Page 1

E - spark 9 mejju 2009

Vocations e-newsletter

MESSAGG TAD-DIRETTUR : HAJJA ….BIL-KOTRA WEBSITES GODDA COOL PICTURES IL BIBBJA IL-LEGGENDA TAT-3 SIGRIET

E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com


Ħajja ... bil-kotra Is-sejħa ta’ kull bniedem hi li jdawwar ħajtu, dejjem u b’kull mod, lejn Alla, l-għajn ta’ kull ħajja. Magħqud miegħu fix-xogħol u l-mistrieħ, fit-talb u fit-tagħlim. Li jiġri meta bniedem idawwar il-ħajja tiegħu lejn Alla b’dan il-mod, bl-enerġija kollha tiegħu, jissejjaħ “vokazzjoni”. Vokazzjoni tikber b’mod naturali. Ma tistax tisfurzaha jew timponiha. Sempliċiment isseħħ u s-sbuħija tagħha tiġbed oħrajn. Vokazzjoni waħda sservi ta’ ispirazzjoni biex ħafna oħrajn jibdew huma wkoll relazzjoni ma’ Alla. Għax min hu mqabbad ma’ Alla hu mimli ħajja, u jagħmel dejjem frott tajjeb. Hemm rabta profonda bejn il-vokazzjoni u l-ħajja. L-iskop tal-ħajja tagħna hu: li tagħti u tirċievi l-imħabba (Madre Teresa). “Il-ħajja ssib il-qofol, it-tifsira u l-quċċata tagħha meta tingħata” (Ġwanni Pawlu II, Evangelium Vitae, 51). Kull vokazzjoni tiġġenera l-ħajja. Is-sejħa għall-ħajja miżżewġa tiġi f’moħħna bħala sejħa li tagħti lfrott fl-ulied. Imma li wieħed jirrinunzja ħajja intima fiż-żwieġ biex jingħata kompletament għas-Saltna ta’ Alla hija wkoll sejħa li tħalli l-frott. Altru li ma tmurx kontra n-natura umana! Ħafna lis-saċerdot isejħulu “Father” għax qed jagħti ħajja spiritwali lil dawk li jaħdem fosthom. Fl-ordinazzjoni jingħata l-mandat li jrabbi familja spiritwali. Dawk li jagħżlu l-ħajja konsagrata wkoll jesprimu ħafna mill-għażliet tażżwieġ: il-komunità li tiġi qabel l-interessi tal-individwu; ir-rabta intima ma’ Kristu permezz tal-voti tal-faqar, kastità u ubbidjenza. Il-konsagrazzjoni tal-individwu ssir għajn ta’ ħajja spiritwali għall-membri kollha tal-Knisja. Meta Ġesù wasal fil-quċċata tat-tagħlim tiegħu dwar it-tifsira tal-ħajja u l-imħabba, qal: “Dan hu ġismi li jingħata għalikom ... Dan hu demmi li jixxerred għalikom ... Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” Dan il-kliem għalina hu t-testment ta’ Ġesù, u fih insibu l -qawwa biex nikbru fil-fedeltà lejn il-vokazzjoni tagħna. “Hekk agħmlu intom ukoll.” Għalhekk nagħtu lilna nfusna għal dejjem, mhux biss ftit mill-ħin tagħna, lil Alla u lil persuni konkreti, fi żmien u f’post partikolari: il-miżżewġin lil xulxin, il-qassis lil dawk kollha li jipprova jqarribhom lejn Alla, u r-reliġjuż/a lill-komunità fejn jgħix/tgħix u permezz ta’ ħidma ta’ servizz.


Il-Bibbja X’inhi l-Bibbja? Il-kelma ‘Bibbja’ [ejja mill-Grieg ‘’ta biblia’’, ji[ifieri ‘’il-kotba’’. Hi kollezzjoni ta’ kotba (73 ktieb), b]al librerija, mi[bura lkoll fi ktieb wie]ed. A]na nemmnu li l-Bibbja hija l-Kelma ta’ Alla f’kitbiet il-bniedem. Ji[ifieri nnies li kitbu l-Bibbja, kienu mnebb]a mill-Ispirtu s-Santu, i\da kienu liberi biex jesprimu dak li Alla ried li jinkiteb fl-istil tag]hom. Il-Bibbja fiha diversi forom letterarji, fosthom insibu r-rumanz storiku, ilpoe\ija, il-le[[enda, l-ittra, il-proverbju, il-mit e``. Il-Forma letterarja hija llibsa li l-awtur ilibbes lill-kitba tieg]u. Tajjeb li napprezzaw il-Bibbja, mhux biss b]ala l-Kelma t’Alla (li g]andha ting]ata prijorita’ ma[[ura), i\da wkoll b]ala [eneru letterarju. Kultant, issib xi w]ud li jg]idulek li l-Bibbja ma jaqrawhiex g]ax isibuha tqila. Ikollna nammettu li l-Bibbja mhux ktieb daqstant ]afif, i\da lanqas ma huwa impossibbli li nifmuha bl-g]ajuna ta’ l-Ispirtu s-Santu. Illum g]all-grazzja t’Alla, nsibu diversi kotba li jistg]u jg]inuna nifhmu a]jar il-Bibbja. G]al min jixtieq jibda jaqra l-Bibbja, nissu[[erulu jibda l-ewwel mit-Testment il-{did, jaqra l-ewwel l-Evan[elju ta’ San Mark u l-Evan[elju ta’ San Luqa, imbag]ad ikompli javvanza billli jaqra aktar kotba. Tajjeb li ng]idu li l-Bibbja hi best-seller. B’kollox, il-Bibbja s]i]a, jew itTestment il-{did, jew xi ktieb tal-Bibbja, [ew tradotti f’aktar minn 2,000 lingwa u djalett differenti u llum hi u\ata minn miljuni ta’ nies, x’u]ud famu\i li ]allewha tibdlilhom ]ajjithom. Finalment niftakru li l-Bibbja hi l-Kelma t’Alla. Waqt li nag]tuha l-qima li jixirqilha, m’g]andniex nie]du l-Bibbja b]la ktieb li j\ejjen ‘illibrerija, i\da ktieb li g]andna nu\awh ta’ spiss, anke fit-talb tag]na, biex Alla jkellimna permezz tal-Kelma Tieg]u.


