Issuu on Google+

E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

E - spark 22 GUNJU 2010

L-AHHAR GOAL NEW WEBSITES

Vocations e-newsletter

SOCCER QUOTES MALTA CHAPELS

The road you choose…… …...will you take me with you ? God


L-aħħar gowl / 1 Pele jsejjaħ il-futbol “dik il-logħba sabiħa” u għal miljuni ta’ nies madwar id-dinja, dan huwa fatt! Il-futbol jolqot l-immaġinazzjoni u jqajjem passjoni kbira. “L-akbar show tad-dinja” tintlagħab bejn il-11 ta’ Ġunju u l-11 ta’ Lulju ta’ din is-sena, u ħafna minna se nkunu qed insegwu u nasqmu ma’ sħabna dak li jkun qed jiġri. Kulħadd ikun qed jispekula liema tim se jkun ir-rebbieħ. Id-diskors fil-jiem li ġejjin bla dubju jdur fuq xi sorpriża li ma nistennewhiex, xi diżappunt li jkollna nġorru, x’riżultati huma meħtieġa biex it-timijiet jikkwalifikaw, jew x’tibdil irid jitwettaq fil-forma tat-tim. L-aqwa plejers se jkunu qed jissieltu biex jiskbu l-unur ta’ World Cup Champions. Bla dubju se jagħtuna spettaklu ta’ atletika, talent personali, ambizzjoni ukoll, u ħafna determinazzjoni. Għal xi whud milplejers din se tkun l-ewwel darba li se jieħdu sehem f’logħob tant importanti. Faċli wieħed jinġarr mill-popolarità u jinsa x’inhu l-iskop veru tiegħu. Is-sens sportiv jista’ jiċċajpar fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Ixxewqa li jispikka u jiskeb fama personali tista’ twassal plejer biex jagħmel żbalji u ttellef lit-tim tiegħu milli jiskeb il-goal veru: it-trofew tad-deheb. Din hija logħba bir-regoli tagħha. Il-plejers jafuhom ir-regoli imma spiss jiksruhom meta jaraw li jaqblilhom hekk, jew meta jaħsbu li mhu qed jarahom ħadd! Min jaf kemm se naraw karti sofor u forsi anke xi karta ħamra, ħtija ta’ fouls jew injuries foloz... Faċli wieħed jinsa li għemilu se jkollu impatt fuq tant oħrajn! Is-sorveljanza hija ħaġa neċessarja dejjem. Ir-referees avolja mhux dejjem ikunu milqugħin mis-sapporters, huma preżenza li tagħti sigurtà lill-plejers. L-awtorità tar-referee u l-mod kif jiddeċiedi, tagħmel id-differenza kollha bejn logħba sabiħa u waħda mimlija tensjoni. Id-deċiżjoni tar-referee taf tkun iktar importanti minn kemm tim idaħħal blalen ġoxxibka.

