-sena introduċejna numru ta’ attivitajiet ġodda. Fost dawn l-attivitajiet ta’ min insemmu l-Eurovision il-Pasta Night, l-Easter Train Ride, Ġurnata Għawdex filMilied, Jumble Sale u l-Esplora Kids Christmas Party. Minn hawn nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk in-nies li ġentilment offrew l-affarjiet għall-Jumble Sale biex kien ta’ suċċess. Kif ukoll grazzi kbira lill-managment tal-Esplora Science Centre li offrew sapport tagħhom biex organizzajna din l-attivita’. Kif ukoll nirringrazzjaw lil dawk kollha li jaħdmu biex jiġu organizzati dawn l-attivitajiet u lin-nies li jattendu għall- attivitajiet li norganiżżaw. Il-mistoqsija tagħkom tiġi awtomatika: x’qed isir mill-flus li jiġu mgħotija minn dawn l-affarjiet? Għalhekk permezz ta’ dan l-artiklu ha ngħatu rendikont tal-ħidma ta’ din il-Kummissjoni f’ diversi proġetti li qed taħdem fuqhom u dawk fil-ġejjieni.

“jawgura tajjeb għal ġejjieni ta’ din il-Kummissjoni. B’hekk inkunu nistgħu nkomplu nibnu fuq is-suċċess”

Matul din is-sena permezz ta’ dawn il-flus li ġew imġemma’ matul dawn l-aħħar snin ġie mixtri Billiard professjonali u ġdid fejn ġie rregalat lil-Każin għall-użu ta’ dawk li jattendu l-Bar area fil-Każin. Kif qed insemmu l-Bar Area matul din is-sena tlesta ix-xogħol relatat ma’ proġett mibdi fil-passat permezz tal-Fondi tal-Kummissjoni fejn kien il-bidu ta’ strutturar u proċess twil. Min naħa l-oħra bħalha Kummissjoni tfajna ħarsitna lejn proġett ambizzjuż ieħor. Proġett fejn bħalissa qegħdin nifformulaw l-karti kollha meħtieġa, biex meta nkunu f’pożizzjoni finali nkunu nistgħu nħabbru dan il-proġett ġdid għal-Għaqda tagħna. Dawn l-attivitajiet ġodda li ħafna mid-drabi kienu fully booked u proġett ġdid seta’ kien possibbli biss biż-żieda ta’ membri ġodda. Dan jawgura tajjeb għal ġejjieni ta’ din il-Kummissjoni. B’hekk inkunu nistgħu nkomplu nibnu fuq is-suċċess tal-passat u nħarsu l-quddiem għal aktar suċċess. Grazzi lill-Kumitat Ċentrali li qed jafdana fil-ħidma tagħna u dejjem sibniħ meta kellna bżonn. F’isem il-Kummissjoni Nisa Ġużeppini nawguralkom il-Festa Tajba lilkom u l-Familji kollha tagħkom. 52

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Viri’s

Take Away

• Grills • Salads • Pizza Free Deliveries from Tuesday to Sunday

Monday Closed

(except public holidays)

28, The Strand, Kalkara Tel; 21 80 2 993 Mob: 9961 8728, 9980 2763 email: noelbugeja@onvol.net Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

53


Email: info@kalkaraboatyard.com.mt kalkaramarina@gmail.com Website: www.kalkaraboatyard.com.mt

Tel: 21661306, 27661306 Fax: 21690420 Mob: 99425999, 79052471, 99449592 Berthing Assistance (Direct): 99689794 (24hrs)

Kalkara Wharf, Kalkara KKR 1501


4 star Boutique accomodation in the heart of Kalkara.

Villa Del Porto Guesthouse, No. 1/2 Marina Street Kalkara. For more information please call 79049587 or send e-mail to info@villadelportomalta.com


Kummissjoni Żgħażagħ Ġużeppini Anna Marie Galea Il-Ħidma tal-Kummissjoni Żgħażagħ tul dawn l-aħħar snin kienet qed tkun iffukkata fuq il-Briju tal-Festa. Liema briju jagħmel is-Sibt filgħaxija attrazzjoni unika fil-Festa Titulari, l-appuntament annwali fit-tielet ġimgħa ta’ Lulju. Tul din l-aħħar sena, din il-Kummissjoni żdiedet finnumru tagħha. Dan jawgura tajjeb għall-ġejjieni talistess Kummissjoni. Membri ġodda jġibu ideat ġodda kif ukoll sfidi ġodda. Fejn jidħlu ideat, dawn jistgħu jissarrfu f’ideat ta’ attivitajiet u fund raisings. Min-naħa l-oħra sfidi minħabba li mhux kulħadd jibda jieħu l-inzzjattiva millewwel. Iżda dawn huma affarjiet komuni li ssibhom f’kull grupp li jeżisti. Bħalha ħidma fejn jidħlu attivitajiet u fund raising, insibuha mifruxa s-sena kollha. B’żewġ attivitajiet immirati għat-tfal: il-Halloween Party u t-Tqassim ta’ Rigali fil-Milied fid-djar minn Father Christmas. Kif ukoll l-appuntament annwali li qed jidħol fil-Kalendarju bi preparazzjoni għall-Festa, l-ikla tal-Ewwel Erbgħa. Apparti minn hekk matul s-sena, bħalha Kummissjoni, nieħdu ħsieb li jsiru numru ta’ fund raisings permezz ta’ bejgħ ta’ affarjiet.

“Is-Sibt flgħaxija attrazzjoni unika fil-Festa Titulari, l-appuntament annwali fit-tielet ġimgħa ta’ Lulju ”

Fost dawn nistgħu nsemmgħu l-bejgħ ta’ figolli, kwareżimal u bajd taċ-ċikkulata fi żmien il-Festi tal-Għid. Bejgħ ta’ ħelu marbut ma’ żmien il-Milied, kif ukoll xi ħaġa ġdida minn din is-sena: bejgħ ta’ fjuri għall-Festa ta’ Jum l-Omm. Ma setax ma jonqosx ukoll li jsiru merchandise tal-Festa Titulari. Dawn il-merchandise, jikkumplimentaw il-Flokkijiet annwali li jinħargu kull sena fl-okkażjoni tal-Festa. Għal dawn tal-aħħar nixtiequ nirringrazjaw ukoll l-isponsors li jgħinu biex intaffu l-ispiża li tirrikjedi. Dan kollu jgħin biex fil-Festa tagħna noħolqu atmosfera unika u dinjituża. Il-ħsibijiet tagħna għall-futur jinsabu jħarsu lejn proġetti ġodda, li meta jasal il-mument ġust inkunu nistgħu naqsmuhom magħkom. L-appell hu wieħed: nħeġġu aktar żgħażagħ jersqu lejn il-Każin, biex flimkien inkunu nistgħu nżommu dak li ħallew ta’ qabilna . F’isem il-Kummissjoni Żgħażagħ Ġużeppini, nawguralkom il-Festa t-Tajba lilkom u lillFamilji kollha tagħkom. Viva San Ġużepp u Viva Malta Rebbieħa!

56

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


George Attard St. Rokku Street, Kalkara e-mail: info@ddeattard.com

Tel: 2180 7698 Mobile: 9949 3863

Banka tal-Lottu fix-Xatt tal-Kalkara Opening Hours: Tuesday: 7.30am - 12.00pm Wednesday: 7.00am - 1.00pm; 3.30pm - 7.00pm Friday:7.00am - 12.00pm Saturday: 7.00am - 1.00pm; 3.30pm - 7.00pm Sunday: 8.00am - 10.30am lottooffice@stjosephbandclubkalkara

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

57


David

Bakery For daily fresh bread Maltese & Fancy

Misraħ l-ArÄ‹isqof Gonzi, Kalkara Tel: 2766 0051 Mob: 7732 5105 Open daily 7.00am-11.00pm


Jessy’s Nails and Beauty Salon 124, Redeemer, Triq is-Sienja, Kalkara 7702 2870 | jessicamejlaq@gmail.com Facebook Jessy’s Nails and Beauty Salon


Djarju ta’ Soċjetà Bord Editorjali Awwissu 2017 Wara li ġie żarmat l-armar kollu, issuktaw l-attivitajiet fi ħdan is-Soċjetà. Wara nuqqas ta’ xi snin, irritornat it-Tombla fix-Xatt tal-Kalkara, fejn il-qligħ minnha mar għall-Proġett ta’ Restawr tal-Kolonna ta’ Malta Rebbieħa. Lejn l-aħħar t’Awwissu, kellna żjara Uffiċjali mill-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta. F’din iż-żjara daret mas-swali tal-Każin u ġiet murija x-xogħol li għaddej fil-każin. Awwissu jimmarka wkoll servizz mużikali ieħor għall-Banda tagħna fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Bartilmew f’ Ħal Għargħur. Il-Kummissjoni Armar ħadet sehem f’Festival Nazzjonali tal-Armar u l-Brijju organizzat f’Ħaż-Żabbar. Settembru 2017 Settembru kien xahar ta’ sodisfazzjon kbir għall-Kumitat u l-Kummissjonijiet kollha fi ħdanha. Dan għaliex il-proposta bl-isem ta’ “Klassi ta’ tagħlim fi spazju modern,” ġiet milqugħa mill-Art Council Malta u bbenefikajna minn ammont sabiħ ta’ fondi. Komplew l-attivitajiet soċjali b’ikla Lejliet il-Vittorja fix- Xatt tal-Kalkara. It-Tombla ta’ kull nhar ta’ Ħamis ma naqsitx ukoll, fejn kull ġimgħa bdiet tikber fl-attendenza. F’dan ix-xahar ukoll ġie iffinalizzat ix-xogħol fis-sular t’isfel biex b’hekk stajna ndawru l-ħidma tagħna lejn sular ieħor f’dan il-każin. Ottubru 2017 Dan ix-xahar beda bl-ewwel attività tal-Kummissjoni Nisa Ġużeppini, il-Coffee Morning ta’ kull xahar, fejn l-istess Kummissjoni matul ix-xahar organizzat Jumble Sale fl-area tax-Xatt. Attività organizzata oħra kien il-Halloween Party għat-tfal, organizzat millKummissjoni Żgħażagħ ġewwa l-Każin tal-banda. Beda wkoll ix-xogħol fit-tieni sular, fejn ġiet imbattla l-kamra u beda l-brix u l-kisi tal-ħitan. Novembru 2017 Xahar li fih ħarsitna ddur lejn dawk il-membri li ħallewna. Permezz ta’ quddiesa organizzata mill-Kumitat Ċentrali ftakarna f’dawk il-membri li ħadmu fil-passat għall-ġid tas-Soċjetà. Fix-xahar ta’ Novembru, inżammet il-Laqgħa ĠeneraliAnnwali fejn ġie moqri r-Rendikont u r-Rapport Amministrattiv. L-attivitajiet komplew, fejn bħal kull xahar kellna Coffee Morning mill-Kummissjoni Nisa Ġużeppini. Delegazzjoni Mill-Kumitat Ċentrali attendiet għall-quddiesa u marċ organizzat mill-Għaqda Każini tal-Baned, ġewwa l-Belt Valletta flokkażjoni tal-Festa ta’ Santa Ċeċilja.

60

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Diċembru 2017 Matul dan ix-xahar l-attività fil-Każin tikber, fejn kull kummissjoni tkun qed tipprepara xi attività jew oħra. Il-Kumitat Ċentrali ħaseb li għal sena oħra jippubblika l-Kalendarju 2018. Minn hawn nirringrazzjaw lil kull min irriklama f’din il-pubblikazzjoni. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara, il-Kumitat Ċentrali attenda għall-quddiesa fil-Knisja Parrokkjali, fejn wara, il-Banda San Ġużepp esegwit programm mużikali bit-tema Natalizja, fl-iskola Primarja tal-Kalkara. Il-Banda kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela bissehem ta’ diversi solisti u kantanti li żewqu kunċert b’differenza. L-attivitajiet komplew b’Pasta Night organizzata mill-Għaqda tan-Nar, b’risq il-Ħarqa tal-Festa 2018. Fil-bidu tax-xahar ġiet organizzata ikla tal-Milied mill-Kummissjoni Nisa. L-istess Kummissjoni organizzat il-Party tal-Milied li din id-darba sar ġewwa l-Esplora Science Centre, fejn kellna attendenza ta’ ‘l fuq minn 50 tifel u tifla. Kummissjoni Żgħażagħ għal sena oħra organizzaw tqassim ta’ rigali mill-Father Christmas fid-djar lit-tfal. It-tim tal-bar tal-Każin organizzaw żewġ attivitajiet għal dawn iż-żminijiet: waħda minnhom nhar il-Milied permezz tal-Early Breakfast u oħra lejliet l-Ewwel tas-Sena, żewġ attivitajiet oħra millisbaħ. Bħal ma għamilna sena qabel, din is-sena reġgħet inġabret somma sabiħa b’risq l-Istrina, fejn liema somma kienet dik ta’€550, b’hekk erġajna urejna biċ-ċar li bħalha Għaqda nibqgħu naħsbu f’dawk inqas minna. Jannar 2018 Sena ġdida u l-attivitajiet ikomplu kif ukoll tkompli l-ħidma. Kummisjoni Nisa kompliet blattivitajiet tagħha, ġiet organizzata ikla ġewwa Nigret Night Club. Bħal kull Sibt komplew l-lotteriji u l-hampers b’risq diversi proġetti fil-każin. Frar 2018 Frar kien xahar ieħor sabiħ, fejn proġett ieħor li applikajna għalih, ġie milqugħ u mhux biss imma ġie klassifikat minn tal-ewwel fost 30 proġett. Dan b’kuntrarju għal proġetti oħra minn Soċjetajiet oħra f’dawn l-inħawi li l-proġetti tagħhom jew ma ġabux l-marki meħtieġa jew inkella kklassifikaw minn tal-aħħar. Dan ikompli jimlina b’kuraġġ. Dan ilproġett bl-isem ta’ “Integrate and Show your Talent” iffinanzjat mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Każini tal-Baned. L-attivitajiet komplew, il-Coffee Morning ta’ kull xahar, kif ukoll il-Eurovision Pasta Night organizzati mill-Kummissjoni Nisa Ġużeppini. Attività oħra kienet Carnival Party organizzata mill-Kumitat Ċentrali. Il-Proġett tat-tieni sular fejn beda jiġi installat floating ceiling mal-kamra kollha. Dan wara li ġew imqaxxra u miksija l-ħitan miż- żebgħa l-antika biex tingħata dehra ġdida u moderna. Marzu 2018 Xahar ieħor mimli attivitajiet minn kull sezzjoni tal-Każin. Kummissjoni Nisa Ġużeppini bħal kull l-ewwel Erbgħa ta’ xahar torganizza Coffee Morning ġewwa l-Każin. Ix-xahar ta’ Marzu iġib miegħu Festa Liturġika ta’ San Ġużepp. Weekend li miegħu ġab numru t’attivitajiet, fejn il-Banda kienet impenjata ġewwa l-Belt Valletta għal Serata Mużiko-

