Page 1

E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

Vocations e-newsletter

SLOGANS -- TGHID VERU ?

RESPECT

NEW WEBSITES

E - spark 31

MARZU 2011


Bosta kumpanniji kbar, fil-qalba tal-pubbliċità li joħolqu, jitfgħu xi slogan biex jagħtu feeling posittiv lillkonsumatur. B'hekk ma jibqgħux sempliċiment korporazzjoni li qed tagħmel negozju, imma jsiru aktar friendly u qrib tal-ħajja tagħhom. Dawn isslogans spiss ikunu umoristiċi, diretti u jġiegħluk taħseb. Ovvjament, naħsubin biex iħajruk tuża s-servizz jew il-prodott li lkumpannija tipprovdi. Imma dawn isslogans kapaċi jevolvu u jiksbu ħajja u sens fihom infushom. Xi eżempji: Once you pop you can't stop (Pringles) Connecting people (Nokia) The world's local bank (HSBC) Live in your world, play in ours (Playstation) It's all about you (Nescafè) Have it your way (Burger King) U int taf xi jfisser (Il-cream tal-bebbux) Hemm ukoll slogans li jitfgħu il-ħsieb tagħna fuq min ikun qalhom: This is it (Michael Jackson) Zenga zenga (Muammar Gaddafi, ara lclip fuq YouTube) U xi ngħidu għal slogans b'tema reliġjuża? There is enough in the world for everyone's need but not for everyone's greed (Mahatma Gandhi) Love until it hurts (Madre Teresa) Qalbna ma ssib qatt kwiet, jekk ma tistrieħx fik (Santu Wistin) Il-bniedem isalva bil-fidi u mhux bl-opri tal-Liġi (San Pawl)


Ħa nieqfu ftit fuq l-aħħar riflessjoni. San Pawl kien konvint li Alla jagħti ssalvazzjoni bla ħlas (għalhekk juża l-kelma "grazzja" - gratis, bla ħlas) lil kull min jixtieqha. Aħna ngħidu li "Alla jgħin lil min jgħin lilu nnifsu". Filfatt, Alla jgħin lil kulħadd. Jibgħat ix-xita u jtella' x-xemx sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex! Din kienet l-esperjenza ta' Ġesù li wasslitu biex isir bniedem ħalli jsalva lil kulħadd. Għal Ġesù forsi kienet xi ħaġa bla sens u inġusta li jmut minnflokna? Forsi mhux aħna kellna nġorru lkonsegwenzi tad-deċiżjonijiet tagħna? Imma dak kien il-mod kif Alla lMissier ried jagħti ċans lil kulħadd. Issa kulħadd jista' jibda mill-ġdid. Lil Ġesù narawh jeħodha bl-aħrax kontra l-Fariżej (dawk li jaqtgħu qalb in-nies u japprifottaw ruħhom minnhom). Kien hemm żmien meta anke San Pawl kien qalbu magħluqa għal Ġesù. Lill-insara kien jarahom prużuntużi, bħallImgħallem tagħhom. "Mnejn sa fejn, u b'liema setgħa jiddeċiedu li jgħixu b'tant ċertezza, qisu Alla kien sar ħabib tagħhom... Dawn qatt ma studjaw il-kotba tal -Liġi u qatt ma josservaw dak kollu li titlob il-Liġi..." Hekk nistħajjlu jhewden Pawlu, bejnu u bejn ruħu. Imma ġie żmien meta Pawlu ntebaħ li, jekk kellu xi mertu, dan ma kienx ġej mil -ħila tiegħu, jew għax kien josserva l-Liġi. Il-Liġi ma tagħmlekx koerenti, għax jekk tosservaha minħabba l-biża' li tieħu xi kastig, mela minn ġewwa għadhek mhux konvint u mhemmx koerenza. Dak li jsalva hu l-fidi. Mhux dak li jidher minn barra, jew dak li tħoss. L-anqas kemm tqatta' ħin titlob. L-anqas li tkun kapaċi tagħmel il-mirakli u tippriedka f'isem Ġesù. L-anqas jekk tisma' l-Kelma ta' Alla. Mhux ta' bxejn l-Appostli daru fuq Ġesù u qalulu: "Mulej, mela min jista' jsalva...?" U Ġesù wieġeb: "Għall-bnedmin, dan ma jistax ikun, imma għal Alla, iva. Għax għal Alla kollox jista' jkun." Tgħid veru? Jew anke din l-aħbar tajba m'hi xejn ħlief wegħda vojta, bla sugu, bħal ħafna wegħdiet oħra li nisimgħu? Imma le... Ġesù mhux qed jpprova jgħaddi ż-żmien bina. Anzi jrid iqawwilna qalbna li anke fidi mejta tista' tieħu rruħ. Alla għandu sabar bla tarf! Xejn mhu se jaqtagħlu qalbu, l-anqas innuqqas ta' fidi tagħna, jew ir-ras iebsa tagħna.