LEGGENDA TA’ TLIET SIGRIET Darba kien hemm tliet sigriet f'daqsxejn ta' bosk fuq gholja. Minn

zerniq sa l-ghabex joholmu fuq futurhom. Jiddiskutu u jiffantasizzaw. "Xi darba ghad jaghmluni kaxxa ta' tezor mimlija kollha gawhar u hagar prezzjuz. Jonqxuni f'dekorazzjoni li ssebbah kull post," holmot l-ewwel wahda. "Jien ghad jaghmluni vapur qawwi. Ingorr fuqi rejjiet u rgejjen lejn l-erba' rkejjen tad-dinja." "Jien irrid nikber u nsir l-aktar sigra gholja tal-bosk. Innies iharsu lejja u fiha jilmhu l-kobor ta' Alla. In-nies jibqghu jiftakruni," qalet it-tielet bi tbissima ta' sodisfazzjon. Wara xi snin f'dan il-holma ta' x'ser jigri gew xi haddiema ghassigar. Meta wiehed resaq lejn l-ewwel sigra qal: "Din tidher sigra f'sahhitha. Nahseb li nbiegh l-injam taghha lill-mastrudaxxa," u beda jaghtiha bil-mannara. Is-sigra hadet gost ghax qalbha hebritha li l-mastrudaxxa kien ser jibdilha f'kaxxa ta' tezor. Quddiem it-tieni sigra haddiem iehor qal: "Din is-sigra li kont infittex. Inbieghha lit-tarzna." Issigra kienet tidher ferhana ghax kienet qabdet triqtha biex issir vapur kbir. Izda t-tielet sigra dehret bezghana. Jekk jaqtghuha kienet ser tintemm holmietha li ssir l-akbar sigra tal-bosk. U l-haddiem qal ghaliha: "Ma ghandi bzonn xejn specjali minn din is-sigra imma nehodha, forsi xi darba nsibulha uzu." U d-dmugh beda jgelben ma' haddejn is-sigra. ………/ tkompli


LEGGENDA TA’ TLIET SIGRIET

Meta l-ewwel sigra spiccat ghand il-mastrudaxxa ghamilha maxtura ghall-annimali. Sabet ruhha dejjem mimlija tiben bil-baqar idur maghha. Dan ma kienx dak li kienet talbet li ssir. It-tieni sigra tqattghet u ghamluha dghajsa ghas-sajd. Kemm dehret 'il boghod il -holma li ssir vapur li jaqsam l-ocejani! Fejn kienu r-rejjiet li kellha ggorr? Is-snin gerrbu u s-sigar insew il-holm ta' zghozithom. Izda darba ragel u mara dahlu fil-maqjel. Il-mara welldet u poggiet it-tarbija fuq it-tiben tal-maxtura li xi darba kienet l-ewwel sigra. Ir-ragel kien xtaq ferm li jaghmel benniena ghat-tarbija izda l-maxtura kienet ilbenniena. Is-sigra hasset is-sbuhija ta' dak il-mument u ndunat li fiha kellha l-isbah tezor li qatt rat id-dinja. Snin wara, grupp ta' rgiel telghu fid-dghajsa li kienet saret mit-tieni sigra. Wiehed minnhom kien ghajjien u raqad. Meta kienu 'l barra fl-ghadira qam rih qawwi li gab hafna maltemp. L-irgiel bezghu li ser jeghrqu. Qajmu lil dak li kien raqad u ghal kelma wahda tieghu r-riefnu siket u l-mewg libet. F'dak il-waqt is-sigra ndunat li kienet qed iggorr lir-re tar-rejjiet. Fl-ahhar xi hadd mar ghat-tielet sigra. Spiccat fuq dahar ragel zaghzugh ghaddej mit-toroq u mghoddi biz-zmien. Meta waqaf fuq gholja nezzghuh u sammruh maghha biex hemmhekk imut. Il-Hadd ta' wara s-sigra ndunat li mwahhal maghha kien hemm l-istess Alla. Minn dakinhar 'il quddiem sabet ruhha s-simbolu ta' l-imhabba ta' Alla ghal bniedem.


Web sites fuq

il-Vokazzjoni http://www.allenhall.org.uk/about/president.html

http://www.compass-points.org.uk/compass.html


e-spark 09  

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who...

Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you