Page 1

MEJĠUN2012

Nick Vujicic

ir-raġel bla jdejn u bla saqajn

Leonardo Da Vinci L-Imgħallem li baqa’ jitgħallem

Kony 2012 Il-moviment li qanqal għagħa kbir


8


Kif igerbeb iż-żmien?! Qisu lbieraħ li bdejna erġajna l-iskola wara s-sajf u issa qegħdin fuq l-għatba ta’ sajf ġdid u fi tmiem sena oħra tal-iskola! Fadal biss l-aħħar passi issa – l-imberkin eżamijiet! Imma taqtax qalbek għax l-eżamijiet mhumiex l-għadu tiegħek. Għalkemm kultant l-eżamijiet u t-tests jiġu malajr wisq jew għall-għarrieda, imma dawn huma biss modi kif tara fejn wasalt inti. Għalhekk importanti ħafna li għalleżamijiet ma tidħolx b’qalb maqtugħa jew imbeżża’ għall-aħħar. Ftakar li l-homeworks kollha li tawk l-għalliema u l-kotba li qrajt matul is-sena se jgħinuk biex fis-siegħa tal-prova quddiem il-karta tal-eżami tkun taf il-mistoqsijiet x’inhuma jistennew minnek. Il-lejl ta’ qabel l-eżami ħu ħsieb orqod raqda tajba ħalli filgħodu tħossok frisk u fil-ġimgħat ta’ qabel ippjana l-ħin tiegħek sew ħalli jkollok ħin biżżejjed biex tistudja kif ukoll biex tirrikrea ruħek. Aktar ma tnaqqas l-istress fuqek, aktar moħħok waqt l-eżami se jkun frisk biex jiftakar dak li tant ilek taħdem għalih. Mhux vera li lejl twil ta’ studju jgħinek tiftakar! Ix-xogħol tal-istudju trid tagħmlu qabel matul is-sena permezz talhomework u l-qari. Fl-aħħar jiem tajjeb tirrevedi u forsi tiġbor fil-qosor dak li tkun għamilt matul is-sena. Imma meta l-jiem tal-eżamijiet jibdew joqorbu tajjeb li tippjana sew il-ġranet tiegħek biex dakinhar tal-eżami tkun fl-aqwa tiegħek: rilassat, mistrieħ u b’moħħok hemm. Awguri! Il-paċi miegħek  ✖

F’din il-ħarġa: 5 Il-Bottega

ta’ Mastru Xand

2

Nick Vujicic FireFlight

Leonardo da Vinci Senapa

20

25 6

10

coming soon KONY2012

22

Ewreka: Il-Mudullun u d-Demm

Produzzjoni Kummissjoni gHall-Formazzjoni tat-Tfal u l-MagHZulin taS-SoCjetA tad-Duttrina Nisranija - M.U.S.E.U.M.

Kontributuri

JOSEPH BONNICI ALAN BONELLO Robert Aloisio  Kurt Miceli BERTRAM PORTELLI Reuben Ellul  Karol DeBono  Clifton Sammut Raymond Muscat  Warren BUSUTTIL Lawrence Fenech PHILIP BEZZINA Daniel Micallef  FRANKLIN BALZAN Neil Aquilina Andrew Borg Tazia Hall Noel Vassallo Adrian Vella ROBERT MICALLEF Silvan Vella

Burj Al Arab

UFFICCJU Distribuzzjoni

ABBONAMENTI XEHDA GHASEL, DAR GENERALI TAS-SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA, TRIQ SAN GORG PRECA, IL-MARSA Grafika

www.designedbyal.com 

Stampa

Veritas Press, Zabbar

13

14

15

Poster

26


y robert ALOISIO

Stħajjel lilek innifsek imwieled mingħajr dirgħajn u bla jdejn. La tista’ tgħannaq lil xi ħadd miegħek, la tista’ tmiss xejn, u lanqas taqbad xejn b’idejk. Jew stħajjel lilek innifsek li twelidt mingħajr saqajn. U la tista’ timxi, tiġri, tiżfen u lanqas toqgħod fuq żewġ saqajn. Issa poġġi dawn iż-żewġ xenarji flimkien: bla jdejn u bla saqajn. X’kont tagħmel? Kif kienet taffettwalek il-ħajja tiegħek ta’ kuljum? Niltaqgħu ma’ Nick Vujicic... Imwieled fl-1982 f’Melbourne, l-Awstralja, bla ebda spjegazzjoni medika, Nicholas jew Nick ġie fid-dinja bla jdejn u bla saqajn. L-omm ma kellhiex xi tqala diffiċli jew storja familjari li minnha setgħet tistenna din il-kundizzjoni. Immaġina x-xokk li ħassew ilġenituri tiegħu, meta raw lillewwel tarbija tagħhom bla jdejn u bla saqajn. Ma stennewhx hekk l-ewwel wild tagħhom Dushka, infermiera Serba, u żewġha Serb ukoll, Borris Vujicic, li hu wkoll pastor Protestant. 2  MEJJU/ĠUNJU 2012

“Missieri jgħid li rasu kienet fejn ras ommi meta jien twelidt. U mill-ewwel bjad. Ittama li ommi ma ratnix, għax hu kien rani mingħajr iddriegħ tal-lemin. Kellu jħalli s-sala u ma riedx jemmen dak li ra. Lit-tabib qallu, ‘It-tifel m’għandux driegħu tal-lemin’ imma t-tabib qallu, ‘Ibnek la għandu jdejn u lanqas saqajn.’


“I found the purpose of my existence, and also the purpose of my circumstance. There’s a purpose for why you’re in the fire.”

Missieri nstabat mal-art. Ma riedx jemmen. Il-Knisja kollha waqgħet fid-dulur, u bdiet tistaqsi, ‘Kif seta’ Alla jħalli littifel tal-qassis jitwieled b’dan il-mod?’ Fil-bidu, ommi, lanqas riedet iżżommni f’idejha. Ma riditx treddagħni. Fl-ewwel erba’ xhur kienet skomda ħafna. Damu sew biex bdew jafdaw f’Alla li ma kienx għamel żball – li la kien nesa lili u lanqas lilhom.” Iżda kif seta’ bihom jgħix ħajja kuntenta? X’seta’ qatt jagħmel jew isir binhom meta kien se jgħix b’xi ħaġa li d-dinja taraha bħala diżabbiltà massiva? La huma u lanqas ħadd ma kien jaf li din it-tarbija sabiħa, bla jdejn u bla saqajn, xi darba kellha ssir raġel li jispira, iqanqal u jimmotiva persuni oħra minn kull qasam tal-ħajja u minn kull rokna tad-dinja. Fi tfulitu, Nick ma kellux jaffaċċja biss l-isfidi tipiċi tal-iskola u tal-adolexxenza bħall-ibbulljar u s-self-esteem; kellu jiġġieled ukoll id-dipressjoni u s-solitudni, hekk kif kien jistaqsi lilu nnifsu għaliex kien differenti mit-tfal l-oħra kollha li kien jaf; għaliex hu biss

kien twieled bla jdejn u bla saqajn. Kien jistaqsi x’kien l-iskop ta’ ħajtu, u anki jekk kellhiex skop wara kollox. Wara ħafna frustrazzjoni fejn dejjem kien ikun qisu ħuta barra mill-ilma, ta’ seba’ snin Nick ipprova juża jdejn u saqajn elettroniċi speċjali, bit-tama li jkun bħat-tfal l-oħra. Imma rrealizza li anki b’dawn, huwa ma kienx bħal sħabu tal-iskola. Barrra minn hekk, dawn kienu wisq tqal għalih biex jużahom u kienu qegħdin jagħmluhielu iktar diffiċli biex jiċċaqlaq. “Kont nistaqsi lil Alla, ‘Għaliex ħadtli jdejja u saqajja? Għaliex ma tajtnix dak li kulħadd għandu? Sakemm tibqa’ ma tweġibnix m’iniex se naqdik.’ Ridt immut. Jekk Alla ma kienx se jwaqqaf l-uġigħ tiegħi, kont se nwaqqfu jien. Meta kelli tmien snin ippruvajt ngħerreq lili nnifsi fil-banju. Imma ma rnexxilix. Żammitni l-imħabba tal-ġenituri. Kont inħobbhom wisq u huma kulma għamlu, ħabbewni. Bdejt nistħajjel il-funeral tiegħi. Bdejt nistħajjel lil ommi u lil missieri, u s-sens ta’ ħtija li kienu jħossu għax ma setgħux jagħmlu iktar milli għamlu.”

