Page 1

E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

Vocations e-newsletter

E - spark 28 DICEMBRU 2010

IR-RAGEL LI JHAWWEL IS-SIGAR NEW WEBSITES FOR CHRISTMAS SURFING

INTERNET FOR CHRIST P.U.S.H.


Storja

Ir-raġel li jħawwel is-siġar

qasira mill-awtur Franċiż Jean Giono li tirrakkonta l-ġrajja ta’ wieħed żgħażaugħ li kien qed jagħmel hike waħdu fil-muntanji qrib Provence fi Franza. Imsaħħar bil-kwiet u n-natura l-ġmiel tagħha, ma ndunax li kien intilef. Fid-daqqa u l-ħin spiċċa ġo wied meqrud u għeri. Kien jidher post diżabitat, b’ħafna djar imwaqqgħin. Qisu n-nies li xi darba kienu jgħixu hemm, kien irnexxiewlhom jeqirdu kollox u ħallew warajhom ħerba sħiħa. Bil-ġuħ u bil-għatx, iż-żgħażugħ beda jfittex x’jixrob imma l-bjar li sab kienu kollha vojta. Meta kien kważi rassenjat li se jmut hemm, iltaqa’ ma’ ragħaj li ħadu ħdejn nixxiegħa ilma li kien jaf biha hu biss. Mimli kurżità kif dan il-bniedem kien għażel li jqatta’ ħajtu jgħix waħdu f’post tant waħxi, ż-żgħażugħ iddeċieda li jqatta’ ftit żmien miegħu. Skopra li wara li tilef lil martu u l-uniku tifel tiegħu, r-ragħaj kien baqa’ hemm fis-solitudni. Flok jibki xortih jew jiddispra, kien jgħaddi l-ħin iħawwel is-siġar biex dak il-wied jerġa’ jieħu l-ħajja. Kien jagħmel ħofor fl-art u jitfa’ fihom żerriegħa tal-ballut li kien jiġbor minn mili l-bogħod. Ħofra wara l-oħra, siġra wara l-oħra, kien mehdi jibdel id-destin ta’ dak ilwied. Il-ħolma tiegħu kienet li terġa’ tikber foresta bħalma kien hemm snin qabel. Kien diġa ħawwel madwar 50,000 siġra! Kienet is-sena 1910, ftit qabel ma bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija. Dak iż-żgħażugħ, wara li mar lura d-dar, sab ruħu maqbud bil-lieva u kellu jmur għallġlied. Snin wara, mkisser u b’dipressjoni kbira fuqu minħabba l-kefrija li kien għadda minnha, fettillu jirritorna lejn dak il-wied. Baqa’ sorpriż jara siġar żgħar ta’ kull daqs qed jikbru fil-wied. Kien hemm ukoll ħafna nixxigħat għax ir-ragħaj kien jitla’ ġol-muntanji u jagħmel ilqugħ għall-ilma biex ma jkunx hemm aktar nixfa. Ġo dak l-ambjent trankwill u nadif, mimli għasafar u annimali tal-bosk, iż-żgħażugħ beda jieħu lura saħħtu u fieq għalkollox. Kull sena beda’ jmur iżur lir-ragħaj (li kien jismu Elzèard Bouffier). Dan ma kienx kompla jaħdem ta’ ragħaj għax in-ngħaġ kienu qed jagħmlu ħsara lis-siġar żgħar. Minnflok kien beda’ jrabbi n-naħal.

Għal erbgħin sena, Elzèard baqa’ jħawwel is-siġar, waħda waħda. Il-wied sar qisu l-Ġnien tal-Għeden. Meta l-istorja tasal fit-tmiem tagħha, il-wied kien mimli siġar kbar, u n-nies kienet bdew ġejjin lura biex jgħixu hemm. L-awtoritajiet kien mingħalihom li xi skerz tan-natura kien ġiegħel is-siġar jikbru tant malajr. Ħadd ma basar li kienet il-qalb kbira ta’ bniedem wieħed li ħolqot dak kollu! Il-wied sar żona protetta b’aktar minn 10,000 resident. Dawn qajla basru li dak il-ġmiel u l-paċi kollu kien ġej mill-ġest mimli mħabba ta’ Elzèard! Fl-1947, iżżgħażugħ mar iżur ix-xwejjaħ Elzèard ġo dar tal-anzjani ġewwa Banon. Kienet l-aħħar darba li raw lil xulxin.


