Page 1

ĠESÙ ĦABIB Maħruġ mill-parroċċa San Franġisk t’Assisi Qawra-Buġibba

I S -S ITT Ħ ADD T A ’ M ATUL

IS -S ENA

gesuhabib@gmail.com

Infakkrukom li l-iskop ta’ dal-fuljett hu biex it-tfal iqattgħu ftit ħin ma’ min jieħu ħsiebhom biex jaqraw il-kelma t’Alla flimkien.

Qari mill-Vanġelu [Mattew 5: 17-37] F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox. Jekk mela xi ħadd iġib fixxejn wieħed mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet. Imma min iħarishom u jgħallimhom, dan kbir jissejjaħ fis-Saltna tas-Smewwiet. Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari: ‘La toqtolx. Jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna.’ Imma jiena ngħidilkom li lkundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh. Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh jgħidlu: ‘Ġifa’, ikun ħaqqu lkundanna tas-Sinedriju; u jekk jgħidlu: ‘Iblah’, ikun ħaqqu n-nar tal-infern. Mela jekk tkun qiegħed ittalla’ l-offerta tiegħek fuq l-artal u hemm tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek, ħalli l-offerta tiegħek hemmhekk quddiem l-artal u mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk, u mbagħad ejja talla’ l-offerta tiegħek. Lil min ikun se jtellgħek il-qorti ħudu bil-kelma t-tajba mill-aktar fis waqt li tkun għadek miegħu fit-triq, li ma jmurx jagħtik f’idejn l-imħallef, u l-imħallef f’idejn l-għassies, u hekk issib ruħek fil-ħabs. Tassew ngħidlek, minn hemm ġew ma toħroġx qabel ma tkun ħallast l-aħħar tliet ħabbiet. Smajtu xi ntqal: ‘La tagħmilx adulterju.’ Imma jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu. Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jinxteħet fl-infern. U jekk idek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jmur fl-infern. Intqal ukoll: ‘Min jibgħat lil martu jkollu jagħtiha l-kitba tad-divorzju’. Imma jiena ngħidilkom li kull min jibgħat lil martu barra l-każ ta’ żwieġ ħażin, iwaqqagħha fl-adulterju; u min jiżżewweġ waħda mibgħuta minn ħaddieħor jagħmel adulterju. Smajtu wkoll xi ntqal lin-nies ta’ dari: ‘Tonqosx mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu’. Imma jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron ta’ Alla, u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh, u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt tas-Sultan il-kbir. U lanqas b’rasek ma għandek taħlef, għaliex inti anqas biss xagħra waħda ma għandek ħila tagħmilha bajda jew sewda. Mela ħa jkun id-diskors tagħkom: ‘iva, iva’; ‘le, le’; kull ma hu iżjed minn hekk ikun ġej mill-Ħażin.”

“min iħarishom u jgħallimhom, dan kbir jissejjaħ fis-Saltna tas-Smewwiet” Min jgħallem, u jgħix dak li għallimna Ġesù żgur li jkollu premju kbir fis-sema. “mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk” Ġesù qed jgħidilna biex inkunu ħbieb anke ma ħutna qabel ma immorru l-knisja.


ENGLISH CORNER

If there are things you don’t understand, ask a grown-up to help you.