Darba ommu tatu jaqra artiklu fuq raġel b’diżabbiltà gravi, storja li ħalliet impatt qawwi fuq Nick. “Għandi għażla,” qal Nick, “jew li nkun irrabjat ma’ Alla għal dak li m’għandix jew li nkun grat għal dak li għandi. Ommi qaltli, ‘Nick, Alla lilek se jużak. Ma nafx kif, ma nafx meta, imma Alla se jużak.’ U dan il-kliem beda dieħel f’qalbi. Skoprejt li Alla jista’ jfejqek bla ma jbiddel iċ-ċirkustanzi tiegħek.” U iktar ma Nick beda jikber, iktar beda jitgħallem jaffronta d-diżabbiltà tiegħu u beda jirnexxilu jagħmel ħafna u ħafna aktar affarijiet. Huwa addatta ruħu għas-sitwazzjoni tiegħu u rnexxielu jagħmel affarijiet li ħaddieħor jaf jagħmilhom biss b’idejh, bħal li jaħsel snienu, jagħmel xagħru, juża l- kompjuter, jgħum, jipprattika l-isport, u ħafna iktar. Biż-żmien Nick aċċetta s-sitwazzjoni tiegħu u rnexxielu jikseb affarijiet kbar. Fi grade seven Nick kien elett captain tal-iskola tiegħu u ħadem fil-kunsill tal-istudenti f’attivitajiet biex jinġabru flus għall-benefiċjenza. Skont Nick, ir-rebħa tiegħu fuq id-diffikultajiet, kif ukoll is-saħħa u l-passjoni li għandu lejn il-ħajja, 3


kollha ġew bis-saħħa tal-fidi, tal-familja, tal-ħbieb u talħafna nies li ltaqa’ magħhom matul ħajtu li inkoraġġewh tul it-triq. “Meta kelli ħmistax-il sena, iddeċidejt li nagħti ħajti kollha lil Ġesù wara li qrajt id-disa’ kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Ġwann, fejn in-nies jistaqsu fuq l-imwieled agħma, ‘Għaliex darraġel twieled hekk?’ u Ġesù jweġibhom, ‘Dan ġara biex permezz tiegħu jintwerew l-għemejjel ta’ Alla.’ L-Iskrittura kollha hija ispirata, fiha n-nifs ta’ Alla. Nemmen li lili Alla tani n-nifs tal-ħajja u tal-fidi. Alla kien qed iwieġeb il-mistoqsija li kont ilni nistaqsi: Għaliex? Għaliex għamiltni hekk? It-tweġiba kienet: Inti tafdani? Dik hi l-mistoqsija. Meta twieġeb ‘iva’ għal dik il-mistoqsija, xejn ma jkun jimporta iżjed. Ma kien hemm xejn iktar li seta’ jagħtini l-paċi. Lanqas idejn u saqajn ma setgħu jagħtuni l-paċi. Ridt inkun naf il-verità ta’ jien min jien, għaliex qiegħed hawn u fejn sejjer meta ma nkunx hawn. Din il-verità ma sibtha mkien għajr f’Ġesù Kristu.” Nick issokkta jistudja u kiseb double bachelor degree fl-accounting u fl-ippjanar finanzjarju. Ta’ dsatax-il sena, Nick beda jwettaq il-ħolma tiegħu li jkun ta’ kuraġġ u ta’ tama għal ħaddieħor billi jaqsam l-istorja tiegħu ma’ ħafna nies. “I found the purpose of my existence, and also the purpose of my circumstance. There’s a purpose for why you’re in the fire.” Nick jemmen 4  MEJJU/ĠUNJU 2012

b’qalbu kollha li hemm skop f’kull diffikultà li nħabbtu wiċċna magħha fil-ħajja u li l-attitudni tagħna lejn dawn id-diffikultajiet tista’ tkun l-uniku fattur effettiv biex filfatt negħlbuhom. Fl-2005, Nick kien innominat għall-Premju Żagħżugħ Awstraljan tas-Sena, unur kbir fl-Awstralja, li jagħraf il-kontribut li żagħżugħ ikun ta lill-komunità u lil pajjiżu barra l-kisbiet personali tiegħu. Illum dan iż-żagħżugħ ta’ tletin sena kiseb affarijiet li lanqas min għandu żmien id-doppju tiegħu għadu ma kiseb! Fl-2009 ħa sehem f’short film jismu The Butterfly Circus li rebaħ l-ewwel premju fid-Doorpost Film Project, Best Short Film fil-Method Fest Film Festival bħala l-aqwa attur u Best Short Film f’The Feel Good Film Festival f’Hollywood fl-2010. Mill-Awstralja, Nick mar jgħix fl-Istati Uniti, f’California, USA, fejn għandu kumpanija ta’ motivational speaking jisimha Attitude Is Altitude. Sa minn meta kellu dsatax-il sena, Nick ivvjaġġa maddinja, u qasam l-istorja tiegħu ma’ miljuni ta’nies, studenti, għalliema, żgħażagħ, nies tan-negozju, imprendituri, u nies tal-Knisja. Din is-sena biss, mistenni jmur jitkellem f’għoxrin pajjiż. F’Jannar li għadda, iż-żagħżugħ Malti ta’ sbatax-il sena, Julian Bajada, sab il-kuraġġ li jitkellem fuq id-diżabbiltà tiegħu fuq ġurnal lokali wara li ra vidjow ta’ Nick fuq Youtube, u fit-12 ta’ Frar ta’ din is-sena, Nick iżżewweġ ukoll! Iżżewweġ lill-maħbuba ħelwa tiegħu, Kanae Miyahara.  ✖

Julian Bajada


Time Machine

y karol DE BONO

Qabli ġew ħafna bħali! L-ambjent li għexu fih mhux wieħed ideali… ħafna ċana u biċċiet tal-injam jiġri mal-art, riħa taqsam ta’ kartapesta u ta’ żebgħa, ħsejjes tad-daqqiet tal-mazza fuq l-iskalpell… imma fl-aħħar tal-ġurnata dejjem tarahom kuntenti u ferħanin b’xi biċċa xogħol li jkunu lestew. Ġew u marru, imma warajhom ħallew wirt li intom tistgħu tgawduh sal-lum! Marjanu Gerada kien jaħdem b’dan il-mod u jiena mingħandu tgħallimt is-sengħa tal-iskultura. Illum qed titkellmu miegħi, Alessandro Farrugia, jew aħjar, Mastru Xand, kif kont magħruf fi żmieni. Kif forsi stajtu tindunaw, ix-xogħol tiegħi kien ta’ statwarju, jiġifieri ta’ wieħed li jagħmel l-istatwi. Imma qabel xejn, ħalli ngħidilkom xi ħaġa żgħira fuq ħajti. Twelidt nhar it-2 ta’ Frar 1791 f’raħal li kien magħruf bħala Casal Pasqualin li llum huwa biċċa mir-raħal taż-Żejtun, il-parti

magħrufa bħala ‘ir-Raħal t’Isfel’. U araw ftit kemm tawni ismijiet strambi fil-Magħmudija tiegħi... Alexander, Annuntiatus, Julianus u Candelorus! Ta’ tlieta u għoxrin sena, iżżewwiġt lil Marianna u kelli tlett itfal – Michele, Columba Rosa u Giovanni. Kif għidtilkom diġà, is-sengħa tiegħi tgħallimtha mingħand l-artist bravu Marjanu Gerada. Minn dak iż-żmien kont tgħallimt ħafna affarijiet li bqajt nużahom tul ħajti kollha sakemm bqajt naħdem. Li kieku ma poġġejtx moħħi hemm, ma kont nasal imkien. Eh, iva! Kemm hu importanti li ż-żmien tattagħlim tużawh sew u ma taħluhx, għax wara jiddispjaċikom. Nimmaġina li intom interessati li tkunu tafu b’xi xogħlijiet li għamilt, hux hekk? Bl-għajnuna t’Alla, dawn mhumiex ftit. Insemmilkom, pereżempju, l-istatwa titulari ta’ San Pawl ta’ Ħal Safi, l-istatwa

ta’ Santa Marija fil-knisja talImqabba u l-istatwa titulari ta’ Marija Annunzjata ġewwa Ħal Tarxien, li kienet waħda fost l-ewwel statwi titulari b’żewġ persunaġġi fil-gżejjer Maltin. Ma setax jonqos li naħdem xi xogħlijiet għall-Parroċċa tażŻejtun. Għal dan raħal twelidi, ħdimt l-istatwa ta’ Kristu fl-Ort kif ukoll Kristu fflaġellat. Anki għal barra minn Malta ħdimt; fosthom statwi għal Tuneż kif ukoll għallEġittu! Għalkemm kont nippreferi naħdem fl-injam, kont inħobb naħdem ukoll fil-ġebla. Ħajti fuq din l-art intemmet nhar l-4 ta’ Diċembru 1871. Xejn ma ngħidilkom ħlief din...iż-żmien tagħna fuq din l-art huwa qasir (anki jekk jiena għext 80 sena!) Mela kif għadkom żgħar u mimlijin ħajja, qisu li dan iż-żmien ma taħluhx, u tużawh bl-aħjar mod li tistgħu għall-ġid ta’ dawk li jgħixu madwarkom.  ✖