Kif

jirrakkontaha ż-żgħażugħ bla isem, l-istorja tagħtik x’tifhem li tista’ tkun vera. Imma l-awtur stess qal li l-iskop tiegħu kien li joħloq interess bil-

ġest ta’ meta wieħed jagħmel xi ħaġa “għal xejn”. Il-ktieb tiegħu kien iqassmu b’xejn u ġie tradott f’bosta lingwi. Fil-fatt l-istorja ġibdet ħafna attenzjoni u anke nħadem film animat fl-1987 li rebaħ Academy Award għall-aħjar animated short film. Giono qal li, avolja qatt ma qala’ ċenteżmu wieħed minn din ilkitba, din kienet l-aħjar storja li kiteb u kien tassew sodisfatt biha! Sempliċi storja, bħal ħafna stejjer sempliċi oħra, il-ġrajja tar-raġel li jħawwel is-siġar tirrakkonta kif il-bniedem hu maħluq biex ikun ġeneruż.

Xi ftit riflessjonijiet li nistgħu nagħmlu: Is-siġar kulħadd jaf kemm idumu biex jikbru... Elzèard kien jaf li mhux se jgawdihom hu imma xorta kompla b’ħidmietu. U jien kemm nuża sew iż-żmien tiegħi? Nużah biex nibqa’ nikber, avolja kultant qisu ma jkun jiġri xejn? Avolja l-art ma kinetx tiegħu, Elzèard ħa nteress. Kien jaf li dik lart setgħet tkun isbaħ milli hi: kienet qed tmut u ried jagħtiha lħajja biex titgawda aħjar. U jien naqta’ qalbi meta l-affarijiet ma jiġux kif inkun irridhom jien. Forsi anke neħodha kontra dawk li jriduli l-ġid u jħeġġuni biex inkun ftit aħjar! Il-ġest ta’ Elzèard kien apprezzat: mhux billi qalulu “grazzi” jew tawh xi unur. Fil-fatt spiċċa ħajtu ġo dar tal-anzjani, minsi minn kulħadd! Il-grazzi kienet li oħrajn apprezzaw is-sbuħija ta’ dak il -wied u marru joqogħdu hemm. U jien ninsa li ħajti rrid ngħixha jien stess u l-grazzi li rrid nagħti lil Alla hi li nieħu gost ngħix!

Fi żmien l-Avvent

l-Arċisqof jikteb ittra liż-żgħażagħ. Din id-darba qalilna li l-fidi tagħna tixbaħ dik is-siġra li jkollha l-għeruq. Bħalma siġra tikber bil-mod u trid iż-żmien, hekk ukoll il-fidi tagħna trid tikber bil-mod u tgħaddi minn ħafna esperjenzi:

“Il-fidi tagħna wkoll għandha lgħeruq, li jinżlu aktar fil-fond meta jsibu d-dawl li hi l-Kelma ta’ Alla, l-ikel li hija lEwkaristija, l-ambjent li hija l-komunità, u l-bidu tal-ħajja li hu Kristu.”


Siġra bla għeruq wara ftit tmut għax ma jkollhiex mod kif tibqa’ tgħix: “Jista’ jkun xi kultant aħna stess inkunu ... sbieħ minn barra iżda bi ftit għeruq ... L-għeruq saħansitra jkissru l-blat, biex isibu ħajja fejn jidher li m’hemmx. Hekk ukoll għandha tkun l-attitudni tagħna meta nsibu rwieħna f’mumenti iebsin. San Pawl ikompli din ir-riflessjoni meta jitkellem fuq l-għeruq. L-għeruq li jfittxu likel bis-saħħa kollha: “Intom ilqajtu lil Kristu Ġesù l-Mulej; għixu mela magħqudin miegħu, niżżlu għeruqkom fih, u ibnu l-ħajja tagħkom fuqu, imsaħħin fil-fidi kif tgħallimtu, u mtlew bil-gratitudni” (Kol 2, 6).

