Page 1

SOKRATE IMUR IS-SUQ X’QED JGHIDLI ALLA F’DAN IR-RANDAN? WEBSITES GOSPEL AND CLASSICAL MUSIC

E - spark 43 Marzu 2012

Vocations e-newsletter E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com


SOKRATE IMUR SAS-SUQ

Fil-misraħ ewlieni ta’ Ateni,

is-suq kien joffri l-aqwa' post minn

fejn takkwista kull ma' tista' tixtieq jew toħlom li jkollok. Prodotti agrikoli, xogħol tas-snajja u tal-arti, ilbiesi u żraben, deheb u fidda, fwejjaħ, oġġetti tal-ġild, kif ukoll tapizzeriji fini u għamara tal-aqwa mastrudaxxi. Il-filosfu Sokrate, ħafi bħal dejjem u liebes it-toga qadima u waħdanija tiegħu, kien għaddej jara l-merkanti x'kienu qed ibiegħu. Mitluf idur minn ġo tinda għal oħra, għajnejh attenti ma jaħrablu xejn... Deher imsaħħar u mimli nteress bis-sbuħija tal-oġġetti li kienu għall-bejgħ. Wieħed mid-dixxipli tiegħu resaq lejh u kollu mistagħġeb qallu: “Mgħallem, inti toqgħod twiddibna dwar il-frugħa tad-dinja u dwar it-trażżin tax-xewqat... Mela x'kien ġet hawn, fis -suq tal-Agora? Jaqaw jinteressak il-ġid tiegħu? Forsi qed titħajjar tibdel fehemtek tara madwarek tant oġġetti ta’ lussu?" Imma Sokrate wieġeb: “Bħalissa l-akbar gost tiegħu hu li qed niskopri l-ħafna affarijiet li mingħajrhom nista’ ngħix ferħan u kuntent!”


Waqt li għaddejjin minn żmien ir-Randan, bħal Sokrate inkunu qed nipprovaw ngħixu ferħana u kuntenti mingħajr xi ħaġa li togħġobna. Għal ħafna nies, irRandan hu żmien biex jagħmlu dixxiplina fuqhom infushom. Jieħdu mpenn li jmorru jimxu, jew jibdew dieta, jew ma jarawx televixin, jew jevitaw il-parties. Hawn min malajr jitlef l-interess u jieqaf. Hawn min jirridikola dan kollu u jgħid li dawn huma affarijiet ta' żmien il-qedem. Forsi fil-verità, min jgħid hekk ikun qed jibża' li ma jkunx kapaċi jirreżisti jgħix imċaħħad għal żmien twil, u jċedi qabel biss jibda l-battalja! Meta tibda' żmien ta' taħriġ bilfors li se tħossok ftit nervuż u dubjuż dwar jekk jirnexxilekx jew le. Imma meta jibda' għaddej iż-żmien, tibda tħossok aktar kunfidenti u mimli ħeġġa w enerġija. Fuq kollox tibda' tħossok ħieles. Tibda' tkun aktar iffukat. Aktar trankwill. Qisu tibda' ssib aktar ħin biex tagħmel dak li jkollok ippjanat f'moħħok.


Ir-Randan: żmien biex nisma' mill-ġdid Alla x'qed jgħidli Bdejna r-Randan billi s-saċerdot għamel sinjal tas-salb bl-irmied fuq rasna. Qalilna l-kliem: "Indem u emmen fil-Bxara t-Tajba". It-taħriġ veru tagħna jrid ikun li nisimgħu iżjed x'qed jgħidilna Alla... Li naraw x'impatt qed ikollu Ġesù fuq ħajjitna... Xi tgħid kieku matul ir-Randan tibda' taqra aktar il-Bibbja u titlob biha? Hawn ħafna riżorsi li jgħinuk tagħmel dan. Tista' taqra l-Evanġelju talġurnata u tisma' jew taqra kummentarju dwaru.

Fuq il-Youtube hemm channels fejn tista' tara u tisma' l-qari tal-ġurnata (http://www.youtube.com/user/ EVANGELJU).

Mod ta' kif titlob bil-Bibbja jissejjaħ "Lectio divina". Fis-sit tas-Segretarjat għall-Lajċi hemm għajnuna kif tagħmel dan (http://www.laikos.org/ LectioDivina.htm).

Fil-blog tagħna (http:// vokazzjoni.blogspot.com) hemm app man-naħa taxxellug li permezz tagħha tista' taqra u tisma' l-qari kollu tal-ġurnata.


Dawn huma xi siti o침ra utli: http://www.crossref-it.info/ http://www.biblesociety.org.uk/uploads/lectio-divina/Lectio-Divina-2.pdf www.biblesociety.org.uk/ygtt http://www.pray-as-you-go.org/ http://www.sacredspace.ie/


Nagħmlu esperjenza ġdida tal-Kelma ta' Alla Mela, waqt li qed tissara mas-sagrifiċċji tar-Randan, forsi jagħmel sens li tistqsi domanda lilek innifsek: Fejn qed nipprova nasal? Forsi rrid nuri lil ħaddieħor u lili nnifsi kemm jien kapaċi nikkontrolla ruħi? Għan-nisrani, lpenitenza u s-sagrifiċċju ma jsirux biex nuru kemm aħna b'saħħitna - anzi nafu perfettament li waħedna ma naslux nogħġbu lil Alla. Bl-għajnuna ta' Alla ngħidu “le” lilna nfusna biex Alla jkollu aktar spazju f'ħajjitna ħalli jaħdem fina u jagħmel xi ħaġa sabiħa bina. Mela bħala suġġeriment... għax ma nagħmilx lili nnifsi disponibbli quddiem Alla u nith ċans ikellimni, bħala Missier li jħobbni? Min jaf kemm hemm affarijiet li Alla tant jixtieq jgħidli... Hija esperjza sabiħa li tiltaqa' ma' Alla, speċjalment filKelma tiegħu... Hija wkoll esperenza sabiħa għal ħaddieħor li jara din il-Kelma ħajja fina! Għandek ħsieb biex fir-Randan ta’ din is-sena tħalli lil Alla juri aktar min Hu? Jekk tħallih int, għandu mnejn oħrajn jitħajru jagħmlu bħalek :o)

Contact Us If you would like to contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems please send an email to: dunkilin@catholic.org Tel : 21450354 Vocational Centre Archbishop’s Seminary Tal-Virtu, Rabat


Beautiful Gospel Music

http://www.youtube.com/watch?v=lHlbnNUHQGI

Great song I have to study this song for school so I honestly no all the words it's a very heart warming song great job

Listen to radio live classic music

http://www.classicfm.nl/luister/classic-fm


e-spark 43  

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who...

Advertisement
Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you