5


Leonardo da Vinci

y REUBEN ellul bertram PORTELLI

l-imgħallem li baqa’ jitgħallem

X’għandhom komuni l-parachutes, l-ajruplani, irrobots, il-helicopters u l-ball bearings? Dawn kollha huma affarijiet li mhux biss aħna mdorrijin naraw madwarna, imma kważi kważi ma nimmaġinawx id-dinja tal-lum il-ġurnata mingħajrhom. Kollha kemm huma nużawhom b’mod dirett u indirett fil-ħajja ta’ kuljum. L-element li jgħaqqad dawn l-oġġetti flimkien huwa l-bniedem li tant snin ilu kien il-moħħ warajhom – Leonardo da Vinci. Minkejja li dawn l-invenzjonijiet ġew żviluppati f’dawn l-aħħar mitejn sena minn persuni differenti, nistgħu ngħidu li Leonardo da Vinci kien diġà ħaseb fihom minn ħafna qabel u kien għamel sensiela ta’ disinji u riċerki fuqhom iktar minn ħames mitt sena ilu! Ħafna nies li llum inqisuhom ġenji, bħal Galileo Galilei, Albert Einstein, Albert Hitchcock u William Shakespeare, minkejja li kienu verament nies 6  MEJJU/ĠUNJU 2012

kbar u li ħallew il-marka tagħhom fl-Istorja, l-impatt tagħhom u l-kontribut li taw kien biss f’wieħed jew fi ftit mill-ħafna oqsma li jeżistu, bħax-Xjenza, il-Fiżika, ilMatematika, il-Letteratura, l-Arti u tant oħrajn. Da Vinci nistgħu ngħidu li huwa bniedem uniku minħabba l-fatt li kien jinteressa ruħu fl-oqsma kollha u sar espert fihom ilkoll. Minħabba f’hekk, huwa meqjus bħala ‘L’Uomo Universale’. Leonardo twieled fl-1452 ġewwa Vinci, fir-reġjun ta’ Firenze fiċċentru tal-Italja. Wara li ngħata edukazzjoni bażika, ta’ erbatax-il sena beda jaħdem bħala apprentist mal-artist Taljan magħruf Verrocchio, f’Firenze stess. Il-post tax-xogħol ta’ Verrocchio kien fost l-aqwa u l-iżjed imfittex f’dak iż-żmien. Leonardo mill-ewwel ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna artisti u anki ta’ Verrocchio stess bil-ħila li wera. L-iktar ħaġa li kienet tispikka fih kienet il-ħeġġa li kellu biex

jitgħallem u jifhem dejjem aktar in-natura. Fl-invenzjonijiet tiegħu tidher il-motivazzjoni li kellu li jimita l-mekkaniżmi li kien josserva fin-natura, jitgħallem minnhom u jirnexxilu jikkontrollahom. Kien jimmeravilja ruħu bl-iċken ħlejqiet fin-natura u kien jibqa’ jistudjahom biex jifhimhom iżjed. Warajh, Da Vinci ħalla iktar minn 13,000 paġna b’noti ta’ affarijiet li kien skopra u osserva, kif ukoll notamenti fuq invenzjonijiet li ddisinja imma li qatt ma kompla jiżviluppahom. Ħafna minn dawn l-invenzjonijiet baqgħu mistura u ma żviluppahomx jew għax kien tilef l-interess fihom u beda jaħdem fuq xi ħaġa oħra, jew inkella għax ma kienx sab nies li jiffinanzjawh. Fost proġetti li Da Vinci ħalla warajh insibu tank tal-gwerra, helicopter, ajruplan (simili għal dak li ħarġu bih l-aħwa Wright fl-1903) u libsa apposta biex wieħed ikun jista’


Kont taf li… Da Vinci kien jgħix fl-istess żmien u fl-istess belt (Ruma) tal-artist kbir Rinaxximentali Michelangelo. Kien persuna xellugija, bi profil ta’ disleksja u bniedem perfezzjonist f ’xogħlu tant li kemm-il darba kien idum ma jlesti biċċa xogħol, jew ma jtemmhiex, inkella jqatta’ opra li jkun għamel li ma jkunx daqstant kuntent biha. Da Vinci kien wieħed mill-ewwel artisti Taljani li għamel użu miż-żebgħa taż-żejt. Jingħad li Da Vinci dam għaxar snin sakemm pinġa x-xufftejn misterjużi tal-Mona Lisa kif jidhru llum. Ma jistax ikun hemm aktar minn 20 persuna li jkunu qed jaraw il-pittura ‘Il Cenacolo’ ta’ Da Vinci fl-istess ħin u barra minn hekk, iż-żjara firrefettorju fejn hemm il-pittura, ma tistax iddum aktar minn kwarta.

jgħum fit-tul filwaqt li jkun jista’ jieħu nifs taħt l-ilma. Din tal-aħħar, Da Vinci ddisinjaha meta kien Venezja – il-belt tal-ilma. Il-libsa setgħet tintuża biex persuna tkun tista’ tasal sa ħdejn il-bastimenti tal-għedewwa mingħajr ma dawn jindunaw bih. Din il-persuna, imbagħad, kif tkun għadha taħt l-ilma, tagħmel kemm jista’ ħsara lill-bastiment u terġa’ lura, mingħajr ma n-nies tinduna xi jkun ġara! Biex ħadd ma jirnexxilu jisraqlu xogħlu, Leonardo kien jikteb in-noti tiegħu b’kaligrafija miktuba bilkontra, b’mod li wieħed seta’ biss jaqraha billi juża mera. Fost ix-xogħlijiet l-aktar magħrufa ta’ Da Vinci, insibu l-pittura The Last Supper - li kif jindika t-titlu tagħha, tirrappreżenta l-aħħar

ċena ta’ Ġesù, xogħol li l-pittur dam għaddej fuqu għal tliet snin sħaħ - il-Mona Lisa u l-pittura Madonna of the Rocks. Fatt interessanti dwar Leondardo kien, li kemm-il daba kien jixtri l-għasafar li kienu jkunu għallbejgħ fil-gaġeġ bil-għan li ġaladarba jkunu għadu, jitlaqhom ħelsin! Fost l-assistenti li kellu tul ħajtu, Francesco Melzi, kien il-favorit tiegħu u wara l-mewt ta’ Da Vinci fl-1519, huwa wiret in-noti u l-manuskritti kollha li dan l-artist kien ħalla warajh. Fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Xehda Għasel, tista’ ssib ħoloq (links) li jeħduk għal aktar informazzjoni u vidjos dwar dan l-artist kbir.  ✖ 7


X’jagħmel lil xi ħadd eroj? L-għaqal? Il-kuraġġ? Il-poteri? X’jagħmel lil dawn in-nies hekk kbar u speċjali? Il-film il-ġdid tal-Marvel – The Avengers – immexxi mid-direttur Joss Whedon, idur propja fuq dawn il-mistoqsijiet u jagħtina waħda mill-isbaħ tweġibiet li nistgħu nsibu.

y ALAN bonello

Il-film jibda billi jurina l-passi meqjusa ta’ Loki biex jakkwista armata u biha jattakka lillqawwiet tad-dinja. L-iskop tiegħu huwa li jirbaħ lid-dinja u jagħmel lill-bnedmin l-iskjavi tiegħu. Hawn jidħlu fix-xena Nick Fury u l-aġenzija SHIELD li wara li jiġu attakkati minn Loki nnfisu u mirbuħa, jibdew jippjanaw difiża aħjar għad-dinja.

There was an idea... called the Avengers Initiative. The idea was to bring together a group of remarkable people... see if they could become something more... see if they could work together when we needed them to fight the battles that we never could.

