Page 1

E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

IT-TRIQ U L-ĦAJJA NISRANIJA SACRED SILENCE WHAT IS A HAPPY LIFE ? FOR YOUR VOCATION CONTACT US

E - spark 38 Ottubru 2011

Vocations e-newsletter


Darba minnhom, Ġesù sejjaħ lejħ lit-Tnax u qalilhom: "Tafu intom, fost il-pagani l-kapijiet qegħdin biex jikkmandawhom, u l-kbarat biex iħaddmu fuqhom issetgħa. Fostkom ma għandux ikun hekk; imma min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom, u min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu jkun l-ilsir tagħkom. Hekk ukoll Bin il-bniedem, ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b'fidwa għall-kotra" (Matt 20, 25-28).

Messaġġ tad-Direttur

Fr Michael

IL-ĦAJJA NISRANIJA MQABBLA MA' TRIQ Matul dawn l-aħħar xhur smajna b'diversi Maltin involuti f'inċidenti tat-traffiku, xi wħud minnhom fatali, f'Malta stess kif ukoll barra. In-nies jitkellmu ħafna fuq is-sigurtà (jew in-nuqqas tagħha) fit-toroq tagħna. Biżżejjed li t-toroq jkunu tajbin, ippjanati sew, imdawwlin u mgħammra b'sinjali li jiggwidaw (u mhux ifixklu) lil min jgħaddi minnhom? Irridu nkunu aħna wkoll li nimpenjaw ruħna li nkabbru s-sigurtà... Meta tqis li f'Malta għandna numru tant kbir ta' vetturi u anke toroq (kumparat ma' pajjiżiż oħra, anke Ewropej), naħseb li għandna livell tajjeb ta' sigurtà, għad li jista' jkun aħjar.

Avolja l-kundizzjonijiet altru li mhumiex ideali, ħafna Maltin jimpenjaw ruħhom biex l-imġiba tagħhom fit-triq tkun raġjonevoli. Hu sinjal posittiv meta jkollok poplu b'għajnejh miftuħa F'dawn l-artikli qed nagħmlu t-tixbiħa bejn is-sitwazzjoni fit-toroq u l-ħajja tagħna bħala bnedmin, u l-ħajja nisranija. Tkellimna dwar diversi sinjali li nsibu jimmarkaw it-toroq tagħna. Għidna li dawn mhux dekorattivi, jew biex iżejjnu biss. Irridu nkunu nafu xi jfissru u anke nosservawhom, biex nagħmlu l-ħajja aktar faċli għal xulxin. Xi kultant timmaġina li għandna diversi gruppi kontra xulxin: "aħna s-sewwieqa" u "aħna ċ-ċiklisti" u "aħna nkunu mexjin / jogging fit-triq" u kull grupp jara biss l-interessi u lbżonnijiet tiegħu. Anke fil-Knisja jista' jkollna l-istess sitwazzjoni, meta xi membri jippreferu jaqraw ir-realtà mill-lenti tagħhom biss u minħabba f'hekk jinħoloq disgwid jew battibekk ta' min għandu raġun jew min huwa l-iktar importanti.

Das-sajf kellna esperjenza nsuqu fit-tul f'pajjiż barra minn Malta meta attendejna għall-World Youth Day fi Spanja f'Awwissu li għadda. Ma kellniex inċidenti (thank God) u stajt napprezza kemm mhux tant diffiċli li ssuq bilkontra (avolja ftit antipatka ddaħħal il-gerijiet bil-lemin flok bix-xellug). Apparti n-numru kbir ta' roundabouts, laqatna l-fatt li hemm organizzazzjoni tajba ferm fit-toroq. Tara sinjali ċari, speċjalment fejn ikunu qed jibnu toroq jew pontijiet ġodda, jew meta jkun qed isir xogħol ta' manutensjoni.


Bħalissa, diversi pajjiżi qed jaħdmu aktar flimkien sabiex joħolqu sistema ta' sinjali tat-toroq li jkunu listess kullimkien (bl-istess simboli u bl-istess lingwa). B'hekk, anke jekk tkun qed issuq jew timxi fi triq ġo pajjiż ieħor, tkun taf it-tifsira tas-sinjali u kif għandek tipproċedi. L-istess raġunament jgħodd għal dak li jkellimna dwaru Ġesù. Ikellimna dwar valuri li huma validi għal kull bniedem u f'kull post u żmien. Għax anke jekk tbiddlu d-drawwiet u l-kulturi, il-bniedem ma jinbidilx. Il-bżonnijiet tagħna u xewqatna kienu u jibqgħu l-istess. Ilkoll neħtieġu min jeħodna bisserjetà (flok min jgħaddi ż-żmien bina), min jismagħna, min jgħidilna l-verità, min iħobbna u jaċċettana kif aħna. Forsi iktar minn qatt qabel, illum għandna bżonn min jurina kif ngħixu aktar flimkien "bħan-nies".

