Page 1

Karmenu Mallia

L-Ewwel Passi fl-Esperanto

2012

1


Š Karmenu Mallia - 2012

Issettjat mill-awtur

Pubblikazzjoni talMalta Esperanto-Societo: esperantomalta@gmail.com Facebook malta esperanto-societo

2012

2


Qabel xejn Qabel ma nibdew. Tajjeb li nispjega li dal-kors mhux se jkun wieħed komplut, fis-sens li m‘iniex se nagħti llingwa kollha, għax biex tagħmel hekk trid ktieb sħiħ mhux kitbiet qosra bħal dawn.Tassew li l-Esperanto hu ħafif biex titgħallmu, dejjem jekk inqabbluh mal-lingwi nazzjonali, imma xorta waħda lingwa, u biex tispjegaha trid l-ispazju u, ħafifa kemm hi ħafifa, hemm moħħ il-bniedem li hu komplikat ukoll. It-Tabib Zamenhof (1859-1917) qabel ma ppubblika llingwa tiegħu qagħad attent biex jara għaliex il-lingwi huma tqal biex titgħallimhom, u nduna li fihom ħafna affarijiet żejda li wieħed jista‘ jgħaddi mingħajrhom. Qagħad attent biex fil-lingwa ğdida tiegħu ma jdaħħalx eċċezzjonijiet li l-lingwi nazzjonali huma msallba bihom u jirrenduhom tqal. Forsi se tistagħğbu b‘li se ngħidilkom. Tafu li Zamenhof qaleb it-Testment il-Qadim kollu għall-Esperanto mill-Ebrajk? Dan seta‘ jagħmlu għax, barra li kien Pollakk, kien ta‘ razza Lhudija u għalhekk kien jaf l-Ebrajk sewwa. Barra dan, qaleb xogħlijiet oħra letterarji minn lingwi oħra u kiteb letteratura oriğinali fosthom poeżiji, u fost il-poeżiji nsibu l-Innu tal-Esperanto. Dan ifisser li l-lingwa li ħalaq kienet tajba biżżejjed biex wieħed jitgħallimha u jinqeda biha għal kollox. Ma rridx inkompli ntawwal għax l-ispazju ma jippermettilix. Imma l-Esperanto jibnilek moħħ internazzjonali, iħabbek mad-dinja u, jekk trid, jista‘ jlaqqgħek ma‘ esperantisti oħra minn kull parti tad-dinja. Kotba bl-Esperanto hemm fuq kollox, dizzjunarji hemm ukoll. L-għaqdiet imferrxa mad-dinja kollha huma magħquda f‘assoċjazzjoni waħda: l-Universala Esperanto-Asocio li qiegħda l-Olanda. Hawn Malta wkoll għandna l-Malta Esperanto-Societo, li jekk tixtieq tista‘ tgħinek. Għalhekk meta jkollok xi diffikultà tista‘ tibgħat imejl: esperantomalta@gmail.com. Tista‘ wkoll tidħol fl-internet u tfittex: lernu.net fejn hemm tagħrif siewi u kors sħiħ tal-Esperanto bl-Ingliż. Dwar l-Esperanto u l-Istorja tiegħu tista‘ taqra wkoll il-ktieb: It-Tabib Zamenhof talistess awtur ta‘ dal-ktieb maħruğ mill-Malta Esperanto-Societo. Fl-aħħar inħeğğek li tidħol membru ta‘ din l-istess għaqda. Agħti titwila lill-facebook malta esperanto-societo. Bonan laboron=(nawguralek) ħidma siewja. Karmenu Mallia

NB-L-istampa ta’ fuq turi lit-Tabib Ludvik Lazarus Zamenhof, l-awtur tal-lingwa Esperanto; dik t’hawn isfel hi l-emblema li qed tintuża dis-sena billi taħbat il-150 minn meta Zamenhof ħareğ l-ewwel ktieb fuq il-lingwa tiegħu. 3


L-Ewwel Lezzjoni Kliem użat f‘dil-lezzjoni: Glaso=tazza; julio=Lulju; kafo=kafè; nokto=lejl; pomo=tuffieħa; porko=ħanżir; sinjoro-sinjur (Mr); stelo=kewkba; suno=xemx; tigro=tigra; viro=rağel.

1. Aqra l-Esperanto qisek qed taqra bil-Malti. Għalhekk ma ssibx konsonanti li ma jitlissnux bħall-h (akka) jew l-għ (għajn) tal-Malti. Int u taqra, itfa‘ l-aċċent tal-kelma fuq ilvokali ta‘ qabel tal-aħħar, dejjem u bla eċċezzjoni. Ngħidu aħna fil-kelma elefanto l-aċċent jaqa‘ fuq l-a; lilio: hawn l-aċċent jaqa‘ fuq l-i ta‘ qabel l-o; kelma oħra: familio: hawn laċċent jaqa‘ fuq l-i ta‘ qabel l-aħħar o. U hekk il-kliem l-ieħor kollu. 2. In-NOMI kollha, jiğifieri l-ismijiet tan-nies, postijiet, affarijiet u ħxejjex, f‘kelma waħda dak kollu li jeżisti, fl-Esperanto jispiċċaw bl-O. Eż: viro=rağel, glaso=tazza, kafo=kafè, pomo=tuffieħa, stelo=kewkba, suno=xemx, tigro=tigra. 3. L-ARTIKLU (bil-Malti il- jew bl-Ingliż the) huwa dejjem LA. Eż: Il-kafè=la kafo, ittuffieħa=la pomo. Għalhekk fejn m‘hemmx artiklu m‘hemmx LA: tuffieħa=pomo, kafè=kafo. 4. Il-PLURAL: Il-plural tagħmlu billi żżid J (għidha bħal j fil-Malti) f‘tarf il-kelma: pomo=tuffieħa, pomoj=tuffieħ. Attenti li l-aċċent ta‘ ‗pomoj‘ jaqa‘ fuq l-ewwel o għax hi lvokali ta‘ qabel tal-aħħar. Minn hawn joħroğ li l-artiklu jibqa‘ la, ukoll quddiem il-plural: tuffieħa=pomo; tuffieħ=pomoj; it-tuffieħa=la pomo; it-tuffieħ=la pomoj.

TAĦRIĞ a)Agħmel sing taħt il-vokali li fuqha jaqa‘ l-aċċent ta‘ dal-kelmiet: sinjoro, porko, julio. b)Ikteb il-plural tagħhom. ċ) Kif tgħid: rağel, ir-rağel, irğiel, l-irğiel. NB—It-tweğibiet tal-istħarriğ tal-lezzjonijiet kollha qegħdin f‘pp. 31-33. Tidħaqx bik innifsek; l-ewwel ara kif tista‘ ssolvi t-taħriğ waħdek, u wara qabbel kemm trid. Jekk tkun tgħallimt il-lezzjoni sewwa, għandek tmur tajjeb fit-taħriğ. Fl-aħħar mill-aħħar tgħallem mill-iżbalji tiegħek stess u fejn ma tkunx tista‘ tifhem staqsi. Tgħallem bl-amment: * Ĝis revido=Saħħa, Ċaw. (NB – Il-Ĝ tippronunzjaha bħall-Ğ tal-Malti. Hekk għandna wkoll : ruĝa=aħmar. Hawn nistgħu nsemmu wkoll iċ-ĉ li tgħidha bħaċ-ċ tal-Malti: ĉokolado=ċokolado).