8  MEJJU/ĠUNJU 2012

Il-pjan ta’ Nick Fury huwa li jgħaqqad tim ta’ individwi bi kwalitajiet speċjali biex jiddefendu lid-dinja f’dawn issitwazzjonijiet ta’ periklu estrem. Madankollu, mal-ewwel daqqa t’għajn lejn il-membri ta’ dan it-tim, il-pjan ta’ Fury jidher impossibli li jseħħ. Dan għaliex il-kwalitajiet li jagħmlu lil dawn in-nies speċjali jwassluhom ukoll biex jinqatgħu min-nies ta’ madwarhom u ma jħalluhomx jaħdmu flimkien. L-attitudnijiet ta’ Tony Stark, il-kburija ta’ Thor, il-biża’ u r-rabja ta’ Bruce Banner u l-ideat ta’ Steve Rogers mhux talli ma jidhrux li jistgħu qatt jaħdmu flimkien, talli saħansitra l-għadu jiddeċiedi li jidħol bejniethom u juża dawn il-kwalitajiet tagħhom biex


jifridhom aktar minn xulxin. Imma Loki ma kienx qiegħed jistenna li l-bnedmin kellhom kwalità inkredibbli, dik tas-sagrifiċċju. Għalkemm mingħajr poteri jew kwalitajiet straordinarji, l-aġent ta’ SHIELD Phil Coulson jiddefendi ’l-grupp tal-Avengers saħansitra b’ħajtu u fl-aħħar nifsijiet tiegħu jistqarr ma’ Fury li l-mewt tiegħu tista’ tkun dik li tgħaqqad lit-tim tas-supereroj flimkien. Wara t-telfa ta’ Coulson, il-membri tat-tim tal-Avengers jidħlu f’qoxrithom u hekk kif l-għadu jasal biex iwettaq il-pjan tiegħu, kollha kemm huma jsibu l-qawwa biex jaħdmu flimkien. Għalkemm il-film jidher li jieħu fit-tul biex jasal għall-qalba tiegħu, u fih ħafna argumenti differenti, imma d-direttur juża dan il-ħin sabiex jibni l-karattri differenti u hekk naraw x’inhu li jimmotivahom biex jaħdmu. U hekk kif tasal il-battalja finali naraw li s-sagrifiċċju ta’ Coulson jibdel lill-membri kollha tal-Avengers fl-eroj li tant kellhom bżonn.

Bruce Banner li jibża’ li jinbidel f’Hulk, għax jaħsbu mostru li moħħu biex ikisser kulma jara, jiddeċiedi li jafda fih innifsu u jinbidel f’Hulk. Steve Rogers jibda’ jara lill-membri tal-Avengers bħala alleati u mhux grupp ta’ nies irresponsabbli u bla ebda dixxiplina. Tony Stark jirrealizza xi tfisser tkun eroj meta saħansitra jirriskja ħajtu biex isalva lid-dinja. Fl-aħħar xeni tal-film naraw lil dawk li qattgħu l-biċċa l-kbira talfilm jillatikaw bejniethom, jaħdmu flimkien u l-għaqda ta’ bejniethom tagħmilhom qawwa invinċibbli.  ✖

9


Iktar ma bdew jersqu nies lejh, Ġesù iktar beda jitlob sfida u jikkalma l-entużjażmu żejjed tal-folla. F’din il-parabbola, meta ġie biex jispjega s-Saltna t’Alla, ġab eżempju mill-ambjent ta’ madwaru. y JOSEPH bonnici

Is-siġra tas-senapa: It-tixbiha tfakkar fiċ-ċedru li jsemmi l-Profeta Eżekjel fitTestment il-Qadim. Id-differenza hija li l-Profeta jistħajjel imperu li jiddomina l-popli l-oħra, filwaqt li Ġesù jitkellem dwar Saltna li tikber fil-kwiet u tibda fiċ-ċokon, bħal pjanta ġewwa ġnien. Siġra kbira: Ġesù jixtieq juri li wara żmien ta’ ħwejjeġ żgħar, din is-Saltna se tidher, bħalma ġara lilu, li wara li deher tellief, issebbaħ fil-glorja tal-Qawmien. Fid-dell tagħha: FitTestment il-Qadim, id-dell ifisser ġest ta’ mħabba ta’ Alla lejn il-bniedem. Dan jinftiehem iktar meta tqis l-importanza tad-dell f’art maħruqa bix-xemx bħall-Palestina. Żerriegħa ċkejkna: Innies setgħu jifhmu l-qawwa ta’ din it-tixbiha. Iż-żerriegħa għandha fiha l-qawwa li tikber u li tagħti l-ħajja lis-siġra. Ġesù ma jintilifx fuq iż-żerriegħa, imma fuq il-qawwa tagħha. Din hi qawwa li tkabbar siġra!

10  MEJJU/ĠUNJU 2012

‘Ħarsu lejn is-siġra tas-senapa. Hija siġra kbira, tant li l-għasafar ibejtu fiha u jistkennu fid-dell tagħha. Madankollu, tibda bħala żerriegħa ċkejkna, qisha ramla. Wara l-ewwel werqiet, jikber iz-zokk u l-bqija tas-siġra. L-istess jiġri bis-Saltna t’Alla, minn bidu żgħir tikber u tixtered.’ Mhux kulħadd fehmu u għalhekk Ġesù kellu bżonn juża aktar parabboli biex jispjega l-qawwa tas-Saltna t’Alla. Addattata minn Mattew 4, 30-32. Is-Senapa mhix l-iżgħar żerriegħa li teżisti. Hawn Ġesù qed jitkellem fuq is-senapa sewda, magħrufa wkoll bħala mustarda. Kienet espressjoni li tfisser xi ħaġa żgħira ħafna. Il-bdiewa tal-Palestina kienu jarawha bħala ħaxixa ħażina li kienet tikber kull fejn taqa’ jew tinġarr mar-riħ. Hija pjanta li tikber malajr u togħla bejn tlieta u erba’ metri, l-iktar madwar il-Baħar tal-Galilea.

Imma x’kellu f’moħħu Ġesù? Is-Saltna t’Alla ma tikbirx bilmuskoli, bil-flus jew b’wirjiet eċċezzjonali. Tuża metodi oħra, bħall-ħidma ta’ kuljum ta’ persuni sempliċi li jwettqu dmirhom sewwa u għall-ġid; u l-qawwa f’dan kollu tiġi minn Alla li jkabbar u jmexxi l-ħidma ta’ dawn in-nies. Forsi ma kinux persuni sempliċi Franġisku t’Assisi li ħabbeb tant nies bejniethom u mal-ħolqien u Tereża ta’ Kalkutta li għażlet l-ifqar fost il-fqar?


L-iktar magni kbar jaħdmu bil-għajnuna ta’ ingranaġġi żgħar, jew partijiet li bilkemm jidhru. Mingħajr dak li hu ċkejken, il-magna l-kbira tieqaf u kulħadd ikollu joqgħod jistenna l-part tasal! Il-virtù jew il-qawwa speċjali li tistedinna nħarsu lejha din il-parabbola hija s-sempliċità, li tmur kontra l-ideat ta’ kobor, qawwa, u ġid. Donnu li jekk ma jkollokx mowbajl tal-aħħar mudell, jekk missierek jew ommok mhumiex nies ta’ karriera għolja li jwassluk fejn trid b’karozza lussuża, int m’int xejn!

John Appleseed John Chapman twieled f’Massachusetts fis-26 ta’ Settembru, 1774. Baqa’ magħruf bħala Johnny Appleseed, għax qatta’ disgħa u erbgħin sena minn ħajtu jterraq fil-kampanja Amerikana jiżra’ t-tuffieħ minn kulfejn kien jgħaddi. Johnny kien raġel twajjeb u ġentili, maħbub minn dawk kollha li kien jiltaqa’ magħhom. L-annimali wkoll kienu jinġibdu lejn il-ħlewwa tiegħu. Kien jilbes ix-xkejjer u l-kappell tiegħu kien borma tal-landa li kienet isservi wkoll għat-tisjir! Il-ktieb favorit tiegħu kien il-Bibbja. Johnny kien jgħaddi l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu ħafi, jimxi minn naħa għal oħra tal-Amerika u jwettaq il-ħidma tiegħu. Jgħidu li fix-xitwa kien jixrob is-silġ maħlul u wkoll li l-qiegħ ta’ saqajh tant rabba qoxra iebsa li gidma ta’ serp fih ma kienet tħalli l-ebda effett! F’moħħu, Johnny kellu ħolma waħda: li minn kull fejn jgħaddi, l-art tagħti tuffieħ biżżejjed biex kull min jgħix hemmhekk ma jkun qatt bil-ġuħ! Huwa maħsub li sal-lum il-ġurnata, hemm imsaġar tal-frott f’Illinois, Indiana, Pennsylvania u Ohio li fihom siġar imnissla miż-żrieragħ li żera’ Johnny. Min jaf kemm nies gawdew mill-ħidma siekta ta’ dan il-bniedem!

