Issuu on Google+

Vocations e-newsletter

E - spark 17 JANNAR 2010

MESSAGG TAD-DIRETTUR TAC-CENTRU TAL-VOKAZZJONIJIET QUOTES IS GOD CALLING ME NEW WEBSITES

E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com


Kif int ħabib? Għadda l-Milied, u bdejna sena oħra. Min jaf x’se

Hemm żewġ mistoqsijiet importanti li kull bniedem irid iwieġeb: “Min jien?” u “x’jien imsejjaħ biex nagħmel?” U hemm verità li kull bniedem irid jagħraf: li l-ħajja għandna naqsmuha ma’ oħrajn. Ħasra li din il-verità ħafna jiskopruha tard wisq. Int kuntent li tagħmel dak kollu li qed jagħmel ħaddieħor, tgħid dak li kulħadd qed jgħid, u taħseb kif qed jaħseb kulħadd? Jew qed tħalli lilek innifsek tinbidel bil-mod, sa ma jasal il-waqt li tieħu riskju għal ħajtek? Jekk ma tibżax tiddeċiedi għalik innifsek x’se tagħmel b’ħajtek u bittalenti tiegħek, isma dak li kien qal il-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni meta ltaqa’ maż-żgħażagħ Maltin waqt li kien fostna f’Mejju 1990: Nifhem id-diffikultà li wieħed jagħmel dak li jaf li hija r-rieda ta' Alla... Kultant, biex inwieġbu għas-sejha t'Alla, nġarrbu ċertu biża’ u nżommu lura hekk kif nifhmu li l-ubbidjenza lejn Alla qed titlob ħafna minna. Bħal Gesù fil-ġnien tal-Ġetsemani, jibdew "jaħkmuna l-biża' u d-dwejjaq" (Mk 14,13) hekk kif nintebħu bil-prezz li rridu nħallsu jekk irridu nobdu r-rieda tal-Missier. In-natura mkabbra tagħna tirvella għall-ħsieb li rridu nagħtu kont ta' ħajjitna u ta' kull ma nagħmlu.

MESSAGG TAD-DIRETTUR TAC-CENTRU TAL-VOKAZZJONIJIET

Min jien?

jkun fiha din is-sena? Tgħid se tkun sena bħal ta’ qabilha? Sena li tgħaddi mal-kurrent? Faċli llum li tgħaddi ħajtek tinġarr. Hemm nies li jqishom jippreferu hekk, u jħallu lilhom infushom jintelqu. Imma hemm ukoll nies determinati li ma jiġrilhomx hekk. Dawn jiddeċiedu li jieħdu riskju, li ma jibżgħux mill-impenn, li jiżirgħu bit-tama li frott joħroġ. Dawn in-nies jaslu xi mkien.


Intom stess tafu kemm iż-żgħażagħ jistgħu jintrebħu malajr mill-moda li tgħaddi u minn tamiet fiergħa; kemm hu faċli li jiġru wara kuntentizza ta' mument. Ilprogramm ta' ħajja li Ġesù Kristu qed joffrilna jwassal għall-ferħ veru, ferħ fil-qalb u li jibqa', kuntentizza li jkollha għeruqha fil-fond tal-qalb u tibqa' għal dejjem. Intom tafu li l-ferħ tal-Għid, dak il-ferħ li kebbes qlub l-ewwel dixxipli (ara Lq 24,32) m'huwiex ferħ irħis. Tħossukom qawwija biżżejjed biex tiċħdu l-profeti foloz u 'l dawk li jbigħulkom il-mewt u li diġa' wasslu lil tant żgħażagħ madwar id-dinja biex jemmnu li m'hemm l-ebda tama, li m'hemm xejn li hu ta' min jgħix għalih, li ma tista' teżisti l-ebda dinja aħjar li ta' min jaħdem għaliha b'sagrifiċċju kbir personali? It-tentazzjonijiet kollha huma mibnija fuq gidba, u jeħduha kontra l-verità li ġejja minn Alla. Bla dubju kollha jwasslu għall-illużjoni. It-tentazzjoni tipprova twassalna biex nemmnu li hemm xi ħaġa oħra barra mir-rieda ta' Alla li tista' tagħmilna tassew kuntenti. Ħafna drabi wkoll, it-tentazzjoni m'hijiex ix-xewqa biex nagħmlu xi ħaġa li nafu li hi ħażina, imma iktar biex noqogħdu lura milli nagħmlu dak li nafu li hu tajjeb għaliex nibżgħu li mhux se nkunu b'saħħitna biżżejjed biex inkompluh sal-aħħar. Mill-ġdid, il-programm ta' ħajja li jwasslilna Ġesù jitlob li nitqabdu l-ħin kollu mattentazzjoni. M'hemm xejn stramb f'dan, u m'għandniex għalfejn nibżgħu: fi Kristu "intom qawwija u l-kelma ta' Alla qiegħda tgħammar fikom u intom għelibtu lħażin" (1 Ġw 2,14).

x’jien imsejjaħ biex nagħmel?

B'danakollu, l-ħsieb li rridu nagħtu dan il-kont, li aħna personalment responsabbli għall-użu li nagħmlu mill-għotjiet li Alla ta lil kull wieħed u waħda minna, hu ċentrali fl-Evanġelju ta' Ġesù Kristu... Iż-żgħażagħ ta' kullimkien jistgħu jifhmuha faċilment. Mingħajr impenn bis-serjetà fil-ħajja għal dak li hu veru u tajjeb, mingħajr rieda soda biex wieħed iħallas prezz tar-rebħa, mingħajr id-determinazzjoni biex wieħed jirbaħ lilu nnifsu u jintefa' tassew biex igħin lill-oħrajn, il-ħajja tispiċċa bla direzzjoni u bla sens. It-tamiet kbar taż-żgħożija tagħkom jistgħu jispiċċaw biex jgħibu u jmutu jekk ma jinbidlux malajr f'azzjoni, fi kliem ieħor, jekk "ma tkunux qawwija" (ara 1 Ġw 2,14).