Fr Mike


L-aħħar gowl

/2

Il-goalkeeper ukoll huwa membru uniku tat-tim. Idejh iridu jkunu li jsalvaw! S’intendi huwa jkollu l-koperazzjoni talplejers l-oħra kollha imma l-mument deċiżiv ikun dejjem f’idejn nru 1. Kull goalkeeper għandu l-istil tiegħu... Min hu aktar konservattiv u min hu lest jieħu riskju u joħorġ ilbogħod mill-lasta. Imma dejjem l-iskop hu wieħed: trid tkun f’postok fil-mument deċiżiv. Plejers oħra li ma jkunux fiċ-ċentru tal-attenzjoni huma dawk li ma jintlagħbux u jkunu qed jistennew sostitut. Li tkun fuq il-bank mhix esperjenza sabiħa imma bosta logħbiet ġew salvati minn sostituzzjoni f’waqtha! Ovvjament, mhux kulħadd se jkun qed jinteressa ruħu. Waqt li għad-dilettanti xejn ma joqgħod ħdejn il-World Cup, oħrajn jarawha logħba bla sens. Imma nissuspetta li kulħadd ikollu l-preferenzi tiegħu, anke jekk ma jgħid lil ħadd bihom! Kulħadd għandu x-xewqat tiegħu u l-ħolm tiegħu li jixtieq iwettaq. F’kelma waħda: kulħadd irid jirbaħ. Bħal dawk l-ispettaturi li se jkunu xortihom tajba biżżejjed li jmorru jaraw il-logħob fl-Afrika t’Isfel, kultant il-ħajja tkun esperjenza unika li ma tkunx tixtieqha tispiċċa! Imma anke jekk il-logħob se tarah minn fuq it-TV jew xi big screen, jew jekk biss tisma’ l-għajat tas-sapporters ġo xi każin, int involut ukoll. Il-ħajja hija logħba u int qed tilgħab. Skont kif tilgħab u skont kemm timpenja ruħek: ir -riżultat. Bħalma hemm timijiet li jkollhom stilla fuq il-gear, u hemm ukoll min m’għandux, hekk ukoll hemm bnedmin li ppruvaw u oħrajn li qatt ma jipprovaw jgħixu. Ejjew nieħdu gost bl-ispettaklu tal-futbol imma ma ninsewx li ħajjitna għal Alla hi spettaklu: Hu ħalaqna biex nagħmlu suċċess. Mhux suċċess kif tifhem id-dinja ta’ llum, jew għax dejjem jiġu l-affarijiet kif irridu aħna, jew għax nilgħabu waħedna. Imma suċċess għax qed ngħixu aħna. Anke jekk nitħabtu u nħabbtu wiċċna ma’ fallimenti u tfixkil, Alla jibqa’ mmeraviljat b’dak li nagħmlu u nsibuh magħna bħala l-akbar sapporter tagħna. Ejjew ma niddiżappuntawhx!

Fr Mike


SOCCER QUOTES Success is no accident. It is hard work, perseverance, learning, studying, sacrifice and most of all, love of what you are doing or learning to do.

I am a member of a team, and I rely on the team, I defer to it and sacrifice for it, because the team, not the individual, is the ultimate champion. Mia Hamm

Pele Fail to prepare, prepare to fail. Roy Keane

All good athletes make mistakes; the great ones learn to make that mistake only once. Raul Lopez


http://www.youtube.com/watch?v=wr1rAv_XOWk

http://www.ewtn.com/faith/teachings/euchmenu.htm Thank you Jesus for remaining with us in this Sacrament of Love. May all people come to You because in the Monstrance You are with Your body, soul and divinity!

Adoration Of The Blessed Sacrament (Music with Hymns)

New websites


Malta churches Church of Our Lady of Hodegitria The Church situated on the top of the cliff at Binġemma, was built in the 17th century and is served by the community of Priests from St. Agatha, Rabat (M.S.S.P.) Telephone 21454813 Holy Masses

F’parti mill-isbaħ ta’ l-Imġarr f'Malta, kollha ħdura, bis-siġar talfrott u b’raba mill-aqwa, bi ftit irziezet qodma għad-dell tal-għolja tan-Nadur u mxabbta magħha, fin-naħa tax-xlokk, hemm iż-żona msejħa ta’ Binġemma. Fit-tarf ta’ l-irdum insibu kappella ħelwa, pittoreska bl-isem stramb tal-Madonna ta’ Itria. Xi wħud isejħulha bħala "Il-Madonna ta’ l-Ittra", imma mhux il-każ għaliex propjament din il-kappella hija ddedikata lill-Madonna ta’ Hodegitria.

http://www.google.com.mt/imgres?imgurl=http://www.kappellimaltin.com/assets/images/autogen/a_Madonna_ta__Ittrea__Bingemma19.jpg&imgrefurl=http://www.kappellimaltin.com/html/ ta__itria.html&usg=__KB_fuKuxmjK5P1mzBTh79hsE_WY=&h=349&w=500&sz=56&hl=mt&start=3&um=1&itbs=1&tbn id=08TYG72XNVqCEM:&tbnh=91&tbnw=130&prev=/images%3Fq%3DIl-Madonna%2Bta%2527%2Bl-Ittra%26um% 3D1%26hl%3Dmt%26cr%3DcountryMT%26sa%3DN%26gbv%3D2%26tbs%3Disch:1


e-spark 22