11


minn hawn

u minn hemm

y LAWRENCE fenech

Extreme Ironing Ġieli ppruvajt tgħaddi xi biċċa ħwejjeġ? Jien ma nsibhiex l-aktar ħaġa eċitanti. Imma hemm xi nies li tant togħġobhom il-ħadida tal-mogħdija li ħolqu sport biha u sejħulu extreme ironing! Però l-enfasi hu aktar fuq l-ewwel milli fuq it-tieni kelma! Dan l-‘isport’ jikkonsisti filli tieħu l-mejda, il-ħadida tal-mogħdija u xi biċċa ħwejjeġ, u tmur xi mkien ‘estrem’ – u tieħu ritratt. Il-postijiet li ġew ippruvati huma ħafna: fuq xi muntanja, taħt il-baħar, fuq is-saqaf ta’ karozza, nieżel b’parachute, eċċ! Jien ngħid għalija, nippreferi noqgħod bil-qmis imkemmxa milli nirriskja ħajti!

Gran Mastru tal-Memorja Tħobb tiftakar id-dati u l-equations għall-eżamijiet? Jekk tieħu gost tisfida l-memorja tiegħek tista’ tipprova ssir Gran Mastru tal-Memorja! Dan it-titlu ftit bombastiku veru jeżisti u jingħata mill-World Memory Sports Council. Xi trid tagħmel biex tilħaq Gran Mastru tal-Memorja?

12  MEJJU/ĠUNJU 2012

Tliet affarjiet biss:

Timmemorizza 1,000 numru

(5, 8, 2, 4 . . . ) wara xulxin f’sittin minuta,

Timmemorizza 10 pakketti tal-karti

(52 karta f’kull pakkett) wara xulxin f’sittin minuta u

Timmemorizza pakkett karti wara xulxin f’anqas minn żewġ minuti.

Tidher ftit impossibbli – fil-fatt, fiddinja, hawn biss xi 100 persuna li rnexxielhom jakkwistaw dan it-titlu!


y WARREN busuttil

FIREFLIGHT Imnalla jkunu l-ħbieb tal-ħbieb xi kultant! Mur għidlu li minħabba sieħbu, kien se jispiċċa drummer f’rock band Amerikana. U mhux hu biss... il-lead singer tal-band ġiet magħżula għax għoġbot lill-kitarristi waqt sempliċiment serata tal-gradwazzjoni. Glenn Drennen ġietu l-idea li jibda rock band żgħira flimkien mal-mara tiegħu Wendy. Iżda b’kitarra u bass biss ma tagħmel xejn. Riedu li talinqas ikollhom kantanta… u din ġiet b’kumbinazzjoni! Ara veru ma jiġri xejn bl-addoċċ. Waqt ċerimonja tal-gradwazzjoni ta’ ħu Glenn, Dawn Richardson kantat waqt il-quddiesa. Glenn mal-ewwel intlaqat bil-vuċi sabiħa tagħha u minflok qagħad jiekol fil-party ta’ wara, mar fuqha u ntefa’ jkellimha fuq il-ħsieb li kien qed iberren

f’moħħu fuq il-band. Richardson aċċettat mal-ewwel.

Kien jonqos issa ftit tal-beat għallmużika tagħhom. Glenn ftakar f’ħabib antik tiegħu tal-iskola, Justin Cox li dan ukoll kien kitarrist u drummer tal-ġenn. U taf fejn iltaqa’ miegħu? Għand il-grocer tar-raħal u dan b’kumbinazzjoni ukoll! Bil-mod il-mod, din il-band ingħaqdet u ħadet l-isem ta’ Fireflight, isem li ħareġ bih Dawn Richardson (iktar tard Dawn Michele) eżattament ftit qabel performance fi knisja… u dan l-isem ma jfisser xejn partikulari, kif stqarrew huma stess. Iżda l-problemi bdew jinbtu malewwel! Id-drummer Justin Cox

iddeċieda li jżarma minn magħhom u għalhekk kellhom ifittxu drummer mill-ġdid; u ’l dan ukoll sabuh b’ċikka! Iltaqgħu ma’ ħabib talħbieb, Philip Shorb (Phee) li aċċetta li jieħu l-post ta’ Cox. Intlaqgħu tajjeb ħafna u kellhom diversi tours madwar l-Amerka u ħarġu l-album The Healing of Harms fl-2006 li mmarkalhom s-suċċess tal-karriera tagħhom. Sal-lum il-ġurnata, il-membri ta’ dan il-grupp, ħarġu madwar erba’ albums differenti u hemm album ieħor li qegħdin jaħdmu fuqu matul din is-sena. Jekk tixtieq tisma’ ftit mużika Nisranija rock, idħol fil-paġna ta’ Facebook u ħu ftit togħma żgħira ta’ dan ilġeneru wkoll! 13


Novak Djokovic


16  MEJJU/ĠUNJU 2012

www.facebook.com/Xehda

Niżżel verżjoni JPEG u l-istruzzjonijiet mill-paġna facebook ta’ Xehda Għasel


minn hawn u minn hemm Tûranor PlanetSolar

Fl-4 ta’ Mejju, Tûranor PlanetSolar temmet vjaġġ ta’ 584 ġurnata madwar id-dinja. Dan il-proġett inbeda fl-2004 mill-Isvizzeru Raphael Domjan li xtaq juri l-importanza tal-enerġija nadifa biex nipproteġu l-ambjent. Tûranor, li tfisser “Is-Setgħa tax-Xemx”, hija l-akbar dgħasja li taħdem biss bl-enerġija tax-xemx u għandha 537m2 ta’ solar panels. Tûranor salpat minn Monaco fis-27 ta’ Settembru 2010 u l-vjaġġ sar kemm jista’ jkun qrib l-Ekwatur biex isir l-aħjar użu mix-xemx. Il-vjaġġ kien twil u Raphael u l-membri tal-ekwipaġġ ltaqgħu ma’ ħafna diffikultajiet fosthom li riedu joqogħdu attenti li jippjanaw u jgħaddu minn fejn ma kienx hemm sħab. Iżda fi tmiem il-vjaġġ it-tim kien sodisfatt għal dak li rnexxielu jwettaq. Mal-wasla tagħhom f’Monaco, Raphael qal, “Għandna kollox għaddispożizzjoni tagħna: l-għarfien, it-teknoloġija, il-materjal u l-enerġija nadifa biex insiru sostenibbli u nipproteġu l-pjaneta.”

Novak Djokovic

y NEIL aquilina

Għal uħud minnkom dan jista’ jkun isem ġdid, għal oħrajn jista’ jkun familjari; skont jekk jinteressakx l-isports jew le. Fil-fatt, Novak Djokovic, huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers tat-tennis, u fil-fatt bħalissa qed jokkupa l-ewwel post fir-ranking tal-plejers tat-Tennis skont l-Assoċjazzjoni tat-Tennis Professjonali (ATP). Għad għandu 24 sena u diġa’ rnexxielu jirbaħ ħames titli Grand Slam, l-ogħla tournament li jsir tat-tennis. Djokovic, li huwa mis-Serbja, jgħin ħafna lill-Knisja Kristjana Ortodossa b’ħafna donazzjonijiet u għajnuna lil nies foqra, speċjalment fil-Kosovo, reġjun li hu milqut ħafna minn gwerer u ġlied. Fil-fatt, fl-2011, il-Patrijarka Irinej tas-Serbja ta lil Djokovic l-Ordni ta’ San Sava, bħala rikonoxximent tal-għajnuna u s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Serb. Apparti minn hekk, Djokovic huwa bniedem tassew ċajtier u jħobb jiċċajta ħafna ma’ sħabu l-plejers li tawh il-laqam ta’ “Djoker”. Huwa membru fil-klabb Champions For Peace, organizzazzjoni li tilqa’ fiha atleti famużi li jwasslu l-paċi permezz tal-isports… mhux li kien li aħna nużaw it-talenti tagħna biex inġibu l-paċi kull fejn inkunu!

17


minn hawn u minn hemm

Project Glass

y CLIFTON sammut

Forsi ġieli smajtu bil-kelma augmented reality meta permezz ta’ apparat jitbiddel dak li tkun qiegħed tara madwarek. Proġett ġdid immexxi mill-kumpanija magħrufa Google, jinvolvi nuċċali li jista’ jurik mappa ta’ fejn int sejjer; tista’ tieħu ritratti jew vidjos u tpoġġihom direttament fuq Google+ u tista’ wkoll tibgħat e-mails kif ukoll iċċempel. Dan ikun bħal kompjuter jew mowbajl, bid-differenza li l-iscreen ikun quddiem għajnejk. Oħrajn saħansitra qegħdin jippruvaw jagħmlu dan it-tip ta’ apparat ġo contact lens! Immaġina ftit! Nistennew u naraw!

Privatezza!