Fil-ħajja nisranija tagħhna għandna nagħtu ddritta lil ħaddiehor u nirrispettaw kwalitajiet ta' nies li għandna nqisuhom aktar importanti minna. L-ewwel priorità għandha tmur lejn nies li jbatu b'xi diżabilità jew li qegħdin iġorru xi kundizzjoni f'ħajjithom. M'għandux jonqos ir-rispett tagħna lejn l-anzjani u t-tfal (biex ma nsemmux ukoll l-annimali). Bħala nisrani rrid naghti priorità lil dawk li huma aktar dgħajfin (anke fil-fidi jew fl-imġiba tagħhom) flok nieħu għalija minħabba fihom. Lil dawn — għax aktar vulnerabbli jew foqra — irrid ngħinhom isiru aħjar. Ħa nsaqsi lili nnifsi: "Lest li dawn in-nies nagħtihom priorità f'ħajti u nħallihom jgħaddu quddiemi fit-Triq tasSalvazzjoni?"

Ħa niġu għal xi ftit sinjali oħra... Hemm wieħed forma ta' trianglu li normalment insibuh kemm fuq tabelli, jew anke miżbugħ fl-art, qrib xi roundabout. Dan is-sinjal (familjari ħafna mas-sewwieqa avolja mhux dejjem rispettat) għandu tifsira sempliċi imma importanti: oħroġ bil-mod u u dejjem ċedi lil ħaddiehor, għax iddritta hija tiegħu u mhux tiegħek. F'kelma waħda: f'ċerti sitwazzjonijiet, ħaddiehor huwa mportanti aktar minnek.


Sinjal ieħor, ftit iktar qawwi, huwa l-iStop sign. Dan insibuh l-aktar meta wieħed jiġi biex joħroġ minn ġo side street għal ġo main road, jew għal ġo triq aktar prinċipali minn ta' qabilha. Dan is-sinjal, ta' kulur aħmar u b'forma ottagonali, huwa magħmul biex jiġbed lattenzjoni. Insibuh ukoll miżbugħ mal-art. Kemm inċidenti ġew evitati kemm ilhom isiru dawn issinjali!

Riflessjoni fuq tabella oħra: dik li tindika li wieħed ma jistax jidħol f'dik it-triq, jew is-sinjal tan-No Entry (jew kif nafuha aħna, "wrong way"). Kultant tiltaqa' ma' min ifettilllu jidħol xorta waħda. Ir-riżultat jaf ikun diżastruż! Barra li wieħed ikun jissogra l-vettura tiegħu stess, ikun iqiegħed f'periklu d-drittijiet u l-ħajja ta' ħaddieħor. Mhux lewwel darba li xi sewwieq jgħaddas rasu u jidħol, u mbagħad ikollu jerġa' lura jekk ikun jaf kif.

Dan is-sinjal ifakkarni fl-importanza li wieħed jieqaf qabel ma jidħol f'xi parti aktar importanti tal-ħajja. Bħal dak listudent li jieqaf jieħu parir dwar x'suġġetti se jagħżel, flok jagħmel bħal sħabu... Ifakkarni fil-preparazzjoni profonda u serja li wieħed għandu jagħmel qabel jibda l-ħajja talvokazzjoni tiegħu... Iva, mportanti mhux ftit li wieħed jipprepara sew qabel ma jirċievi s-sagrament taż-Żwieg, jew is-sagrament tal-Ordni Sagri, jew xi vot tal-Ħajja Reliġjuża. Anke sagramenti oħra marbutin ma' età iżgħar (l-Ewwel Tqarbina jew il-Griżma) ukoll jeħtieġu preparazzjoni. Bħalma hi ħażina d-drawwa ta' ċerti sewwieqa li jibqgħu ħerġin fi triq prinċipali mingħajr ma jieqfu, hekk ukoll huwa ħażin li wieħed ma jiħux it-tħejjija tiegħu bl-akbar serjetà.


Tabella oħra li bħalha twaħħlu riċenti f'pajjiżna hija dik li tindika

In-nisrani (jew aħjar, dak li jaħseb ħi hu nisrani) jagħmilhom ukoll dawn il-praspar. Ġieli jipprova jaqta' għad-dritt fil-ħajja nisranija. Ma jmurx quddies, għax ħela ta' ħin... Ma jmurx iqerr, għax biżżejjed toqgħod quddiem il-Kurċifiss... Issib min jagħti flus lil xi istitut ħalli jitolbu għalih, flok jitlob hu stess... Hawn ukoll min iħallat il-fidi u ssuperstizzjoni u jagħmel diversi wegħdi, għax eħfef hekk milli ġġorr is-salib li jkollok fuq spallejk u taċċetta l-affarijiet kif jiġu... Oħrajn jipprovaw iġiegħlu lil ħaddieħor ikun tajjeb flok jipprovaw ikunu tajbin huma stess... M'għandniex għax niskantaw meta nsibu 'l min jixba' minn kollox u ma jibqax jemmen!