4


It-Tieni Lezzjoni Kliem użat f‘dil-lezzjoni: Alta=għoli; arbo=siğra; bela=sabiħ; besto=annimal; bona=tajjeb; bruna=kannella; ĉokolado=ċikkulata; domo=dar; elefanto=iljunfant; floro=fjura; ĝis=sa,sakemm; kaj=u; kato=qattus; lingvo=lingwa; nigra=iswed; plena=mimli; ronda=tond; rozo=warda; ruĝa=aħmar; sed=imma; tablo=mejda; varma=sħun.

1. L-AĞĞETTIVI, jiğifieri dak il-kliem li jmur man-nomi u għalhekk juri l-kwalità ta‘ xi ħağa, jispiċċaw dejjem bl-A. Eż: alta=għoli, bona=tajjeb, varma=sħun. Hekk: alta domo=dar għolja; la alta domo=id-dar għolja; la altaj domoj=id-djar għolja. NB: L-ağğettiv jista‘ jitpoğğa qabel jew wara n-nom. Kif jogħğob lilek: alta domo jew domo alta. 2. KAJ (=u), SED (=imma): varma teo kaj plena glaso=tè sħun u tazza mimlija; varma teo sed plena glaso= tè sħun imma tazza mimlija; granda elefanto sed bruna kato=iljunfant kbir imma qattus kannella; grandaj elefantoj kaj brunaj katoj=iljunfanti kbar u qtates kannella. 3. ESTAS: dan hu l-verb ‗tkun‘, bl-Ingliż: am, is, are: Eż: Esperanto estas bela lingvo=Esperanto hi lingwa sabiħa. Elefantoj estas bestoj=Iljunfanti huma annimali. Rozoj estas floroj sed pomoj estas fruktoj=Wardiet huma fjuri imma tuffieħ huwa frott. TAĦRIĞ Aqleb għall-Esperanto: a) Il-mejda tonda u l-bibien ħodor huma sbieħ. b) Is-siğar huma għolja imma d-djar huma sħan. Tgħallem bl-amment * Saluton, doktoro/sinjoro/sinjorino/fraŭlino=Sliem, Dott./sinjur/sinjura/sinjorina. NB– Dal-kliem jista‘ jitqassar hekk: Doktoro=D-ro; sinjoro=s-ro; sinjorino=s-ino u fraŭlino=f-ino.

5


It-Tielet Lezzjoni Kliem użat f‘dil-lezzjoni: Benko=bank; ĉambro=kamra; ĉielo=sema; de=ta‘; en=f‘, fi; jes=iva; kaĝo=gağğa; ne=le, ma...; nomo=isem; sub=taħt; sur=fuq; verda=aħdar.

1. ĈU: dil-kelma tibda mistoqsija (għidha bħal fil-Malti: ċu). Eż.: Ĉu la floro estas ruĝa? =Ilfjura ħamra? Jes, ĝi estas ruĝa = Iva ħamra. Ne, ĝi ne estas verda=Le, mhix ħadra. NBAttenti għall-‗j‘ ta‘ ‗jes‘ . 2. SUR=fuq; SUB=taħt; EN=f‘, fi; DE=ta‘. Eż.: La libro estas sur la tablo=Il-ktieb qiegħed fuq il-mejda. Sub la tablo estas benko= Taħt il-mejda hemm bank. La nomo de la viro estas Johano=Isem ir-rağel hu Johano. La suno estas en la ĉielo=Ix-xemx qiegħda fissema. Birdoj en kaĝo=Għasafar f‘gağğa. 3. IN-NUMRI: nulo=0; unu, du, tri, kvar, kvin, ses, sep, ok, naŭ, dek. Eż.: unu nazo=mnieħer wieħed; du nazoj=żewğt imnieħer. Biżżejjed tistudja dawn in-numri biex tagħmel l-oħrajn u tasal sal-għelf. Kif? 11 hu magħmul minn 10 + 1=dek unu; 12 hu magħmul minn 10+2=dek du.Il-kumplament listess. Issa: 20 hu magħmul min 2x10=dudek; 22=2x10+ 2=dudek du 50=5x10=kvindek. 100=cent (c għidha bħaz-z Maltija f‘zija). 1000=mil. Miljun=miliono. Dil-kelma tgħiduhiex ‗miljono‘ imma mi-li-o-no. Mela:1960=1000(mil)+900(naŭcent)+60(sesdek) =naŭcent sesdek. 2012=dumil dek du. 4. Kif qed tindunaw, meta tgħodd, in-numri bl-Esperanto tqegħidhom ħdejn xulxin mifruda:10+1=dek unu; imma meta timmultiplika, tqegħidhom iħokku ma‘ xulxin: 20=2x10=dudek. 5. PLUS=aktar (aqraha qisek qed taqraha bil-Malti; għalhekk taqrahiex bħal fl-Ingliż ‗plas‘). Eż.:1+1=2: unu plus unu estas du. 6. MINUS=anqas. (Aqra minus qisek qed taqraha bil-Malti, għalhekk mhux ‗majnas‘). Eż: 2-1=1: du minus unu estas unu.

TAĦRIĞ Aqleb fl-Esperanto: a) Il-bieb qiegħed (=estas) fil-kamra; b) Il-lampa qiegħda fuq il-mejda? ċ) 1603. d) 10+10=(estas)20. e) 20-10=(estas)10. Tgħallem bl-amment: * Bonan apetiton= Kul tajjeb. * Dankon=Grazzi. *Ne dankinde=M‘hemmx minn xiex.

6


Ir-Raba‘ Lezzjoni Kliem użat f‘dil-lezzjoni: Fingro=subgħa; frato=ħu; haro=xagħar; hundo=kelb; kapo=ras; koko=serduq; patro=missier; vazo=vażett.