Meta ninzerta xi film dwar l-ispjunaġġ, dejjem nosserva kemm il-protagonisti tal-film, jagħtu kas tad-dettalji biex ma jħallux l-inqas ħaġa li tista’ tikxef l-identità tagħhom. Illum il-ġurnata hemm ħafna kumpaniji kbar li qegħdin jiġbru informazzjoni dwar x’tagħmel kull persuna li tuża l-internet, bħal liema siti wieħed

18  MEJJU/ĠUNJU 2012

ikun żar jew liema oġġetti jkunu ġew imfittxa. Dawn jintużaw biex joffru servizzi u prodotti ħalli jagħmlu iktar flus. Biex inġib eżempju, il-kumpanija Facebook tkun taf b’kull sit li jkollu l-buttuna like, tkun taf li int dħalt f’dak is-sit u anki jekk għoġbokx jew le. Tajjeb li minbarra li noqogħdu attenti x’informazzjoni nagħtu

dwarna, noqgħdu wkoll attenti lil min ngħaddu tali informazzjoni. Programm li jista’ jkun ta’ għajnuna biex ma jħallix dawn it-traċċi huwa Do not track me ta’ Abine li ma jħallix lil kumpaniji oħra jkunu jafu f’liema siti dħalt. http://www.abine.com/dntdetail.php https://www.priveazy.com/


y kurt MICELI

Spellovision Dan xi jkun?

L-istorja teħodna f’post bl-isem ta’ Witchway Wood, fi żmien li fih ħadd ma kien għadu beda jsajjar. Lanqas ma kienu għadhom bdew jikkomunikaw ma’ xulxin permezz tal-blalen tal-kristall jew joħorġu jtiru fuq l-ixkupi. Saħansitra biex jixtru x’jieklu, kienu jsibuha bi tqila. Din kienet l-aħħar moda f’dan l-imkien maġiku. Għax l-iSpellovision kien tassew saħħar lil kulħadd - mill-kbir sażżgħir! Forsi esaġerajt xi ftit meta għidt ‘kulħadd’ għax kif tafu, dejjem issib eċċezzjoni għar-regola. Insomma, is-saħħara Pongwiffy kienet l-unika waħda mir-raħal kollu li ma kelliex interess f’din il-ħaġa ġdida għax minbarra li kienet tqisu bħala imbarazz kienet ukoll tiddejjaq bilqiegħda ma tagħmel xejn. Allura kien se jaqbadha ferħ ta’ ġenn f’din ilkalma kollha! Imma dur, dur, dur, Pongwiffy sabet fiex tehda. Kienet sempliċi kitarra żdinkata li qajmet ittalent mużikali li suppost kien moħbi fiha. Gradwalment, sħaba s-sħaħar l-oħra wkoll bdew jissieħbu magħha u l-grupp tant sar popolari, li Pongwiffy, blgħajnuna tal-ħamster Olandiż Hugo, ħarġu bl-idea brillanti li joħolqu kompetizzjoni tal-kant. B’hekk twieled il-konkors talkanzunetta Spellovision li fih jieħdu sehem fantażmi, vampiri, mummji u sħaħar, fost l-oħrajn. Hekk hu...tip ta’ Eurovision.

Qamar Kbir

y RAYMOND muscat

Fil-5 ta’ Mejju l-qamar qisu kien akbar missoltu. Dan kien l-akbar qamar kwinta għal din is-sena u għalhekk l-aktar imdawwal. Dan jiġri minħabba l-forma ellittika tal-orbita tal-qamar madwar id-dinja. Id-distanza mid-dinja tvarja bejn 357,000km meta l-qamar ikun l-aktar qrib tad-dinja (periġew) u 406,000km meta jkun l-aktar bogħod (apoġew). Meta jaħbat qamar kwinta fil-periġew, il-qamar jidher madwar 14% akbar u 30% aktar imdawwal minn qamar kwinta fl-apoġew. Dan il-fenomenu jissejjaħ Super Moon u jirrepeti ruħu bejn 4 u 6 darbiet f’sena (għalkemm id-daqs ivarja xi ftit minħabba li ma jkunx kwinta fil-periġew eżatt). Dawk minnkom dilettanti tal-logħob tal-futbol, tafu li l-isem EA Sports huwa sinonimu ma’ logħob bħal FIFA, NCAA, Madden u oħrajn. Tafu wkoll li dawn it-tip ta’ logħob dejjem jinbidel bi grafika u gameplay aħjar mis-sena ta’ qabel. U naħseb li tafu wkoll li kull meta jkun riesaq xi tournament importanti tal-isports, toħroġ logħba apposta. Fil-fatt, EA Sports UEFA Euro 2012 hi l-logħba uffiċċjali tat-tournament tal-futbol għat-timijiet Nazzjonali Ewropej li se jkunu qed isiru das-sajf fil-Polonja u l-Ukrajna. Fil-logħba, li hi expansion ta’ FIFA

12, tikkontrolla tim u twasslu salfinali u eventwalment għar-rebħ tat-tournament. Imma apparti l-24 tim li kkwalifikaw, tista’ tilgħab b’timijiet oħrajn li ma kkwalifikawx. Immaġina, taqla’ lil Spanja u minflok iddaħħal lil Malta u jirnexxielek tikkompeti u tirbaħ almenu virtwalment! Imma apparti l-logħob tattournament tradizzjonali tal-EURO, hemm ukoll Expedition Mode. B’dan il-mod, tibda b’tim li fih tagħżel plejer wieħed li trid inti u tibda tisfida lil timijiet oħrajn. Jekk tim tirbaħlu darba, tista’ tagħżel plejer mit-tim tar-reserves, jekk tirbaħlu darbtejn, teħodlu plejer li jkun sostitut u jekk tirbaħlu 3 darbiet teħodlu plejer mill-ewwel ħdax! U tista’ tibqa’ sejjer hekk sakemm tisfida lin-nazzjonijiet kollha u tarma tim super-stellari Ewropew!

Jekk taħseb li fhimt x’inhu l-iSpellovision nissuġġerilek li tiċċekkja fis-sitt ktieb minn sensiela ta’ sebgħa dwar Pongwiffy u sħabha, miktuba minn Kaye Umansky. 19


coming soon

THE AVENGERS (Mejju) Wara l-films tas-sena l-oħra, Captain America: The First Avenger u Thor, din is-sena l-Marvel daħlu għal biċċa xogħol inkredibbli li jgħaqqdu t-tim leġġendarju tal-Avengers u juruna wieħed mill-akbar films ta’ dan is-sajf.

The Dark Knight Rises (Lulju) Dan huwa t-tielet u l-aħħar film li Christopher Nolan se jagħmel fuq il-karattru vigilante Batman. Tmien snin għaddew minn meta Batman ħa fuqu l-ħtija tal-atti kriminal ta’ Two Face fil-film The Dark Knight (2008). Dan għamlu biex jipproteġi l-memorja ta’ sieħbu Harvey Dent li għal ħafna nies kien eroj kbir tal-ġustizzja u mhux il-kriminal Two Face. Madankollu, meta t-terrorist Bane jaqleb lil Gotham City ta’ taħt fuq, id-Dark Knight jirritorna biex jiddefendi lil dawk in-nies li kienu jqisuh għadu tagħhom. Fil-film jidhru numru ta’ karattri oħra fosthom x’uħud li diġà dehru fil-films Batman Begins u The Dark Knight bħall-Ispettur Gordon, u oħrajn li huma ġodda bħal Cat Woman. Żgur li dan se jkun wieħed mill-akbar films ta’ din is-sena.

20  MEJJU/ĠUNJU 2012

Fih, Loki jattakka lid-dinja biex ijassarha, u minħabba l-armata numeruża tiegħu u l-armi devastanti tagħhom, l-unika tama għall-bnedmin huwa dan it-tim ta’ supereroj (ara paġna 8 għall-istorja ta’ dan il-film f’aktar dettall).

G.I. Joe - Retaliation (Ġunju) Sequel għall-film G.I. Joe – The Rise of Cobra, dan il-film ikompli wara li l-President tal-Istati Uniti ġie misruq u minfloku l-Cobra poġġew Aġent tagħhom li wara operazzjoni ġie jixbah għal kollox lillPresident. Ftit ftit il-Cobra jibdew jidħlu fix-xena u l-G.I. Joe jispiċċaw attakkati mill-forzi Amerikani stess. Imma l-G.I. Joe ma jispiċċawx fix-xejn u malajr jerġgħu jgħaqqdu tim biex jiddefendu liddinja mill-forzi tal-Cobra. Il-film huwa mimli effetti speċjali u xeni intensivi ta’ azzjoni kif ukoll ta’ arti marzjali u kummenti umoristiċi jew sarkastiċi.

