Page 1

E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

Vocations e-newsletter

IL-FRÈRES TA’ DE LA SALLE

PARABLE OF THE FARMER & THE MULE

NEW WEBSITES

E - spark 29 FRAR 2011


Il-Frères ta’ De La Salle Għall-Brothers ta‟ De La Salle, is-sena 2011 hija l-208 sena tagħhom f'Malta. Wara li nbdew minn San Ġwann Battista De La Salle fi Franza fis-seklu 17, kienu ntrodotti f'Malta fl-1903 wara li ġew imkeċċijin minn pajjiżhom. Kien Bro. Benoit Constant li beda l-Kulleġġ De La Salle f‟dik l-istess sena, ġo dar fi Strada Buongiorno, Bormla. Fl-1936, il-Brothers akkwistaw biċċa art kbira fiż-żona magħrufa bħala “Tal-Ħawli” fejn illum insibu l-Kulleġġ De La Salle. Apparti dan il-kulleġġ, il-Brothers għandhom ukoll kulleġġ ieħor fil-Gżira, Stella Maris, u skola primarja ddedikata lil San Benild, wieħed mill-ħafna Brothers qaddisin. Madwar 1,500 student jattendu De La Salle u xi 1,100 oħra jattendu Stella Maris. San Ġwann Battista De La Salle, li ġie ddikjarat qaddis patrun tal-għalliema mill-Papa Piju XII fl-1950, iddedika ħajtu jġedded l-edukazzjoni u huwa meqjus bħala wieħed mill-pijunieri taliskejjel kif nafuhom illum. Qatt ma basar li se jsib ruħu f‟dan ix-xogħol imma, ladarba Alla dan ried minnu, intefa‟ b‟ruħu w ġismu ħalli jagħmel xi ħaġa bis-sens! ……………../2


Wara li sar saċerdot fl-età ta' 26 sena fl-1678, Ġwann Battista sab ruħu nvolut fittmexxija ta‟ skola għat-tfal foqra fil-belt tiegħu stess. Minn hemm bdiet l-idea li jwaqqaf ordni ġdid, il-Brothers tal-Iskejjel Nsara (jew il-“Frères” kif insejħulhom f‟pajjiżna). Imħeġġeġ mill-qagħda mwiegħra tal-fqar, li dehru li għandhom ftit opportunitajiet ta' futur diċenti, huwa poġġa t-talenti u l-edukazzjoni li rċieva għasservizz tat-tfal foqra li spiss kienu jitħallew ifendu għal rashom. Biex il-ħidma tiegħu tkun aktar effettiva, huwa abbanduna d-dar tal-familja tiegħu u mar jgħix ħdejn l-għalliema. Dak kien il-bidu tal-komunità ġdida ta' għalliema-reliġjużi. Ix-xogħol tiegħu sab oppożizzjoni mhux żgħira mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi, li m‟għoġbithomx l-idea ta‟ lajċi kkonsagrati li jgħixu f‟komunità u li jiddedikaw ħajjithom għat-tagħlim. Fil-fatt, il-Brothers ta‟ De La Salle kienu l-ewwel ordni reliġjuż fil-Knisja Kattolika li ma kienx jinkludi l-ebda saċerdot! L-awtoritajiet fledukazzjoni wkoll ma ħadux gost bl-ideat ġodda tiegħu, speċjalment l-insistenza tiegħu li joffri l-edukazzjoni b‟xejn lil kulħadd, anke lil dawk li ma setgħux iħallsu. Dan għalihom kien periklu għax kienu jaħsbu li l-foqra, ladarba jieħdu edukazzjoni tajba, jibdew jużaw it-tagħlim biex jeħduha kontra l-mexxejja tal-pajjiż. Madankollu, De La Salle u l-komunità tiegħu irnexxielhom joħolqu network ta‟ skejjel ta‟ kwalità madwar Franza. It-tagħlim kien isir bil-vernakular (illingwa mitkellma min-nies, ċioè lFranċiż) u l-metodu u s-sillabu kienu jiddependu mil-ħila tal-istudenti. Irreliġjon kien jiġi mgħallem flimkien ma‟ suġġetti oħra. Ġwann Battista kellu wkoll l-idea li jinvolvi l-ġenituri fl -edukazzjoni ta‟ wliedhom. Wieħed jinnota li dawn l-ideat għadhom iħallu ġid kbir sa llum.

