Page 1

E Spark 57

Mejju 2013

Casal del Marmo, il-Ħabs li sar Ċenaklu L-Appostli li ħadd ma jridhom Isservi = naghmlu t-tajjab lil xulxin Ħajti mhix marbuta mill-ebda żball li għamilt Esperjenza ta’ ħabsi-appostlu Aħjar barra jew ġewwa ? Iżra l-imħabba u ssibb lIMĦABBA


E Spark 57

Mejju 2013

Ħolqot sensazzjoni madwar id-dinja d-deċiżjoni tal-Papa Franġisku li jmur jiċċelebra l-funzjoni talħasil tar-riġlejn ġo faċilità korrettiva f'Ruma. Fl-okkażjoni ta' Ħamis ix-Xirka, il-Papa żar il-ħabs ta' Casal del Marmo, fejn madwar 50 żagħżugħ u żagħżugħa ta' bejn 16 u 21 sena qed jiskontaw sentenza, ħafna minnhom fuq każi ta' serq u abbuż minn sustanzi tossiċi. Fil-ħabs tinħass tensjoni kultant, għax hemm ħafna ribelljoni u spirtu ta' vjolenza fost dawn iż-żgħażagħ. Imma teżisti wkoll xewqa kbira li jiskontaw il-ħsara li għamlu. Il-kappillan tal-ħabs, Fr Gaetano Greco, għażel li jiddedika ħajtu jaħdem f'istituzzjonijiet korrettivi. Jemmen ħafna li dawn iż-żgħażagħ għandu jkollhom ċans jerġgħu jedukaw lilhom infushom, bl-għajnuna ta' nies li jemmnu ħafna fihom. "Fejn anke l-familji tagħhom ikunu mxebbgħin bl-attitudni tagħhom li jfittxu l-inkwiet, hawnhekk jiltaqgħu ma' nies li juruhom li għandhom futur quddiemhom, jekk iridu jeħduh. Ħafna drabi, jkollhom bżonn sempliċi imbuttatura biex jibdew mill-ġdid."

Casal del Marmo, il-Ħabs li sar Ċenaklu


E Spark 57

Mejju 2013

L-Appostli li ħadd ma jridhom

Għal 10 ġuvintur u 2 tfajliet – waħda minnhom Musulmana mis-Serbja – kienet esperjenza ma jinsewha qatt li jkunu magħżula "appostli" waqt il-funzjoni tradizzjonali. Xi wħud minnhom offrew huma stess, waqt li oħrajn irċevew stedina għax kienu wisq mistħijin b'din l-attenzjoni kollha. Però dan il-ġest kien tant importanti għalihom għax indunaw li fid-dinja hemm min tassew jimpurtah minnhom.


E Spark 57

Mejju 2013

Fil-messaġġ tiegħu, l-Papa qalilhom li ħafna drabi – speċjalment fiż-żgħożija – ma nifhmux li oħrajn ikunu qed iħobbuna. Bħal Pietru li ma fehemx x'kien qed jagħmel Ġesù. Imma Ġesù jinsisti miegħu. "Dan huwa simbolu – li qed naħslilkom saqajkom – li jfisser li qed inservikom. U hekk irridu nagħmlu lil xulxin. Meta sservi lil xi ħadd... dan is-sinjal huwa tmellisa minn Ġesù, li Ġesù jagħmel, għaliex Ġesù ġie propju għalhekk: biex jaqdi, biex jgħinna. Kultant, meta nħoss rabja lejn xi ħadd, ma jkollix aptit inservi! Imma rrid nitlaq dik ir-rabja u, jekk jitolbuni pjaċir, nagħmlu bil-qalb. Għinu lil xulxin ħbieb tiegħi. Dak hu li qed jitlobna Ġesù. U dak li qed nagħmel jien. Qed inservikom mill-qalb, għax huwa dmir tiegħi, bħala saċerdot u bħala isqof, li nkun għas-servizz tagħkom. Imma huwa dmir li ġej mill-qalb, u dmir li jiena nħobb nagħmel. Inħobb inservi għax Ġesù hekk għallimni nagħmel. Imma intom ukoll tridu tgħinuna, u tgħinu lil xulxin, dejjem. Ngħinu lil xulxin ifisser nagħmlu t-tajjeb lil xulxin. Mela ħa nistaqsu lilna nfusna: Jiena vera lest ngħin persuni oħra? Tħallux lil min jaqtagħlkom qalbkom!"

Isservi = naghmlu t-tajjab lil xulxin


E Spark 57

Mejju 2013

Ħajti mhix marbuta mill-ebda żball li għamilt

Xi wħud minn dawn l"appostli" żgħażagħ tkellmu dwar lesperjenza tagħhom. Wieħed qal li ż-żjara tal-Papa Franġisku għenitu jagħmel pass importanti: "Ħajti mhix marbuta mill-ebda żball li għamilt" qal. "Teżisti l-maħfra u nista' nerġa' nibda millġdid." Ħabsi ieħor tkellem aktar fit-tul. F'intervista rrefera għaż-żmien li jinsabu fil-ħabs bħala perjodu f'ħajjithom li fih qed jingħataw ċans ieħor biex ipattu u jitgħallmu mill-ġdid kif għandu jkun ċittadin veru:


E Spark 57

Mejju 2013

"Kull min hu fil-ħabs qed jgħix episodju f'ħajtu li ma jinsieh qatt. Anke dawk li spiċċaw vittmi ta' għemilna wkoll għaddew minn esperjenza li mhux faċli għalihom jinsewha. Mhux faċli tinsa jekk xi darba daħlulek id-dar, jew jekk qatlulek lil xi ħadd għażiż, jew jekk filfamilja tiegħek hemm min hu hu maqbud fil-vizzju tad-droga jew saħansitra tilef lil xi ħadd minħabba abbuż ta' sustanzi tossiċi. U għalhekk ma niskantax jekk issib min hu rrabjat għalina. Dan iżżmien tar-randan li għadna kemm spiċċajna lilna fakkarna kemm għandna bżonn infittxu s-sapport tal-komunità. Għax mhux biżżejjed li nduru lejn Alla waħedna, imma bħala parti minn familja, flimkien. Ġesù llum iridna nfittxuh u nsibuh fil-komunità li hi l-Knisja. F'din ilfaċilità korrettiva, aħna dan nippruvaw ngħixuh kuljum! Huwa ferm diffiċli ma tiltaqax miegħek innifsek waqt li tkun hawn ġew.

Esperjenza ta’ ħabsi-appostlu

"Il-ħin hawn jagħtina ħafna ċans naħsbu – fuq l-istorja tagħna, fuq għemilna, fuq it-tbatija u n-niket li aħna mponejna fuq persuni oħra innoċenti, saħansitra fuq il-familji tagħna stess. Għalhekk qed nieħu din l-opportunità biex, f'isem sħabi residenti, nitlobkom maħfra tal-ħsara li għamilna. Mhux faċli tħobb lil min ikun għamillek il-ħsara! Imma l-maħfra tgħallimna nħobbu mill-ġdid.


E Spark 57

Mejju 2013

Aħna għandna bżonn nitghallmu nħobbu

Aħna għandna bżonn nitgħallmu nħobbu: l-ewwelnett lis-soċjetà li bir-raġun kollu tħares lejna bl-ikrah. Nitgħallmu nħobbu u naħfru wkoll lilna nfusna, għall-fatti li wassluna biex inweġġgħu diversi persuni, anke persuni li jħobbuna. Lill-midja wkoll jeħtieġ nitgħallmu naħfru, speċjalment meta jidhru rapporti li ma jkunux jaqblu għalkollox mal-verità. Bħalma qalilna l-Papa Franġisku, l-imħabba lejn xulxin forsi mhijiex l-akbar kmandament li jridna nosservaw Ġesù? Kien hemm xi ħadd li qal: 'Jekk trid l-imħabba, iżra' l-imħabba u ssib limħabba.' Aħna hawn qed nitgħallmu nagħrfu l-iżbalji tagħna. Dan hu l-ewwel pass lejn il-fejqan u ħajja ġdida. Hu pass tqil, għax meta tagħraf in-nuqqas tiegħek se jsir itqal it-toqol li tkun qed iġġorr! Faċli għal min hu delinkwent li jaqta' qalbu u jerġa' lura kif kien.


E Spark 57

Mejju 2013

Hija dilemma għal xi whud jekk humiex aħjar barra [fid-dinja] jew ġewwa [filħabs]. Għalhekk hija tant meħtieġa lfiduċja fina nfusna – imma anke lfiduċja tagħkom fina – għax jekk issoċjetà ma tkunx lesta terġa' tibni fina lfiduċja, jkun kollu għalxejn. Ovvjament, ladarba aħna ksirna l-fiduċja ta' oħrajn, se tkun diffiċli għas-soċjetà biex terġa' tafdana. Forsi almenu issa meta tgħaddu minn quddiem il-Casal del Marmo, flok tisħtuna se titolbu għalina li ninsabu hawn ġew, u għal dawk li jwettqu ħidma prezzjuża fostna. Konvint li hija x-xewqa ta' kulħadd li aħna nkunu bnedmin aħjar. Ma tagħmilx differenza tkunx priġunier jew le. Ġesù għalhekk bata, miet u rebaħ fuq il-mewt, biex inkunu tassew aħjar."

Aħjar barra jew ġewwa ?


E Spark 57

Mejju 2013

Ħa nħallu dan il-kliem jidħol fina u – bħalma qal il-Papa lil dawn iż-żgħażagħ meta mar iżurhom il-ħabs, inħalluh jgħidu lilna wkoll – ejjew inkunu ta' għajnuna għal xulxin. Issinċerità fl-għemil hija ħaġa li lil Alla togħġbu wisq! Ejjew matul dan ix-xahar nipprovaw inwettqu kuljum att ta' imħabba lejn xi ħadd li jkollu bżonn l-attenzjoni tagħna, u nagħmlu dan bil-qalb, kif għallimna Ġesù.

Iżra l-imħabba u ssibb l-IMĦABBA


E Spark 57

Mejju 2013

E-Spark hija newsletter elettronika maħruga miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354

www.vokazzjoni.com

Contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems email: dunkilin@catholic.org

Vocational Centre Archbishop’s Seminary Tal-Virtu, Rabat Tel : 21450354 /79964557.

e-spark 57  

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who...

Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you