Page 1

E Spark 61

Novembru 2013

E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com


E Spark 61

Novembru 2013

Dan l-aħħar smajna ħafna dwar il-passaport, dak id-dokument meħtieġ biex tivvjaġġa minn pajjiż għal ieħor imma li wkoll jissimbolizza li int ċittadin ta' pajjiż. Huwa dritt ta' kull ċittadin li jinħariġlu passaport biex bih ikun jista' jmur fejn irid. Imma dak listess passaport jixhed li inti ċittadin ta' pajjiż partikolari.

Kull nisrani (imma speċjalment min qed ifittex aktar fil-fond is-sejħa tiegħu) għandu wkoll passaport ieħor, inviżibbli. Fuq dan il-passaport irid ikun hemm dan il-kliem miktub ċar: “Dan Qaddej ta’ Ġesù Kristu”.


Novembru 2013

E Spark 61

Xi jfisser tkun qaddej ta' Ġesù? Bdejna x-xahar ta' Novembru b'jumejn importanti: is-Solennità tal-Qaddisin kollha u l-Għid tal-Imwiet. It-tifkira tal-mejtin kollha iġġegħlna nistaqsu “min jaf kemm bnedmin għexu u mietu kuntenti, għax ħallew lil Alla jimlielhom ħajjithom!?” Il-festa talQaddisin kollha tfakkarna li hemm ħafna nies li qabdu din it-triq. U li mhux se nkunu waħedna jekk nimxu fiha aħna wkoll!


E Spark 61

San Pawl dejjem jibda l-Ittri tiegħu billi jfakkar lilu nnifsu (u lil min jaqra) li hu “qaddej ta’ Ġesù Kristu, msejjaħ biex ikun appostlu”. Bħala nsara, aħna irċevejna identità ċara ħafna: li nkunu nixbħu lil Ġesù, li ma ġiex biex ikun moqdi imma biex jaqdi, u biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra (Matt 20, 27-29). Li taqdi mhix sempliċiment biċċa xogħol jew dmir, imma xi ħaġa li tagħtik identità.

Novembru 2013

Ġesù qalilna li rridu nidentifikaw lilna nfusna – quddiem Alla u quddiem bnedmin oħra – bħala qaddejja tiegħu, u bħala ħbieb ukoll: “Ma nsejħilkomx aktar qaddejja ... sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kull ma smajt mingħand Missieri jiena għarraftulkom” (Ġw 15, 14-16). Għalhekk in-nisrani għandu ċittadinanza doppja. Waqt li qed ngħixu ħajjitna fi żmien u f'post partikolari, għandna wkoll passaport ieħor u ċittadinanza moħbija li għad tidher meta jasal il-waqt. U dak il-waqt huwa issa!


Novembru 2013

E Spark 61

Ix-xahar li għadda irriflettejna dwar kif nistgħu nkunu “l-aqwa”. Imma mhux fis-sens li nitkabbru fuq ħaddieħor imma billi nsiru dak kollu li hu possibli għalina, u nilħqu l-potenzjal kollu tagħna. Għan-nisrani dan ma jfissirx biss li tirnexxi fil-ħajja u tagħmel ħafna flus, imma li twettaq ir-rieda ta' Alla.

U r-rieda ta' Alla għalina llum x'inhi? Hemm kwalitajiet li s-soċjetà ma tgħaddix mingħajrhom... l-onestà, il-ġustizzja, is-sinċerità, l-imġieba tajba u l-qlubija... Dawn ilkwalitajiet huma “bla prezz” (imprezzabbli) għax ma tistax tixtrihom bil-flus. Is-soċjetà tagħna teħtieġhom għax huma essenzjali, imma ma tistax takkwistahom jekk ħadd ma jkun irid jgħixhom! U ħadd ma jkun irid jgħixhom għax mhux se jagħmluk sinjur! Imma jekk nipprattikawhom inkunu qed insiru bnedmin aħjar. U jekk pajjiż sħiħ jipprattikahom, issoċjetà kollha ssir aħjar.


E Spark 61

Novembru 2013

Fr James Keller huwa l-fundatur tal-Moviment “The Christophers” fl-Amerika. Dan is-saċerdot beda din lgħaqda fl-1945 għax kien konvint li kull individwu għandu missjoni unika fil-ħajja, ħidma li Alla ma jagħtiha lil ħadd ieħor ħliefek.

Fil-ktieb li jġib l-isem: “You can change the world”, Fr Keller jagħti dawn il-pariri ċkejknin lil min jixtieq ikun appostlu u jibdel il-dinja għall-aħjar...


Żviluppa l-kapaċitajiet tiegħek billi tużahom

Għix u ħalli lil min jgħix... tkissirx lil ħaddieħor bil-kritika tiegħek jew billi tgħir

Insisti... taqtax qalbek

Ħu gost waqt li taħdem

Ħoss li int “importanti” mingħajr ma titkabbar

Tgħallem is-sengha ta' kif tipperswadi lilloħrajn bil-ħlewwa


Ħobb lill-bnedmin kollha u sib it-tajjeb fihom

Kun ġentili anki ma' min hu kontrik

Għallem b'kull mod li tista'……. l-aktar bl-eżempju!

Dejjem ibda b'li għandek (u b'dak li hu possibbli għalik)

Ingħata għall-oħrajn kollok kemm int, b'ruħek u b'ġismek

Aħseb u għix ta' missjunarju


Kun ta' inizjattiva u kreattiv

Parir agħtih... iżda timponihx

E Spark 61

Novembru 2013

Apprezza r-rwol tiegħek bħala membru talKnisja... anke jekk għadek żgħir fl-età

Qis li jkollok viżjoni wiesgħa u fit-tul

Ġib l-għaqda fost sħabek u nies li taf

Kabbar l-imħabba tiegħek lejn loħrajn bit-talb


E Spark 61

Novembru 2013

San Kristofru huwa l-patrun ta' dawk li qegħdin fil-vjaġġ. Spiss naraw xbihat tiegħu muri bħala raġel qed iġorr fuq spallejh littfajjel Ġesù. U llum Ġesù għandu bżonn spallejna, u moħħna, idejna u riġlejna... biex jasal għand kulħadd, għax kulħadd għandu bżonnu!

Ejjew mela niftakru li aħna ċittadini tassema wkoll, u ngħożżu l-passaport moħbi tagħna li jagħtina identità unika. U ma ninsewx inkunu ħbieb u qaddejja biex aħna stess – u oħrajn magħna – naslu għand Ġesù.

San Kristofru patrun ta' dawk li jivvjaġġaw


E Spark 61

Novembru 2013

Dak li ghandek tagħmel, agħmlu malajr... min jaħdem għal Ġesù m'għandux żmien x'jitlef!

Contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems email: dunkilin@catholic.org

e-spark 61  

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who...

Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you