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

61


Attivitajiet u hidma -


Tel: 2180 0007 16, Xatt Juan B. Azzopardi Senglea


Letterrarja ġewwa l-Knisja ta’ Santu Wistin. Lejliet il-Festa Liturġika Kummissjoni Nar organiżżat Pasta Night b’risq il-ħarqa ta’ Nar tal-Festa, kif ukoll kien hemm bejgħ ta’ Ħelu marbut ma’ din il-Festa, iż-żeppoli ta’ San Ġużepp. Nhar il-Festa ġie organizzat Get Together ġewwa l-Każin. Biex kompliet tiżdied ċelebrazzjoni ta’ Festa, ix-Xatt ġie imżejjen għall-okkażżoni. Dan filwaqt nhar il-Festa Liturġika delegazzjoni tal-Kumitat attendiet għal Funzjoni fil-Knisja Parrokjali. L-Impenji għall-Banda komplew ġimgħa wara propju nhar Ħadd il-Palm ġewwa l-Birgu permezz ta’ Programm Funebru. Fil-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid Kbir fi spazju ta’ tlett ijiem, b’wiċċna minn quddiem nigħstu ngħidu li kellna attvitajiet mimlija. Sezzjoni Nisa organizzaw Seba’ Visti nhar Ħamis ix-Xirka ġewwa l-Belt Valletta kif ukoll għall-ewwel darba attivita’ oriġinali fil-Kalkara li qajmet reazzjoni biex issir oħra bħalha minn ħaddieħor, l-Easter Train Ride. Wara dawra bit- train mal-Kottonera u Xgħajra, it-tfal ġew mistiedna fil-Każin biex jiġu mgħotija bajda tal-Għid. Fl-istess jum,propju filgħaxija, ġiet organizzat Easter Cold Buffet mill-Kumitat Ċentrali. L-impenji ma waqfux hawn għax propju l-għada, nhar Ħadd il-Għid, il-Banda San Ġużepp ferħet lill-poplu Kalkariż bid-daqq tagħha u dimostrazzjoni bil-Vara ta’ Kristu Rxoxt. April 2018 F’April bdiet ir-rankatura għall-festa fejn kull kummissjoni tkompli l-ħidma tagħha. L-Attivitajiet Soċjali komplew, b’total ta’ tlett attivitajiet. Kummissjoni Nisa organizzat ilCoffee Morning ta’ kull xahar filwaqt li Kummissjoni Nar organizzat Ikla bejn il-Ħbieb nhar l-20 tax-xahar ġewwa l-Każin u Bar-B-Que ġewwa x-xatt tal-Kalkara fejn stajna nsegwu l-Malta International Fireworks Festival. Il-Proġett prinċipali għall-Festa 2018, dak tal-innovar ta’ Sala tal-Mużika, tkompla biex b’hekk dan seta’ jkun lest għall-Festa ta’ din is-sena. Mejju 2018 Nhar it-2 ta’ Mejju fis-Sala Ewlenija fil-Youth Village tal-Aġenzija Żgħażagħ, is-Soċjetà tagħna rċeviet iċ-ċekk tal-Fondi permezz tal-Iskema ‘It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda 2018’, mill-Onor. Dr Clifton Grima, Segretarju Parlamentari għażŻgħażagħ u Sport, fil-preżenza tas-Sinjura Miriam Theuma, Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ u Dr Noel Camilleri, President tal-Għaqda Każini tal-Banda bil-proġett Integrate and Show your Talent. L-attivitajiet komplew, Kummissjoni Nisa organizzat Ikla għal Jum l-Omm filwaqt li Kumitat Ċentrali organizza Eurovision Wine and Cheese Night. Nhar l-Ewwel Erbgħa ġiet organizzata Ravjulata minn Kummisjoni Żgħażagħ. Il-Banda kienet impenjata ukoll fejn ġiet mistiedna f’attivita’ ġewwa l-Esplora Science Centre Bighi. Tul dan ix-xahar ukoll kompliet il-ħidma fejn jidħol it-tieni sular, din id-darba rigward madum kif ukoll tibjid tal-istess kamra. Ġunju 2018 F’Ġunju d-deni tal-Festa jibda jinħass u fost l-attivitajiet li ttellgħu sakemm ġiet ippubblikata din il-ħarġa, kien hemm dik tal-Kummissjoni Nar San Ġużepp fix-Xatt tal-

Kalkara fejn ġiet organizzata Majjalata għall-partitarji. 64

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Kif ukoll Kummissjoni Nisa organizzat Coffee Morning ieħor ġewwa l-Każin. IlKummissjoni Armar 19 ta’ Marzu ġiet mistiedna biex tieħu sehem fil-Festa ta’ Marija Annuzjata f ’Ħal Tarxien kif ukoll f ’intervista dwar ix-xogħol fil-maħżen f ’programm fuq l-Istazzjon Nazzjonali mill-Imħażen tal-Festi. Nhar 23 ta’ Ġunju waqt Ikla Maltija indaqqet għall-ewwel darba l-kanzunetta Port Rebbieħ, it-tielet kanzunetta maħruġa, din id-darba iddedikata lill-Malta Rebbieħa. Din kienet ħarsa konċiża mmens tal-ħidma li saret tul dawn l-aħħar tnax – il xahar, sakemm ġiet ippubblikata din il-ħarġa. Ħidma kontinwa matul is-sena tista’ tgħid kważi kull ġimgħa; kienu jsiru hampers bil-lotteriji b’risq il-festa, ġbir ta’ diċini kif ukoll xogħol sieket li ma jidhirx iżda li huwa imporanti ħafna biex fit-tielet ġimgħa ta’ Lulju nkunu nistgħu ngawdu flimkien Festa mill-isbaħ.

Bighi Confectionery Open Daily Mon - Fri 6.00am – 8.00pm Sat 7.00am – 7.00pm Sun 7.00am – 1.00pm

4 Tel: 2756 410

Tagħlim tal-Mużika Bla Ħlas u Professjonali Golden Hands

Kalkara Music Centre

Sandra Farrugia Hair Stylist

Għal aktar informazzjoni: Ċempel: 99459179

Salon

Golden Hands Salon, Triq il-Kapuċċini, Kalkara – Malta Tel: (+356) 2180 0699 Mob: (+356) 9928 5396

Email:

segretarju@sanguzeppkalkara.org

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

65


Attivitajiet u hidma -


Matthew Fruit & Vegetables Ikun ix-Xatt talKalkara

Ta’ Ħafifu Free Delivery  Mob: 7769 0215 Winter : 4.30pm - 8.00pm  Summer : 6.00pm - 8.30pm

Brown’s Pharmacy, Kalkara

No. 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara Tel: 2180 7740 Open: 8:00 - 20:00


Proġetti u Fondi Nazzjonali Bord Editorjali Matul din is-sena l-Għaqda tagħna bbenefikat minn Fondi Nazzjonali wara għażla kompettitiva ma’ Għaqdiet Mużikali minn madwar Malta u Għawdex kollu. Dawn ilproġetti huma parti minn Katina waħda fejn qed jibnu fuq xulxin biex b’hekk ma jintilifx il-legat ta’ proġett jew ieħor. Biex għaqda tibbenefika minn dawn il-Fondi trid tkun għaqda li hija konformi mal-liġi u bażi soda ta’ finanzi. Apparti l-affarjiet tekniċi, irridu nkunu kreattivi u innovattivi fl-ideat tal-proġetti tagħna. Dawn il-karatteristiċi bħalha għaqda, kollha ppruvajnihom biex ibbenefikajna minn dawn il-Fondi tant bżonnjużi biex inkomplu nkabbru u nwettqu proġetti bħal dawn. L-Ewwel Proġett li bbenefikajna għalih hu Fondi mill-Art Council Malta u l-Għaqda Każini tal-Banda bl-isem ta’ “Sala ta’ Tagħlim Mużikali f’Ambjent Modern”. Dan il-proġett iffoka fuq it-tibdil tat-Tieni Sular fejn hemm il-Gallarija biex b’hekk ikollna sular ddedikat għat-tagħlim tal-Mużika u kif ukoll għall-attivitajiet li jsiru matul is-sena.

“l-Għaqda tagħna ibbenefikat minn Fondi Nazzjonali wara għażla kompettitiva ma’ Għaqdiet Mużikali minn madwar Malta u Għawdex kollu”

Il-proġett involva: rinovar tad-dehra, l-ħitan ta’ din is-Sala ġew imqaxxrin u miksijin bil-ġibs mill-ġdid u fis-saqaf ġie nstallat Floating Ceiling bil-Gypsum. Dan tal-aħħar għen biex tiġi mgħoddija sistema ta’ dawl u awdjo li diġa’ nxtraw. Dan kollu ta dehra friska u moderna lil din is-Sala. Il-proġett involva wkoll ix-xiri tal-madum tal-art u t-tqegħid tal-madum. Kif ukoll il-materjal li hemm bżonn biex isir it-tqegħid tal-madum ġdid. Ġiet mgħoddija ukoll sistema u l-apparat li diġa ġie mixtri, biex it-tagħlim tal-mużika jkun jista’ jiġi mgħallem b’sistema tal-I.T permezz tal-kompjuters u l-użu tal-projector. F’dan il-proġett ħsibna wkoll biex fil-kamra jkun hemm Cabinet biex jibdew jintrefgħu l-affarjiet kollha relatati mal-banda, sabiex jinżammu tajbin kemm jista’ jkun. Dawn jinkludu: strumenti, leġiji, l-arkivji tal-banda, siġġijiet tal-klassi, standardi u kotba tal-mużika. Ħsibna wkoll biex jiġu mixtrija skrivaniji u siġġijiet ġodda għall-użu ta’ tagħlim u l-attivitajiet. Din l-inizjattiva tal-Klassi tal-Mużika ser tkompli tgħin lil dawn it-tfal u żgħażagħ biex ikollhom post addattat u aħjar b’mod permamenti fejn isir tagħlim tal-mużika u anke Kunċerti. Dan il-proġett saħħaħ u sebbaħ l-infrastruttura li permezz tagħha ser tagħmel ambjent tat-tagħlim u eżekuzzjoni mużikali aktar professjonali se tolqot il-ħidma ta’ diversi nies. Minn hawn nirringrazzjaw lil Art Council Malta u l-Għaqda Każini tal-Baned li emmnu f’dan il-proġett, u kull min involva ruħu biex jitwettaq dan il-proġett kemm minnaħa ta’ applikazzjoni, twettiq u kull għajnuna possibbli.

68

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


It-Tieni proġett li bbenefikajna minn Fondi huwa dak talAġenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Każini tal-Baned. Proġett li ġie kklassifikat minn tal-ewwel b’kuntrarju għal proġetti oħra minn Soċjetà oħra li ma ġewx magħżula jew ikklassifikaw flaħħar pożizzjonijiet. Dan il-proġett ser ikun il-bidu għal proġett ambizzjuż li maż-żmien nistabbilixxu Ċentru Mużikali b’differenza. L-ewwel pass biex jintlaħaq dan il-għan kien investiment fir- riżorsi tal-istrumenti fejn ġew mixtrija numru sabiħ ta’ strumenti, kotba, apparat ta’ sound u leġiji. Bil-proġett ta’ din is-sena ser isir investiment fil-loġistika u l-għalliema fi ħdan il-banda tagħna, dan ser iwassal biex kull min jattendi għat-tagħlim ikollu ħin allokat b’mod indaqs u b’ammont tajjeb ta’ ħin għal kull żagħżugħ/a. L-investiment flgħalliema f’diversi sezzjonijiet kien qed jinħass il-bżonn tiegħu minħabba l-ammont kbir ta’ interess li kellna f’din l-aħħar sena, biex jitgħallmu strument wara li varajna l-Klassi Ġdida tal-Mużika mgħammra b’riżorsi kollha mill-proġett preċedenti. Iżda dan il-proġett ma jieqafx hemm biss, fih ukoll elementi innovattivi li nistgħu ngħidu li l-ebda Banda għadha ma esplorat fejn jidħol promozzjoni u viżibilita tal-Banda u tagħlim tal-mużika. Dan ser isir fuq żewġ livelli: b’kampanja onlajn li ser tiġi varata wara l-Festa, kif ukoll b’numru ta’ pubblikazzjonijiet ġodda li ser jiġu maħruġa mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp. F’dan l-istess proġett ħsibna biex nerġgħu nagħtu l-ħajja mill-ġdid lill-website uffiċjali tal-banda tagħna biex b’hekk inżommu l-kuntatt mhux biss fuq il-medja soċjali, imma anke permezz tal-website. Barra minhekk, l-istess proġett ħa jniedi kampanja ta’ testimonjanzi mill-Bandisti u l-Allievi tal-Post biex iħajjar u jippromwovi t-tagħlim talmużika fil-Banda tagħna. Żgur huma proġetti interessanti immens li warajhom hemm ħsieb u pjan fit-tul, biex ilbanda tagħna u s- Soċjetà inġenerali tkompli tikber. Dawn żgur mhux ser ikunu l-aħħar proġetti għal din is-sena, dan għaliex diġa fil-ħsieb qed jiġu ppreparati proġetti ta’ dan it-tip kif ukoll oħrajn fuq skala differenti.