1. Il-PRONOMI: Singular: Jien=mi -- int=vi -- hu=li -- hi=ŝi -- it=ĝi (ŝ għidha bħax-x Maltija u l-ĝ bħallğ). Plural: Aħna=ni -- intom=vi -- huma=ili. 2. Il-pronomi jistgħu jsiru ağğettivi billi żżidilhom a. Eż.: mi ssir mia, vi ssir via, u listess l-oħrajn. L-aħħar waħda: ili ssir ilia (hawn itfa‘ l-aċċent tal-kelma fuq it-tieni i). Eż: Mia vazo=il-vażett tiegħi. Ĝia kapo=rasu (ngħidu aħna ta‘ xi annimal (ĝi=it). Ŝia viro=irrağel tagħha. Ilia besto=l-annimal tagħhom. 3. IN (turi l-mara): fl-Esperanto l-mara (il-femminil) iğğibha mir-rağel (maskil), jiğifieri żżid in mal-maskil. Eż: viro=rağel -- virino=mara; patro=missier -- patrino=omm; koko=serduq -- kokino=tiğieğa. 4. GE: bħalma għadna kemm rajna fil-każ tal-IN li turi femminil (il-mara), l-Esperanto għandu kliem ieħor żgħir li żżidu jew qabel jew wara l-kelma, u jkollok tifsira oħra. Kif rajna l-IN inżiduha wara l-maskil biex tifforma l-femminil. Issa se nuru kelma oħra: GE li titpoğğa qabel il-maskil u turi l-maskil u l-feminil flimkien. Eż: patro=missier - gepatroj=ğenituri (missier u omm). Jekk qed tindunaw żidna l-j fl-aħħar għax il-GE turi żewğ persuni, għalhekk il-kelma trid tkun fil-plural. Eżempji oħra: frato=ħu – gefratoj=aħwa subien u bniet. Sinjoro=sinjur (Mr) – gesinjoroj=sinjur u sinjura(gentleman and lady). Elefanto=iljunfant – geelefantoj=iljunfant u ljunfanta.

TAĦRIĞ Aqleb għall-Esperanto: a) Jiena ħu Pawlu (=Paŭlo). b) Int oħt John (=Johano)? ċ) Ħu u oħt(uża ge) Pawlu huma tajbin. d) Il-ğenituri ta‘ John huma sbieħ. e) Il-kelb tiegħi aħdar? f) Ix-xagħar tiegħu (=tal-kelb) hu kannella. (N.B: l-h ta‘ haro għidha bħall-ħ tal-Malti). Tgħallem bl-amment * Kie estas la necesejo, mi petas?=Fejn hu t-tojlit, jekk jogħğbok? * Mi ne scias=Ma nafx. (scias għidha: szias)

7


Il-Ħames Lezzjoni Kliem użat f‘dil-lezzjoni: Cent=mija; ĉio=kollox; hundo=kelb; ĥoro=kor; ĵaŭdo=ilĦamis; laboro=xogħol; muro=ħajt; preĝi=titlob; skribi=tikteb; ŝuo=żarbun; zero=żero.

1. PRONUNZJA: Ğa rajna kif ngħidu xi konsonanti li ma jixtibhux ma‘ tal-Malti. Biex niğbor kollox, hawn se nagħti l-pronunzja tal-vokali u tal-konsonanti bl-Esperanto. Nibdew bil-vokali: dawn tgħidhom bħal fil-Malti: a-e-i-o-u. 2. Issa niğu għall-konsonanti. Huma l-istess bħal fil-Malti ħlief dawn is-sebgħa li ğejjin u li se nqabbilhom mal-Malti: c=z: cent (għidha:zent)=mija; ĉ=ċ: ĉio (għidha ċio)=kollox; ĝ=ğ: kaĝo (għidha: kağo)=gağğa; h=ħ: hundo (għidha: ħundo)=kelb; ŝ=x: ŝuo (għidha: xuo)=żarbun; ŭ=w: laŭro (għidha: lawro)=rand; z=ż: zero (għidha: żero)=żero. Issa se nuru tnejn oħra li fil-Malti m‘għandniex pronunzja għalihom. Bilfors irridu nqabbluhom ma‘ pronunzja ta‘ lingwi oħra. Dawn huma: ĥ: ħoss bħal dan m‘għandniex fil-Malti, imma tista‘ tqarrbu billi tgħid kħ flimkien; f‘kelma waħda din hi konsonanti gutturali, jiğifieri li toħroğ mill-gerżuma. Ftit huma l-kliem bl-Esperanto li tidħol fihom din l-ittra. Eż: ĥoro (għidha: kħoro)=kor. ĵ=din ukoll, fil-Malti m‘għandniex pronunzja bħalha; inlissnuha bħalma nlissnu ls ta‘ pleasure jew il-j ta‘ ‗jeudi‘: ĵaŭdo=il-Ħamis. 3. Il-VERBI juru għemil. Fl-ewwel lezzjoni rajna l-verb ESTAS. Hawn tajjeb li tkunu tafu li l-Esperanto jistrieħ fuq l-‗għerq‘ tal-kelma, jiğifieri dik il-biċċa kelma li ma titbiddel qatt. Ngħidu aħna l-kelma LABOR hija għerq li tagħti l-idea ta‘ xogħol. Issa ma‘ dan l-għerq nistgħu nżidu xi kelma żgħira jew qabel jew wara biex ikollna tifsira ğdida. Eż: GE+PATROJ; LABOR+O; LABOR+A viro=rağel ħaddiem (hawn labora hija ağğettiv għax qed turi l-kwalità tar-rağel). Nixtieq inżid li d-dizzjunarji bl-Esperanto dejjem jagħtu l-għerq tal-kliem. U mbagħad trid tkun taf x‘għandek iżżid magħhom biex ikollok it-tifsira li trid. Din tistgħu taħsbuha xi ħağa tqila, imma malajr tidrawha permezz tar-regoli u tal-qari. 4. PREŻENT, PASSAT, FUTUR: Issa nerğgħu lura fuq ESTAS: l-għerq ta‘ dal-verb hu EST; miegħu nżidu AS u jkollna l-preżent tal-verb. Eż: Jiena rağel=Mi estas viro; Inti mara=Vi estas virino. Issa jekk inbiddlu dik l-AS u nagħmluha IS ikollna l-passat u jekk inbiddluha f‘OS ikollna lfutur. Mela: AS=preżent; IS=passat; OS=futur. U dawn it-trufijiet imorru mal-verbi kollha flEsperanto. Eż: Vi skribis=Inti ktibt; Ili preĝos=Għad jitolbu; Ĉu la murobelas? Jes, ĝi belas=Il-ħajt sabiħ? Iva, sabiħ. Issa nieħdu verb ieħor: għadna kemm semmejna l-verb LABOR. Mela nqegħduh fil-preżent: Mi laboras - vi laboras - li laboras - ĝi laboras - ni laboras - vi laboras - ili laboras. Issa nqegħduh fil-passat: mi laboris, eċċ.; fil-futur: mi laboros, eċċ. 8


TAĦRIĞ a)Agħti l-pronunzja bil-Malti ta‘ dal-kliem - (Eż. ŝarko=xarko): i.Ĉapo - ii.ĝirafo - iii.ŝtupo - iv.kontraŭ - v.ĉielo - vi.ŝanco - vii.zono - viii.haro - ix.fikcio x.ekzerco - xi.ĥamsino - xii.hieraŭ. b) Ikteb dawn is-sentenzi fil-passat u fil-futur, u aqlibhom bil-Malti : i.Ĉu miaj gepatroj kaj vi preĝas? ii. Ni dormas en la bela ĉambro. iii.La virinoj skribas sur la benko. Tgħallem bl-amment: *Kio estas via nomo?=X‘jismek? *Mia nomo estas Johano=Jisimni Ğanni.

