Issuu on Google+

THE BRIDGE

ISSUE 1

The Bridge MAY 2014

MINISTRY FOR FOREIGN AFFAIRS . MALTA.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr.George W.Vella jissokta bil-ħidma diplomatika barra l-pajjiż.

Fil-bidu ta’ Mejju, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr.George W.Vella indirizza l-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Kunsill talEwropa fi Vjenna. Fid-diskors tiegħu Dr.Vella ħeġġeġ biex fil-kunsill tal-Ewropa jissaħħaħ id-djalogu fosthom fuq l-immigrazzjoni, xenofobija u lestremiżmu minħabba l-bidliet demografiċi. Dr.Vella tkellem ukoll fuq is-sitwazzjoni sfortunata ta’ bosta mill-pajjiżi li kienu jiffurmaw parti millUnjoni Sovjetika u li issa qed jippruvaw jersqu qrib tal-Unjoni Ewropea, fosthom l-Ukrajna.


THE BRIDGE | Issue #

Fi Vjenna l-Ministru Dr.George Vella ltaqa’ mill-ġdid mas-segretarju ġenerali tal-OSCE, Lamberto Zannier.

F’Mejju Dr.Vella mill-ġdid irrapreżenta lil Malta fil-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, bis-suġġett tal-Ukrajna jibqa’ jiddomina dawn il-laqgħat.

2


THE BRIDGE | Issue #

Laqgħa mportanti matul Mejju, kienet dik mal-Viċi Ministru Ċiniż għall-Affarijiet Barranin Wang Chao, bit-taħdidiet li anki ssuktaw mal-Prim Ministru Dr.Joseph Muscat, iffukaw fuq it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn iż-żewg pajjiżi fosthom fuq proġetti li se jkattru lġid fl-ekonomija Maltija.

3


THE BRIDGE | Issue # Dr.George W.Vella ltaqa’ mal-Ministru Ingliż għall-Commonwealth Onor.Hugo Swire, bil-laqgħa tikkonċerna l-iktar s-summit talCommonwealth li se jsir f’Malta s-sena d-dieħla.

4


THE BRIDGE | Issue #

Il-Kunċert ‘Mixjietna’ f

Nhar is-17 ta’ Mejju, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tella’ l-kunċert ‘Mixjietna’ biex jiċċelebra l-erba’ festi Nazzjonali, ir-Repubblika, l-Indipendenza, l-Ħelsien u l-għaxar anniversarju tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Il-Kunċert kien taħt il-Patroċinju tal-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca, liema kunċert ingħata bla ħlas bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-direzzjoni tas-surmast Miran Vaupotich, tlett solisti Lawrence Grey, Dorothy Bezzina u Gillian Żammit, u ċ-ċellista internazzjonali Meehae Ryo.

5


THE BRIDGE | Issue #

6

Niltaqħu mas-Segretarju Permanenti talMinisteru għall-Affarijiet Barranin, lAmbaxxatriċi Fiona –Jayne Formosa. X’inhu x-xogħol ta’ Segretarju Permanenti f’Ministeru?Tista’ jekk jogħġbok tagħtini ftit deskrizzjoni tax-xogħol tiegħek? Ix-xogħol ta’ Segretarju Permanenti huwa wieħed intensiv u impenjattiv ħafna iżda huwa wkoll interessanti minħabba lvarjazzjoni li jġib miegħu. Ħafna mix-xogħol huwa marbut mal-kuntatti li għandna mal-Ambaxxati hawn f’Malta kif ukoll lAmbaxxati tagħna madwar id-dinja. Isiru laqgħat formali u informali fuq diversi livelli kemm fi ħdan il-Ministeru u kemm ma’ entitajiet oħra. Tieħu sehem wkoll f’laqgħat ma’ delegazzjonijiet li jkun qed iżuru pajjiżna. Ix-xogħol tiegħi huwa wkoll taħlita ta’ xogħol ta’ natura amministrattiva, politika u konsolari. Apparti x-xogħol marbut speċifikament ma’ dan il-Ministeru, hemm xogħol ieħor li jinfirex wkoll f’kollaborazzjoni ma’ diversi Ministeri oħra.

Mill-esperjenza tiegħek x’inhuma l-kwalitajiet li jrid ikollok biex jirnexxielek fil-qasam taddiplomazija? Huwa importanti li wieħed ikollu mhux biss għarfien iżda wkoll interess f’ dak

li huwa għaddej lil hinn minn pajjiżna..Fl-opinjoni tiegħi ix-xogħol diplomatiku jista’ jitqies wkoll bħala djalogu li jsir taħt diversi forom u għaldaqstant jirrikjedi li wieħed jisma’ l-pożizzjoni tal-oħrajn u jipprova jasal għal ftehim li jkun ta’ ġid għal kull naħa, b’attenzjoni specjali lejn linteressi tal-pajjiz.