Għalhekk, li twieġeb għas-sejħa ta' Ġesù, li timxi warajh, huwa proċess ta' konverżjoni li jtul għal ħajjitna kollha. Għal ħafna minnkom, il-konverżjoni tal-moħħ u tal-qalb għal Kristu hija iżjed kwistjoni tal-għażliet li nagħmlu kuljum milli r-riżultat ta' xi ħaġa ta' mument li jiġi fuqek f'daqqa u jista’ jkun mimli emozzjoni. Fl-istess ħin, ċerti deċiżjonijiet huma mportanti ħafna bħal, ngħidu aħna, meta tagħżel li taqta' darba għal dejjem minn stil ta' mġiba li taf li hu ta' dnub u li qed ikissrek, jew meta tasal tagħraf aħjar għal liema stat tal-ħajja Alla qiegħed isejjaħlek: għaż-żwieġ, għas-saċerdozju jew għal xi waħda mill-forom ta' ħajja konsagrata. Imma kull deċiżjoni li tieħdu, kemm kbira u kemm żgħira, tibqa' dejjem ċans jew biex tersqu aktar qrib lejn Alla, jew biex titbiegħdu minnu u minn dik il-verità li hi biss tista' teħliskom (ara Ġw 8,32). Meta tkunu fid-dubju u fid-diffikultà qatt tibżgħu tmorru quddiem il-Mulej, għax hu jrid jidħol f'ħajjitkom u jagħmel lilu nnifsu preżenti fit-talb u fis-sagramenti tal-Penitenza u tal-Ewkaristija. Hemmhekk għandkom issibu mhux biss il-maħfra tiegħu mimlija mħabba, imma tirċievu wkoll il-qawwa li teħtieġu biex tibqgħu sa l-aħħar tagħmlu r-rieda tiegħu bil-ferħ. Iżda li f'ħajjitkom tagħtu l-ewwel post lil Kristu ma jitlobx biss konverżjoni tal-qalb: jitlob ukoll konverżjoni l-ħin kollu tal-moħħ. Bħala dixxipli, intom imsejħa biex tqisu kollox fid-dawl ta' Kristu. F'kull mument ta' ħajjitkom u f'kull deċiżjoni li tieħdu, jeħtieġ issaqsu lilkom infuskom: "il-mod kif naħseb jien u kif inġib ruħi jien, jaqbel mal-mentalità ta' Kristu?" Importanti li dan iżżommuh f’moħħkom meta tkunu tiddiskutu bejnietkom idejat u valuri li huma tant komuni fis-soċjetà tagħna, iżda li jistgħu jmorru kontra dik il-verità ħelliesa dwar il-bniedem kif tgħallimniha minn Kristu. F'kelma waħda, kollox irridu nqisu bil-kejl ta' Alla u mhux bil-kejl tal-bniedem (ara Mk 8,33). Illum il-Papa qed jagħmlilkom din is-sejħa: Tibżgħu qatt tagħtu lilkom infuskom b'mod sħiħ lil Alla meta tfittxu li tgħixu skont is -sejħa li hu għamlilkom fi Kristu! Qatt titilfu t-tama fil-qawwa t'Alla li żżomkom sħaħ tul it-triq, anki meta s-sitwazzjonijiet madwarna jidhru bla tama! Kunu qawwija u għelbu l-ħażin! Ħallu l-kelma ta’ Alla tgħammar fikom! (ara 1 Ġw 2,14). Jiena għandi qalbi qawwija li mill-ġenerożità u mill-entużjażmu żgħażugħ tagħkom il-Mulej għad joħroġ frott abbundanti għallhajja tal-Knisja u għall-ġid ta' Malta.


"Nothing is more practical than finding God, that is, than falling in love in a quite absolute final way. What you are in love with, what seizes your imagination, will effect everything. It will decide what will get you out of bed in the morning, what you do with your evenings, how you spend your weekends, what you read, who you know, what breaks your heart, and what amazes you with joy and gratitude. Fall in love, stay in love, and it will decide everything" Pedro Arrupe

QUOTES Faith is an adventure; it is the courage of the soul to face the unknown. But that courage springs from the hope and confidence of the soul that its adventure will succeed. Henry van Dyke (1852 - 1933)

The best gift God has given man is the Bible. It is by all odds the most influential book (or rather collection of books) in existence. The Old and New Testaments have held men together spiritually through the centuries‌.The Bible has been translated into more than 1,150 languages. In short, the Bible has had the most dramatic career of any book in the world. Abraham Lincoln (1809 - 1865)


IS GOD CALLING

ME The Mission of my Life God has created me to do him some definite service. He has committed some work to me which he has not committed to another. I have my mission. I may never know what it is in this life, but I shall be told in the next. I am a link in a chain, a bond of connection between persons. He has not created me for nothing. I shall do good work. I shall do his work. He may take me away from my friends. He may throw me among strangers. He may make me feel desolate, make my spirits sink, hide my future from me – Still He knows what He is about. John Henry Cardinal Newman

.


NEW WEBSITES http://www.pathsoflove.com/vocation-prayer.html

http://www.thinkingfaith.org/


e-spark 17