9


Is-Sitt Lezzjoni Kliem użat f‘dil-lezzjoni: Al=lejn; boato=dgħajsa; ĉemizo=qmis; de=minn; dolĉe=bilħlewwa; el=minn ğo; fali=taqa‘; hieraŭ=ilbieraħ; hodiaŭ=illum; manĝi=tiekol, marŝi=timxi; morgaŭ=għada; paroli=titkellem; skribi-tikteb; ŝipo=vapur; tero=art; urbo=belt; verda=aħdar.

1. Hodiaŭ=illum; hieraŭ=ilbieraħ; morgaŭ=għada. NB: lissen l-h bħall-ħ fil-Malti. Laċċent tal-kelma jaqa‘ hekk: f‘hodiaŭ fuq l-i: ho-di-aŭ; fi hieraŭ fuq l-e: hi-e-raŭ, u f‘ morgaŭ fuq l-o: mor-gaŭ. Dejjem fuq l-istess regola li l-aċċent tal-kliem kollu fl-Esperanto jaqa‘ fuq il-vokali ta‘ qabel tal-aħħar, jew kif tissejjaħ, il-penultima. Eż: Ĉu hieraŭ la pomo falis de la arbo al la tero?=Ilbieraħ it-tuffieħa waqgħet mis-siğra għallart? Ĉu boatoj kaj ŝipoj estos en la maro morgaŭ=Għada se jkun hemm dgħajjes u vapuri filbaħar? Ĉu hodiaŭ la ĉemizo estas sur la viro?=llum il-qmis qiegħda fuq ir-rağel? 2. MAL: dil-kelma jsejħulha prefiss jiğifieri poğğuta quddiem kelma oħra, bħalma hi GE. Tfisser il-KUNTRARJU. Eż.: alta=għoli – malalta=baxx/a; varma=sħun/a – malvarma=kiesaħ/kiesħa; bona=tajjeb/tajba; malbona=ħażin/a; bela=sabiħ/a – malbela=ikrah/kerha. 3. L-AVVERBI huma kliem li jmorru mal-verbi u juruna l-kif, il-kemm, eċċ. Dawn fl-Esperanto dejjem jispiċċaw bl-E (fl-Ingliż –ly, eż.: greatly, neatly). Hawn ta‘ min jinnota li l-avverbi nsawruhom mill-ağğettivi. Hekk: minn bela noħorğu bele; minn granda noħorğu grande; alta-alte, varma=varme. Eż: bela-bele: li marŝas bele=Jimxi sabiħ; granda-grande: ŝi parolas grande=titkellem goff (bil-kbir); ili kantas bele kaj dolĉe=ikantaw sabiħ u bil-ħlewwa. 4. L-IMPERATTIV ifisser kmand. Il-verbi fl-imperattiv jispiċċaw dejjem bl-U. Eż: Minn skrib, l-għerq li jfisser ‗tikteb‘, noħorğu skribu=ikteb, iktbu; mill-għerq manĝ li tfisser ‗tiekol‘ noħorğu l-imperattiv manĝu=kul, kulu; am (tħobb)-amu=ħobb, ħobbu. TAĦRIĞ a) Oħroğ avverbi minn dawn l-ağğettivi: bela, granda, blanka, verda. b) Oħroğ verb fl-imperattiv minn dawn is-sentenzi, (eż: mi amas - amu) : (i) Johano skribas; (ii) la soldatoj marŝas el la urbo; (iii) ili parolas al la patro. Tgħallem bl-amment: * Kie vi loğas=Fejn toqgħod? Mi loĝas en Malto =Noqgħod Malta. * Kie estas Malto?=Fejn hi Malta? Malto estas en la Mediteraneo=Malta qiegħda filMediterran. NB: Attent għal fejn titfa‘ l-aċċent fil-kelma Mediteraneo‘: fuq l- ‗e‘ ta‘ qabel l-o.

10


Is-Seba‘ Lezzjoni Kliem użat f‘dil-lezzjoni: Dormi=torqod; fali=taqa‘; horloĝo=arloğğ; kalendaro=kalendarju; ludi=tilgħab; pluvo=xita.

1. LA KALENDARO Jaro=sena -- monato=xahar -- semajno=ğimgħa -- tago=jum. La tagoj de la semajno=Il-jiem tal-gimgħa: Lundo=it-Tnejn; Mardo=it-Tlieta; Merkredo=lErbgħa; Ĵaŭdo=il-Ħamis; Vendredo=il-Ğimgħa; Sabato=is-Sibt; Dimanĉo=il-Ħadd. Nota: attenti għall-pronunzja ta‘ ĵaŭdo; u għall-aċċent ta‘ sabato: fuq l-a bis-sing taħtha. La monatoj de la jaro estas=Ix-xhur tas-sena huma: Januaro – februaro – marto – aprilo – majo – junio – julio – aŭgusto – septembro – oktobro – novembro – decembro. Noti: attenti għall-pronunzja ta‘ (i) junio u julio: hawn l-aċċent jaqa‘ fuq l-i ; (ii) f‘decembro l-ittra c ppronunzjaha bħaz-‗z‘ tal-Malti. 2. LA HORLOĜO – Attenti għal dik l-H: għidha bħall-Ħ fil-Malti. La horo=is-siegħa (the hour). Biex tistaqsi l-ħin għid: Kioma horo estas? Biex twieğeb: Estas la dua=is-sagħtejn, jew: Estas la dua precize=Is-sagħtejn preċiż. Kif tippronunzja l-kelma precize: c=bħall-Malti ‗z‘ u z bħall-Malti ‗ż‘. Mela: preziże. TAĦRIĞ a) Laqqa‘ ż-żewğ ringieli flimkien: La knaboj ludis la kvara La pluvo falos bele Januaro ne estas bone En julio ni dormas varma monato Kioma horo estas? dolĉe Kioma horo estas? b) Aqleb fl-Esperanto: i. F‘Jannar hemm 31 jum; ii. F‘ğimgħa hemm sebat ijiem; iii. F‘sena hemm 12-il xahar. Tgħallem bl-amment * Ĉu vi trinkas kafon?=Int tixrob kafè? Ne/Jes, dankon=Le/iva, grazzi.