L-Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara għal dawn il-Fondi tixtieq tirringrazzja lill-

Art Council Malta Aġenzija Żgħażagħ Għaqda Każini tal-Banda Ministeru tal-Ġustizzja, Gvern Lokali u Kultura Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

69


M & D - Discount Mini Market Il-Prodotti kollha bid-discount fuqhom! Mela jekk trid tiffranka żgur fuq ix-xirja trid tiġi tara l-prezzijiet fenominali li qed noffru. Garanzija li l-orħos fis-suq! Niftħu mit-Tnejn sas-Sibt mis-6:30am sa 12:00pm u mill-4:00pm sas-7:00pm Triq is-Sienja Kalkara Mob: 9946 0269 FREE DELIVERY

Ma’ kull €150 f’irċevuti tingħata pakkett ilma kbir B’XEJN


D.A Home Finishes Specialising in all kinds of gypsum works; flat ceilings, bulk heads, partitions, wall linings and units. For more information Call Darren on 79618062

9946 7721 Ray Gatt

Sales Associate 368, Zabbar Road, Fgura, FGR 1015, Malta Office (+356) 2391 0000 E-mail raymondg@remax.com.mt

/maltarealestateremax www.remax-malta.com


Bandisti Ġodda Bord Editorjali Nawguraw lil dawn iż-żewġ bandisti ġodda li ser joħorġu jdoqqu mal-Banda tagħna għal-Ewwel darba fil-festa ta’ din is-sena. Ngħidu grazzi lill-għalliema tagħhom tad-dedikazzjoni tagħhom ma’ dawn it-tfal.

Faith Smith - Flute

Kayleen Busutill - Klarinett 72

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Buy 2 Get 1 FREE Take Away only

Mob: 7970 9925 / 79702865 27033283

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

73


We focus all our eqipment, supply vessels and business activities to bunkering operations, servicing vessels calling at Malta and in Maltese territorial waters. Our company has all the necessary accreditation, permits and licences from Transport Malta and Maltese Resources Authority to perform bunkering operations in Malta ports and Maltese waters

Address: 168, Marina Street, Pieta, Malta Tel: +356 27399911 AOH: +356 99231611 Email: info.triviashipping@gmail.com Web: www.marinebunkersmalta.com



Restawr Kolonna tal-Malta Arnold Mallia Bla dubju ta’ xejn, nażżarda ngħid li din is-Soċjetà tħaddan l-isbaħ opra fl-injam f’dan ir-raħal u li tagħmilha unika filGżejjer Maltin li hija kolonna ta’ Malta Rebbieħa. Xogħol li jpaxxi l-għajnejn bl-istil uniku fuq disinn eċċellenti ta’ Ġużeppi Decelis, fejn matul il-jiem tal-festa tkun armata post prominenti fil-Kalkara. Iż-żmien jgħaddi, u meta jkollok opra li tiġi esposta għallelementi, bla dubju sena wara sena, tibda ssir ċertu ħsara. F’dawn l-aħħar snin kienet qed tinħass il-ħtieġa li jsir xi tip ta’ restawr fuq il-kolonna li ċertu ħsara bdiet tkun evidenti. Kien hemm diversi ħsibijiet, li iżda għal xi raġunijiet ixxogħol ma nbediex. Fl-aħħar, dan iż-żmien tant mixtieq u bżonnjuż wasal ukoll. Minn wara l-festa li għaddiet inbeda l-proċess neċessarju. L-ewwel pass kien li nerġgħu nagħtu l-ħajja u l-glorja li jixraqilha, billi nżommu l-oriġinalita tagħha u nieħdu pariri professjonali. Dan sabiex ikollna gwida għal fejn irridu naslu. Importanti li ninnutaw u ngħidu, li din l-opra maħduma minn Ġanni Pule li kien minn dan ir-raħal, u li l-interventi li dejjem saru matul is-snin, kienu dejjem min-nies mill-Kalkara stess. Dan il-proċess li nagħta bidu f’Settembru li għadda, huwa t-tielet wieħed li qed isir flistorja, u nħossni onorat li ġejt afdat b’din il-biċċa xogħol delikata. Mhix xi biċċa xogħol faċli, anzi tinvolvi ħafna ħin u paċenzja kbira, għas-sempliċi fatt illi f’dan il-proċess ta’ restawr qed ineħħi u jnaddaf kull livell ta’ żebgħa u nduratura li saru matul iż-żmien. Proċess li qatt ma sar qabel u li b’hekk jista’ jsir l-aħjar intervent. Dan il-proċess ħa sigħat twal biex il-kolonna tiġi kollha fuq l-injam u dan sabiex issir u tingħata l-protezzjoni meħtieġa fuq l-injam u sabiex id-dettall tal-iskultura li fiha, jerġa’ joħroġ sal-inqas dettal. Waqt ix-xogħol li kien qiegħed isir, stajna ninnotaw il-mod ta’ sengħa kbira li hi maħduma u li anki meta nħadmet, kienet inksiet bil-kanvas. Bla dubju aktar ma beda għaddej ix-xogħol aktar beda joħroġ ċar kemm kienet xi ħaġa għaqlija li jsir dan ir-restawr estensiv. Xi ħaġa partikolari li sibt fuq waħda mit-tliet armi li hemm fit-tromba u li 76

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


kienet sorpriża, meta taħt l-arma li kien hemm impittra tal-arma ta’ San Ġużepp, tfeġġgħet l-arma tal-Gran Mastru Jean de la Vallette. Nassigurakom li l-ammont enormi ta’ ħin, hu wieħed inkreddibbli u mhux ċajta, iżda ma’ dan kollu, din ilħolma ta’ ħafna rrid narha issir realtà u li bla dubju ninsab ċert li ser tiġi apprezzata aktar minn qatt qabel. Dan il-pass hu biss il-bidu ta’ kif nerġgħu nagħtu ħajja mhux biss lill-kolonna, iżda bidu ta’ proġett impenjattiv u ambizzjuż taż-żona tal-madwar. Napprezzaw ferm kull tip ta’ għajnuna għal din ilħolma. Viva l-eqdem u l-unika għaxqa oriġinali fil-Kalkara. Il-Festa t-tajba lil kulħadd. Viva San Ġużepp

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

77



Festa 2018

Niċċelebraw flimkien

Festa ta’ Raħal

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

79


L-Erbgħa, 4 ta’ Lulju Jum it-Twaqqif tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp 20:00

L-Ewwel Banda Kalkariża tiftaħ il-festi esterni tagħha f’għeluq l-anniversarju mit-twaqqif tagħha. Il-Banda San Ġużepp tagħmel marċ li jgħaddi mit-toroq Ġanni Raimondo, Ġiovanni Ricasoli, Sienja, Ġir, Kappuċċini u Misraħ Arċisqof Gonżi. Il-Banda San Ġużepp tkompli tferraħ lil dawk preżenti minn quddiem ilkażin propjeta tal-Ġużeppini. Il-Ministru u President Emeritus l-Onor. Joe Mizzi u l-Ministru Owen Bonnici jinawguraw iż-żewġ swali ġodda fil-każin. Wara riċeviment għall-Presidenti Onorarji, persuni distinti u mistednin oħra tas-Soċjetà.

Il-Ġimgħa, 6 ta’ Lulju Mixgħela Ġenerali

Is-Sibt, 7 ta’ Lulju 2018 Delegazzjoni mill-Kumitat tatendi għall-intervista fuq il-Programm mill-Briju tal-Festi rigward sehem tagħna fil-Festa Titulari. Ikla tradizzjonali għall-familja Ġużeppina fil-pjazza ewlenija tal-Kalkara. L-aħħar Sibt qabel l-ikbar marċ fil-Kalkara bl-Għaxqa tal-Kalkara l-Malta Rebbieħa.

Il-Ħadd, 8 ta’ Lulju 2018

Jitkompla t-tqassim tal-pubblikazzjoni uffiċjali tas-Soċjetà fl-okkażżjoni tal-Festa Titulari. ‘RED RALLY’ għall-partitarji fejn tingħata informazzjoni u jiġi preżentat il-programm kollu tal-Festa 2018.

It-Tnejn, 9 ta’ Lulju 2018 Ħruġ min-Niċċa - Jum il-Ftuħ tal-Festi Solenni 18:30

Ftuħ tal-Festi Solenni ad Unur Missierna San Ġużepp. Il-Kumitat Ċentrali flimkien mal-fergħat kollha fi ħdan is-Soċjetà jieħdu sehem fil-quddiesa kantata fl-okkażżjoni tal-Ħruġ min-niċċa tal-Vara devota tal-Patrun tagħna u Missier l-Ewwel Banda Kalkariża San Ġużepp. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kalkariżi kollha jattendu sabiex niftħu din il-festa b’turija ta’ imħabba, rispett u għaqda taħt Missierna San Ġużepp.

20:00

Tberik tas-Soċjetà tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp. Bħal kull sena l-membri u l-partitarji huma mħeġġa sabiex ikunu preżenti għal waqt dan it-tberik ħalli flimkien f’bidu ta’ festa oħra tal-Patrun tagħna San Ġużepp nfakkru l-magħmudija tagħna bil-barka ta’ Ibnu Kristu Rxoxt.

80

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


It-Tlieta, 10 ta’ Lulju 2018 Marċ Santu Rokku u San Leonardo 20:00

Il-Banda Titulari San Ġużepp tferraħ permezz ta’ marċ brijuż fl-inħawi ta’ Santu Rokku u San Leonardu , fejn takkumpanja l-istatwa ta’ Missier is-Soċjeta’ tagħna, San Ġużepp. Il-marċ jgħaddi tul dawn it-toroq: Pjazza Santu Rokku, Triq Santu Rokku, Konvoj ta’ Santa Marija, Ġuże’ Porsella Flores, Ħbit mill-Ajru, Antonio Falzon, Santu Rokku u San Leonardu. Fit-tmiem ta’ dan il-marċ, l-istatwa tittelg] a’ fuq il-kolonna tagħha fi Pjazza Santu Rokku. Tinħaraq kaxxa nfernali.

L-Erbgħa 11 ta’ Lulju 2018 L-Ewwel Jum ta’ Tridu - Jum Il-Voluntiera 21:00

Riċeviment tal-festa fil-Każin tas-Soċjetà għall-membri fil-Kummisjonijiet, rappreżentanti t’ Għaqdiet u mistiednin oħra distiniti.

Il-Ħamis, 12 ta’ Lulju 2018 Tieni Jum ta’ Tridu - Jum San Ġużepp 20:30

Il-Banda San Bartilmew tal-Għargħur tibda marċ fejn takkumpanja l-istatwa artistika ta’ Missierna San Ġużepp xogħol l-Istatwarju Għawdxi s-Sur Manuel Farrugia u l-ewwel statwa fil-Kalkara indurata fuq il-Boll mis-Sur Dominic Xerri. Dan il-marċ jibda minn Misraħ Arċisqof Gonżi u jkompli fit-toroq: Kappuċċini, San Lawrenz, Ġanni Raimondo, Ġiovanni Ricasoli, Sienja, San Mikiel, Rinella u lura lejn il-pjazza ewlenija Kalkariza f’ Misraħ Arċisqof Gonżi.

23:30

Isir it-tlugħ tal-istatwa fuq il-kolonna artistika fil-pjazza ewlenija tal-Kalkara. Wara t-tlugħ tal-istess vara tinħaraq kaxxa infernali tal-kulur. Logħob tradizzjonali tan-nar tal-art akkumpanjat mal-mużika. (Kuruni ta’ fjuri jew xi tip ta’ materjal ieħor jitpoġġew biss fuq il-pedestall u mhux mal-istatwa.)

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Lulju 2018 It-Tielet Jum ta’ Tridu - Wirja l-Ħidma Imwettqa 19:00

Is-swali tal-każin ser jinfetħu għall-pubbliku, biex kulħadd jara u japrezza iktar ix-xogħol kollu li sar matul din is-sena fil-propjeta’ tagħna tal-Ġużeppini. Filmat ser ikun qiegħed jagħti spjegazzjoni ta’ din il-ħidma kollha li twetqet.

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

81


Ħruq ta’ musketterija mill-Każin propjeta’ tal-Ġużeppini bħala tislima lill-Kap tal-Familja Mqaddsa u Missier is-Soċjetà tagħna, San Ġużepp, mal-wasla talmarċ fil-pjazza ewlenija quddiem it-Tempju Ġużeppin, f’Misraħ Arċisqof Gonzi. Wara ssir preżentazzjoni tradizzjonali tal-kuruna lil l-istatwa tas-Sagra Familja minn delegazzjoni tas-Soċjetà San Ġużepp mill-Każin Sagra Familja.

Is-Sibt, 14 ta’ Lulju 2018 Lejliet il-Festa - Jum Il-Malta Rebbieħa 11:00

Delegazzjoni mis-Soċjetà tippreżenta fjuri fuq l-oqbra tal-Membri maħbubin u qatt minsijjin tas-Soċjetà.

12:00

Ikla tradizzjonali għall-partitarji flimkien mal-kumitat.

18:00

Ħruq ta’ salut, kaxxa inferanli u sett ta’ murtaletti malli fil-Knisja Parrokjali tibda t-Translazzjoni Solenni bir-Relikwija ta’ Missierna San Ġużepp.

20:00

Bidu tal-akbar marċ fil-Kalkara, marċ maħbub u magħruf ma’ kulħadd bl-Għaxqa tal-Ġużeppini Kalkariżi. Il-Banda mistiedna, Soċjetà Filarmonika San Piertu Banda Birżebbuġa tibda l-marċ brijjuż u tant popolari fejn takkumpanja l-istatwa artistika u meraviljuża ta’ Malta Rebbieħa waqt l-Assedju, xogħol Ġiuseppe Caruana fl-1921. Dan il-marċ traddizjonali jibda minn dawn it-toroq, Kappuċċini, Ġanni Raimondo, San Lawrenz, Kappuċċini u jerġa jirritorna lura lejn Misraħ Arċisqof Gonżi.

21:00

Il-Banda tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp tilqa’ lura fil-pjazza ewlenija Misraħ Arċisqof Gonzi l-istatwa artistika u meravijuża ta’ Malta Rebbieħa fejn tkompli takkumpanja l-istess statwa u tallegra lill-partitarji flimkien mal-Banda San Pietru fi Triq Rinella.

22:00

Il-Banda San Ġużepp tkompli tul dawn it-toroq: San Mikiel, Sienja, Rinella, Salvatur, Marina, Dawret il- Bandli u x-Xatt.

22:00

Il-Banda Soċjetà Filarmonika San Piertu Banda Birżebbuġa tkompli l-marċ tagħha minn Triq Rinella għall-Misraħ Arċisqof Gonżi, Marina, Dawret il-Bandli, x-Xatt sa quddiem il-Każin tas-Soċjeta Ġużeppina f’ Misraħ Arċisqof Gonżi.

