Page 1

E - spark 8 APRIL 2009

Vocations e-newsletter

MESSAGG TAD-DIRETTUR WEBSITES GODDA QUOTES CARTOONS

E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com


MIN JORQOD MA JAQBADX ĦUT ... U L-ANQAS MA JINQABAD HU

-3

Illum l-irqad huwa passatemp, anzi epidemja. Ħa niftakru għalhekk f’dak li jgħidilna San Pawl: “Dak li jiddawwal isir viżibbli, għax id-dawl jagħmel kollox jidher. Għalhekk jingħad: ‘Stenbaħ int, li int rieqed, u qum mill-imwiet, ħa jiddi fuqek Kristu’. Qisu sewwa kif iġġibu ruħkom, mhux bħal nies bla dehen, iżda bħal nies għorrief, li jgħożżu ż-żmien, għaliex ħżiena huma l-jiem. Għalhekk tkunux bla għaqal, imma fittxu x’inhi r-rieda tal-Mulej. U tiskrux bl-inbid, li jwassal għal ħajja bla lġiem, iżda mtlew bl-Ispirtu” (Efes 5, 14-18).

L-irqad tal-għases fuq il-qabar ta’ Ġesù (Mt 28, 11-15). Ħallejt għall-aħħar tip ieħor ta’ rqad: irqad taparsi. Imma għandu l-istess effett li jmewwet dak li hu tassew importanti. “Xi whud mill-għases marru għand il-qassisin il-kbar ... dawn taw lis-suldati kemxa flus ġmielha u qalulhom: ‘Għidu li ġew id-dixxipli billejl u serqu l-ġisem tiegħu waqt li konna reqdin’. Dawk ħadu l-flus ... u din il-biċċa xterdet hekk sal-ġurnata ta’ llum.” Xi traġedja meta l-bniedem jemmen lilu nnifsu imqar meta jaf li mhux ikun sinċier miegħu innifsu! Dawk li ma jħallux lil Kristu jqajjimhom juru li qegħdin fid-dlam. Jirrifjutaw jew anke jeħduha kontra l-Aħbar Ġdida li hi l-Evanġelju. L-għases qegħdin hemm biex iħarsu l-qabar fejn hu midfun Ġesù imma l-qawmien tiegħu sturdihom bil-biża’. Meta ndunaw li issa l-qabar huwa vojt, jinxtraw biex jgħidu li l-ħbieb ta’ Ġesù serqu l-ġisem waqt li kienu reqdin. Imsieken dawn l-għases... l-ewwel għassa ma’ ġisem mejjet (daqshekk stmawh lil Dak li miet biex jagħmilhom ħielsa!) u mbagħad jinxtraw biex imexxu gidba (daqshekk stmaw id-dinjità li kisbilhom Kristu bil-Qawmien tiegħu!) L-irqad tal-għases hu irqad falz. Huwa l-effett ta’ qalb u moħħ tqal biex jemmnu u jifhmu, li dak li hu mpossibbli issa sar possibbli birrieda ta’ Alla. Dawk li jemmnu biss sa fejn jifhmu huma, fil-prattika jkunu jbaxxu lilhom infushom. Għax il-vera dinjità tal-bniedem hi li temmen. Min jemmen jifhem it-terremot tas-salib, jifhem il-qabar vojt. Jifhem li Ġesù mhux mejjet imma ħaj. Pietru, wara lejl sħiħ taħbit bla ma jaqbdu xejn, jitfa’ x-xibka l-baħar għax jemmen f’Ġesù. X’eżempju għalina! Meta fl-aħħar jistembaħ, Pietru jafda lil Kristu u mill-falliment jgħaddi għaċ-ċertezza. “Qabdu kotra hekk kbira ta’ ħut li x-xbiek tagħhom kien għoddu nqasam” (Lq 5, 1-11). Tassew li min ma jorqodx jaqbad il-ħut u anke jinqabad hu!


MIN JORQOD MA JAQBADX ĦUT ... U L-ANQAS MA JINQABAD HU

-3

In-nuqqas ta’ twemmin, li ma taċċettax lil Ġesù, hu dlam. U għandna ħafna minnu madwarna. Jeħtieġ li nħarsu lilna nfusna minn dan id-dlam billi spiss matul ilġurnata nwettqu atti ta’ fidi. Is-soċjetà tagħna topponi l-fidi u taħdem b’ħafna modi biex teqridha. Ir-risposta tagħna trid tkun li ma ninfixlux imma nsaħħu lfidi tagħna u nkunu għajnejna fuq Ġesù biex nagħmlu kif jgħidilna hu. Ejjew nitolbu li aktar żgħażagħ jindunaw x’ħajja kbira hemm fil-qabar vojt ta’ Dak li ssallab u li issa hu Rxuxtat. F’dak ilqabar ma kienx hemm biss irqad imma tmiem, mewt. U Kristu li qered il-mewt kapaċi jeqred ukoll dak l-irqad li ma jġibx mistrieħ u tiġdid imma mewt u telfien. Is -sejħa l-kbira għalina lkoll hi li nkunu ħolqien ġdid billi nħallu lil Ġesù jqajjimna miegħu. Jekk ma naċċettawx din issejħa, triq oħra hemm miftuħa għalina: id -destin tad-dinja li jwsassal għall-mewt. U dik l-aħħar raqda ma tkun taparsi imma raqda sħiħa.

Fr Michael


Web sites fuq

il-Vokazzjoni http://www.catholicozvocations.org.au/

http://www.ukvocation.org/index_flash.html

http://www.free2become.org/


Xemgħa ma titlef xejn mid-dawl tagħha meta tixgħel xemgħa oħra...

Sabi] ir-rakkmu... imma tippruvax tg]odd kemm-il darba da]let u ]ar[e il-labra minn [od-drapp. L-isba] affarijiet isiru bil-mod b']afna pa`enzja.

Alla ħalaq il-bniedem b'żewġ widnejn u b'ħalq wieħed... biex nisimgħu darbtejn aktar milli nitkellmu!

L-e\empju mhux biss wie]ed mill-a]jar modi kif tinfluwenza lil ]addie]or... Hu l-uniku mod!

L-akbar unur li tista' tag]ti lil Alla, aktar milli kieku tag]mel ]afna sawm u penitenza, hu li tg]ix fer]an g]ax taf li Alla j]obbok.


e-spark 08  

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who...

Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you