11


It-Tmien Lezzjoni Kliem użat f‘dil-lezzjoni: Havi=ikollok; vino=inbid;

1. –N jew l-oğğett tal-verbi (imsejjaħ ukoll ‗Akkużattiv‘) Hemm differenza bejn: a)MI ESTAS VIRO=Jien rağel, u b)MI TRINKAS LA VINON=Qed nixrob l-inbid. F‘(a), Mi huwa s-suğğett tas-sentenza, u viro jispjega l-kelma ‗Mi‘, hekk li nista‘ ngħid li ‗mi=viro‘, jiğifieri m‘hemmx azzjoni għaddejja minni għar-rağel. Imma f‘(b), Mi u vino mhumiex l-istess. U l-verb ‗havas‘ irid oğğett warajh, jiğifieri hemm azzjoni għaddejja minn mi għal vino. Għalhekk vino trid tispiċċa b‘N (li għalhekk qiegħda flakkużattiv). Eżempi oħra: (i) La infanoj skribas leteron=It-tfal jiktbu ittra. (ii) La kato manĝas panon.=Il-qattus qed jiekol il-ħobż. (iii) La viroj trinkas bieron=Ir-rağel qed jixrob il-birra. (iv) La gepatroj amas la gefilojn=Il-ğenituri ( ge=missier u omm) iħobbu t-tfal (ge=subien u bniet). 2. Issa ejjew inpoğğu l-oğğett tas-sentenza (b) li hemm fuq, fil-plural. Mela: Mi trinkas vinon tiği: Mi trinkas vinojn (nixrob inbejjed). Mela għandha l-o għax il-kelma hija nom (isem ta‘ xi ħağa: inbid); il-j għax hi fil-plural (=ħafna) u n għax il-kelma hi l-oğğett tassentenza, l-azzjoni tgħaddi minn mi għal vino. Għalhekk il-kelma vino tispiċċa bl-OJN. Dan isir kull fejn hemm oğğett wara verb, ukoll fil-plural. L-ağğettivi li jmorru man-nomi wkoll iridu l-N meta jkunu l-oğğett tas-sentenza. Eż: La infanoj skribas longan leteron=It-tfal jiktbu ittra twila. Issa ejjew inpoğğu dis-sentenza filplural: La infanoj skribas longajn leterojn=It-tfal jiktbu ittri twal. Hekk għandna: BELABELAJ — BELAN-BELAJN. Eżempji oħra: (i) La bona patro amas la bonan filon=Il-missier tajjeb iħobb lil ibnu tajjeb. Fil-plural: La bonaj patroj amas la bonajn filojn. (ii) La varma kato manĝas varman panon=Il-qattus sħun jiekol ħobż sħun. Fil-plural: La varmaj katoj manĝas varmajn panojn.

TAĦRIĞ Poğği fil-plural l-oğğett tas-sentenzi li hemm fl-ewwel paragrafu hawn fuq, jiğifieri minn (i) sa (iii). Tgħallem bl-amment: * Kiom da jaroj vi havas?=Kemm għandek żmien? * Mi havas dudek jarojn=Għandi għoxrin sena.

12


Id-Disa‘ Lezzjoni Kliem użat f‘dil-lezzjoni: Dento=sinna; dormi=torqod; instrui-tgħallem; kaĝo=gağğa; knabo=tifel; legi=taqra; lerni=titgħallem; muso=ğurdien; piano-pjanu; preĝi=titlob

1. F‘xi lezzjonijiet ta‘ qabel semmejna li fl-Esperanto nsibu kliem żgħir li npoğğuh jew qabel jew wara għerq u jkollna tifsira differenti. Hekk semmejna GE li titpoğğa qabel ilmaskulin biex ikollna l-maskulin u l-femminin flimkien: patro=missier; gepatroj=missier u omm – ğenituri. Rajna wkoll IN li titpoğğa wara l-maskulin biex turi mara: patro=missier -patrino=omm. Hawn se nżidu oħrajn. IST: meta żżid dil-kelma wara għerq, ikollok tifsira ta‘ SPEĊJALISTA, professjoni. Eż: dento=sinna -- dentisto= speċjalista fis-snien= dentist (dent+ist+o); instruisto=għalliem; pianisto=pjanista; laboristo=ħaddiem. EJ: turi post. Ftakru fil-kelma Maltija ‗fejn‘. Eż: preĝ (titlob) -- preĝejo=fejn titlob=knisja. Dorm(torqod) -- dormejo=fejn torqod (kamra tas-sodda, dormitorju). Lernejo=(post fejn titgħallem)=skola. 2. KIO, KIA, KIU, KIE: dawn il-kelmiet tibda sentenza bihom għalkemm għandhom tifsira differenti. Kio=X‘, xinhu, xinhi?(bl-Ingliż ‗what‘): Kio estas rozo?=X‘inhi warda? Rozo estas floro. Għalhekk, kio trid tweğiba b‘nom, jiğifieri kelma li tispiċċa bl-o: KiO.....O: kio....rozo. Kia=xi kwalità? Kia estas la rozo? La rozo estas bela. Mela t-tweğiba ta‘ ‗Kia‘ trid tkun ağğettiv: bela. Mela: KiA...A: kia...granda. Kiu=min? (who?): Kiu legas?=Min qed jaqra? La knabo legas=It-tifel qed jaqra. Kie=fejn? Kie estas la elefanto? Fejn hu l-iljunfant? La elefanto estas en la ĝardeno=Liljunfant qiegħed fil-ğnien.

TAĦRIĞ Laqqa‘ ż-żewğ kolonni: Kia estas la pupo? La pupo estas... Kiu manĝas? ...manĝas. Kie estas la birdo? La birdo estas... Kio estas viro? Viro estas...

muso en la kaĝo homo malbela

Tgħallem bl-amment: * Mi gratulas vin=Nifraħlek. * Esperanto estas bela kaj facila lingvo=L-Esperanto hi lingwa sabiħa u ħafifa. * Studu ĝin bone.=Studjah sewwa.

13


L-Għaxar Lezzjoni Kliem użat f‘dil-lezzjoni: Blua=blu; deziri=tixtieq; klaso=klassi; morti=tmut; seĝo=siğğu; voli=trid;

legi=taqra;

Fil-ħames lezzjoni tajna ħjiel tal-verbi, jiğifieri dak il-kliem li juri azzjoni. Tkellimna millpreżent, passat u futur(-AS, -IS, -OS). Hawn tajjeb li ndaħħlu tliet għamliet oħra tal-verb, jiğifieri, l-infinittiv, l-imperattiv u l-kondizzjonal. 1. Fl-INFINITTIV il-verbi bl-Esperanto jispiċċaw bl-I, jiğifieri tieħu l-għerq u żżid i. Hekk minn preĝ nisiltu preĝi=titlob(to pray). L-infinittiv jiği wara xi verb ieħor: Mi volas preĝi=Irrid nitlob; Mi deziras legi=Nixtieq naqra. 2. Fl-IMPERATTIV=kmand, il-verbi fl-Esperanto jispiċċaw bl-U, jiğifieri żżid U malgħerq: Preĝu=itlob, itolbu; deziru=xtieq, xtiequ; legu=aqra, aqraw. 3. Fil-KONDIZZJONAL meta nesprimu ‗li kieku...‘ (bl-Ingliż:if); hawn nużaw il-kelma SE (jekk): Se mi legus, mi ne preĝus=Jekk naqra ma nitlobx. Se ni manĝus, ni ne mortus!=Jekk nieklu ma mmutux. Se mi estus riĉa!=Li kieku jien sinjur!