Bħala segretarju permanenti lġdida tal-Ministeru, x’inhuma lmiri tiegħek ? F’dawn ix-xhur u snin li ġejjin huma bosta lattivitajiet li jikkaratterizzaw ix-xogħol li għandu jiġi mwettaq minn dan il-Ministeru. F’inqas minn xahrejn oħra, ser jiltaqaw f’Malta lAmbaxxaturi kollha Maltin sabiex flimkien niddiskutu l-politika barranijia ta’ Malta, l-interessi li għandna nipproteġġu u kif se nkomplu nippromovu lil Malta permezz talAmbaxxati tagħna u xxogħol imwettaq minnhom. Dan ilMinisteru se jkollu rwol importanti ferm fis-sena 2015 meta jiltaqaw f’Malta l-kapijiet ta’ stat u Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi talCommonwealth. F’din listess sena l-Ministeru,se

jkun qed jilqa’ Maltin li jgħixu barra minn’Malta f’ Konvenzjoni li ser issir għal ħabta ta’ April 2015. Bdew jitfasslu wkoll ilpjanijiet għal meta Malta se jkollha l-Presidenza talKunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2017. Minkejja dawn lappuntamenti u x-xogħol relatat, jibqa’ fuq kollox limportanza tal-mod kif jitwettaq ix-xogħol talMinisteru billi nippruvaw inkunu iktar effiċjenti, u nirrispondu malajr għal kriżijiet ta’ madwarna; u li nwasslu leħen Malta u lpożizzjonijiet tagħna kull fejn hemm bżonn. Permezz tal-Ambaxxati tagħna, u opportunitajiet oħra bħalma huma żjarat uffiċjali u xogħol ieħor, irridu nkomplu wkoll nippromovu lil Malta biex nattiraw l-investiment barrani. Jibqa’ wkoll importanti ferm ix-xogħol amministrattiv u r-riżorsi umani ta’ dan il-Ministeru li huma l-mutur tiegħu. Flaħħar mill-aħħar kull biċċa xogħol li ssir fil-Ministeru, żgħira kemm hi żgħira jew kbira kemm hi kbira, hija mportanti u għaldaqstant nixtieq nirringrazzja lil kull membru tal-istaff li ta’ kuljum jagħtu s-sehem tagħhom f’dan ilMinisteru.


THE BRIDGE | Issue #

7

Malta tipparteċipa f’avveniment ta’ ġbir ta’ fondi tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York

L-Ambaxxatur Chris Grima u s-sinjura tiegħu, mart is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Ban Soon-taek, u membri taċĊentru Malti fi New York.

Il-Missjoni Permanenti tarRepubblika ta’ Malta għanNazzjonijiet Magħquda fi New York ħadet sehem f’avveniment internazzjonali ta’ ġbir ta’ fondi taħt ilpatroċinju ta’ mart isSegretarju Ġenerali tanNazzjonijet Magħquda filKwartieri Ġenerali tanNazzjonijet Magħquda fi New York. Parteċipazzjoni f’avveniment bħal dan pprovidiet opportunita’ eċċellenti għallMissjoni Permanenti Maltija sabiex tkun tista’ tagħmel promozzjoni għal Malta kif ukoll sabiex tesibixxi u tbiegħ prodotti Maltin ta’ kwalita’ fi New York, inkluż lil persuni minn Stati Membri tanNazzjonijiet Magħquda oħra, .

waqt li fl-istess ħin, isir ġbir ta’ fondi għal tfal fil-bżonn madwar id-dinja. Parti millqliegħ ser imur ukoll għal “United Nations Central Emergency Response Fund”. Il-Missjoni Permanenti Maltija fi New York ġabret kważi 2000 Dollaru Amerikan. Minn parteċipazzjoni ta’ madwar 100 Stat Membru tanNazzjonijiet Magħquda f’dan l-avventiment ta’ ġbir ta’ fondi, Malta ġiet ma’ ta’ quddiem minn dawk li l-aktar li gabru flus matul il-gurnata. Numru ta’ kumpaniji Maltin rrispondew għal din linizjattiva tal-Missjoni Maltija għan-Nazzjonijiet Magħquda b’mod mill-aktar ġeneruż. Ilkumpaniji li pprovdew il-

prodotti tagħhom għal dan lavveniment huma: Exquisite Jewellery, Gozo Cottage, Mdina Glass, Potterware Ltd, Magro Brothers (Savina Products) u Valletta Glass. IlGrupp Corinthia għamel donazzjoni ta’ numru ta’ ljieli b’xejn fil-lukandi tagħhom f’Malta b’numru ta’ vouchers li kienu mtella’ bl-lotterija għal karita’. Viżitaturi għall-istand ta’ Malta setgħu anki jduqu u jixtru prodotti oħra Maltin bħal Kinnie, ġbejniet, pastizzi, imqaret, biskuttini Maltin u ħobż biż-żejt, kollha mogħtija b’donazzjoni u magħmulin friski minn membri taċ-Ċentru tal-Maltin fi New York.