Gospel Reading [Matthew 5: 17-37] 'Do not imagine that I have come to abolish the Law or the Prophets. I have come not to abolish but to complete them. In truth I tell you, till heaven and earth disappear, not one dot, not one little stroke, is to disappear from the Law until all its purpose is achieved. Therefore, anyone who infringes even one of the least of these commandments and teaches others to do the same will be considered the least in the kingdom of Heaven; but the person who keeps them and teaches them will be considered great in the kingdom of Heaven. 'For I tell you, if your uprightness does not surpass that of the scribes and Pharisees, you will never get into the kingdom of Heaven. 'You have heard how it was said to our ancestors, You shall not kill; and if anyone does kill he must answer for it before the court. But I say this to you, anyone who is angry with a brother will answer for it before the court; anyone who calls a brother "Fool" will answer for it before the Sanhedrin; and anyone who calls him "Traitor" will answer for it in hell fire. So then, if you are bringing your offering to the altar and there remember that your brother has something against you, leave your offering there before the altar, go and be reconciled with your brother first, and then come back and present your offering. Come to terms with your opponent in good time while you are still on the way to the court with him, or he may hand you over to the judge and the judge to the officer, and you will be thrown into prison. In truth I tell you, you will not get out till you have paid the last penny. 'You have heard how it was said, You shall not commit adultery. But I say this to you, if a man looks at a woman lustfully, he has already committed adultery with her in his heart. If your right eye should be your downfall, tear it out and throw it away; for it will do you less harm to lose one part of yourself than to have your whole body thrown into hell. And if your right hand should be your downfall, cut it off and throw it away; for it will do you less harm to lose one part of yourself than to have your whole body go to hell. 'It has also been said, Anyone who divorces his wife must give her a writ of dismissal. But I say this to you, everyone who divorces his wife, except for the case of an illicit marriage, makes her an adulteress; and anyone who marries a divorced woman commits adultery. 'Again, you have heard how it was said to our ancestors, You must not break your oath, but must fulfil your oaths to the Lord. But I say this to you, do not swear at all, either by heaven, since that is God's throne; or by earth, since that is his footstool; or by Jerusalem, since that is the city of the great King. Do not swear by your own head either, since you cannot turn a single hair white or black. All you need say is "Yes" if you mean yes, "No" if you mean no; anything more than this comes from the Evil One.

"FORGIVING AND FORGIVEN" What did Jesus say we should do if we are guilty of any of these things? He said, "If you are presenting your offering to God and you remember that you have said something that hurt another person, leave your gift at the altar and go and ask forgiveness from that person. Then come back and offer your gift to God." Before we give our offering today, perhaps we should ask ourselves a few questions. Have I been angry with someone this week? Have I had any arguments lately? Have I called someone a bad name? Have I said something about someone that wasn't true? If so, we should ask God to forgive us and we should go to the person we have hurt and ask them to forgive us. When we have done that, God will be pleased with our offering. Adapted from www.sermons4kids.com


G ĦAŻ - Ż GĦAR Isem u kunjom : ____________________________________________ Eta: _____________

11 ta’ Frar – L-ewwel dehra tal-Madonna ta’ Lourdes u Jum il-morda Nieħdu gost li intom it-tfal tpinġu bil-kuluri din l-istampa biex tifhmu aħjar il-Vanġelu tal-Ħadd li ġej. Tinsewx iġġibu magħkom it-tpinġija għall-quddiesa tat-tfal tal-Ħadd.


GĦALL GĦALL-- ADOLEXXENTI Wieħed raġel sinjur kien qed isuq il-Mercedes ġdida fjamanta tiegħu. Kien għaddej b'veloċita' pjuttost qawwija, u kien attent għal xi tfal li bdew joħorġu minn qalb il-karozzi pparkjati. Mument minnhom, huwa naqqas il-veloċita' għax ħaseb li ra xi ħaġa. Beda għaddej bil-mod, isuq u jħares. Ma dehrux tfal jilagħbu hemmhekk, iżda f'daqqa waħda, ġebla laqtet il-bieba tal-ġenb tal-Mercedes tiegħu. Pront pront għafas waħda l-brejkijiet, dawwar il-karozza u saq lejn dak li kien tefa’ l-gebla. Ħareġ mill-karozza, qabad it-tifel li kien ra u mbuttah fuq karozza pparkjata waqt beda jgħajjat: 'Għaliex għamilt hekk bħalek? X'mingħalik kont qed tagħmel? Ma tafx li dik karozza ġdida? Issa tara kemm il-ġebla li waddabt ser tiswielek flus? Għaliex għamilt hekk bħalek?' 'Jekk jogħġbok, mister, please. Jiddispjaċini. Ma stajtx nagħmel mod ieħor', beda jitlob bil-ħniena t-tifel. 'Kelli nitfa' l-ġebla, għax inkella ħadd ma jieqaf ...' Iddmugħ beda jġelben ma' ħaddejh hekk kif ipponta subgħajh wara karozza pparkjata. 'Hemm ħija ma' l-art hemmhekk,' beda jgħid, 'inqaleb hu u nieżel bilwheelchair minn fuq il-bankina u jien wahdi ma nistax nerfgħu.' Waqt li kompla jibki, staqsa lir-raġel, 'Tista' jekk jogħġbok tgħinni nerfgħu lura fil-wheelchair? Jinsab muġugħ, u hu tqil għalija.' Kommoss għall-aħħar, hekk li baqa' bla kliem, ir-raġel ipprova jibla' l-għoqla li kellu fi griżmejh. Huwa refa' liż-żagħżugħ u poġġieh lura fil-wheelchair, imbagħad bilmaktur mesaħ il-ġrieħi li kellu, u ċċekkja li kien jinsab aħjar. 'Grazzi u l-Bambin ibierkek,' qallu t-tifel. Ir-raġel imbagħad qagħad jara lit-tifel iż-żgħir jimbotta lil ħuh fuq il-bankina, huma u sejrin lura lejn darhom. Kienet mixja twila, dik tar-raġel lura lejn il-Mercedes tiegħu ... mixja twila u bilmod. Qatt ma rranġaha l-bieba tal-karozza. Ħalla l-marka tal-ġebla apposta biex tfakkru li m'għandux jgħaġġel u jiġri fil-mixja ta' ħajtu tant li jkun jeħtieġ li wieħed iwaddab ġebla biex jiġbidlu l-attenzjoni. Ħabib, Alla jpespislek fir-ruħ tiegħek, u jkellmek f'qalbek. Kultant, meta ma jkollokx ħin biex tisimghu, ikollu jwaddab ġebla lejk. L-għażla hi f'idejk: jew tisma' s-sejħa tiegħu, inkella stenna l-ġebla !!!


