Page 1

E - spark 7 MARZU 2009

Vocations e-newsletter

MESSAGG TAD-DIRETTUR KALENDARJU TAR-RANDAN 2009 QUOTES CARTOONS WEBSITE THE SMILE EPIDEMIC

E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com


MIN JORQOD MA JAQBADX ĦUT ... U L-ANQAS MA JINQABAD HU

-2

L-aħħar darba tkellimna dwar l-irqad u għidna li mqar billejl aħna qed inħallu lil Alla jkellimna u joħlom dwarna. Nafu li ħafna nies Alla kellimhom fil-ħolm. Wieħed minn dawn kien Ġużeppi, l-għarus ta’ Marija u l-missier putattiv ta’ Ġesù. Filħolm jafu jitfaċċaw ħafna istinti qawwijin. Huwa ħin ta’ fantasija bla kontroll. Imma għal Ġużeppi l-ħolm huwa mod kif isir kuntatt ma’ Alla. F’dan il-bniedem ma’ kien hemm imkien li Alla ma daħalx u li ma qaddisx. Kien jaf jikkomunika ma’ Alla mqar fl-impulsi u s-sensazzjonijiet tiegħu. Ix-xewqat ta’ Ġużeppi kienu l-isess xewqat ta’ Alla. Naraw f’Ġużeppi l-idejal tal-bniedem li hu msejjaħ: mhux biss iħalli lil Alla joħlom, imma hu stess joħlom l-istess ħolma ta’ Alla u jħalliha titwettaq fih! U f’Ġużeppi l-ħolma taffettwa lil kulħadd għax Alla fdalu lil Ibnu Ġesù. Min jaf int x’inhi lħolma ta’ Alla għalik?

L-irqad tad-Dixxipli fil-Ġetsemani (Mt 26, 26-46) Dan hu eżempju ċar ta’ rqad li jmewwet il-vokazzjoni. Filmument meta Ġesù jiffaċċja s-sejħa finali tiegħu – il-Kalvarju – hu jistieden lil xi whud mid-dixxipli biex ikunu parti minn din listorja ta’ kuraġġ. Imma għalxejn. “‘Ibqgħu hawn u ishru miegħi’ ... imbagħad ġie ħdejn id-dixxipli u sabhom reqdin ... ‘Mela ma flaħtux tishru siegħa waħda miegħi? Ishru u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib.’” Tliet darbiet id-dixxipli jmorru jorqdu. Dan hu rqad li jiċħad issejħa. Hu meta naħrab niġri biex ma nagħmilx dak li Alla jitlob minni. Meta nibża’ minn dak li qed joffrili Alla. Hu meta l-leħen ta’ Alla nisimgħu imma ma jħajjarnix, anzi jfixkilni. Fil-leħen tiegħu ma nsib xejn li jagħtini kuraġġ u ħajja, xejn li għalih nista’ niddedika ħajti. Forsi dan jiġri għax għandi ħajti diġa ppjanata? Forsi nħossni qed ngħix, meta fil-fatt jien rieqed, għax il-ħajja tal-lum raqqditni bl -illużjonijiet tagħha?


MIN JORQOD MA JAQBADX ĦUT ... U L-ANQAS MA JINQABAD HU

-2

Is-soċjetà tagħna, li fiha qed nikbru, hija lluppjata. Hija kultura mibnija fuq ix-xejn, għax meta tfittex ftit serjetà ma ssib imkien. Pjuttost imaqdruk għax tipprova tkun tal-affari tiegħek! Hija soċjetà li qed tesponi ż-żgħażagħ għall-vojt u għad taħsad dak li qed tħawwel ... a spejjeż iżżgħażagħ stess. Hija soċjetà li qed tisraq kull tama ta’ futur aħjar, kull idejal, il-possibbiltà li jkun hemm imħabba bejn mara waħda u raġel wieħed għal dejjem fiż-żwieġ, li jkun hemm professjonisti kompetenti li jesprimu d-dedikazzjoni tagħhom bil-ħidma li jwettqu, li żgħażagħ jibnu d-dar tagħhom u jibdew il-familja tagħhom u jsiru ġenituri (mhux sempliċiment omminiet u missirijiet). Meta mill-ħajja tneħħi t-tama ma jifdal xejn ħlief apatija u ngħas tqil li jħeddlek. Il-ħajja ssir skop fiha nfisha jew titlef l-iskop kollu u ssir piż. U quddiem din ir-rejaltà ħafna żgħażagħ illum, jew jiggranfaw mal-ħajja u jaħtfuha għalihom infushom, jew jipprovaw b’mod sistematiku jeqirdu l-ħajja tagħhom li jkunu xebgħu minnha (b’imġiba perikoluża jew m’modi iktar diretti). Forsi tistaqsi: “U fejn ikun Alla f’dan kollu?” Hu jkun ħdejk. Qed jgħidlek, “Afdani ... Intelaq f’idejja!” Issa staqsi lilek innifsek int x’qed twieġbu ... Forsi l-kliem li ħiereġ minn xofftejk hu: “Ma rridx. Ma rridx!” Il-ħajja mhix tagħna għal dejjem. Hija biss mislufa lilna. Jekk ħajti ma nitlaqhiex minn idejja: dak hu mod żgur ta’ kif nitlef ħajti, li ma nħalli l-ebda sejħa tidħol fija. Ejjew nitolbu ħafna għal xulxin biex ma nkunux aħna stess li ninqatgħu ‘l barra minn dak li Alla qed joffrilna, imma li jkollna fidi kbira biżżejjed biex nindunaw li Hu jridna kuntenti u jrid jagħtina dak li qed infittxu ... dak li Hu biss jista’ jagħtina. Fr Michael


Li jg]odd mhux kemm int im]abbat, imma g]alfejn int im]abbat!

Taf x'inhu ri`ikla[[? Li ma ta]lix biex ma t]ammi[x!

I\-\mien ja]sad il-[ranet... imma ji\ra' l-]ajja!

Meta jkun ba]ar imqalleb x'g]andek tag]mel? Tikkwitah, tistennieh jikkalma jew taffrontah?


Ilbes tbissima One Size Tigi lil Kulhadd

e-spark 07  

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who...