San Pawl ikompli jgħid: "Hemm fidi, tama u mħabba. It-tlieta jibqgħu. Il-kbira fosthom hi l-imħabba." Mela jekk ikolli fidi tant qawwija li kapaċi nċaqlaq il-muntanji u m'għandix l-imħabba, ma jkun jiswieli xejn. Dan huwa s-sens veru tal-għemejjel tajba (li tgħix skont il-Kmandamenti). Mhux il-biża' li nikser il-Liġi imma x-xewqa li nħobb lil Alla, u li nkun nixbħu b'kull mod li nista'. Għal xi whud, ir-Randan hu żmien meta qisna nilgħabu logħba ma' Alla. "Ara," ngħidulu, "jien mhux se niekol ħelu. Mhux se naħli ħin daqs qabel nilgħab, l-anqas nara ħafna televixin. Se nagħmel ix-xogħol tiegħi aħjar. Mhux se nħalli l-internet iwaqqgħani. Mhux se npaċpaċ fuq in-nies. Se nipprova naħseb aktar fil-batut u ma nkunx antipatku ma' min idejjaqni." U nkomplu l-lista imma dejjem l-emfasi tkun fuq dak li se nagħmel jien (għal Alla) flok ninduna u napprezza dak li qed jagħmel Alla, għalija u għal kull bniedem, bla daqq ta' trombi! Hi logħba tagħna din, għax nippretendu li nistgħu ninnegozjaw ma' Alla, tipo: "Jiena nfittex l-interessi tiegħek, u int fittex l-interessi tiegħi." Ħalli nfittex jekk hemmx xi slogans li qed jidhru fil-ħajja tiegħi. Xi ħaġa bħal: "U iva, din ħaġa żgħira... Darba biss... Forsi Alla mhux vera jeżisti... Tindaħallix, naf x'jien nagħmel..." Forsi bil-mod ta' kif qed ngħix u nirraġuna, lil Alla qed ngħidlu: "Mur ħu break, għax jien għandi bżonn nagħmel li rrid! Mur orqod jew xi ħaġa, u malli nlesti, jekk ikolli bżonnok, ngħidlek ta..." U ta Alla li hu, Alla jħallik bi kwietek. Imma s-skiet ta' Alla kemm se jħallik bi kwietek? Ma tkunx fil-paċi sa ma tisma' leħen Alla mill-ġdid. Leħen li jistiednek biex ma tingħalaqx fik innifsek imma tagħraf kemm hemm doni fik li tista' taqsamhom ma' oħrajn. Li ħajtek mhix diżappunt kbir jew żball. Li se tkun ferħan u kuntent meta lħsieb, il-kliem u l-għemil tiegħek ikunu jaqblu bejnethom. Li aħjar tħares lejn ilkwalitajiet sbieħ ta’ oħrajn milli lejn id-difetti, ladarba difetti kulħadd għandu. Li tkun ħbieb mhux biss ma’ min jirrispettak imma anke ma’ min iqis ruħu għadu tiegħek, għax dik hija l-qalba tal-vera reliġjon. Kull ħaġa oħra hija biss negozju. Li ma taqtax qalbek mit-tjubija tal-bnedmin. Li dejjem tibda minnek innifsek, għax Alla qiegħed fik u qed jgħidlek: "Tibżax!"


The mission of the Apostleship of Prayer is to encourage you to pray daily for the Church and the world, as well as for Pope Benedict's two prayer intentions each month. Since 1844 millions of members of the Apostleship of Prayer throughout the world have offered themselves to God for the good of others. In offering ourselves we imitate Jesus Christ, who offered himself for the salvation of all. Join us!

Agħżel l-istorja li tixtieq u għidilna x’taħseb Agħżel l-istorja li tixtieq billi tikklikkja fuq il-link li tidher hawn taħt. Wara li taqraha, ikteb il-kumment, ħsieb, mistoqsija jew esperjenza tiegħek, billi tagħfas fuq il-buttuna <add a comment>. Jekk tixtieq tiftaħ qalbek, titlob parir jew għajnuna b’mod konfidenzjali, ikklikkja fuq il-buttuna apposta. Il-messaġġ tiegħek imur direttament għand l-Editur talRM2000-LilĦbiebna. Tirċievi risposta fuq l-email personali tiegħek. Nieħdu gost nisimgħu mingħandek

http://www.apostleshipofprayer.org/

http://www.rm2000.org/RMLH/Esperjenzi/Esperjenzi.html

http://www.attmalta.org/

NEW WEBSITES


RESPECT “Basic Training” on

RECOGNIZE the inherent worth of all human beings. ELIMINATE derogatory words and phrases from your vocabulary. SPEAK with people – not at them…or about them. PRACTICE empathy. Walk awhile in others’ shoes. EARN respect from others through respect-worthy behaviors. CONSIDER others’ feelings before speaking and acting. TREAT everyone with dignity and courtesy


Contact Us If you would like to contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems please send an email to: dunkilin@catholic.org Tel : 21450354 Vocational Centre Archbishop’s Seminary Tal-Virtu, Rabat

CHRIST IS OUR BRIDGE TO HEAVEN Christ alone has bridged the gulf between earth and Heaven. By His Passion, Death, Resurrection and Ascension, he has made a sure path to the Godhead for all those who believe in Him. “I am the way, and the truth, and the life. No one comes to the Father except through me” (Jn 14:6).

e-spark 31  

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who...