Missjoni ġdida tal-Franġiskani Konventwali fl-Indja! Nhar it-Tnejn 3 ta’ Frar, 2014, il-Ġeneral talOrdni tal-Franġiskani, fetaħ uffiċċjalment missjoni ġdida fil-Belt ta’ Kalkutta, il-belt ta’ Madre Tereża. Din il-missjoni, sa nieħdu ħsiebha aħna l-Maltin flimkien mal-Patrijiet Indjani. Kienu preżenti fost l-oħrajn, żewġ patrijiet Maltin li huma P. Colin Sammut u P. Stephen Borg. Grazzi lill-Mulej li qed inissel vokazzjonijiet ġodda għall-missjonijiet.

Bl-iżbalji titgħallem ... bil-fjaski tirnexxi! Charles minn dejjem xtaq isir kittieb kbir. Kien jibgħat il-kitbiet tiegħu lill-gazzetti biex jippubblikawlu xi ħaġa. Imma dejjem jgħidulu “Mhux tajjeb.” Kien għoddu qata’ qalbu għal kollox, meta xi ħadd qallu: “Stenna ftit. Trid tirnexxi? Mela kompli ikteb, imma flok toqgħod tnewwaħ u teqred, fittex sew dak li ktibt. Jekk mhux tajjeb sinjal li hemm raġuni. Sib dik ir-raġuni u tkun bdejt is-suċċess tiegħek mill-ġdid.” Jekk weħilt minn eżami, għamilt fjask, twaħħalx f’min ikkoreġa l-karta, twaħħalx fit-toqol tal-eżami, jew tgħid dik xortik. Għal kull fjask hemm raġuni. Sib x’kienet ir-raġuni li weħilt. Fittex, staqsi, ara l-verita’. Jekk issibha tkun sibt it-triq biex darb’oħra tirnexxi. Nixtiequ nawguraw lil Hannah Mifsud li ser tagħlaq 8 snin isSibt 15 ta’ Frar. Awguri ġejjin mingħand tal-familja u minna lkoll. Happy birthday.

Nawguraw ukoll lil Maria Josefa Haber mir-Rabat Ghawdex li sa taghlaq 11-il sena l-Ġimgħa 14 ta’ Frar. Awguri gejjin mingħand ommha, missierha u oħtha Alessandra u mingħandna wkoll.