TAĦRIĞ: Aqleb fl-Esperanto l-kliem li qiegħed bil-Malti: (Eż: Kio estas instruisto? Hu bniedem = Li estas homo). i) Ĉu li instruos lecionon? Le, mhux ser jgħallem. (ii) Kia estis la floro? Il-fjura kienet blu. (iii) Kie estis la seĝo? Is-siğğu kien fil-klassi. (iv) Kiu estas mi? Jien John (Johano). (v) Kio estas en la ĉielo? Fis-sema hemm grupp ta‘ kwiekeb. (vi) Ĉu miaj gepatroj estas dentistoj? Le, mhumiex. Tgħallem bl-amment *Bonan matenon/bonan vesperon/bonan nokton=Il-jum it-tajjeb/il-lejl it-tajjeb/(hawn ukoll)il-lejl it-tajjeb.

14


Il-Ħdax-il Lezzjoni Kliem użat f‘dil-lezzjoni: Bruna=ismar; ĉevalo=żiemel; fenestro=tieqa; frato=ħu; ĝardeno=ğnien; infano=tarbija; libro=ktieb; persono=persuna; reĝo=re; robo=libsa; sidi=toqgħod bilqiegħda; strato=triq; urbo=belt; vilaĝo=raħal.

1. Kelma importanti oħra hi APUD=ħdejn: Apud la bruna ĉevalo=Ħdejn iż-żiemel ismar. Mia frato sidas apud mi=Ħija qiegħed bilqiegħda ħdejja. 2. Issa ngħaddu għal tliet kelmiet imsejħa SUFFISSI, jiğifieri li jitwaħħlu wara l-għerq ta‘ kelma. Dawn huma: -ET, -EG, -AR. ET turi li xi ħağa hi ĊKEJKNA; EG turi xi ħağa KBIRA: ĝardeno=ğnien—ĝardeneto=ğnien żgħir, ĝardenego=ğnien kbir; infano=tarbija—infaneto=tarbija żgħira, infanego=tarbija kbira; vilaĝo=raħal—vilaĝeto=raħal żgħir, vilaĝego=raħal kbir. 3. AR turi grupp: libro=ktieb—libraro=librerija (grupp ta‘ kotba). Fenestro=tieqa – fenestraro=grupp ta‘ twieqi. Il-grupp irid ikun ta‘ l-istess ħağa. Ma jistax ikollok ngħidu aħna grupp ta‘ kotba, lapsijiet u x‘naf jien flimkien u nuzaw l-AR. TAĦRIĞ a) Għid xi jfisser dal-kliem: rozaro, personaro, frataro, strataro. b) Ċekken u kabbar u agħti t-tifsita bil-Malti ta‘ dawn: robo,viro, reĝo, urbo Tgħallem bl-amment * Pardonu=skużani. Ne gravas=Ma ğara xejn.

TWEĞIB GĦAT-TAĦRIĞ L-ewwel lezzjoni a) Sinjoro, porko, julio; b) sinjoroj, porkoj, julioj; ċ) viro-la viro,viroj, la viroj. It-tieni lezzjoni a) La ronda tablo kaj la verdaj pordoj estas belaj. b) La arboj estas altaj sed la domoj estas varmaj. It-tielet lezzjoni a) La pordo estas en la ĉambro. b) Ĉu la lampo estas sur la tablo? ċ) Mil sescent tri. d) Dek plus dek estas dudek. e) Dudek minus dek estas dek. Ir-raba‘lezzjoni 15


a) Mi estas la frato de Paŭlo.

b) Ĉu vi estas la fratino de Johano? ċ) La gefratoj de Paŭlo estas bonaj. d) La gepatroj de Johano estas belaj. e) Ĉu mia hundo estas verda? f) Ĝia haro estas bruna. Il-ħames lezzjoni a) i. ċapo – ii. ğirafo - iii. xtupo – iv. kontraw – v. ċielo - vi. xanzo – vii. żono – viii. ħaro – ix. fikzio – x. ekżerzo – xi. kħamsino – xii. ħieraw. b) i.Ĉu miaj gepatroj kaj vi preĝas?- Ĉu miaj gepatroj kaj vi preĝis?=Il-ğenituri tiegħi u inti tlabtu?; Ĉu miaj gepatroj kaj vi preĝos?=Il-ğenituri tiegħi u inti se titolbu? ii.Ni dormas en la bela ĉambro-Ni dormis en la bela ĉambro=Irqadna fil-kamra sabiħa; Ni dormos en la bela ĉambro=Se norqdu fil-kamra sabiħa. iii.La virinoj skribas sur la benko.- La virinoj skribis sur la benko=In-nisa kitbu fuq il-bank; La virinoj skribos sur la benko=In-nisa se jiktbu fuq il-bank. Is-sitt lezzjoni a)bele, grande, blanke, verde. b)Skribu, marŝu, parolu. Il-seba‘ lezzjoni a) La knaboj ludis dolĉe. La pluvo falos bele. Januaro ne estas varma monato. En julio ni dormas bone Kioma horo estas? Estas la kvara. b) i. En januaro estas tridek unu tagoj. ii. En unu semajno estas sep tagoj. iii. En unu jaro estas dek du monatoj. It-tmien lezzjoni (i) leterojn; (ii) panojn; (iii) bierojn. Id-disa‘ lezzjoni Kia estas la pupo? La pupo estas malbela . Kiu manĝas? Muso manĝas. Kie estas la birdo? La birdo estas en la kaĝo. Kio estas viro? Viro estas homo. L-għaxar lezzjoni (i) Ne, li ne instruos. (ii) La floro estis blua. (iii) La seĝo estis en la klaso. (iv) Mi estas Johano. (vi) En la ĉielo estas stelaro. (vii) Ne. Il-ħdax-il lezzjoni a) rozaro=ğabra ta‘ ward; personaro=grupp ta‘ nies; frataro=grupp ta‘ aħwa; strataro=għadd ta‘ triqat; urbaro=grupp ta‘ bliet. b) robo: robeto, robego; viro: vireto, virego; reĝo: reĝeto, reĝego. 16


TAL-AĦĦAR Nixtieq niğbed l-attenzjoni li jien hawn dewwaqtkom biss ftit mill-Esperanto, għalkemm ğa tafu ħafna. Biex tkomplu, hemm ħafna kotba li tistgħu tistudjaw. Hemm ngħidu aħna bilMalti ‗Il-Kors ta’ Zagreb‘ u bl-Ingliż ‗Teach Yourself Esperanto‘, u ħafna oħrajn. Aħna lesti biex ngħinu. Jekk ikollok xi mistoqsija, ibgħathielna fuq l-e-mail: esperantomalta@gmail.com Dankon kaj ĝis revido=Grazzi u ... niltaqgħu.

