Page 1

POLITIKA FAVUR IN-NISA INĊENTIVI BIEX AKTAR NISA JKOMPLU JAĦDMU Nipprovdu l-opportunità lill-familji Maltin u Għawdxin jibagħtu lil uliedhom f’childcare centre mingħajr ħlas. Din il-miżura mistennija tkompli tħeġġeġ aktar ġenituri, l-aktar nisa, jidħlu fis-suq tax-xogħol jew ikomplu jaħdmu. Dan il-proġett, li mistenni joħloq mijiet ta’ impjiegi relatati, isir fost l-oħrajn, bi sħab mal-privat permezz ta’ public private partnership.

1

X’inhuma l-ħsibijiet tal-Partit Laburista fuq l-Istipendji ?

Għax nemmnu li l-istipendji huma investiment dirett fil-kapaċitajiet taż-żgħażagħ tagħna, qed nagħtu garanzija li l-istipendji jinżammu u jissaħħu. Għalhekk, l-istipendji

jibdew jiżdiedu bil-kumpens tal-għoli tal-ħajja pro-rata sabiex nassiguraw li jkunu jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet finanzjarji tal-istudju.

ma tkun ħadmet qabel.

Christabelle, mir-Rabat

2

Lilna Simon Busuttil kien wegħedna kif id-delizzji tal-kaċċa u l-insib kienu ser jibqgħu garantiti. Daħqu bina u m’għandhomx ċans li nerġa’ nivvutalhom. Il-Partit Laburista x’inhu jgħid fuqna?

IS-SAĦĦA TAL-MARA Inkomplu nindirizzaw il-pjaga tal-kanċer tas-sider billi nestendu aktar il-programm ta’ screening għal gruppi oħra ta’ nisa fl-akbar riskju biex kemm jista’ jkun din il-marda tinqabad minn kmieni. Mal-iscreening nazzjonali fil-kanċer tas-sider tal-mara, jibda jsir screening tal-osteoporożi wkoll fl-istess seduta.

UGWALJANZA BEJN NISA U RĠIEL Nagħtu inċentivi biex nappoġġjaw nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol, anki għaliex huwa importanti li nagħrfu l-fatt li l-maġġoranza ta’ gradwati huma konsistentement nisa. Naċċertaw li bl-ebda mod in-nisa ma jkunu diskriminati fuq il-post tax-xogħol kemm f’dak li għandu x’jaqsam ma’ paga, kundizzjonijiet u opportunitajiet ta’ avvanz.

Il-kaċċa u l-insib huma tradizzjonijiet u delizzji li ilhom ipprattikati f’pajjiżna għal għexieren ta’ snin minn eluf ta’ ċittadini Maltin. Irridu nassiguraw li ċ-ċittadin Malti li għandu dan id-delizzju jkun ittrattat b’mod ekwu daqs u xejn inqas minn kull ċittadin Ewropew. Għalhekk

fir-rispett sħiħ tar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea, naraw li jitjiebu r-regolamenti lokali fosthom li tkun garantita l-kaċċa sostenibbli fir-rebbiegħa skont ir-regolamenti Ewropej kif ukoll li jiġu applikati d-derogi kollha ammissibbli skont id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Pawlu, mill-Imġarr

3

It-traħħis fil-kontijiet jidħol fis-seħħ f’Marzu 2014 għall-familji u ftit wara, sa Marzu 2015 għan-negozji u l-industrija.

4

Għalhekk, filwaqt li nħarsu lura biex nitgħallmu mill-iżbalji li saru, niffukaw ħarsitna ’l quddiem fuq kif ser

John, mill-Imtarfa

6 Ilbieraħ niżżilna t-tifla ż-żgħira l-Emerġenza. Kemm taħseb li domna nistennew sakemm raha t-tabib? Hemm bżonn li jsir xi ħaġa. Jeħtieġ li nimbarkaw fuq programm ta’ immodernizzar biex nagħmlu ċ-ċentri tas-saħħa tal-aqwa livell. Irridu ċentri tas-saħħa li jixirqu lill-pazjenti li jkunu fil-bżonn li jżuruhom. L-oġġettiv huwa li nagħmlu miċ-Ċentri tas-Saħħa mhux biss ċentri moderni aktar aċċessibbli u

eqreb tal-poplu, iżda wkoll biex minnhom jingħataw firxa usa’ ta’ servizzi primarji lill-komunità, filwaqt li nnaqqsu l-iffullar fl-isptar Mater Dei. F’dan il-kuntest, inħarsu wkoll lejn il-possibilità ta’ binjiet ġodda, anki mas-settur privat, sabiex intejbu u nifirxu aktar is-servizz tal-kura primarja.