23:15

Mal-wasla lura f’Misraħ Arċisqof Gonżi, jingħata bidu għall-ispettaklu pirotekniku sinkroniżat b’sistema diġitali, “Symphony of Flames” minn fuq ix-Xewkija.

23:30

Issir il-preżentazzjoni tradizzjonali tal-Kuruni mill-Kunsill Lokali, Kleru, Soċjeta’ Sagra Familja, fergħat u President tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp.

82

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


00:00

Il-marċ ikompli fil-pjazza ewlennija sa quddiem il-kolonna, fejn isir tlugħ kif mistħoqq tal-Għaxqa tal-Kalkariżi kollha fiċ-ċentru ta’ din l-istess pjazza, fost briju u entużjażmu mil-Partitarji uniċi Ġużeppini fil-Kalkara. Spettaklu ieħor pirotekniku sinkroniżat b’sistema digitali tan-Nar tal-ajru minn fuq il-bjut fl-istess pjazza.

00:15

Wara t-tlugħ fuq il-kolonna tal-Għaxqa tal-Kalkarizi, spettaklu ieħor ta’ ħruq tan-nar tal-art mekkaniżat f’Misraħ Arċisqof Gonzi akkumpanjat mal-mużika.

Il-Ħadd, 15 ta’ Lulju 2018 L-Għid tal-Paroċċa - Jum il-Festa 08:00

Delegazzjoni mis-Soċjetà tattendi għall-quddiesa solenni konċelebrata ta’ Jum il-Festa, fil-Knisja Parrokkjali.

11:00

Il-Banda San Ġużepp tibda l-marċ brijuż u tradizzjonali ta’ filgħodu minn quddiem il-Każin tas-Soċjetà f’ Misraħ Arcisqof Gonzi u jgħaddi minn dawn it-toroq: Santa Filomena, Ġanni Raimondo, San Lawrenz, Kappuċċini, Misraħ Arcisqof Gonzi, Rinella u lura lejn Misraħ Arċisqof Gonżi. Il-marċ jintemm għall-ħabta tas-14:00 quddiem il-Każin tas-Soċjetà.

18:45

Il-Banda tal-Għaqda Mużikali San Leonardu ta’ Ħal Kirkop tibda marċ minn Triq il-Luzzu, ix-Xatt, Misraħ Arċisqof Gonżi.

19:00

Il-Banda San Leonardu ssellem il-vara titulari, Ġawhra tal-Kalkara u Missier is-Soċjetà, Missierna San Ġużepp waqt il-ħruġ tagħha mill-Knisja Parrokjali.

20:00

Il-Banda San Leonardu tesegwixxi programm mużikali fuq il-planċier f’ Misraħ Arċisqof Gonżi. Mal-wasla tal-vara ta’ Missierna San Ġużepp quddiem il-planċier tas-Soċjetà, il-banda mistiedna tesegwixxi l-innu Fjur tal-Ġilju kompożizzjoni tas-Surmast Jonathan Abela A.Mus.LCM. Mal-wasla tal-vara titulari quddiem il-Każin tas-Soċjetà, il-Kumitat flimkien mal-Ġużeppini Kalkarizi kollha jsellmu l-vara bil-kant ta’ Ġilju f’ Kull Staġun’, kompożizzjoni tas-Surmast Ray Sciberras b’ lirika ta’ Sebastian Saliba, interpretat minn Pamela Bezzina. Tinħaraq kaxxa infernali tal-kulur bħala tislima lill-Missier l-Ewwel banda kalkariża. Fid-dħul tal-purċissjoni tkompli takkumpanja l-Banda San Leonardu.

23:00

Wara ċ-ċelebrazzjoni fil-Knisja u l-Barka Sagramentali, isir il-marċ tal-aħħar fejn l-istatwa ta’ Malta Rebbieħa titniżżel minn fuq il-kolonna tagħha lura għallkażin tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp.

Il-Kumitat jiriżerva dritt li jibdel it-toroq imsemmija f’każ li ma jkunux aċċessibli jew ta’ periklu Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

83


PROGRAMM PIROTEKNIKU mill-Kummissjoni Nar San Ġużepp It-Tnejn, 9 ta’ Lulju 09:00 Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti. 12:00 Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti. It-Tlieta, 10 ta’ Lulju 23:00 Fit-tmiem il-marċ tinħaraq kaxxa nfernali Il-Ħamis 12 ta’ Lulju 09:00 12:00 23:00 23:30

Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti. Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti. Fit-tmiem il-marċ tinħaraq kaxxa nfernali Logħob tradizzjonali tan-nar tal-art ikumplimentat mal-mużika

Il-Ġimgħa 13 ta’ Lulju 22:00 Ħruq ta’ musketterija mill-Każin propjeta tal-Ġużeppini bħala tislima lill-Kap tal-Familja Mqaddsa u Missier is-Soċjeta’ tagħna Is-Sibt 14 ta’ Lulju 09:00 12:00 18:00 23:15 00:00 00:15

Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti. Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti. Ħruq ta’ Salut, Kaxxa nferanli u sett ta’ murtaletti malli filKnisja Parrokkjali tibda t-Translazzjoni Solenni bir-Relikwija ta’ Missierna San Ġużepp Spettaklu pirotekniku sinkroniżat b’sistema diġitali, “Symphony of Flames” minn fuq ix-Xewkija. Spettaklu ieħor pirotekniku sinkronizzat b’sistema digitali tan-Nar tal-ajru min fuq il-bjut fl-istess pjazza. Ħruq ta’ nar tal-art mekkanizat f’Misrah Arċisqof Gonżi akkumpanjat mal-mużika.

Il-Ħadd 15 ta’ Lulju 09:00 12:00 19:30 20:00

Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti Ħruq ta’ Salut, kaxxa infernali u settijiet ta’ murtaletti Ħruq kaxxa nfernali tislima lill-Vara Titulari


Baned MISTIEDNA mill-

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara Soċjetà Filarmonika San Bartilmew Għargħur Il-Ħamis 12 ta’ Lulju Marċ fit-Tieni Jum ta’ Tridu

Surmast Direttur: Mro. Jonathan Borg LLCM FLCM Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa

Is-Sibt 14 ta’ Lulju Marċ ta’ Lejliet il-Festa Surmast Direttur: Mro. Michael Bugelli ATCL Għaqda Mużikali San Leonardo Kirkop A.D. 1858

Ħadd 15 ta’ Lulju Marċ u Programm Jum il-Festa Surmast Direttur: Mro. Daniel Vella ATCL


Programm tal-Festa Solenni f ’ġieħ San Ġużepp, Patrun tal-Knisja Universali, fil-Parroċċa tal-Kalkara 2018 “Xi qaddisin għandhom il-privileġġ li jxerrdu l-patroċinju tagħhom fuq bżonnijiet partikulari, iżda mhux f ’oħrajn. Il-Patrun tagħna San Ġużepp għandu l-qawwa li jassistina f ’kull każ, f ’kull bżonn, f ’kull ħidma tagħna.” (San Tumas t’Akwinu) Il-Ħadd 8 ta’ Lulju: Fil-quddies jingħata tagħrif dwar il-festa. Issir ġabra speċjali li tmur għall-ispejjeż tal-Festa. Nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom biex inkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa u li tixraq lil Patrun tagħna San Ġużepp.Fit-8.30am, ser issir il-professjoni tal-fratelli ġodda fi ħdan il-Fratellanza ta’ San Ġużepp. It-Tnejn 9 ta’ Lulju: Nibdew il-ġimgħa tal-festa magħqudin fit-talb u tifħir tagħna lil Alla permezz ta’ San Ġużepp. Fil-5.30pm, ser jiġi espost Ġesù Sagramentat biex inħejju lilna nfusna spiritwalment għall-festa. L-Adorazzjoni tkun fis-skiet, imma ser ikun hemm il-possibilità biex min jixtieq iqerr, ikun jista’ jagħmel dan. Fis-6.30pm, quddiesa kantata mmexxija mill-Kappillan Fr. Brian Gialanzè. L-għaqdiet kollha mużikali u soċjali tal-parroċċa flimkien mal-Kalkariżi li m’għadhomx joqgħodu fil-parroċċa huma mistiedna biex jattendu. Il-Kumitati flimkien mal-fergħat kollha taż-żewġ Soċjetajiet Mużikali, iħeġġu lil membri tagħhom kollha sabiex jattendu u jieħdu sehem f’din il-Quddiesa kantata fl-okkażjoni tal-ħruġ min-niċċa tal-Vara devota tal-Patrun tagħna u Missierna San Ġużepp. Il-kumitati jħeġġu lill-Kalkariżi kollha sabiex jattendi biex niftħu dawn il-festi b’turija ta’mħabba, rispett u għaqda taħt il-Patronċinju ta’ Missierna San Ġużepp. Fl-aħħar taċ-ċelebrazzjoni, tingħad il-kurunella lil San Ġużepp u jsir ilħruġ solenni tal-vara ta’ San Ġużepp minn niċċa li tiġi milqugħa fuq iz-zuntier mill-komunità bis-sehem ta’ banda magħquda miż-żewġ soċjetajiet Mużikali: Banda San Ġużepp u Banda Sagra Familja. Iċ-ċelebrazzjoni tiġi fi tmiemha permezz ta’ Ċelebrazzjoni Ewkaristika u l-bews tar-relikwija fil-Knisja Parrokkjali. Wara din iċ-ċelebrazzjoni, għall-ħabta tat-8.30pm, il-Parroċċa ser torganizza lejla għall-familja kollha ‘Festa Kalkariża’ fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali bis-sehem ta’ diversi kantanti u żeffiena. Ser ikun hemm ikel, xorb u anki tombla u kulħadd huwa mħeġġeġ biex jattendi sabiex nagħtu bidu għal din il-ġimgħa ta’ festa bħala familja waħda. It-Tlieta 10 ta’ Lulju: Jum it-tfal u l-familji tagħhom. Fis-6.30pm, quddiesa għat-tfal immexxija mill-Kappillan Fr. Brian Gialanzè. Janima l-Kor tat-Tfal tal-Parroċċa mmexxi minn Amber bl-għajnuna ta’ Diane Mizzi Gatt u Jacqueline Dimech. Waqt il-quddiesa ser issir il-preżentazzjoni tat-trabi u tfal żgħar lil San Ġużepp. Fis-7.15pm, Purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp mill-Knisja Parrokkjali 86

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


sal-MUSEUM tas-Subien. Dawk it-tfal li jkunu attandew għal quddiesa ser jingħatalhom biljett biex wara jkunu jistgħu jieħdu xi ħaġa tajba u friska mill-MUSEUM. L-Erbgħa 11 ta’ Lulju: l-Ewwel Jum tat-Tridu Illum nitolbu għall-morda, l-anzjani u dawk kollha li jduru bihom b’tant imħabba u għożża. Fis-6.00pm, Rużarju u Kurunella lil San Ġużepp. Fis-6.30pm, Quddiesa minn Patri Martin Mamo OFM Cap. li għaliha huma mistiedna l-anzjani, il-morda u r-residenti ta’ Dar il-Wens. Il-priedka tat-Tridu ssir minn Patri Alistair Aquilina. F’din il-quddiesa ser jingħata s-Sagrament tal-Griżma tal-morda għal dawk li għandhom xi kundizzjoni kronika fissaħħa tagħhom. Wara l-Quddiesa titkanta l-Antifona, issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika, kant tal-Innu Popolari u bews tar-relikwija. Il-Quddiesa tkun animata mill-Kor Parrokkjali. Wara ssir bibita għall-anzjani preżenti fuq il-parapett tad-Dar Parrokkjali. Il-Ħamis 12 ta’ Lulju: it-Tieni Jum tat-Tridu Illum nitolbu għal dawk li mietu mill-Festa tas-sena l-oħra ’l hawn. Fis-6.00pm, Rużarju u Kurunella lil San Ġużepp Fis-6.30pm, Quddiesa mill-Kappillan Fr. Brian Gialanzè b’suffraġju għal dawk li mietu mill-festa tas-sena l-oħra ’l hawn. Il-priedka tat-Tridu ssir minn Patri Alistair Aquilina. Wara l-Quddiesa titkanta l-Antifona, issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika, kant tal-Innu Popolari u bews tar-relikwija. Il-Quddiesa tkun animata mill-Grupp tal-adoloxxenti li janimaw il-quddies tal-Ħadd filgħaxija mmexxi mis-Sinjura Diane Mizzi Gatt FLSM, B.MusLSM(Hons), B.Ed(Hons), ALSM, Dip.Rec.LSM. Il-Ġimgħa 13 ta’ Lulju: it-Tielet Jum tat-Tridu. Illum nitolbu għall-vokazzjonijiet Insara. Fis-6.00pm, Rużarju u Kurunella lil San Ġużepp. Fis-6.30pm, Quddiesa minn Patri Deo Debono OSA b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet u li għaliha huma mistiedna il-familjari ta’ saċerdoti u reliġjużi li joqgħodu l-Kalkara. Il-priedka tat-Tridu ssir minn Patri Alistair Aquilina. Wara t-Tqarbin jitkanta l-Innu ta’ ringrazzjament it-Te Deum. Wara l-Quddiesa titkanta l-Antifona, issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika, kant tal-Innu Popolari u bews tar-relikwija. Il-Quddiesa tkun animata mill-Kor Parrokkjali. Is-Sibt 14 ta’ Lulju: Lejliet il-Festa. Fil-5.30pm, Rużarju u Kurunella lil San Ġużepp Fis-6.00pm, Translazzjoni Solenni bir-Relikwija ta’ San Ġużepp mill-Knisja tas-S.S. Salvatur għall-Knisja Parrokkjali mmexxija minn Mons. Ġużepp M. Farrugia. Il-purċissjoni tgħaddi minn Triq is-Salvatur, Triq ir-Rnella u Misraħ Arċisqof Gonzi. Mall-wasla tar-Relikwija fil-Knisja isir l-kant tal-Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.Wara Quddiesa Solenni