17


KLIEM UŻAT (i) Esperanto-Malti A Al=lejn alta=għoli arbo=siğra B Bela=sabiħ benko=bank bona=tajjeb besto=annimal blua=blu boato=dgħajsa bruna=kannella Ĉ Ĉambro=kamra ĉemizo=qmis ĉevalo=żiemel ĉielo=sema ĉio=kollox ĉokolado=ċikkulata D De=ta‘ dento=sinna deziri=tixtieq dolĉe=bil-ħlewwa domo=dar dormi=torqod E Elefanto=iljunfant en=f‘, fi F Fali=taqa‘ fingro=subgħa frato=ħu floro=fjura Ĝ Ĝardeno=ğnien ĝis=sa,sakemm F Fali=taqa‘ fenestro=tieqa frato=ħu G Glaso=tazza

18


Ĥ Ĥoro=kor H Haro=xagħar havi=ikollok hieraŭ=ilbieraħ hodiaŭ=illum horloĝo=arloğğ hundo=kelb I Infano=tarbija instrui=tgħallem Ĵ Ĵaŭdo=il-Ħamis J Jes=iva julio=Lulju K Kafo=kafè kaĝo=gağğa kaj=u kalendaro=kalendarju kapo=ras kato-qattus klaso=klassi knabo=tifel koko=serduq L Laboro=xogħol legi=taqra lerni=titgħallem libro=ktieb lingvo=lingwa ludi=tilgħab M Manĝi=tiekol marŝi=timxi morgaŭ=għada muso=ğurdien N Ne=le, ma... nigra=iswed nokto=lejl nomo=isem P Paroli=titkellem patro=missier persono=persuna piano-pjanu preĝi=titlob plena=mimli 19


pluvo=xita pomo=tuffieħa porko=ħanżir R Reĝo=re ronda=tond robo=libsa rozo=warda ruĝa=aħmar Ŝ Ŝipo=vapur ŝuo=żarbun S Sed=imma seĝo=siğğu sidi=toqgħod bilqiegħda sinjoro-Sinjur (Mr) skribi=tikteb stelo=kewkba strato=triq sub=taħt suno=xemx sur=fuq T Tablo=mejda tero=art tigro=tigra U Urbo=belt V Varma=sħun vazo=vażett verda=aħdar vilaĝo=raħal vino=inbid viro=rağel voli=trid.

20


(ii) Malti-Esperanto A Aħdar=verda aħmar=ruĝa annimal=besto arloğğ=horloĝo art=tero B Bank=benko belt=urbo blu=blua Ċ Ċikkulata=ĉokolado D Dgħajsa=boato dar=domo F Fi,f‘=en fjura=floro fuq=sur G Gağğa=kaĝo Ğ Ğudrien=muso ğmiem=ĝardeno Ħ Ħamis (il-)=ĵaŭdo Ħlewwa (bil-)=dolĉe ħu=frato

I Ikollok=havi iljunfant=elefanto illum=hodiaŭ imma=sed inbid=vino isem=nomo iswed=nigra iva=jes Għ Għada=morgaŭ għoli=alta K Kafè=kafo kalendarju=kalendaro 21


kamra=ĉambro kannella-bruna kelb=hundo

kewkba=stelo klassi=klaso kollox=ĉio kor=ĥoro ktieb=libro L Le=ne lejl-nokto lejn=al libsa=robo lingwa=lingvo lulju=julio M Ma...=ne mejda=tablo mimli=plena missier=patro P Persuna=persono pjanu=piano Q Qattus=kato qmis=ĉemizo R Rağel=viro raħal=vilaĝo ras=kapo re=reĝo S Sa, sakemm=ĝis sabiħ=bela sema=ĉielo serduq=koko sħun=varma siğğu=seĝo siğra=arbo Sinjur (Mr)=sinjoro sinna=dento subgħa=fingro T Taħt=sub taqa‘=fali taqra=legi tarbija=infano tiekol=manĝi tieqa=fenestro tifel=knabo 22


tigra=tigro tikteb=skribi tilgħab=ludi timxi=marŝi titgħallem=lerni titkellem=paroli titlob=preĝi tond=ronda toqgħod bilqiegħda=sidi trid=voli triq=strato tuffieħa=pomo U U=kaj V Vapur=sipo vażett=vazo W Warda=rozo X Xagħar=haro xemx=suno xita=pluvo xogħol=laboro Ż Żarbun=Ŝuo żiemel=ĉevalo

23


Il-Moviment Esperantista (Aqra l-ktieb: ‘Zamenhof’ maħruğ mill-Malta Esperanto-Societo, biex ikollok aktar tagħrif fuq l-istorja tal-Esperanto) 1. Meta twieled Zamenhof u fejn? -Twieled fil-15 ta‘ Diċembru 1859 fi Bjalistok, il-Polonja. 2. X‘kien jismu Zamenhof? -Lazarus Ludvik. 3. Xi tfisser il-kelma ‗Esperanto‘? -Tfisser: ―Wieħed li jittama‖. 4. X‘kien jisimha mart Zamenhof? -Klara Silbernik. 5. Minn fejn ğab il-flus Zamenhof biex ippubblika l -ewwel ktieb tiegħu tal-Esperanto? -Mid-dota ta‘ martu li aċċettat li tgħinu. 6. Kif niżżel ismu Zamenhof fuq dan l-ewwel ktieb tal- Esperanto? -Doktoro Esperanto. 7. Wara li laħaq tabib, Zamenhof ma ħassx li kellu jkompli lprofessjoni tiegħu ta‘ tabib ğenerali. U speċjalizza. Fiex? -Bħala okulista, jiğifieri speċjalista tal-għajnejn. 8. Kemm kellu tfal? X‘kien jisimhom? X‘laħqu wara li spiċċaw l-istudji tagħhom fl-università? -Kellu tlieta: Adam (okulista), Sofia (tabiba) u Lidja(avukatessa, imma qatt ma ħadmet t‘hekk, għax għaddiet ħajjitha tgħallem il-lingwa ta‘ missierha f‘pajjiżi diversi). 9. Meta miet Zamenhof? -Fl-14 t‘ April 1917. 10. Meta deher l-ewwel ktieb tal-Esperanto? U kemm kellu żmien Zamenhof meta ħarğu? -Il-ktieb deher f‘Lulju 1887. Għalhekk din hi d-data tattwelid ta‘ l-Esperanto. Hawn Zamenhof kellu 28 sena. 11. Semmi mill-inqas tliet kotba li Zamenhof qaleb minn lingwi oħra għall-Esperanto. -It-Testment il-Qadin kollu mill-Ebrajk, il-Ħrejjef ta‘ Anderson u Hamlet ta‘ Shakespeare. 12. Semmi xi poeżiji li kiteb Zamenhof. -La Espero, li hu l-innu ta‘ l-Esperanto; Mia Penso; Ho Mia Kor‘ u La Vojo. 13. Semmi tlieta minn nies kbar li ttantaw jiktbu lingwa internazzjonali li ma rnexxietx. -Descartes, Leibnitz u Komenski (jew Comenius). 14. L-istudjużi tal-lingwi (lingwisti), qabel Zamenhof, kienu ilhom itambru fuq kif kellha tkun lingwa internazzjonali. Kollha qablu fuq tliet punti li għandhom ikunu l-karatteristiċi ğenerali ta‘ lingwa bħal din. X‘kienu dawn it-tliet punti? - a) Li tkun newtrali, jiğifieri mhi ta‘ ħadd u hi ta‘ kulħadd; b) li tkun ğdida għal kollox; ċ) li tkun ibbażata fuq il-lingwi kulturali moderni. 15. Għal-lingwa tiegħu Zamenhof ħa l-kliem minn lingwi diversi. Liema huma dawn il-lingwi u x‘persentağğ jagħmlu fil-lingwa tiegħu? -a) Mill-Grieg u mil-Latin: 75%; b) mill-Ğermaniż u mill-Ingliż: 20%; ċ) mir-Russu: 5%. 16. X‘jisimha dik l-assoċjazzjoni ċentrali li tmexxi l-Esperanto, u fejn tinsab? -Hi l-Universala Esperanto-Asocio li għandha s-sede tagħha l-Olanda. 17. Meta sar l-ewwel kungress tal-Esperanto, u fejn sar? -Sar fl-1905 f‘Boulogne-sur-mer, Franza. 18. Il-15 ta‘ Diċembru hi data importanti għall-esperantisti tad-dinja kollha. Għaliex? -Għax hi jum it-twelid ta‘ Zamenhof. Hi wkoll ‗Jum il-Ktieb‘. L-esperantisti jiffesteğğjaw jum it-twelid aktar milli jum il-mewt ta‘ Zamenhof. 19. Fil-Kumitat tal-Lingwa (illum ―l-Akkademja tal-Esperanto‖ ) li kien waqqaf Zamenhof fl-1905, kien hemm esperantista Malti. Min kien?