Men in Black III (Mejju) It-tielet film mis-serje Men In Black jibda b’Agent J li jidħol l-uffiċċju jfittex lil sieħbu Agent K u jiskopri li dan kien miet – 40 sena qabel! Xi ħadd kien mar fil-passat biex joqtlu u hekk jibdel l-Istorja tad-dinja bħala parti minn pjan biex jokkupa lid-dinja. Għalhekk, Agent J imur lura fiż-żmien fl-ewwel snin tal-aġenzija Men In Black, fis-snin sittin, biex isalva lil sieħbu Agent K u lid-dinja mill-invażjoni aljena.


BRAVE (Ġunju) Kull sena l-Pixar jippreżentawlna storja mill-isbaħ li tappella għal kull età. It-triloġija ta’ Toy Story, Finding Nemo u Up huma biss ftit mis-suċċessi l-kbar tagħhom. Din is-sena se naraw l-istorja ta’ Merida, prinċipessa li trid tgħix ħajjitha b’mod liberu, tfittex l-avventura. Imma wara żviluppi koroh issib li trid tinqeda bil-kwalitajiet u l-kapaċitajiet tagħha biex tegħleb ilproblemi ta’ quddiemha u tgħin lil dawk li tassew tħobb. Il-kwalità tal-animazzjoni hija waħda stupenda u bħas-soltu l-Pixar irnexxilhom isibu r-riċetta perfetta biex jagħtu l-ħajja lil din l-istorja grazzi għall-istorja fantastika imma li tirrifletti realtajiet fil-ħajja tagħna, mumenti umoristiċi u vjaġġ ġewwieni li jgħin lill-protagonista tirrealizza xi trid vera fil-ħajja.

THE AMAZING SPIDER-MAN (Lulju) Din is-sena is-Sony iddeċidiet li tagħmel Reboot lis-serje ta’ Spider-Man. Wara t-tliet films tad-direttur Sam Raimi li ħallew bosta mill-fans tas-serje b’togħna morra, Sony iddeċidiet li tagħti ħajja ġdida lil dan il-karattru talMarvel. Il-film jurina lil Peter Parker jinvestiga l-mewt misterjuża tal-ġenituri tiegħu meta hu kien għadu żgħir. Hawn jiltaqa’ maxxjenzat Dr Curt Connors, li kien kollega ta’ missieru, u minn hawn ħajtu tinbidel għal kollox. Il-film huwa origin story u allura fih ħa naraw lil Peter Parker isir s-supereroj Spider-Man u ftit ftit naraw x’inhuma l-motivazzjonijiet tiegħu sabiex jilbes il-libsa ħamra u blu u jsir l-eroj li jlebbet minn ħajt għal ieħor biex jipproteġi lin-nies tal-belt minn ħallelin, qattiela u superkriminali.

ParaNorman (Awwissu) Norman hu teenager bħal ħafna oħrajn. Il-ġenituri tiegħu mhux dejjem jifhmuh, oħtu ma tantx tniżżlu u l-iskola jħobbu jaqbdu miegħu. Imma għandu xi ħaġa ftit differenti… il-biċċa l-kbira ta’ sħabu huwa mejtin, erwieħ li għadhom iduru fid-dinja. Imma meta saħta antika taqa’ fuq ir-raħal, Norman jgħaqqad tim biex jeħilsu lir-raħal tagħhom minn din is-saħta antika. 21


NOEL vassallo y adrian VELLA

Timmaġinak fuq btala f’Dubai u tkun qed toqgħod f’dik li hi meqjusa bħala l-iktar lukanda lussuża, mhux biss ta’ din ilbelt imma fid-dinja kollha? Qed nirreferu għal Burj Al Arab (Tower of the Arabs). Mhux ta’ b’xejn li kien hemm min sejħilha “l-unika lukanda b’seba’ stilel fid-dinja.” Għal dawk li ma jaffordjawx jgħaddu numru ta’ ġranet fiha – għax ngħiduha kif inhi, il-prezzijiet mhumiex għall-but ta’kulħadd – sejrin ngħidu xi ħaġa dwarha. Din il-lukanda, xogħol tal-arkitett Tom Wright, bdiet tinbena fl-1994 u kienet lesta b’mod uffiċjali, fl-1el ta’ Diċembru 1999. B’tul ta’ 321 metru, hija r-raba’ l-itwal lukanda fid-dinja; l-itwal waħda tat-tip tagħha, jiġifieri li toffri dawk li blIngliż insejħulhom suites.

22  MEJJU/ĠUNJU 2012

Il-Burj Al Arab tagħmel parti mill-Jumeirah International Group, kumpanija li hi bbażata f’Dubai, imma li l-lukandi tagħha ssibhom ukoll f’għadd ta’ pajjiżi oħra. Il-Burj Al Arab hi mibnija fuq gżira artifiċjali, bogħod biżżejjed mix-xtajta, hekk li d-dell tagħha ma jaqax fuq lukandi oħra talistess grupp li nsibu f’Dubai. F’belt li tmiss mal-baħar, kien jixraq li l-għamla tagħha tkun tixbah lit-tip ta’ qlugħ msejjaħ dhow, tip ta’ qlugħ li ssibu fuq biċċiet tal-baħar Għarbi. It-tema tal-baħar narawha wkoll fil-Jumeirah Beach Hotel, li għandha l-għamla ta’ mewġa. Il-Burj Al Arab – li karatteristika tagħha huwa l-atrium, b’għoli ta’ 180 metru, l-itwal fid-dinja – toffri 202 suite, kollha kemm huma fuq żewġ livelli. Is-suites ivarjaw kemm fil-qisien u anki fl-attrezzament,

u m’għandniex xi ngħidu, filprezz ukoll! It-tipi ta’ suites li toffri din il-lukanda, u li l-qisien tagħhom ivarja minn 170 sa 780 metru kwadru huma hekk: One Bedroom Deluxe Suites (142); Panoramic Suites (18); Club Suites (4); Two Bedroom Deluxe Suites (18); Diplomatic Suites (6); Presidential Suites (2); Royal Suites (2). Il-merħba li wieħed jingħata, irrispett lejn il-privatezza, il-mod edukat li bih l-impjegati jagħtu l-għajnuna tagħhom u s-servizz eċċellenti, jiggarantixxu li għal dak li jkun, tkun esperjenza li ma jinsihiex. Frank Lloyd Wright (1867-1959) kien qal li, “li tiekol hija u minn dejjem kienet opportunità artistika kbira.” U bla dubju, x’hemm isbaħ milli tikkumplimenta l-esperjenza


Kont taf li…

Biex toqgħod f ’din il-lukanda għal lejl wieħed biss trid tonfoq $1000 għalliktar kamra komuni u l-prezz jiżdied kull lejl sa madwar 15,000 dollaru. L-iktar suite lusuż, ir-Royal Suite, tiswa 28,000 dollaru kull lejl. L-ispiża totali biex inbniet il-Burj Al Arab kienet ta’ 650 miljun dollaru. Il-kumpless kollu hu magħmul minn 70,000 metru kubu ta’ konkrit u 9,000 tunnellata ta’ azzar.

tiegħek f’din il-lukanda, b’ikel tajjeb, f’wieħed mir-restoranti tagħha li m’għandniex xi ngħidu, huma ta’ kwalità? Al Iwan (Royal Hall) Al Mahara (The Oyster) – Jispikka f’dan ir-restorant, l-akwarju kbir li fih, li jesa’ 9,900,000 litru ilma. F’dan il-kuntest, u minn kif jindika anki l-isem tiegħu, dan ir-restorant, bħala ikel, joffri frott tal-baħar. Al Muntaha (The Ultimate jew The Top) – Fil-veru sens tal-kelma għax barra li huwa tajjeb u sabiħ, jinsab f’għoli ta’ 200 metru. Dan ir-restorant joffri ikel ewropew kontemporanju Bab Al Yam (Gateway to the Sea) Junsui (Pure Asia) Majlis al Bahar (Beachside Lounge) – Dan ir-restorant, li jinsab matul il-bajja privata tal-lukanda, joffri ikel Mediterranju. Sahn Eddar (Lobby Lounge) Sky View - Cocktail Bar

Kemm jekk tkun għadek kemm wasalt Dubai bl-ajruplan, u tkun sejjer il-lukanda u kemm jekk tkun hemm diġà u tkun trid tmur f’post partikolari, ħalli f’idejhom biex jorganizzawlek it-trasport, u jġibulek lussu ta’ karozza Rolls Royce. Fil-fatt, din il-lukanda għandha waħda mill-ikbar flotot ta’ karozzi Rolls Royce. Burj al Arab – Lukanda f’kuntest ta’ baħar; imma f’kuntest ukoll ta’ belt sinjura, li tul dawn l-aħħar snin żviluppat ħafna; belt li ħafna saru jfittxuha bħala destinazzjoni għall-btajjel tagħhom. Burj al Arab – Lukanda għolja... f’żewġ aspetti, kemm firrigward ta’ struttura, kif ukoll fir-rigward ta’ flus. Imma anki jekk ma taffordjax, tajjeb għallinqas li tapprezza dak li hu sabiħ, dak li hu eleganti.