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

87


mmexxija minn Mons. Ġużepp M. Farrugia, bis-sehem tal-Orkestra u l-Kor Parrokkjali San Ġużepp. Il-Kumitati jħeġġu lill-partitarji tagħhom u lill-poplu Kalkariż kollu sabiex flimkien jattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni u nsellmu lil Patrun tagħna, Missierna San Ġużepp. Il-Ħadd 15 ta’ Lulju: Jum il-Festa. Fis-7.00am, quddiesa letta. Fit-8.30am, quddiesa konċelebrata preseduta minn Fr. Brian Gialanzè, Kappillan tal-Parroċċa. Wara l-qari tal-Evanġelju jinseġ il-Paniġierku lil San Ġużepp Patri Joseph Zahra O.P., filwaqt li l-Quddiesa tintemm permezz tal-kant tal-Antifona, kant tal-Innu Popolari u bews tar-relikwija. Delegazzjonijiet mis-Soċjetajiet flimkien ma’ persuni distinti jattendu għall-Quddiesa Solenni konċelebrata ta’ Jum il-Festa, fil-Knisja Parrokkjali.Fl-10.30am, quddiesa letta. F’12.00pm, ħruq ta’ murtali u murtaletti. Fis-6.30pm, quddiesa mmexxija minn Fr. Martin Mamo OFM Cap. Il-Quddiesa tkun animata mill-Grupp ta’ Adoloxxenti li janimaw il-Quddies tal-Ħadd filgħaxija mmexxi mis-Sinjura Diane mizzi FLSM, B.MusLSM(Hons), B.Ed(Hons), ALSM, Dip.Rec.LSM. Fis-7.15pm, il-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr, tibda’ marċ mill-parti ta’ fuq ta’ Triq Marina u tibqa’ nieżla lejn il-Knisja Parrokkjali. Fis-7.30pm, tibda ħierġa l-purċissjoni bir-Relikwija u l-vara devota ta’ San Ġużepp b’tislima fuq iz-zuntier. Imexxi l-purċissjoni Dun Sinclair Bugeja. Il-purċissjoni tkun akkumpanjata mill-Banda Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr. Il-purċissjoni tgħaddi minn Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Triq il-Kapuċċini, Triq San Lawrenz, Triq Giovanni Ricasoli, Triq is-Sienja, Triq Patist Borda, Triq is-Salvatur, Triq Rnella, ix-Xatt, u titla’ mit-taraġ li hemm fil-ġnien tax-Xatt għall-Knisja Parrokkjali. Fuq iz-zuntier terġa’ tingħata tislima lil San Ġużepp qabel jidħol fil-Knisja mill-baned mistiedna. Fl-10.30pm isir id-dħul tal-purċissjoni, titkanta l-antifona, issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika, kant tal-Innu Popolari u bews tar-Relikwija. Is-Sibt 21 ta’ Lulju: Nirringrazzjaw lil Alla u lil San Ġużepp li ngħaqadna bħala komunità nisranija biex niċċelebraw il-fidi tagħna. Fis-6.30pm Quddiesa ta’ Radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li ħadmu fit-tħejjija u fiċ-ċelebrazzjoni tal-festa. Wara l-Quddiesa, l-Istatwa ta’ San Ġużepp terġa’ titqiegħed fin-niċċa. N.B. Barra minn meta hemm indikat mod ieħor, fil-jiem tal-festa janimaw il-Quddies u ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi il-Kor Parrokkjali San Ġużepp. Dan, flimkien mal-orkestra fil-jiem tal-festa jkun taħt id-direzzjoni tas-Sinjura Josanne Zammit ALCM(TD), ATCL. Organista Diane Mizzi Gatt FLSM, B.MusLSM(Hons), B.Ed(Hons), ALSM, Dip.Rec.LSM. It-Tnejn u l-Ġimgħa mal-Kor Parrokkjali idoqqu għadd ta’ mużiċisti żgħażagħ mill-Kalkara jew b’rabta mal-parroċċa. Il-Kummissjoni Festa jixtieq jawgura l-Festa t-Tajba lill-Kalkariżi kollha. Viva il-Kbir Patrijarka San Ġużepp, Patrun tal-Knisja Universali u Patrun tagħna l-Kalkariżi 88

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Lil San Ġużepp (Tislima mir-raħal tal-Kalkara)

Omar Seguna

Bħal Nazaret żgħir u umli dan ir-raħal tal-Kalkara. Kemm fis-sliem u kemm fil-hemm Int ħaristna bl-akbar ħrara. Raħal ċkejken imma mżejjen bil-ġmiel u l-qawwa tas-swar, Il-baħar, bajja mill-isbaħ Raba’ bl-ilwien tal-inwar. F’kull waqtiet iebsa tal-ħajja Magħna mxejt int f’dan il-vjaġġ. Għall-ħaddiema w għall-baħħara Int kont l-għajn ta’ kull kuraġġ. Jekk f’temp qalil magħna bqajt minkejja mewġ irvillat. Taħt l-eħrex nar, l-eħrex bombi bqajna sodi daqs il-blat. Hemm kont dejjem Int tħarisna met’għalina l’għadu ħebb. Ejja nsellmu f’vuċi waħda l-patrijarka San Ġużepp.

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

89


Kont Fil-Ħabs u ġejtu żżuruni Fr. Martin Mamo Issa ili 5 snin nagħti s-servizz tiegħi fil-ħabs ta’ Kordin, imma kif isir f’kull qasam tal-provinċja tagħna l-kapuċċini bħal kull qasam ieħor, ma’ provinċjal ġdid jinbidlu l-uffiċċji, u hekk ġara. Dan l-aħħar ġejt mogħti l-uffiċċju ta’‘chaplain’ fil-ħabs ta’ Kordin ma’ żewġ kapuċċini oħra, Fr Hayden u Fr Victor. Nistqarr magħkom li din il-missjoni ma hiex faċli xejn imma aħna naħdmu bħala ‘team’ u hekk ixxogħol jeħfief. Il-ħabs huwa dinja għalih, b’regoli preċizi li jridu jiġu mħarsa l-ħin kollu minkejja li kulltant issib min jabbuza. Niftakar l-ewwel darba bqajt impressjonat b’dak li rajt: dawk il-kanċelli ħodor tal-ħadid, wieħed jinfetaħ u l-ieħor jingħalaq; l-imfietaħ kbar li l-gwardjani jużaw biex jiftħu l-kanċelli u l-ħabsin b’idejhom bejn il-ħadid jistennew warajhom; ħarsithom profonda; kullimkien bit-tubi jixgħelu għax mit-twieqi ma tantx jidħol dawl minħabba li huma mbarrati bil-ħadid. Qatt ma kelli ħajra li nersaq lejn dan il-post, imma din hija parti mill-missjoni tagħna l-kapuċċini, li naħdmu mal-bniedem emarġinat bħal sptar, ħabs, missjoni, suriet il-bniedem, u anki xi parroċċi fost xogħlijiet oħra. Dejjem tlabt lil San Ġuzepp biex kif hu ttama u emmen, hekk ridt nagħmel jien f’kull ħidma li niġi afdat fiha u San Ġuzepp dejjem kien hemm għalija, dejjem kien il-ħarries tiegħi u l-akbar ħabib tiegħi.

“L-esperjenza tiegħi bħala kappillan/ ‘chaplain’ fil-ħabs, b’San Ġuzepp ilħarries tiegħi.”

Il-ħabs, li jien u sħabi insejħulu i-parroċċa tagħna, jiġbor fiħhmadwar 650 priġunier u daqs tant ieħor ukoll hemm ħaddiema li jaħdmu hemmhekk, fosthom ukoll u nsellmilhom, tmien Kalkarizi li huma gwardjani. Il-ħabs ta’ Kordin hu maqsum f’14 il-sezzjoni li aħna nsejħulhom ‘divisions’. Hemm it-taqsima tan-nisa b’zewġ taqsimiet, u hemm is-sezzjoni ta’ l-irġiel li tinkorpora fiha ħafna ‘divisions’. Irrid ninkuldi ukoll il-ħabs li hemm l-Imtaħleb u l-‘Forensic unit’ li tinsab fl-isptar ‘Monte Carmeli’. Hemm priġunieri li jsewgwu korsijiet tal-universita` minn ġol-ħabs stess. Hemm ħabsin li jaħdmu ‘hand crafts’u nistqarr magħkom li l-vera jgħaġġbuni xi ġmiel ta’ xogħol jagħmlu. Dan l-aħħar wieħed minnhom ġie l-kappella u ġabli ‘ħandcraft’ zgħira magħmula minnu, b’xena ta’ Marsaxlokk, b’turija ta’ rikonoxximent għax kull filgħodu meta nidħol il-ħabs, immur insellmilhom, u tant japprezzawni. Jgħiduli; “Fr Martin, il-bonġu sinċiera tiegħek hija l-unika bonġu li nirċievu fil-ġurnata”. Hemm min jaħmi l-ħobz jew xi xogħol ieħor li jzommhom okkupati. Fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira tgħidx kemm ikollhom x’jagħmlu biex ibiegħu il-qagħaq.

90

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Permezz ta’ din l-esperjenza qiegħed nirrealizza li l-ħabsin m’humiex numru. Wara kull wiċċ hemm persuna bid-dinjita` tagħha u bi storja differenti. Permezz ta’ din l-esperjenza qiegħed inkompli nitgħallem li l-Ħniena tal-Missier Alla, li Ġesu` zvelalna bil-miġja tiegħu f’din id-dinja, tista’ tfejjaq il-qalb muġugħa tal-bniedem. Forsi l-impressjoni li wieħed jista jieħu tal-ħabs hija li l-ħabsin ma jonqoshom xejn. Minkejja dan, fil-ħabs dawn innies jonqoshom l-iktar ħaġa fundamentali għall-bniedem: il-liberta`. F’San Ġużepp naraw il-bniedem ġust li jħares lejn il-krizi li sab ruħu fiha b’mod pozittiv. Kull jum issir quddiesa fil-kappella tal-ħabs li tgħidx kemm hija sabiħa u li jiena inkarigat minnha. Hemm xi ‘divisions’ li huma aktar ristretti minn oħrajn u dan ifisser li l-ħabsin ma jkunux jistgħu joħorġu mid-diviżjoni tagħhom. Lil dawn immorru aħna u nqaddsulhom u nqarruhom fid-divizjoni stess. Għall-quddies ta’ kuljum ma nistax ngħid li jattendu bil-folol imma għal quddies tal-Ħdud ikun hemm kappella mimlija u animata bil-kant, b’kor differenti li nġibilhom minn irħula differenti għal kull nhar ta’ Ħadd, biex il-quddies tkun isbaħ. Jiġifieri jekk f’xahar hemm ħames Ħdud, ikun hemm ħames gruppi ta’ korijiet differenti. Nhar ta’Ħadd wara l-quddies noffrulhom kikkra te` jew cafe` u biċċa cake filbitħa tal-kappella, u nhar ta’ Erbgħa nagħtuhom ċans li wara l-quddies jidħlu ġewwa ħdejn l-uffiċċju tagħna l-patrijiet u jieħdu xi ħaġa ta’ ikel flimkien biex nagħtuhom ċans aktar jinfetħu magħna. Hawn ukoll ngħidilhom li l-Erbgħa hija ddedikata lil San Ġuzepp fejn waqt xi tazza cafe` u biċċa cake jew pastizzi jew pizza, li jagħmilhom is-sagristan stess (ħabsi wkoll), nibda nirrakkuntalhom kif San Ġuzepp għandu post speċjali filknisja, daqstant ieħor fil-ħabs. Dejjem meta nkellimhom lil ħabsin, insemmilhom lil San Ġuzepp, b’ispirazzjoni posittiva għalihom. F’San Ġużepp naraw il-bniedem ġust li jħares lejn il-kriżi li sab ruħu fiha b’mod pozittiv. Hu jippermettilna nħarsu lejh bħala mudell ta’ ħajja ta’ tama nisranija, li jidher quddiem Alla bit-tama ta’ bniedem fqajjar li jqiegħed f’Alla biss it-tama tiegħu. B’hekk nibda nsawwar fihom ħeġġa għal tama aħjar fil-futur tagħhom. Ngħidilhom li Hu jieħu ħsiebhom bħalma kien jieħu ħsieb is-Sagra Familja. Biex niċċajta magħhom ngħidilhom, li ħaġa waħda ma jistax jagħmel magħhom San Ġuzepp, iħarrabhom minnhemm kif kien ħarrab lil Ibnu Ġesu` lejn l-Eġittu. Ngħidilhom li l-knisja tqimu bħala Protettur tagħha u li fil-mumenti l-aktar oskuri ta’ ħajjitna għandna nitgħallmu minnu billi nimitaw il-fidi sħiħa tiegħu mingħajr riserva, u t-twettiq tal-volonta` ta’ Alla fil-qadi ta’ dmirijietna. B’hekk b’mod intelliġenti nibda nagħtihom katekesi b’mod sottili fuq Kristu, Marija u Ġuzeppi. Dan huwa l-metodu tiegħi kif ngħallem id-duttrina lil dawn in-nies li qajla qatt marru knisja, jew jafu jroddu salib. Pero` irrid ngħid li hemm min jaf jitlob ħafna, u għandu relazzjoni ħafna tajba m’Alla. Nixtieq noħloq ambjent fejn ir-relazzjonijiet ikollhom post ċentrali. Meta niġi biex narma l-kappella bid-damask u l-purtieri, jew noħroġ il-vari tal-Ġimgħa l-Kbira fuq il-bradella, tarhom ġejjin biex jgħinuni, u jien inħallihom, imma mbagħad inħeġġiġhom jiġu għal priedki tal-ezerċizzi li nagħmillhom kull nhar ta’ Ġimgħa fit-3.00pm fir-Randan. B’ġest sempliċi bħal tbissima ħelwa, li tieħu b’idejn xiħadd, jew taptipa fuq l-ispalla, li turi ħarsa ta’ ħniena u ta’ kompassjoni, li tiftakar x’jisimhom u tindirizzhom b’isimhom, jew li tgħati ċans lil xiħadd jiġi u jibki għandek speċjalment ikun xi zagħażugħ għal għomru l-ħabs, tista titnaqqas il-bruda li teżisti f’post bħal dan.