……………../3


De La Salle kien pijunier fit-tfassil ta‟ programmi ta' taħriġ għall-għalliema. Fl-1685, ġewwa Rheims, beda skola fejn l-istudenti kienu kollha ... għalliema! B‟hekk, mhux biss kellu għalliema ppreparati tajjeb, imma wkoll nies b‟sens ta‟ vokazzjoni u b‟missjoni li jedukaw u jħejju t-tfal għal futur aħjar. Il-

pedament li ħejja Ġwann Battista De La Salle kompla xtered madwar Franza. Wara mewtu fl-1719, ilBrothers komplew jinfirxu mad-dinja kollha. Huwa ġie ddikjarat qaddis mill-Papa Ljun XIII fl -24 ta‟ Mejju 1900. Illum, madwar 6,000 Brother u 75,000 kollegi lajċi flimkien jieħdu ħsieb jgħallmu u jiggwidaw aktar minn 900,000 student f‟aktar minn 1,000 istituzzjoni edukattiva, f‟84 pajjiż, fosthom Malta. F‟pajjiżna għandna 16-il Brother, ħafna minnhom anzjani. Differenza kbira minn 50 sena ilu meta fil-komunità kien hemm bosta rġiel mimlijin enerġija. L-aħħar Brother li ssieħeb mal-komunità f‟Malta għamel dan madwar 20 sena ilu. Oħrajn li, aktar riċenti, ssieħbu magħhom, iddeċidew li jieqfu biex ikomplu l-karriera ta‟ għalliema. Oħrajn ħassew in-nuqqas ta‟ familja u żżewġu.

Jidher li lvokazzjoni ta‟ Brother mhix tant popolari llum. Ħafna jħossu li mhemmx għalfejn tkun Brother biex tgħallem lit-tfal fil-bżonn, anke f‟pajjiżi fqar. Iktar jagħmel sens tiżżewweġ u tagħmel karriera, u taqla‟ l-flus u tgħix ħajja tajba bħala nisrani. Trid tqis ukoll li llum diffiċli tintrabat: anke fil-ħajja miżżewġa, aħseb u ara biex tieħu ħsieb it-tfal ta‟ ħaddieħor!

……………../4


Ta’ 25 sena, l-Brothers jintrabtu għal ħajjithom kollha. Din hi proċedura li jsegwu r-reliġjużi kollha, ilpatrijiet u s-sorijiet. Hija deċiżjoni li titlob ħafna mħabba u kuraġġ. Imma mhix impossibbli. Għax min jagħmel ir-rieda ta’ Alla ma jarax biss dak li jkun se jitlef imma anke dak li jkun se jikseb, għalih u għal ħafna oħrajn.

Imma forsi hemm xi ideat żbaljati li jistgħu jfixklu lil xi wħud milli japprezzaw il-vokazzjoni speċjali tal-Brothers. Hemm min jaħseb li dawn qishom “nofs kedda” u ma rnexxilhomx isiru saċerdoti. Avolja Ġwann Battista kien saċerdot, ma riedx li l-Brothers tiegħu jkunu saċerdoti għax il-kariżma tagħhom kienet it-tagħlim u l-kuntatt mal-istudenti tagħhom. Bro. James Calleja, wieħed mill-ixjeħ Brothers Maltin (miet din il-ġimgħa fl-età ta’ 92 sena), kien jgħid li lfatt li huma ma jistgħux iqaddsu, forsi qed ifixkel li jkollhom vokazzjonijiet ġodda. Fl-Ewropa, l-Brothers għandhom nuqqas kbir ta’ vokazzjonijiet, waqt li fl-Afrika u l-Filippini u lAmerika (speċjalment l-Amerika Latina) hemm numru sabiħ. Interessanti li kull fejn l-għalliem għadu apprezzat u stmat, u fejn l-edukazzjoni titqies bħala għodda ta’ servizz lejn il-bniedem, il-Brothers jiffjorixxu.