THE BRIDGE | Issue #

8

Implementing Malta’s Commercial and Economic Diplomacy: The Joint Stakeholders Working Council By Dennis Grech - First Secretary

In order to strengthen its role in the field of commercial and economic diplomacy, the Ministry for Foreign Affairs (MFA) has established a Joint Stakeholders Working Council (JSWC), which involves the participation of a number of private and public sector bodies active

in the promotion of Malta overseas. The JSWC is meeting at least once a month to coordinate the country’s efforts to promote trade and foreign investment. It is the Ministry’s stated objective that Malta’s diplomatic representations abroad,

as well as its extensive network of Honorary Consuls, adopt a more pro-active approach to the promotion of foreign trade and investment, especially in light of the country’s dependence on the international market place for the generation of economic activity.


THE BRIDGE

ISSUE 1

Rokna mit- Għoljiet Minn Dr.Ray Xerri

Id-Direttorat tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

Kurżitajiet Għawdxin..

Bajju tfisser persuna baħnana (silly, blockhead). Bankunċin tfisser biskuttin (almond biscuit). Loċċa tfisser persuna korrotta (corrupt person).

 kelmiet Għawdxin

3 Kelmiet li f’Malta jfissru mod u f’Għawdex tista’ tfisser xi ħaġa oħra Il-Kelma, akkwista f’Malta tfisser akwisizzjoni pero’ f’Għawdex tfisser il-verb takwista. Il-Kelma ċekċek f’Malta tfisser li toħloq suċċessjoni ta’ ħsejjes, f’Għawdex tfisser tkanta. Il-Kelma koċċ f’Malta tfisser kwantita’żgħir u f’Għawdex tfisser kwantita’ kbir.

 Kelmiet li minkejja li jfissru l-istess f’Malta jinkitbtu mod u f’Għawdex differenti

Aloe f’Malta, pero’ f’Għawdex tinħass u tinkiteb Alwa Ċiċċarda f’Malta, pero’ f’Għawdex tinħass u tinkiteb Ċikkarda Żenżen f’Malta, pero’ f’Għawdex tinħass u tinkiteb Żenżel


THE BRIDGE | Issue #

Kont taf li... fatti dwar Għawdex -

Il-lokalita’ Għawdxija tal-Qala għandha l-akbar numbru ta’ bajjiet f’Għawdex - disgħa b’kollox li waħda biss hi aċċessibli bil-karozza – dik ta’ Ħondoq ir-Rummien. L-ikbar lokalita’ fil-Gżira Għawdija hija l-kapitali – l-Belt Victoria b’kważi 8,000 resident. Il-pjanta uffiċjali ta’ Għawdex hija , Helichrysum melitense, Serpraviva f’Għawdex (bl-Ingliz, Maltese Everlasting) tikber madwar Għawdex kollu.

Kont taf li...dawn it- personaġġi kienu Għawdxin? -

L-E.T. Mikiel Franġisk Buttigieg, Fundatur tad-Djoċesi u lewwel Isqof ta’ Għawdex Il-Maġistrat Salv Attard, l-ewwel Maġistrat Għawdxi fuq ilQrati Għawdxin Dun Saver Cassar, ll-Uniku mexxej ta’ Għawdex Independenti wara li tkeċċew il-Franċiżi

 Stroffi f’poeżija dwar Għawdex GĦAWDEX Gżira sabiħa, art il-ħlewwa u l-għana, Saltna tal-għasel, tal-bżulija xehda, Ġawhra ta’ tieba, sebħ u ġieħ ta’ ġensna, Ħolma mixtieq taż-żgħożija mbiegħda. Fik ried iwaqqaf il-ħolqien daħkani L-isbaħ għerejjex ta’ l-għamara tiegħu, Lilek ħ’tar Alla, x’ħin fuq ġbinek biesek, Kbir neddejja tal-qawwiet ta’ driegħu. Seħer għoljietek, ġwejda u koħol l-ibħra, Għaxqa t-tiżwiq tal-widien ħadrana; Dehra li tirbħek dawk l-għelieqi tmewweġ, Ħidma għaqlija ta’ dirgħajn felħana.

Ġorġ Pisani.

10


THE BRIDGE | Issue #

Nota Editorjali

Huwa ta’ pjaċir kbir għalija li qed naħdem fuq din il-pubblikazzjoni online, li l-għan aħħari tagħha hu li sservi bħala pont bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Maltin, sew dawk li jgħixu Malta u anki dawk li jgħixu barra l-pajjiż.

Dawk interessati li jissottomettu ideat jew kontribuzzjonijiet jistgħu jagħmlu kuntatt miegħi fuq : maria.a.muscat@gov.mt

Maria Muscat Communications Coordinator Ministeru Għall-Affarijiet Barranin

11


THE BRIDGE | Issue #

12


The Bridge - MAY 2014