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

91


Dan ukoll huwa mezz ta’ evanġelizzazzjoni. Barra li hemm aħna l-kapuċċini, hemm gruppi lajċi bħal ‘Prison Fellowship’ u ‘Social Workers’ li jorganizzaw laqgħat flimkien magħna, u ‘mid-Dlam għad-Dawl’ li magħhom jorġanizzaw plays għal żmien il-Ġimgħa l-Kbira. Irrid inħares b’ottimiżmu biex flimkien ma’ sħabi l-kapuċċini li jaħdmu l-ħabs norganizzawlhom katekieżmu tajjeb biex insostnuhom spiritwalment. Ma ninsewx li filħabs hemm ħafna tipi ta’ reliġjonijiet speċjalment Musulmani u allura irridu nirrispettaw lilhom ukoll. Mhux l-ewwel darba li kien hemm min talabni jidħol fis-sagristija jieħu xi naqra kafe` ma sħabu l-insara nhar ta’ Erbgħa wara l-quddies, u jien nilqagħhom b’qalbi kollha. Fil-ħabs nara tabilħaqq l-Evanġelju jieħu l-ħajja. Qiegħed nesperjenza l-kliem li kiteb San Franġisk t’Assisi Missierna fit-Testment ; “ Dak li kien morr, sar ħelu”. Dan kollu qiegħed isir bil-mod u bil-paċenzja. Mhux faċli niġġieled kontra l-ġudizzji li ġieli nħoss meta quddiem għajnejja nara lil dak li naf li xellef difru mal-liġi. Madankollu ninsab ċert li bl-ebda mod ma nista’ nqis ruħi aħjar minn dawn in-nies. Ma nistax niġġudikahom għax min jaf x’kienet l-okkazzjoni li wasslithom biex għamlu dak li għamlu? Forsi t-trobbija, n-nuqqas ta’ mħabba , mument fejn ħassew il-vojt f’ħajjithom, il-ħbiberiji li kellhom? Dejjem ngħid li filwaqt li nikkundanna kull għemil ħazin, imma nagħder u naħfer f’isem Ġesu` lil persuna. San Ġużepp hu ta’ eżempju fil-mumenti oskuri tal-ħajja. Il-ħabs jista’ jservi bħala zmien ta’ riflessjoni li jġib bidla fil-ħajja ta’ dak li jkun. Darba wieħed qalli; “Fr Martin, il-ħabs sar post ta rtir għalija u hawn irrid nikkonverti.” Filwaqt li daħħalni fiċ-ċella tiegħu tani ritratt sabieħ tal-Madonna bil-Bambin li bħalu kellu mwaħħal mal-ħajt fuq is-sodda tiegħu. Tismagħhom jirrakkuntawlek bid-dmugħ f’għajnejhom xi jfisser għalihom li issa qed jgħixu din il-ħajja l-ġdida. Hawn ukoll indeffes lil San Ġużepp u ngħidilhom li San Ġuzepp hu ta’ ezempju fil-mumenti oskuri tal-ħajja, għall-fidi soda daqs il-blat samm u għat-twettiq tal-volonta` ta’ Alla mingħajr riserva għall-qadi ġeneruz. Ċertu vokabularju tal-Evanġelju bħal “kuxjenza” “dnub” “ġudizzju” “imħabba” “maħfra” u “ liberta” fil-ħabs jinftiehem mill-ewwel. F’dan il-post is-sens taz-zmien u tal-istennija ma ddumx ma tifimhom. Nistaqsi lili nnifsi: “min jaf xi dwejjaq jaqbadhom filgħaxija?” u forsi int qed tgħid bejnhekk u bejn ruħek “ min qabbadhom?” Għażiż, l-aħjar li tagħmel f’dan ilmument hu li ma tikkummenta xejn! Uħud jaslu saħansitra biex itemmu ħajjithom. Forsi kif ikunu waħedhom ħsibijiethom itiru lejn il-mara tagħhom u wliedhom, jew l-għaziza ommhom jew missierhom jew ħuthom, li hemm jistennhom barra, li ma jaħtu xejn u magħhom ikunu qed ibagħtu u li ma’ dawn aħna l-patrijiet ukoll nagħmlu kuntatt meta jkun hemm bzonn. Forsi ħsibijiethom iterrqu lejn is-solitudni li jħossu meta jiftakru li sfaw abbandunati minn kullħadd, anke minn dawk li kienu jaħsbu li jħobbuhom. F’din ilparroċċa ( il-ħabs) filwaqt li niffoka ħafna fuq il-Kurċifiss u norbot is-sofferenza tagħhom ma’ tiegħu, pero` nipprova nwassalhom għall-Kristu Rebbieħ fuq il-mewt: It-tama tagħna l-Insara. Dan hu l-misteru tal-fidi tagħna- misteru ta’ mħabba, tama u fiduċja. Iċ-ċella tal-ħabsi tista’ tkun għalihom dik l-oasi fejn fiha jaduraw lil Kristu bħal San Ġuzepp.

92

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Is-sodisfazzjon tiegħi hu li meta xi ħabsi joħroġ mill-ħabs għax ikun skonta s-sentenza, jibqa jiġi jqerr jew jisma l-quddiesa tiegħi il-Ħadd tal-11.30am Sant’Antnin GħajnDwieli. Jew tkun għaddej għal affari tiegħek u jwaqqfek xi ħadd u jgħidlek, ‘qed tarafni father?’ Hemm nara l-apprezzament tagħhom lejna l-patrijiet. Jolqotni l-fatt li f’kull quddies ta’ matul il-ġimgħa, wara l-Evanġelju, joqogħdu bilqiegħda biex nagħmel kelmtejn żgħar fuq Kristu. Hawn ukoll nirreferi għal San Ġuzepp li kien l-ewwel adoratur tal-Messija filgrotta ta’ Betlehem u hemm kellu l-ewwel laqgħa ma’ Ġesu`. Anke ċ-ċella tal-ħabsi tista’ tkun għalihom dik l-oasi fejn fiha jaduraw lil Kristu bħal San Ġuzepp. Inġibhom konxji li meta jkunu fiċ-ċella msakkra bil-muftieħ u ma jistgħux joħorġu, jiftakru f’San Ġuzepp fisskiet jitlob lil Ibnu. Iċ-ċella msakkra tista’ ssir dak l-ilma ħaj li jaqta’ kull għatx. Konkluzjoni. Għeziez Kalkarizi dan hu l-messaġġ tiegħi għalikom fil-festa ta’ din is-sena 2018 li anke Kristu jista jkun priġunier tal-egoizmu tagħna, ta’ kemm il-darba nittraduh. Dan mhux ukoll l-iskop li Ġesu` ġie għalih fid-dinja? Ġesu` ma kienx ukoll qrib il-midimbin, anke dawk il-midimbin magħrufa? Taħt il-ħwejjeġ li nilbsu u f’kullma nagħmlu fil-ħajja, hemm umanita` ugwali għal kulħadd. Hija din l-umanita` tal-bniedem li fil-ħabs iġġielni nħossni milqugħ. Wara kollox il-Papa Franġisku kemm il-darba qiegħed jenfasizza li Alla ma jixba qatt jaħfrilna dnubietna, iżda huwa l-bniedem li jixba jsaqsi għall-maħfra lil Alla. Lil San Ġuzepp tajtu post prominenti fil-kappella tal-ħabs, f’niċċa sbejħa tal-kewba, u tgħidx kemm nirrakkuntalhom l-istorja tiegħu. Saru jħobbuħ bħalma nħobbu jien flimkien u mhux inqas minn Marija. Nitolbu ‘l Alla sabiex inkunu t’għajnuna għallprezent ta’ dawn il-persuni. Il-Passat għadda, u j’Alla li fil-futur dawn in-nies ikunu jistgħu jagħmlu għażliet iktar bil-għaqal. Ninsab ċert li dawn il-persuni qed jgħinuni nħobb izjed u nwaqqa ‘l ħitan tal-preġudizzji li jista’ jkolli lejn il-proxxmu ta’ madwari. Umilment nitlobkom sabiex ma tinsewhomx fit-talb, ħalli l-Mulej jagħtihom l-għajnuna biex jgħixu b’serenità dan iż-żmien ta’ purifikazzjoni.

Mon: Closed Wed: 8.30 - 12.30 Tue-Fri: 8.30 - 17.30 Sat: 8.30 - 17.30

Imagination

J a c k i e ’s

Il-Festa t-tajba lil kullħadd u kunu mberkin.

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

93


Il-“Qdusija” li rregalalna l-Papa Franġisku, f’San Ġużepp

Fr.Victor Livori

Il-Papa Franġisku fl-Eżortazzjoni Apostolika “Ifirħu u itennew” li ser tkun verament waħda mill-iktar dokumenti importanti tiegħu tana dawl li jgħinna nersqu lejn ilqdusija. L-interessanti hu li dan id-dokument, il-Papa Franġisku ppubblikah preċiżament fid-19 ta’ Marzu ta’ din is-sena, festa tal-Patrun tagħna San Ġużepp. Dan id-dokument ipoġġi l-beatitudnijiet bħala bażi ta’ kull qdusija….ma nibżgħux ngħixuhom anke jekk dan ifisser li jkollna mmorru kontra l-kurrent ta’ dak li s-soċjeta tipprova timponi. Ifirħu u thennew (Mt. 5, 2), meta tkunu ppersegwitati minħabba f’ismi, meta tkunu kapaċi tgħidu “le” meta ħafna jgħidu “iva” (G.E #65) Alla ħalaqna biex inkunu qaddisa u mhux biex nikkonformaw ruħna għall-ħajja medjokri, b’fidi superfiċjali u b’xhieda ambigwa ta’ dak li nemmnu. Jista’ jkun li forsi konna naħsbu li l-qdusija hija realta riservata għal nies straordinarji u diffiċli biex tintlaħaq. Tawna dejjem l-impressjoni li l-qdusjia tfisser li jkun moħħok biss fi spiritwalita astratta maqtugħa minn kull kuntatt mal-bnedmin, jew inkella stat li jimliek b’superjorita li ġġagħlek tħares lejn l-oħrajn bħala midinbin u ħżiena moħħhom biss fil-ħwejjeġ tad-dinja.

“Kull wieħed u waħda minna għandu missjoni x’jaqdi. M’aħniex f ’din id-dinja b’kumbinazzjoni”

Il-Papa Franġisku jgħidilna li l-qdusija hija sejħa għal kulħadd, għal dak il-missier li jwettaq ħidmitu b’responsabbilta biex jgħajjex il-familja, għal dik l-omm li lesta tagħmel kull sagrifiċċju biex tara li uliedha ma jonqoshom xejn, għal dak iż-żagħżugħ li kapaċi jiddeverti mingħajr ma jitlef is-safa ta’ qalbu…il-qdusija m’hijiex ‘il bogħod mill-ħajja komuni ta’ kuljum; isseħħ meta wieħed ikun kapaċi jwettaq b’imħabba kbira l-affarijiet ordinarji u ċkejknin. Hemm żewġ għedewwa li jfixklu t-triq tal-qdusija: a) Attitudni ta’ meta xi ħadd jemmen li l-unika verita dwar Alla hija biss dik li nemmen fiha jien, fejn tinħoloq attitudni ta’ suppervja li tfixkel il-grazzja t’Alla u ma tħallinix nimmaturaw u nikbru fil-fidi. b) Attitudni ta’ meta nibdew nimmaġinaw li aħna tajbin u nistgħu nirbħu s-salvazzjoni bil-ħila tagħna, għax nagħmlu opri tajba. 94

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Il-Papa Franġisku jurina biċ- ċar li tkun qaddis ma jfissirx li qatt ma’ tagħmel dnub…anzi jfisser li wieħed jinduna li hu midneb u għandu bżonn kontinwament il-ħniena t’Alla. Ifirħu u thennew jispjega ċar meta jikkritika kull forma ta’ riġiditáa legaliżmu, klerikaliżmu, konsevattiviżmu u tradizzjonaliżmu li bħala konsekwenza jgħidilna: “dan it-tip ta’ spiritwalita tisfa f’sodisfazzjoni personali ta’ pjaċir senswali u egoista mneżża’ minn kull imħabba vera” G.E #57 Kull wieħed u waħda minna għandu missjoni x’jaqdi. M’aħniex f’din id-dinja b’kumbinazzjoni, mingħajr ideal jew mingħajr sens. Tajjeb li kull wieħed jistaqsi x’inhi l-missjoni li Alla fdali f’idejja? Qiegħed inwettaq sew dak li jrid Alla minni? Il-missjoni tagħna hi li nħobbu. L-imħabba hi ċ-ċentru ta’ kull qdusija. Jista’ jkun li l-Ispirtu s-Santu jagħtina missjoni u fl-istess ħin jgħidilna aħarbu mill-missjoni li tajtkom? Imma xi drabi ninsew li d-don tal-fidi li rċevejna, irċevejnih biex naqsmuh maloħrajn. “Il-ħajja m’għandiex missjoni…il-ħajja hi missjoni” G. E # 27. Il-Papa iżied jgħid li: “…il-knisja llum m’għandiex bżonn ta’ funzjonarji u burokratiċi, imma missjunarji mimlijin b’żelu ħalli nikkomunikaw il-ħajja vera” G.E. # 138 Il-Papa Franġisku jinsisti li meta jkollna fidi sħiħa, inkunu nistgħu ngħixu l-beatitudnijiet u fihom insibu l-veru ferħ. B’hekk inkunu nistgħu ngħixu b’qalb ħielsa minn kull egoiżmu imneżża’ minn kull imħabba ġenwina.San Ġużepp għallimna kif għandna nħobbu anke meta ma nifhmux dak li jkun għaddej madwarna. L-imħabba fis-silenzju hi l-qawwa tal-qdusija. L-imħabba li ssir maħfra, ħniena u solidarjeta. L-imħabba hi t-triq li tgħinna nibqgħu leali għallprinċipji nsara sal-aħħar.Nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja minn qalbi lill-benefatturi kollha li qed jgħinuni fil-missjoni fil-Peru. Il-festa t-tajba lil kulħadd. VIVA SAN ĠUŻEPP

Sea-Front General Store • Household Goods 46, Archbishop Gonzi Square, Kalkara • Tel: 2780 9435 Electrical Appliances, Mattresses, Kitchenware, Towels, Bedlinen, Underwear, Nightwear & Haberdashery