7

Jien dejjem ivvutajt lill-Partit Nazzjonalista. Iżda issa xbajt, l-arroganza ta’ ċertu Ministri hija inaċċettabbli. Nixtieq li nara politiċi iktar kontabbli lejn il-poplu li jtellagħhom fl-aħħar mill-aħħar. eqreb taċ-ċittadin u aktar kontabbli permezz ta’ diversi inizjattivi. Ser nippubblikaw b’mod ċar online r-rekord ta’ attendenza tal-Membri Parlamentari għas-seduti tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

Charles, mill-Imdina

Jien kont qed nasal tard għal-lectures minħabba li nuża l-Arriva. Hemm xi ċans li jkunu aktar effiċjenti?

Pajjiżna jixraqlu sistema ta’ trasport pubbliku aħjar. Jixraqlu sistema li tagħraf iżżewweġ, b’effiċjenza, il-bżonn loġistiku għall-iżvilupp infrastrutturali u ekonomiku, mil-lat soċjali u anki ma’ dak ambjentali. Nifhmu li r-riforma fit-trasport pubbliku, kif saret, sfortunatament ma ħallietx ir-riżultati li xtaq il-poplu. Il-poplu, bir-raġun, stenna aktar.

Phyllis, minn Ħaż-Żebbuġ

Jeħtieġ li fuq kollox inżidu l-effiċjenza fl-operat tal-Gvern waqt li kull liġi diskussa tkun ippubblikata online biex kulħadd jista’ jsemma’ leħnu. Hemm bżonn li titnaqqas l-ispiża ta’ ħatriet fuq bordijiet. Il-Parlament għandu jkun

Marija, minn Ħad-Dingli

n e m m e j n Ia t e i j a t i c a p fil-ka tal-mara

jekk pazjent jitħalla jistenna aktar minn dan iż-żmien, ikollu dritt għal kura fil-privat bi spejjeż tal-gvern. B’hekk inkunu qed inħejju għad-Direttiva Ewropea tal-Mobbiltà tal-pazjenti.

Marcette u Raymond, mill-Baħrija

Għadu kemm wasal il-kont tad-dawl. Esaġerat! Issa aħna vera noqogħdu attenti. Veru ser traħħsuhom?

Gvern Ġdid iraħħas il-kontijiet tad-dawl b’medja ta’ 25% u dawk tal-ilma b’5% għall-familji, in-negozji u l-industrija. It-traħħis fil-kontijiet ikun jinċentiva l-aktar lil dawk li jaħlu l-anqas. L-eco-riduzzjoni u l-benefiċċji tal-enerġija lill-familji vulnerabbli jibqgħu jingħataw bil-mod li kienu qed jingħataw s’issa.

Ara kemm jagħjtu bis-saħħa, jien ili 4 snin nistenna l-operazzjoni ta’ rkuptejja. Jidhirlek li sew mara anzjana bħali li dejjem ħdimt u ħallast it-taxxa? Jekk il-Partit Laburista jingħata l-fiduċja mill-poplu Malti, ser indaħħlu Charter tad-Drittijiet tal-pazjenti li fih ikun hemm speċifikat iż-żmien massimu ta’ stennija għal kull operazzjoni, flimkien ma’ protokolli wara konsultazzjoni mal-professjonisti konċernati. Fuq kollox, nassiguraw li

Biex inkomplu nżidu u ntejbu l-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol, ser nagħtu tax credit ta’ €2,000 lil kull mara li tidħol fid-dinja tax-xogħol u li għandha ħamsa u tletin (35) sena jew aktar u qatt

5

intejbu s-sistema tat-trasport pubbliku. B’dan f’moħħna, nidħlu f’diskussjonijiet intensivi mal-operatur ewlieni, l-Arriva, biex naqblu fuq pjan ta’ titjib fis-servizz u fir-rotot. Il-pjan ikun jinkludi wkoll it-tneħħija tal-imsejħa bendybuses minn rotot fejn evidentement qed joħolqu konġestjoni. Konvinti li b’rieda tajba bejn iż-żewġ naħat nistgħu naslu għal titjib fi żmien qasir biex nassiguraw li l-eżigenzi u l-aspettattivi tal-poplu Malti u Għawdxi jiġu milħuqa.

8

Irrid noħroġ naħdem imma bit-tfal żgħar problema. Ommu mejta u l-ġenituri tiegħi minn Pembroke għax aħna m’ilniex li ġejna noqogħdu hawn. Biex nispiċċa nonfoq il-paga f’Childcare Centre mhux worth it.

Gvern Ġdid ser jipprovdi l-opportunità lill-familji Maltin u Għawdxin jibagħtu lil uliedhom f’childcare centre mingħajr ħlas. Din il-miżura mistennija tkompli tħeġġeġ aktar ġenituri, l-aktar nisa, jidħlu fis-suq tax-xogħol jew ikomplu jaħdmu. Dan il-proġett, li mistenni joħloq mijiet ta’ impjiegi relatati, isir fost l-oħrajn, bi sħab mal-privat permezz ta’ public private partnership.