24


-Kien it-Tabib Gustav Busuttil, MD. 20. Liema hu dak il-ktieb fejn Zamenhof ħalla l-prinċipji tal-bini u l-formazzjoni tal-Esperanto li ma jistgħux jintmissu? -La Fundamento de Esperanto. 21. ―Biex lingwa tkun internazzjonali mhux biżżejjed li ssejħilha hekk.‖ Min kiteb dal-kliem u fejn insibuh miktub? -Kitbu Zamenhof innifsu, u nsibuh miktub fil-qoxra ta‘ barra tal-ewwel ktieb li kien ħareğ. 22. Semmi l-aktar rivista importanti, fost oħrajn, li toħroğ bl-Esperanto. -Ir-rivista ‗Esperanto‘, li toħroğ kull xahar mill-Universala Esperanto-Asocio. 23. Semmi tliet stazzjonijiet tar-Radjo, fost oħrajn, li jittrasmettu bl-Esperanto. -Radjo Polonja, Radjo Vatikan u r-Radjo Ċiniż. 24. Awtur kien irrefera għall-Esperanto b‘dal-kliem: ―Dar-rigal hu hekk kbir u se jkollu riżultati hekk qawwija għad-dinja, li ħadd m‘għandu jagħtih bis-sieq u jkasbru.‖ Min hu u minn fejn hu? -Hu l-kittieb Russu Leo Tolstoj. 25. Min ippersegwita ħafna ‗l-Esperantisti hekk li jew qatilhom jew tefagħhom il-ħabs? -Hitler u Stalin. 26. Min kienu t-tliet protagonisti li mexxew ‗l-Esperanto f‘Malta fil-bidu tas-seklu l-ieħor (is-seklu 20)? -Kienu: it-Tabib Gustav Busuttil, l-Ispiżjar Arkanğlu Agius u l-Prokuratur Legali Agostino Levanzin. ItTabib Gustav Busuttil hu meqjus bħala l-pijunier tal-movimernt esperantista f‘Malta. 27. X‘jisimha l-ewwel u l-unika poeżija bl-Esperanto li kiteb Dun Karm, u meta kitibha? -Jisimha: ‗Penso Primtempa‘ (Ħsieb għar-Rebbiegħa) u kitibha fl-1901. 28. Meta twaqqfet is-Soċjetà moderna tal-Esperanto f‘Malta, u fejn? -Twaqqfet fis-26 ta‘ Diċembru 1961, fil-Cafè Premier, il-Belt Valletta, għalhekk fis-sena 2011 għalqet 50 sena. 29. X‘jismu l-magażin li toħroğ is-Soċjetà tal-Esperanto f‘Malta llum? -Mezmara Stelo. 30. Fejn insibu Triq Zamenhof u Triq l-Esperanto? -Insibuhom l-Imsida. 31. Min ħadem il-monument lil Zamenhof li hemm fil-Yacht Marina, Tal-Pietà? -L-iskultur Alfred Camilleri Cauchi.

Patro Nia (Il-Missierna) Patro nia, kiu estas en la ĉielo, sanktigata estu via nomo, venu via regno, fariĝu via volo, kiel en la ĉielo, tiel ankaŭ sur la tero. Nian panon ĉiutagan donu al ni hodiaŭ, kaj pardonu al ni niajn ŝuldojn, kiel ankaŭ ni pardonas al niaj ŝuldantoj, kaj ne konduku nin en tenton, sed liberigu nin de la malbono. Amen. **************

Saluton, Maria (Is-Sliema) Saluton, Maria, gracoplena. La Sinjoro estas kun vi. Benata vi estas inter la virinoj, kaj benata estas la frukto de via sino, Jesuo. Sankta Maria, Dipatrino, preĝu por ni, pekuloj, nun kaj en la horo de nia morto. 25


Amen.

WERREJ Qabel xejn 3 L-ewwel lezz.: Kif taqra l-Esperanto; in-nomi; l-artiklu; il-plural. It-tieni lezz: l-ağğettivi; kaj, sed; estas. 5 It-tielet lezz: ĉu; sur, sub; in-numri; plus, minus. 6 Ir-raba‘ lezz: il-pronomi; il-pronomi bħala ağğettivi; -in; ge-. 7 Il-ħames lezz: pronunzja; vokali u konsonanti; il-verbi: preżent, passat, futur. Is-sitt lezz: hodiaŭ, hieraŭ, morgaŭ; mal-; l-avverb; l-imperattiv. 10 Is-seba‘ lezz: la kalendaro; la horloĝo. 11 It-tmien lezz: L-N ma‘ nomi fis-singular u fil-plural; l-ağğettivi bl-N. Id-disa‘ lezz: -ist, -ej, kio, kia, kiu, kie. 13 L-għaxar lezz: il-verbi fl-infinttiv, fl-imperattiv u fil-kondizzjonal. 14 Il-ħdax-il lezz: apud, et, eg, ar 15 Tweğib għat-taħriğ 15 Tal-aħħar 17 Kliem użat: a) Esperanto-Malti 18 b) Malti-Esperanto 21 Il-Moviment 24 Patro Nia / Saluton, Maria 25

26

4

8

12


27


28

L-Ewwel Passi fl-Esperanto  
Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you