Kif sa tqatta’ jum San Valentinu??? “L-14 ta’ Frar hu jum bħall-ġranet l-oħra. Dan l-għaġeb kollu dwar Jum San Valentino mhu xejn ħlief invenzjoni tan-nies fin-negozju biex jagħmlu ftit qligħ iżjed, bħalma jagħmlu f’ħafna okkażżjonijiet oħra matul is-sena.” Min jirraġuna b’dan il-mod ikun qisu dik il-persuna li tisma’ biċċa mużika u tgħid: ‘il-mużika kull mhi ħafna ħsejjes differenti, li mmur kunċert jew nixtri diska, hu biss mod kif inqalla’ l-flus lil ħaddieħor.’ Kieku kellna nħarsu lejn id-dinja ta’ madwarna b’dan il-mod kieku tkun waħda mekkanika, robotika u bla gost. Veru li l-festa ta’ San Valentinu bħal ħafna okkażjonijiet oħra matul is-sena ġiet kummerċjalizzata u forsi xi ftit iżżejjed. Iżda dan ma jfissirx li ma fihiex sinifikat. Għall- kuntrarju, għax il-jum fih ċertu sinifikat, allura kien għalhekk li rikbu fuqu n-nies tan-negozju. Il-leġġenda tgħid li fis-sena 269 Wara Kristu l-Imperatur Ruman Klawdju ma riedx lill-ġuvintur Rumani jinnamraw u jiżżewġu għax ma ried li jkollhom xejn xi jfixkilhom milli jidħlu fl-armata Rumana u jagħtu ħajjithom għall-Imperu. Iżda l-qassis Valentinu baqa’ jżewweġ lill-koppji fil-moħbi għax kien jemmen fl-imħabba u fiż-żwieġ. Ġie arrestat u sar martri għax emmen fl-imħabba. Sakemm kien il-ħabs il-leggenda tgħid li n-nies kienu jinġabru ħdejn il-ħabs u jitfgħulu fjuri lejn it-tieqa tiegħu biex juruh li huma għadhom jemmnu fl-imħabba. Jum San Valentinu għandu jkun iljum li fih nagħtu xhieda speċjali ta’ dak li qed ngħixu, il-frott u t-tisħiħ ta’ relazzjoni. Ma jagħmilx sens li ma nittraskuraw lill-persuni li nħobbu matul is-sena u nuruhom ‘imħabba’ biss f’dan il-jum. Imma għall-koppji, li forsi mħabbithom birdet xi ftit, forsi li kienu aljenati fix-xogħol, familja eċċ u allura ttraskuraw ftit lil xulxin, għal dan il-jum jista’ jkun dik is-sulfarina li terġa’ tkebbes in-nar ta’ mħabbithom. Ikun jum li fih jagħrfu li hemm bżonn jagħtu każ aktar ta’ xulxin. Dan il-jum jista’ jservi biex xi persuni javviċinaw lil xulxin permezz ta’ kartolina jew rigal ċkejken ħalli juru li għandhom grazzja ma’ persuna oħra. Jien nista’ nuri imħabbti b’elf ħaġa li ma tiswiex flus. Jekk din tkun riflessjoni ġenwina tal-imħabba li nħoss minn ġewwa, din tiġi apprezzata daqs l-aqwa rigal. Nista’ pereżempju nikteb ittra ta’ mħabba. Nistgħu niddedikaw ftit ħin fil-kwiet, naqbdu jdejn xulxin u ngħidu lil xulxin x’napprezzaw f’xulxin jew infakkru lil xulxin f’mumenti sbieħ u mumenti saħħew imħabbitna. Dawn ma jiswewx flus imma jitolbu sforz, frott ta’ mħabba ġenwina. Nistgħu nerġgħu naraw l-album jew il-video tat-tieġ! San Valentinu kien jemmen fl-impenn ta’ mħabba vera. Nista’ f’dal-jum naħseb f’nies oħra li għandhom bżonn daqsxejn imħabba u naqsam imħabbti magħhom; persuni waħedhom, nies morda jew bi bżonnijiet speċjali, forsi wħud minnhom anke membri tal-istess familja tagħna. Nista’ wkoll naħseb kemm għandi bżonn inħobb aktar lili nnifsi u flok nimmaġinani persuna inqas minn ħaddieħor għax ‘single’, napprezza lili nnifsi aktar għax wara kollox meta nħobb lili nnifsi realment nista’ mbagħad ninfetaħ ħalli nħobb lil ħaddieħor mingħajr egoiżmu. Ejja nagħmlu xi ħaġa tajba f’dan il-jum, ġest ta’ mħabba kulħadd għandu bżonnu. L-imħabba hi l-unika ħaġa li tikber u titkattar meta naqsmuha mal-oħrajn. Fuq kollox ftakar kemm Alla jħobbok u għadu jħobbok mingħajr ma jistenna xejn lura!


Gesu Habib Parocca Qawra Bugibba 2014 02 18  

Church magazine,parish leaflet

Advertisement
Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you