Melissa, mill-Imtarfa

Għal dawk il-familji li xorta jkunu jixtiequ jibagħtu ’l uliedhom f’childcare centres privati, ser inżidu l-benefiċċju ta’ deduzzjoni mill-income tax fuq miżati taċ-childcare centres għal €2,000. Ser inkomplu nifirxu u nsaħħu s-servizzi li jingħataw permezz ta’ Klabb 3-16 għal dawk il-familji li uliedhom għandhom aktar minn tliet (3) snin.


MIN HUWA

Dr IAN BORG

ĦEĠĠA Ian diġà ddedika żgħożitu għall-komunità tiegħu – ħadem fiha u ħadem għaliha. Involva ruħu fis-soċjetajiet fejn trabba u ra li lill-komunità li tagħtu ħafna jroddilha lura servizz. Issa Ian daħal b'entużjażmu biex jifrex iktar is-servizz tiegħu, din id-darba għar-residenti tas-7 distrett. Ian lest jirrappreżentak fil-Parlament Malti.

ESPERJENZA Anki jekk Ian ġie elett f'età żgħira ħafna, fis-seba' snin u nofs li ilu Sindku ta’ Ħad-Dingli rnexxielu jara li jitwettqu għadd ġmielhom ta’ proġetti li qed igawdu minnhom id-Dinglin u li tista' tarhom int ukoll jekk iżżur dar-raħal. U d-Dinglin apprezzaw dan kif ġie kkonfermat fl-aħħar elezzjoni ta' Marzu 2012. L-esperjenza li kiseb Ian fil-ħatriet kollha li kellu s’issa kemm f’Malta u kemm fl-Unjoni Ewropea tiswa biex iwassal l-aħjar servizz anki lilek.

LEALTÀ

seba’ DISTRETT Ħad-Dingli Ir-Rabat Il-Baħrija Ħaż-Żebbuġ L-Imdina L-Imġarr L-Imtarfa

nafu lil xulxin.

Ian mhux se tarah biss ftit qabel l-elezzjoni u daqshekk. Il-lealtà tiegħu lejn il-kostitwenti diġà ta xhieda tagħha. Il-lealtà li jemmen fiha Ian hija l-lealtà lejn il-prinċipji imma wkoll lejk. Jemmen f’kuntatt dirett mar-residenti. Jemmen li għandu jkun aċċessibbli dejjem. Jemmen li f'kulma jwettaq irid dejjem jirrifletti dak li taħseb int.

Jien nixtieq nirrappreżenta lilek fil-Parlament. Int tista’ tagħtini din il-fiduċja bil-vot tiegħek.

Ian Borg għandu 27 sena F'Novembru 2012, Ian iggradwa b'suċċess fid-Dottorat tal-Liġi Elett Sindku ta’ Ħad-Dingli fl-2005 meta kien għad kellu biss 19-il sena Reġa’ ġie kkonfermat Sindku fl-2008 u 2012 Huwa President tas-Sezzjoni Kunsilliera tal-Partit Laburista u membru fl-Amministrazzjoni

Ian jemmen bis-sħiħ fil-komunikazzjoni u jrid ikun dejjem aċċessibbli għal dawk kollha li jixtiequ jagħmlu kuntatt miegħu. Sabiex ikun il-leħen tiegħek, Ian irid ikompli dejjem jisma’ lilek.

tal-istess Partit Laburista Ian iservi f’isem Malta fil-Kumitat tar-Reġjuni fi ħdan l-Unjoni Ewropea Huwa jirrappreżenta lill-Kunsilli Lokali Maltin fuq il-Users Committee fi ħdan il-MEPA.

It-tieni ħarġa

24, Triq Doni, ir-Rabat 6, Triq Paris, Ħaż-Żebbuġ 5, Triq id-Dejqa, Ħad-Dingli

“Jistaqsuna wkoll min hi din il-Ġenerazzjoni Rebbieħa? Fostna llejla għandna tnejn minn nies, it-tnejn li huma qegħdin hawnhekk magħqudin mill-istess ideal. Fuq naħa lil Nenu Buhagiar it-tesserat numru ħamsa tal-Partit Laburista, u fuq in-naħa l-oħra għandna l-iżgħar Sindku ta’ Malta u Għawdex, Ian ta’ Ħad-Dingli. Iż-żagħżugħ mal-anzjan.

Din il-Ġenerazzjoni Rebbieħa tiġbor flimkien lil kulħadd.” Joseph Muscat – waqt il-kampanja tiegħu għal Mexxej tal-Partit Laburista

Ian B-ovrugci

il taghna

Ijaan

hdem hafna

Ian huwa role model għal dawk iż-żgħażagħ kollha li permezz tal-politika jixtiequ jkunu ta’ servizz għas-soċjetà li jgħixu fiha.

a oll t l a lk

M ghna ta

Joseph Muscat, 14/09/2012

Kandidat ghall-Elezzjoni Generali

Kandidat ghall-Elezzjoni Generali

Int u Jien Harga Numru 2  

Harga Numru 2 - Int u Jien.

Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you