San Pawl

jurina wkoll fejn se twassal din il-mixja: “Bil-qawwa tiegħu permezz tal-Ispirtu tiegħu, tissaħħu fil-bniedem ta’ ġewwa, u li Kristu jgħammar f’qalbkom permezz tal-fidi, biex tniżżlu l-għeruq tagħkom fl-imħabba, u fuqha tibnu ħajjitkom. B’hekk tkunu tistgħu tifhmu flimkien mal-qaddisin kollha, x’inhu l-wisa’ u t-tul, l-għoli u l-fond tal-imħabba ta’ Kristu; tagħrfu kemm din l-imħabba ta’ Kristu tisboq kull għerf, biex timtlew bil-milja kollha ta’ Alla” (Ef 3, 16-19). Waħdu u fuq perjodu twil ta’ żmien, Elzèard baqa’ għaddej iħawwel is-siġar. Kull Nisrani jrid jagħmel għażla jekk irid jgħix il-milja tiegħu bħala Nisrani. FilMessaġġ tiegħu għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2011, il-Papa Benedittu XVI iħeġġiġna: “Għeżież ħbieb, ibnu darkom fuq il-blat, bħal dak li ‘ħaffer fil-fond’. Fittxu intom ukoll li kuljum issegwu l-Kelma ta’ Kristu. Isimgħuh bħal ħabib veru li miegħu tistgħu taqsmu l-vjaġġ tal-ħajja”.


Disciples Now is a web-based ministry dedicated to supporting Catholic adolescents in living as disciples. Come. See. Live! www.disciplesnow.com

Life4seekers is for those people who want to improve their life and find a new sense of fulfilment, a fresh energy and joy of living. If you are searching for happiness, a sense of purpose and new direction in life, life4seekers is the right site to explore. Quotes, comments, viewpoints, pauses for thought... and much more! EXPLORING, SEEKING, FINDING…… http://www.life4seekers.co.uk/

New websites for Christmas Internet Surfing

Football results website. http://resultsfootball.webs.com/apps/blog/ GODSPY is an online magazine for Catholics and other seekers. From politics to the arts, science to the economy, sexuality to ecology, GODSPY explores the ideas and experiences that reveal God’s presence in the world.

http://www.godspy.com


Dan is-sit qed jiġi mtella' mill-Grupp taż-Żgħażagħ tal-Quddiesa tas-7.30 Parroċċa Kristu Re. It-tema prinċipali f'dan il-waqt ma tistax tkun ħlief għall-preparazzjoni fi żmien l-Avvent. Għal dan il-għan wieħed jista' jaċċedi għal serje ta' riflessjonijiet li ġew mnedija mill-membri bl-għajnuna ta' Fr John Berry responsabbli tal-grupp. L-għan ta’ dawn il-ħsibijiet huwa li jgħin il-qarrej jieqaf fuq vers partikolari mill-qari liturġiku talġurnata, riflessjoni dwaru, kif ukoll xi talba dwar it-tema ttratta. Ċertament, din l-inizjattiva għandha l-ħsieb li sservi ta' spunt għal kull jum tal-Avvent kif ukoll li tħallilek togħma tajba għallġurnata. http://www.avvent.co.cc/index.html

Min? Jien? Għajnuna biex tagħraf u tikber fis-sejħa nisranija ROME REPORTS (RR) is a private and independent international TV news agency based in Rome, Italy, specializing in covering the Pope and the Vatican. With its ethnically diverse and talented team of journalists, producers, cameramen and editors, the agency instantly offers the latest news from Rome as well as a half-hour Weekly Newsprogram. Everyday broadcast stations around the world aim to keep their audiences informed on the latest from the Catholic Church. We provide them the content with which to do it, including Images and Archive materials. For in-depth analysis, we also produce high quality Documentaries. http://www.romereports.com/palio/index.php?newlang=english

http://vokazzjoni.blogspot.com/


“In the world of the internet, which enables billions of images to appear on millions of screens throughout the world, the face of Christ needs to be seen and his voice heard, for " if there is no room for Christ, there is no room for man ". VERBUM DOMINI Post-Synodal Apostolic Exhortation par. 113


P-----pray U----until S----something

When there is nothing left but God, that is when you find out that

God

is all you need

with a rising moon

P.U.S.H.

H----happens

Contact Us If you would like to contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems please send an email to: dunkilin@catholic.org Tel : 21450354 Vocational Centre Archbishop’s Seminary Tal-Virtu, Rabat www.vokazzjoni.com


Il-Milied it-tajjeb

e-spark 28  

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who...

Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you