Tow Zone Area. Din turik li jekk tipparkja fejn tindikalek it-tabella, il-karozza tiegħek tittieħed minn hemmhekk u jkollok tħallas biex ituhielek lura. Ngħiduha kif inhi: kerha din. Immaġina kif tħossok jekk tmur lura għall-karozza... u ma ssibhiex! L-iktar jekk it-tabella ma tkunx indikata b'mod ċar (bħalma qalu ġara waqt in-Notte Bianca). Lin-nisrani din it-tabella għandha tfakkru li, anke jekk ħaddieħor jagħmel li jrid, hu ma jistax. Li tkun nisrani jfisser li tkun ħadt impenn pubbliku li se tagħmel ittajjeb u qatt ma tagħżel il-ħażin.

Xi kultant, il-bniedem li jgħid li hu nisrani ma jaċċettax li jeduka ruħu, iżda jaħseb li ħaddieħor għandu dejjem iċedilu. Nies bħal dawn ma tistax tikkorreġihom jew tiġbdilhom l-attenzjoni. Mhux darba jew tnejn li bniedem ikollu jitwarrab għax hekk jaqbel għall-ġid komuni. Meta jkollok twaqqaf lil xi ħadd milli jagħti servizz fil-Knisja għax imġibtu mhix ta' nisrani... Meta xi żagħżagħ jitwaqqfu milli jattendu ċ-Ċentru jew ilMUSEUM għax ma jridux joqogħdu għar-regolamenti tal-post.... Meta xi tfal ma jitħallewx jirċievu xi sagrament għax għall-preparazzjoni ma jmorru qatt... Meta nżidu fil-maturità, ċerti liġijiet u regoli ma jkollniex aktar xi rriduhom.

Fl-aħħarnett, se nġibu quddiemna lesperjenza ta' xufier li jiltaqa' ma' Road Block . Din tkun sitwazzjoni fejn il-Pulizija few membri tal-Forzi Armati jkunu qed iwaqqfu l-vetturi biex issir tfittxija. F'okkażjonijiet bħal dawn insibu min malajr jerġa' jaqbad triqtu. Imma jkun hemm min iġegħluh jersaq fil-ġenb biex issirlu tfittxija aktar intensiva qabel ikompli triqtu. Jista' anke jkun hemm min jinżamm għallinvestigazzjoni.

Ir-Road Block fil-ħajja tan-nisrani mhix xi ħaġa li jimponiha fuqna ħaddieħor, imma rrid nimponiha fuqi jien stess. Jista' jkun xi żmien partikolari bħal żmien ir-Randan jew l-Avvent. Forsi anke xi laqgħat li nkun qed nattendi biex nikber fil-ħajja nisranija. Jista' jkun xi irtir jew il-fatt li nsib direttur spiritwali biex jgħinni niffoka fuq dak li huwa l-aktar meħtieġ bħalissa. Anke t-talba tal-eżami tal-kuxjenza li wieħed jagħmel fuq bażi individwali jew waqt xi ċelebrazzjoni penitenzjali. Dawn ikunu mument fejn inti tagħżel l-affarijiet li qed iġġorr fil-vettura tieghek. Bl-għajnuna ta' Alla, in-nisrani jwarrab dak kollu li huwa żejjed u jkompli triqtu.

Lest li ċerti affarijiet ma nagħmilhomx sempliċiment bi drawwa, imma nfittex nara sew inhix marbut ma' oġġetti, persuni u ċirkustanzi li jistgħu jkunu qed jimblukkawli t-triq tiegħi nisranija?


Sacred Silence is one of my all time favorite prayer songs. I chose pictures of places that I find it very easy to speak to God. Enjoy and God Bless http://www.youtube.com/watch?v=QtxUxlcB_4&noredirect=1

Sacred silence http://www.youtube.com/watch? v=MeGSdR6N77A&NR=1


What it means to lead a full and happy life “Happiness is something we all want, but one of the great tragedies in this world is that so many people never find it, because they look in the wrong places. The key to it is very simple — true happiness is to be found in God. We need to have the courage to place our deepest hopes in God alone, not in money, in a career, in worldly success, or in our relationships with others, but in God. Only he can satisfy the deepest needs of our hearts.” Pope Benedict XVI


Lord, there are so many things in my life I do not understand, So many questions about the future that I need to ask. What is Your plan for me? What is the work You want me to do? All I really know is that You love me. Show me the road You want me to walk To fulfilment, to happiness, to holiness. And if You are calling me to Priesthood or to the religious life, give me the strength to say “yes” Also give me the grace to begin even now to prepare myself for the challenge of a life spent in Your service and In the care of Your people Amen

Contact Us If you would like to contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems please send an email to:

vocationcentre@maltaseminary.org Tel : 21450354 Diocesan Vocation Centre Archbishop’s Seminary Tal-Virtu, Rabat

http://www.foryourvocation.org/

e-spark 38  

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who...

Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you