e-spark 28

Page 3

Kif

jirrakkontaha ż-żgħażugħ bla isem, l-istorja tagħtik x’tifhem li tista’ tkun vera. Imma l-awtur stess qal li l-iskop tiegħu kien li joħloq interess bil-

ġest ta’ meta wieħed jagħmel xi ħaġa “għal xejn”. Il-ktieb tiegħu kien iqassmu b’xejn u ġie tradott f’bosta lingwi. Fil-fatt l-istorja ġibdet ħafna attenzjoni u anke nħadem film animat fl-1987 li rebaħ Academy Award għall-aħjar animated short film. Giono qal li, avolja qatt ma qala’ ċenteżmu wieħed minn din ilkitba, din kienet l-aħjar storja li kiteb u kien tassew sodisfatt biha! Sempliċi storja, bħal ħafna stejjer sempliċi oħra, il-ġrajja tar-raġel li jħawwel is-siġar tirrakkonta kif il-bniedem hu maħluq biex ikun ġeneruż.

Xi ftit riflessjonijiet li nistgħu nagħmlu: Is-siġar kulħadd jaf kemm idumu biex jikbru... Elzèard kien jaf li mhux se jgawdihom hu imma xorta kompla b’ħidmietu. U jien kemm nuża sew iż-żmien tiegħi? Nużah biex nibqa’ nikber, avolja kultant qisu ma jkun jiġri xejn? Avolja l-art ma kinetx tiegħu, Elzèard ħa nteress. Kien jaf li dik lart setgħet tkun isbaħ milli hi: kienet qed tmut u ried jagħtiha lħajja biex titgawda aħjar. U jien naqta’ qalbi meta l-affarijiet ma jiġux kif inkun irridhom jien. Forsi anke neħodha kontra dawk li jriduli l-ġid u jħeġġuni biex inkun ftit aħjar! Il-ġest ta’ Elzèard kien apprezzat: mhux billi qalulu “grazzi” jew tawh xi unur. Fil-fatt spiċċa ħajtu ġo dar tal-anzjani, minsi minn kulħadd! Il-grazzi kienet li oħrajn apprezzaw is-sbuħija ta’ dak il -wied u marru joqogħdu hemm. U jien ninsa li ħajti rrid ngħixha jien stess u l-grazzi li rrid nagħti lil Alla hi li nieħu gost ngħix!

Fi żmien l-Avvent

l-Arċisqof jikteb ittra liż-żgħażagħ. Din id-darba qalilna li l-fidi tagħna tixbaħ dik is-siġra li jkollha l-għeruq. Bħalma siġra tikber bil-mod u trid iż-żmien, hekk ukoll il-fidi tagħna trid tikber bil-mod u tgħaddi minn ħafna esperjenzi:

“Il-fidi tagħna wkoll għandha lgħeruq, li jinżlu aktar fil-fond meta jsibu d-dawl li hi l-Kelma ta’ Alla, l-ikel li hija lEwkaristija, l-ambjent li hija l-komunità, u l-bidu tal-ħajja li hu Kristu.”


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.