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

95


Amoris Laetitia – Nħarsu lejn il-ħajja mil-lenti ta’ Ġużeppi

Patri Deo Debono OSA

“Uħud jaħsbu li huma xi ħaġa kbira għax jafu iktar minn ħaddieħor, u jiddedikaw rwieħhom jippretendu minn min hu iżgħar minnhom u li jikkontrollawhom, meta fil-verita dak li jagħmilna kbar hija l-imħabba li tifhem, tħenn, u ssostni lil min hu ċkejken u dgħajjef”. Hekk jgħidilna l-Papa Franġisku fl-Eżortazzjoni Appostolika tiegħu Amoris Laetitia, datata fid-19 ta’ Marzu 2016. Il-Papa jkompli jgħid li “l-fiduċja f’xulxin tgħinna nibnu relazzjoni libera. Dan ifisser li ma rridux nikkontrollaw lill-persuna l-oħra, jew li naraw kull pass li tagħmel qisna bil-biża li ser taħrab minn taħt idejna. L-imħabba tafda, hi tilliberana, ma tippruvaw tikkontrolla, tipposjedi jew tiddomina”. Nistgħu ngħidu allura li l-bniedem li jħobb huwa l-bniedem li jafda f’Alla, fih innifsu u fl-oħrajn. Dan ifisser li min iħobb irid ikun kunfidenti ma’ Alla, mal-oħrajn u miegħu innifsu. Kif kien jgħid Santu Wistin “Ħobb u “ fil-verita dak li għamel li trid”. Santu Wistin ma riedx ifisser li tagħmel jagħmilna kbar hija li trid fis-sens li tħawwad mingħajr ma ħadd jikkoreġik l-imħabba li tifhem, imma li int meta tħobb b’mod veru ser tkun tista timxi tħenn, u ssostni lil ‘l quddiem u tagħmel li trid għax min iħobb ma jkunx min hu ċkejken u moħħu fil-proxxmu, ma jqisx tiegħu ma’ tal-proxxmu, ma dgħajjef ” jarax il-ħażin f’ħaddieħor bħalma ħaddieħor ma jarax ilħażin fih...għax min jgħix b-imħabba jagħmel għażliet tajbin u għaqlin li jgawdi minnhom hu stess kif ukoll dawk ta’ madwaru. Meta nħobbu b’mod veru allura nkunu qed nitwaħħdu ma’ Alla li huwa l-imħabba pura u perfetta. Żgur li meta naqraw dawn iż-żewġ kwotazzjonijiet minn Amoris Laetitia, f’qalbna niftakru f’mumenti fejn qtajna qalbna mill-imħabba, fejn ġejna traduti, fejn ħassejna lil min jagħmlilna apposta biex ikissirna. Żgur niftakru kemm -il darba tlifna imħabba, kemm tlifna fiduċja....abbli anke fina nfusna xi kultant. Imma hawnhekk il-Papa jgħidilna ċar li rridu nħarsu ‘l quddiem. Jurina li min irid jgħix ħajja tajba jrid juża arma waħda; l-imħabba. Ma nħallux min jgħaffiġna, ma nħallux min jikkontrollana, ma nħallux min ineħħilna l-gost tal-ħajja u dan kollu nistgħu nagħmlu bih bl-imħabba . Il-Papa jkompli jgħidilna li “ in-nuqqas ta’ memorja storika hija nuqqas serju fis-soċjeta tagħna. Il-mentalita li tgħid ‘dak kien żmien ieħor u llum llum’ hija mentalita immatura. Li nkunu nafu u li niġġudikaw b’mod kostruttiv il-passat tagħna huwa l-unika mod kif nibnu futur aħjar. Il-memorja hija importanti biex wieħed jikber”. Jekk aħna nħarsu biss salponta ta’ mneħirna qatt ma naslu biex nibnu. Għaliex? Għax aħna meta naraw il-passat tagħna, nindunaw il-passi kbar li għamilna, nirrealizzaw kemm nies ħabbew verament u 96

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


taw dak kollu li setgħu għax ħabbu, nindunaw kemm għandna bżonn ta’ xulxin biex nimxu ‘l quddiem u fuq kollox nitgħallmu mill-iżbalji li saru biex nibnu futur iktar b’saħħtu. Dan huwa kollu responsabbilta ta’ kull wieħed u waħda minna. Fejn jidħol San Ġużepp f’dan kollu? Ġużeppi kien żagħżugħ li qara l-iskrittura, studjaha u gharaf fiha dak li l-poplu tiegħu kien għex. Kieku hu ma għamilx dan ma kienx jagħraf kemm Alla ħabb lill-poplu tiegħu. Dan Ġużeppi żammu f’qalbu bħal teżor tant li filmument tal-prova Ġużeppi għaraf il-leħen tal-imħabba t’Alla u mexa fl-imħabba t’Alla. Ġużeppi kellu l-liġijiet quddiemu u kien jaf li skond il-liġi martu kellha tiġi mħaġġra imma għaraf li l-imħabba hi bil-wisq ikbar minn kollox. Fehem li l-imħabba taf tirbaħ lill-liġi u għalhekk talab lil Alla biex idawwallu qalbu u l-Mulej bagħatlu anġlu fil-ħolm. L-imħabba li kellu lejn Marija wasslitu biex jaqdi din il-missjoni bl-iktar mod qaddis. Hu kien il-qaddej tal-qaddejja tal-Mulej. Fis-skiet, bla ebda pretensjoni, ċekken lilu nniffsu u obda. Ġużeppi huwa il-mudell perfett għal kull min irid jgħix ħajja tajba. Minn qalbi nawguralkom li f’dawn iż-żminijiet li qed ngħixu, nagħrfu nkunu nies li nħobbu tassew, li nħallu l-imħabba tmexxina, li nħallu l-imħabba t’Alla twarrad fi qlubna u timlina b’dak il-ferħ u b’dik il-paċi li Alla biss jista joffrilna. Il-Festa t-tajba għeżież.

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara www.sanguzeppkalkara.org ....biex tkun infurmat Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

97


Il-Knisja ta’ S.S.M.U Salvatur Mario Fenech Wieħed mill-kotba li ta’ spiss nirreferi għalih meta nkun nixtieq insib xi tagħrif partikolari dwar Knejjes f’Malta, huwa dak tal-istoriku Achille Ferres. Fil-ktieb “Descrizione Storica delle Chiese di Malta e Gozo”, Ferres mexa fuq dak li nkiteb f’diversi rapporti li saru fis-snin u minn Viżitaturi Appostoliki differenti. Meta kien qiegħed jagħti deskrizzjoni tal-Belt Vittoriosa fil-kitba tiegħu tas-sena 1866, Ferres kiteb ukoll dwar il-Kunvent tal-Kappuċċini u l-Knisja ta’ Santa Barbara li dak iż-żmien kienu għadhom fil-limiti tal-Parroċċa talBirgu. L-istess awtur kiteb ukoll dwar il-Knisja ta’ S.S.M.O Salvatur u ddeskriviha b’dan il-mod; “Chiesa beneficiale del S.S.M.O Salvatore nella Calcara” Il-knisja hija waħda ferm antika, ġarrbet ħafna ħsara mill-għadu waqt l-Assedju l-Kbir tal-1565. Fejn wara ġiet irrestawratha fuq Ordni tal-Gran Mastru La Vallette. IlKnisja ġiet mibnija mill-ġdid mill-Kavallier Prijur Giovanni Bichi fuq disinn tal-Arkitett Lorenzo Gafa u imbierka millVigarju Ġenerali, il-Kanonku Famucelli, nhar it-2 ta’ Mejju 1651.

“Din hija kitba ta’ dan l-istoriku dwar il-Knisja ta’ S.S.M.U Salvatur fil-Kalkara. ”

Il-Ktieb ta’ Achille Ferres “Descrizione Storica delle Chiese di Malta e Gozo”

98

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Il-Kavallier Bichi li kien jiġi n-neputi ta’ Alessandro VII, kien miet bil-marda tal-Pesta fl-eta ta’ 53 sena, nhar l-24 ta’ Ġunju 1676 u ġie midfun fil-Knisja tas-Salvatur. Mill-isem ta’ dan il-Prijur, ħareġ l-isem ta’ dan is-subborg bl-isem ta’ Bighi. Fil-Knisja nsibu artal wieħed u kwadru żgħir ta’ Santa Filomena, xogħol l-artist Tommaso Madiona. Din hija kitba ta’ dan l-istoriku dwar il-Knisja ta’ S.S.M.U Salvatur fil-Kalkara. Minn dak iż-żmien ‘l hawn għaddew bosta snin, u għalhekk il-knisja kompliet tiżdid flinteress tagħha kemm fl-istorja kif ukoll fl-importanza tagħha. Nawguralkom il-Festa tajba.

Il-Knsija ta’ Salvatur minn ġewwa bil-qabar tal-Kav Bighi

Scruffs Unisex Salon

Also The Best In Glue Extensions 8/9 Filumena Street, Kalkara Tel: 2780 9901

Ruth Coreshi

We also do Kera Straight Treatment An Evolution in Straightening and Repair

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

99


Fidda f’nofs il-bajja – sardin u gandoffli Charles Flores (Din is-silta hija meħuda mill-ktieb li għadu kemm ħareġ l-awtur – “Waqtiet Kalkariżi – għad-dell tal-Kottonera”, BDL, ġabra ta’ tifkiriet u waqtiet minn tfulitu u parti minn żgħożitu fil-Kalkara) Il-bajja tal-Kalkara, maqbuda kif inhi bejn is-swar godlija tal-Birgu u s-subgħa art li fuqha kien hemm l-isptar ta’ Bighi, illum l-Esplora, u binjiet oħra fosthom Villa Portelli u l-imħażen ta’ Bruno, minn dejjem kellha s-seħer tagħha. Il-Port il-Kbir huwa mogħni b’diversi bajjiet sbieħ li kollha għandhom il-karatteristiċi uniċi tagħhom. Xi wħud sfortunatament għandhom id-dehriet tagħhom imxellfa minn binjiet u strutturi industrijali, għalkemm jixhdu wkoll l-għejjun li fihom eluf ta’ ħaddiema Maltin kienu – u xi mijiet għadhom – jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum għallfamilji tagħhom.

“Għan-nies tal-Kalkara l-bajja minn dejjem kienet għażiża u ċ-ċentru ta’ ħafna millattivitajiet”

Għan-nies tal-Kalkara l-bajja minn dejjem kienet għażiża u ċ-ċentru ta’ ħafna mill-attivitajiet li jsiru fir-raħal. Ix-xjuħ tagħna ilhom jirrakkuntaw kif f’jum il-festa ta’ San Ġużepp kienu jsiru anki xi tiġrijiet bid-dgħajjes, waqt li fil-ħin talpurċissjoni l-bajja kienet timtela’ bid-dgħajjes u opri oħra tal-baħar mimlijin nies mill-inħawi kollha tal-Kottonera u Marsamxett biex isegwuha waqt li jmaxtru l-ħobż biż-żejt u jixorbu l-luminata u xi ftit inbid magħmul id-dar. Il-bajja kienet l-aktar magħrufa għall-ħwienet li fihom kienet tinbena d-dgħajsa tradizzjonali Maltija. Tant hu hekk, li kienet il-Kalkara li eventwalment u għal żmien twil ħadet l-isem bħala “l-Mekka tad-dgħajjes”. L-aqwa bennejja kienu sabuha ferm aktar faċli jiftħu l-ħanut tax-xogħol tagħhom hemmhekk peress li fit-Tlitt Ibliet l-attività tat-tarznari kienet tfixkel mhux ftit il-ħidma ta’ dan l-artiġġjanat. Ewlieni fost dawn il-bennejja tad-dgħajjes kien hemm l-imgħallem Kalkariż Ċensu Pule’ li kien ħa fama ġmielha għax-xogħol speċjalizzat li kien jagħmel fuq il-giggijiet tas-Servizzi Ingliżi qabel beda jibni d-dgħajjes għar-Regatta tat-8 ta’ Settembru. Minn idejh artistiċi ħarġu diversi opri tal-Kalkara li mbagħad għenu biex tinkiteb l-isbaħ paġna fl-istorja talKalkara fir-Regatta Nazzjonali. Iżda iżjed lejna, għalina t-tfal u żgħażagħ li konna nqattgħu ħafna mill-ħin ħieles tagħna matul ix-xatt tal-bajja, din kellha faxxinu speċjali. 100

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


Waħda mill-memorji li bqajt niftakar kienet id-dehra ta’ Joe Burrows, kantant (mill-inħawi ta’ ħdejn il-mina tal-Kalkara) li kien kiseb ċertu suċċess fl-ewwel snin tat-televiżjoni Maltija, jogħdos u jitla’ għan-nifs kontinwament f’nofs il-bajja. Wara ftit tal-ħin, kien jgħum lejn ix-xatt u minn borża marbuta mal-qalziet li kien jgħum bih, joħroġ u jitfa’ f’barmil għadd kbir ta’ gandoffli li kien ikun tella’ mill-qiegħ tal-bajja. Imbagħad kien jerħilha lejn ir-raħal iħabbat bieb bieb jagħmilhom lotterija li, ma jistax jonqos, kienet tħallilu wkoll dik ix-xi ħaġa żgħira fil-but. Iżda fuq il-qiegħ ramli fin-nofs tal-bajja tal-Kalkara mhux gandoffli biss kont issib. Minn sħabna l-aktar kuraġġjużi kien hemm min imur jogħdos fl-istess roqgħa baħar, u ftit wara jiġi lura b’għadd ta’ stikek tal-kordajt li kienu jsibu minn madwar xi bombi tal-gwerra mhux sploduti. Imbagħad ħalli għalina mmorru niġru fix-Xewkija nnixxfu l-kordajt u nagħtuh in-nar biex nitpaxxew bid-dawl bajdani qawwi tiegħu. Mhux att għaqli wisq, imma xorta waħda riflessjoni tal-innoċenza ta’ dik il-ġenerazzjoni ta’ tfal u żgħażagħ. Flgħaxijiet, id-dehra tal-bajja tal-Kalkara kienet issaħħrek. Bid-dgħajjes u opri oħra mmażżrati fiha jiżfnu mal-mewġ ħafif tal-baħar u l-imbatt, kien ikun hemm is-skiet taqtgħu b’sikkina. Dan is-skiet ġie li konna niksruh bit-tfigħ tal-ġebel għal min jirnexxilu jagħmel l-isbaħ u l-itwal “ħobża u s-sardina”. Madankollu s-sardin ta’ veru ma kienx jonqos. Matul ċerti xhur tas-sena, meta jkun dalam sewwa, kienet l-għaxqa tagħna nosservaw qtajjet imdaqqsa ta’ sardin li kienu jidħlu – minn barra l-port – ifawru fil-bajja tal-Kalkara. Kemm kienet dehra sabiħa! Bħal roqgħa kbira tal-fidda fuq wiċċ il-baħar li, bħal leħħa saħħarija, filli taraha fuq naħa, filli fuq oħra sakemm tisparixxi. Mad-dehra ta’ dawn il-qtajja mfidda kien jistema’ wkoll il-ħoss tas-sardin, qisu pjanu li jeħtieġ xi ftit tal-intunar, f’dagħdiegħa jitqalleb għad-dawl tal-qamar....sakemm jieqaf kollox. Kienet tkun qisha ħolma li seħħet quddiemna. Biċċa maġija li trid tgħixha biex tabilħaqq tħaddanha għal dejjem.