Ejjew nirringrazzjaw lil Alla li għad għandna fostna dawn l-edukaturi li tant investew fledukazzjoni nisranija f’pajjiżna. Nitolbu lil Alla li jsejjaħ ħaddiema ġodda f’din l-għalqa biex lispirtu La Salljan ma jintefiex. Nitolbu għalina nfusna biex ma niddejqux ngħinu lill-Knisja, avolja oħrajn jittimbrawna li aħna “iffissati” u “dojoq”. Ejjew ma ninsewx x’qal Ġesù: “hieni min ma jistħix minni u minn kliemi... jien ukoll ma nistħix minnu quddiem Missieri li hu fissmewwiet...” Għaliex qed nikteb dan kollu? Ftit qabel miet fil-31 ta' Jannar 2011, Bro. James ħalla din it-talba. Qed inħalliha bl-Ingliż, kif kitibha hu. Meta kont student, Bro. James kien jgħallimnil-Franċiż. Dejjem kelli ammirazzjoni lejh u din it-talba kompliet ikkonfermatli kemm kien bniedem viċin Alla.

……………../5


My favourite prayer at the twilight of my long life is: "Lord, keep me going, growing, loving and grateful for the love of others who help me going." As for the future, I leave it in God's hands and whisper: “Dum spiro, spero” ... “So long as I breathe, I hope.” To today's youngsters, occasionally depressed and often discouraged, I leave this brief advice: Don't let the future scare you... Prepare for it by study and hard work. Love and respect your parents and teachers. Be generous with those in need. Trust in God's help. Ftakru li fil-ħajja se taħsdu dak li tkunu żrajtu!


A parable

is told of a

farmer who owned an old mule which fell into the farmer‟s well one morning. The farmer heard the mule „braying‟ desperately from its hopeless position, battered and bruised. The mule looked upward for a savior. After carefully assessing the situation, the farmer sympathized with the mule, but decided that neither the mule nor the well was worth the trouble of saving. Instead, he called his neighbors together and told them what had happened…eventually enlisting them to help haul dirt to bury the old mule in the well and put him out of his misery. Initially, the old mule was hysterical as his awful plight soured further. But as the farmer and his neighbors continued shoveling and the dirt hit his back…a thought struck the stubborn mule.


Ne v hop er los e sit e in a uat ion tight

It

suddenly dawned on him that

every time a shovel load of dirt landed on his back… HE SHOULD SIMPLY SHAKE IT OFF AND STEP UP! And so he did, blow after blow. “Shake it off and step up…shake it off and step up…shake it off and step up!” he repeated to encourage himself as the well grew shorter and the light above grew brighter. No matter how painful the blows, or distressing the situation seemed the old mule fought “panic” and just kept right on SHAKING IT OFF AND STEPPING UP It wasn‟t long before the old mule, battered and exhausted, stepped triumphantly over the wall as the neighbors and a farmer once intent on burying him learned a lesson about overcoming adversity in their own lives.

Qatt ma ghandek taqta' qalbek meta tkun f'qaghda mwieghra


http://www.christophers.org/Page.aspx?pid=192 The mission of The Christophers is to encourage people of all ages, and from all walks of life, to use their God-given talents to make a positive difference in the world. The mission is best expressed in The Christophers’ motto: “It’s better to light one candle than to curse the darkness.” We believe that each person has a God-given mission to fulfill, a particular job to do that has been given to no one else. Love and truth come to us through God, but these gifts are not ours to keep. By sharing them with others each of us becomes a Christ-bearer, a “Christopher” in the most fundamental sense of that word.

http://www.rm2000.org/ RMLH/RM_2000.html Magazine ghal familja kollha mahrug mill-Gizwiti

http://www.delasalle.org.au/dls_district/default.aspx The Website of the De La Salle Brothers in Australia

NEW WEBSITES

It is through our literature, broadcasts, awards and leadership courses that we at The Christophers work toward our mission, bringing positive and constructive values into the mainstream of life. To encourage personal responsibility we have no meetings, no memberships and no dues. All are welcome to join us, knowing that in embracing the Christopher mission they will share one overriding commitment: the love of all people for the love of God


Contact Us If you would like to contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems please send an email to:

ww w.v o

dunkilin@catholic.org

kaz

Tel : 21450354 Vocational Centre Archbishop’s Seminary Tal-Virtu, Rabat

zjo

ni.c

om

“Everyone has his own specific vocation or mission in life; everyone must carry out a concrete assignment that demands fulfillment. Therein he cannot be replaced, nor can his life be repeated, thus, everyone's task is unique as his specific opportunity.” Viktor Frankl

e-spark 30  

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who...

Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you