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

101


102

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


25

15

5

5

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

103


Port Rebbieħ Il-Kanzunetta l-Ġdida F’dik l-għodwa x’ħin bogħod fuq ix-xefaq

Mal-għajta li dwiet sal-irħula,

rajt joqorbu lix-xwieni mġewħin

niżlet demgħa tiżżeffen mas-swar

għal din artek, għal ġidek w uliedek,

sakemm waslet u tgħannqet mal-baħar

inti, Malta, ma bżajt fl-ebda ħin.

li minn ikħal biddilt f’aħmar nar.

Fl-azzar xuxtek ħbejt u lil sidrek

Rit. Fl-ewwel daħla tal-port tagħna...

li tant tema bl-imħabba w il-ġmiel lill-uliedek, għal min jaf kemm sekli,

Mill-qedem taż-żmien ġejt imsejħa

bħalma qamħa tmantnik bla titbiel.

sabiex tħares lil blietna mid-dneww. Ibqa’ b’dawlek, bi swarek u l-kelma,

Fl-ewwel daħla tal-port tagħna

fakkar lilna kemm niesna batew.

nerfgħuk fl-għoli u nagħtuk ġieħ; inti l-għaxqa tal-Kalkara

U llum imħarsin minn Ġużeppi,

qalb is-swar ta’ port rebbieħ. (x2)

Malta tagħna, minn qalbna nwegħduk; fuq quddiem għad issibna bħal dejjem

Ħaffift lejn is-swar b’qalbek f’idek;

f’kull taqbida, f’kull hemm, inħarsuk.

b’dik it-tarka, bix-xabla u bis-sejf, u bil-qilla ta’ mara li darba

Rit. Fl-ewwel daħla tal-port tagħna...

rat ’l uliedha jissawtu bin-nerf.

Kliem: Sebastian saliba Mużika: Mro. Ray Schiberras Kantanta: Dorothy Bezzina, Kor u Sopran


Velton Trading Għad-dilettanti tal-festi Lampi tal-Kulur u Ċari 15 watts holders u bozoz LEDs Mobile: 9949 7336 Membership 2018

Issieħeb membru llum fl-Ewwel Għaqda Mużikali Kalkariża Għal aktar informazzjoni saqsi lil xi membru tal-Kumitat jew messaġġ fuq il-paġna tagħna ta’ Facebook Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

105


Ulied il-Kalkara Bord Editorjali Nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Mejju 2018, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-attakkant prolifiku Kalkariż, plejer ta’ Gżira United, u plejer tat-tim Nazzjonali Malti, Andrew Cohen, ġie vvutat għar-raba’ darba fil-karriera tiegħu bħala l-MFA Plejer tas-Sena. Dan huwa rekord li l-ebda plejer Malti qatt ma għadu laħaq. Fil-fatt Andrew kien diġà rebaħ dan l-aktar unur prestiġjuż fil-futbol Malti fi tlett staġuni oħra kollha ma’ Hiberians F.C 2004/2005, 2005/2006 u 2014/2015. Andrew Cohen li twieled fil-Kalkara fl-1981, reġa’ ġie ppremjat bl-ogħla Unur fil-Football Malti. Dan kien it-tieni unur għalih fi ftit ġranet , għaliex Andrew nhar it-23 t’April, rebaħ ukoll il-Malta Football Player Award. Andrew, minn qalbna nawgurawlek aktar suċċessi fil-ġejjieni. Dan huwa unur meritat ieħor għalik fil-kullana ta’ suċċessi li kellek tul din is-sena kemm mal-klabb tiegħek, preżenti kif ukoll klabb preċedenti u kif ukoll mat-tim nazzjonali. Prosit Andrew, aħna bħalek kuntenti immens li rnexxielek għar-raba’ darba tilħaq il-quċċata tal-karriera tiegħek.

Kull sena, f’Jum ir-Repubblika, il-President ta’ Malta, f’isem il-Gvern u l-poplu Malti, jagħti ġieħ pubbliku lil għadd ta’ Maltin li jiddistingwu ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja, b’ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu jew fix-Xirka Ġieħ ir-Repubblika, jew bl-għoti talMidalja għall-Qlubija u tal-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. F’Jum ir-Repubblika tal-2017, Charles Flores ġie mgħoti din il-midalja u maħtur membru. Charles Flores twieled il-Kalkara fl-1948 u huwa magħruf bħala ġurnalist, xandar u kittieb/ poeta. Huwa kien wieħed mill-ko-fundaturi u l-ewwel uffiċjal għar-relazzjonijiet pubbliċi 106

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


tal-Moviment Qawmien Letterarju, fejn ta l-kontribut tiegħu f’diversi xogħlijiet ġurnalistiċi u letterarji, kemm lokali kif ukoll barranin. Kien ukoll awtur ta’ diversi kotba u kanzunetti kemm bil-Malti kif ukoll blIngliż. Fl-1996 kien ir-rebbieħ tal-Premju tal-Commonwealth (reġjun tal-Ewropa u l-Kanada) għall-kitba ta’stejjer qosra. Gradwat mill-Università ta’ Malta, Flores studja l-ġurnaliżmu stampat fl-istitut talġurnaliżmu ta’ Belgrad filwaqt li, f’Syracuse University ta’ New York, kompla bl-istudji tiegħu fuq l-aħbarijiet għar-radju u għatteleviżjoni. Il-karriera ġurnalistika tiegħu bdiet fl-1967 b’ħidma editorjali fil-ġurnali ta’ kuljum u fl-1977 kien maħtur Information Officer mad-Dipartiment tal-Informazzjoni. Sentejn wara sar Kap tal-Aħbarijiet maxXandir Pubbliku fejn, għal aktar minn sitta u għoxrin sena, mexxa wkoll it-taqsimiet tar-Radju, Reklamar, Affarijiet Korporattivi u l-Arkivji.

Il-President flimkien mal-Kumitat u l-Kummissjonijiet jawguraw lil Andrew Cohen kif ukoll lil Charles Flores ta’ dawn l-unuri miksuba

TROY STATIONERY

DVD Rentals

• Rent any 4 DVDs and get another two for free • Full colour photocopier • • Binding and Laminating • Top Stationery Selection • Gifts • Frames • Toys • Jewellery • Sub Post Office : Pay any bills here (GO, Melita, ARMS, etc...) Now collect all your parcels from Troy Prop. Andrew Cohen Opening Hours: Mon to Sat: 8.30am – 12.00pm & 4.00pm – 8.00pm; Sun: 9.00am – 12.00am; Public Holidays: 8:30-12:00

4A Pjazza Arçisqof Gonzi, Kalkara 21806632, 79798585 hibs17@hotmail.com

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

107


Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara President Ivan Cauchi B’ħeġġa kbira, prinċipalment biex jisseddaq dan il-wirt li aħna ngħożżu u biex jiġi mħares dak kollu li hu tagħna, ġiet imwaqqfa l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara fl-2017, għaqda volontarja, awtonoma u bla ebda skop ta’ profitt. Il-leħen ta’ din l-Assoċjazzjoni hu mmirat biex iqajjem għarfien kemm lokali kif ukoll nazzjonali dwar dak kollu li dan ir-raħal joffri u wkoll jiġbed l-attenzjoni lil min hu kkonċernat dwar bżonnijiet li jkunu jinħtieġu minn żmien għal żmien biex jiġi kkonservat dan il-wirt. Mill-banda l-oħra l-Assoċjazzjoni taħdem biex iġġib fondi minn skemi apposta biex isiru proġetti, kemm ta’ restawr, kif ukoll ta’ tisbieħ fil-madwar. Dawn il-fondi jistgħu ukoll jintużaw biex tingħata għajnuna lill-għaqdiet tal-lokalità u kif ukoll għal attivitajiet li jedukaw aktar lir-residenti. Fil-bidu ta’ħidmet l-Assoċjazzjoni kellna diġà diversi laqgħat ta’ kortesija ma’ persuni distinti fejn saret introduzzjoni u flistess waqt bdejna nitolbu għajnuna dwar dak li hu l-aktar urġenti. Fil-fatt għaddejjin bi pressjoni qawwija dwar l-istat tal-biża’ li tinsab fih il-Fortizza Ricasoli. Nittamaw li ċ-ċaqlieq li tqajjem ma jieqafx jew jaqa’ fuq widnejn torox. Issemmew ukoll diversi siti u binjiet oħrajn li xejn ma jinsabu fi stat feliċi. Sadanittant, beda wkoll xogħol fuq applikazzjonijiet diversi li jirrigwardaw proġetti ta’ tisbieħ u b’għan edukattiv immirati lejn ir-residenti.

“Raħal mimli b’binjiet u postijiet storiċi; Raħal ifawwar b’veduti mill-isbaħ; Raħal li jagħtik merħba kif tidħol fil-Port il-Kbir: Il-Kalkara Ir-raħal għażiż ta’ qalbna.”

Biex tkunu aġġornati aktar dwar ħidmet l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara nitolbukom tidħlu fis-sit elettroniku tagħna www.wirtilkalkara.com jew fuq il-paġna ta’ Facebook billi tagħmlu like. Fost dak kollu li jinkludi is-sit, issibu informazzjoni dwar il-Kumitat tadDirezzjoni, l-arma uffiċjali, diversi videos interessanti dwar il-lokal u wkoll l-applikazzjoni biex tidħol soċju u tissieħeb magħna f’din il-ħidma. Nixtieq nirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor qed jagħti l-għajnuna. Grazzi tmur lill-individwi kemm minn dan il-lokal kif ukoll minn lokalitajiet oħra, Ministri u Membri Parlamentari. Kull qatra tgħodd, għalhekk inħeġġek biex int ukoll, jekk verament tħobb il-Kalkara, tkun parti minn din ir-riġenerazzjoni. Grazzi wkoll lill-Kumitat tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp li tana l-opportunità li nsemmgħu leħinna f’din il-pubblikazzjoni. F’ismi u f’isem l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara nixtieq il-festa t-tajba lil kulħadd. Viva San Ġużepp Patrun tal-Kalkara! 108

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


.

.

.

1, Triq il-Kapuċċini, Kalkara (fix-Xatt, ħdejn il-Knisja Parrokkjali) Tel: 2180 7699  Mob: 7927 3985  Email: jmbonellobutcher@gmail.com

Għal kull tip ta’ laħam frisk u tal-friża, groceries u oħrajn

Free delivery g˙al kullimkien

Ċemplilna, u jekk tixtieq, niġu għalik u nwassluk lura flimkien max-xirja tiegħek

Menus differenti għall-Bar-B-Que li jibdew minn €2.85 kull persuna u li jinkludi laħam u zalzett Ma’ kull €2.35 li tonfoq tingħata punti li tista’ ssarrafhom fi prodotti tal-għażla tiegħek mill-ħanut tagħna stess

Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

109


Xena Sportiva Lokali Chris Cohen u Domnic Camilleri Ħbieb din is-sena kienet sena oħra impenjattiva għalina l -players tad darts. Kienet sena ta’ sfidi kbar. Wara sentejn konsekuttivi ta’ champions ta ‘Malta, tlifna dan it-titlu b’punt wieħed biss, xorta nemmen li kellna team b’saħħtu u kompetittiv. Din is-sena kellna wkoll tlett players Andy Keen, Kirsten Aquilina u Chris Cohen, li kkwalifikaw mal-aqwa għaxra ta’ Malta u Andy Keen għadda mal-ewwel erbgħa u daħal mat - team nazzjonali, fejn ser jirraprezenta lil Malta ġewwa l-Ungerija fl -24ta’ Settembru 2018. Irridu nħarsu ‘l quddiem biex nerġgħu ngibu dak li tlifna, u nerġgħu nkunu champions ta’ Malta. Ma rridux naqtgħu qalbna. Irridu naraw fejn kellna ħażin u nirrangawh, għandna bżonn nakkwistaw players ġodda biex insaħħu t-team u nkunu forza qawwija għall – avversarji tagħna. Nagħmel appell lis- supporters biex ikunu aktar viċin tagħna, għax huma jimlewna bilkuraġġ li hu importanti ħafna għax mingħajr sapport, il-logħba tad- darts tkun monotona. Irrid nirringrazzja lill-isponsors tal-għajnuna li jagħtuna. Dawn huma: Viri’s take away, E.L.A LTD, Remax Malta, RX Turnkey u Malta Car Trader. Irrid nirringrazzja lil ex -Barman Martin, u lil Joanne, lill- Barmen il-ġodda Marlon u Josef li kienu ta’ għajnuna kbira għalina. Fl-aħħar nixtieq nirringrazzja lill-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali San Gużepp li għoġbu jilqagħna f`daru.

110

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987


PJS Pet Food & Accessories Fishing Tackle & Bait Free Deliveries Clayton Borg 57, Triq ix-Xatt, Kalkara  Mob: 9947 6745 Opening: Monday to SAturday 08:00am - 19:00pm

Il-President flimkien mal-Kumitat u l-Kummissjonijiet jifirħu lil dawn teamijiet għal l-istaġun preċedenti. Filwaqt jifirħu partikolarment lil Domnic Camilleri għal opportunita sabiħa li kellu fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Pool Festa Titulari San Ġużepp Kalkara 2018

111


Obitwarju

Il-President u l-Kumitat tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara, jiftakru fil-membri li ngħaqdu mal-Mulej matul din is-sena. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. 112

Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara AD 1987



Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara A.D. 1987 10, Dar Ġużi Cassar, Misraħ Arċisqof Gonzi, Kalkara KKR1513, Malta Għaqda Mużikali San Ġużepp A.D. 1987 10, Dar Ġużi Cassar, Misraħ Arċisqof Gonzi, Kalkara KKR1513, Malta


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.