Il-Burj Al Arab għandha helipad ta’ madwar 24 metru wisgħa u tinsab 210 metri ’l fuq mill-art.

23


L-Emir ta’ Dubai Belt ta’ lussu kbir: lukandi lussużi, kumplessi sportivi, bajjiet b’ilma kaħlani u sħana tremenda tad-deżert. Qed nirreferi għal Dubai, il-belt li ħafna huma dawk li jixtiequ jżuruha għax mhux l-ewwel darba li raw filmati u riklami li juru l-lussu u l-ġmiel ta’ dan il-post. Iżda kont taf li Dubai sar dak li hu llum bis-saħħa talPrinċep ta’ Dubai? U kont taf li dan il-Prinċep, biddel lil Dubai mil-lejl għan-nhar fi ftit żmien? L-Emir Sheikh Mohammed, bin Rashid Al Maktoum, huwa l-Prim Ministru ta’ Dubai u Viċi President tal-Emirati Arab Magħquda. Huwa ġie appuntat Prinċep ta’ Dubai bil-ħsieb li jibdel lil Dubai fl-aktar resort lussuż u li jkun destinazzjoni mill-aqwa għat-turisti u nies fin-negozju. Bla dubju ta’ xejn, żgur li rnexxielu u jekk inti xi darba żort dan il-post, tista’ żgur tikkonferma dan. Huwa twieled 1949 u kien ittielet wild fost erba’ aħwa. Sa

24  MEJJU/ĠUNJU 2012

minn mindu kien għadu żgħir, huwa ġie edukat b’mod privat sakemm imbagħad fl-1966 beda l-edukazzjoni formali filBell School of Languages talUniversità ta’ Cambridge. Fl-1995, Sheikh Mohammed ġie appuntat Prinċep ta’ Dubai u fi żmienu, dan biddel lil Dubai kompletament. Fost l-aktar

proġetti importanti li saru fi żmienu nsibu l-bini tal-lukanda Burj al Arab, il-gżejjer forma ta’ palma (Palm Islands), il-Burj Dubai Skyscraper u l-kumpless tat-tlielaq magħruf bħala Godolphin Stables. Fl-2006 miet ħuh il-kbir; għalhekk wiret it-tmexxija kompleta ta’ Dubai u għadu jmexxi l-pajjiż sal-lum.  ✖


KONY

2012

Jekk dan l-aħħar xahrejn użajt Facebook, Twitter jew Google+ konvint li diġà smajt, jekk mhux ukoll rajt il-video ‘Kony 2012’. In-numru ta’ nies li raw dan il-vidjow issa qabeż il-mitt miljun! Għaliex dan l-interess kollu fuq dan il-vidjow li la hu komiku u lanqas hu xi music video ta’ xi kantant magħruf, imma li għandu l-skop li jagħmel persuna popolari? Joseph Rao Kony, il-protagonista tal-film, twieled ġewwa l-Uganda fl-1961, u sar popolari meta f’Jannar tal-1986 huwa beda jmexxi grupp ta’ ribelli. Minkejja l-attroċitajiet li jwettqu u minkejja l-fatt li l-membri ta’ dan il-grupp jaħtfu t-tfal biex jużawhom bħala suldati, ironikament, dan il-grupp ta’ ribelli jismu LRA (Lords Resistance Army). L-idea ta’ din l-armata bdiet bħala sens ta’ protesta kontra grupp ieħor ta’ reżistenza (l-NRA) li kien waqqa’ lillPresident Tito Okello mill-poter. Waħda mir-raġunijiet li l-film Kony 2012 sar viral huwa minħabba l-fatt li rnexxielu jwaħħad l-aspett uman u emozzjonali mal-għatx għall-ġustizzja li tinsab fina l-bnedmin. Fih insibu l-wegħda li Jason Russell , id-direttur tal-film, jagħmel lil Jacob Acaye, li kellu lil ħuh maqtul mill-LRA. Jason iwiegħdu li kien se jagħmel minn kollox biex jgħinu “jwaqqaf lil Kony”. Il-vidjow jurina esperjenzi ta’ nies li rnexxielhom jaħarbu mill-armata tal-LRA, u jurina wkoll ir-reazzjoni tat-tifel ta’ Jason xħin dan isir jaf fuq Joseph Kony. Il-vidjow jikkonkludi billi jħeġġeġ lil kulħadd sabiex jingħaqad fil-kampanja pubbliċitarja tiegħu u billi fl-20 ta’ April jipparteċipa fl-attività msejħa ‘Cover the Night’, li fiha, fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt jitwaħħlu numru ta’ posters biex iktar nies isiru jafu b’Joseph Kony. Il-film ġie maħdum mill-grupp Invisible Children, li twaqqaf bl-għan li jitkabbar l-għarfien dwar l-LRA u ssir pressjoni lill-gvernijiet u ’l-awtoritaijiet konċernati , fosthom lill-ICC (International Ciminal Court), biex jarrestaw lil Kony sa Diċembru tal-2012. Il-mistoqsija hija: se jirnexxilhom jaslu għal dan? http://www.kony2012.com/ 25


y daniel MICALLEF

ċelloli tal-għadam

un Il-MuDdeumllm u d-

ċelloli bojod megakaryocyte ċelloli ħomor

Kif jidher il-mudullun taħt il-mikroskopju

Jekk ngħidlek li l-moħħ għandu x’jaqsam massinsla, u l-qalb mal-pulmun, u l-imsaren mal-fwied, naħseb li tifhimni mill-ewwel. Imma l-għadam, materjal tant b’saħħtu, x’għandux’jaqsam maddemm, likwidu li ġisimna jibdel kultant żmien?

ċelloli ħomor

Forsi l-artiklu tal-ħarġa li għaddiet ma kkonvinċiekx li l-għadam hu mimli ħajja, imma llum determinat li nikkonvinċik! Dan għaliex, waħda mill-iktar funzjonijiet importanti tal-għadam hu l-produzzjoni taċċelloli tad-demm. Fabbrika fl-għadam It-truf tal-għadam it-twil u ċ-ċentru tal-għadam iċ-ċatt (bħall-irkiekel tad-dahar u l-iskutella tar-ras) hu mimli mudullun aħmar li jipproduċi ċ-ċelloli tad-demm. Il-bqija talgħadam hu mimli mudullun isfar li jikkonsisti f’xaħam. F’każi fejn il-ġisem jitlef ħafna demm, hemm il-kapaċità li l-mudullun l-isfar jinbidel f’mudullun aħmar biex ilaħħaq mad-domanda għaddemm. Trakkijiet tal-ossiġnu Il-maġġoranza tal-mudullun l-aħmar jipproduċi ċ-ċelloli ħomor. Dawn huma mimlija b’sustanza li fiha l-ħadid, imsejħa haemoglobin. Meta ċ-ċelloli ħomor jgħaddu mill-pulmun, il-haemoglobin ta’ ġo fihom jiġbor ħafna ossiġnu li 26  MEJJU/ĠUNJU 2012

il-mudullun

ċelloli bojod

platelets

huma jeħduh lejn iċ-ċelloli kollha tal-ġisem. Iċ-ċelloli ħomor huma l-iktar ċelloli komuni f’ġisimna għandna madwar 25 triljun u kull sekonda ġisimna jagħmel madwar żewġ miljuni u nofs minnhom.Iċċelloli ħomor jgħixu sa erba’ xhur u wara, l-haemoglobin ta’ ġo fihom jiġi rriċiklat mill-ġisem sabiex jintuża f’ċelloli ħomor ġodda.

Suldati tal-infezzjoni Iċ-ċelloli bojod huma inqas komuni miċ-ċelloli ħomor u hemm tipi differenti tagħhom. Ix-xogħol ewlieni tagħhom hu li jiġġieldu l-mikrobi. Meta ġisimna jintebaħ li hemm infezzjoni, b’mod awtomatiku jżid in-numru ta’ ċelloli bojod ħalli jeqirdu l-mikrobi. Anki meta jkun hemm ferita li minnha


jkunu jistgħu jidħlu l-mikrobi - ssib armata ta’ ċelloli bojod lesta biex tattaka lil kull mikrobu li jipprova jidħol. In-neutrophils huma d-difiża prinċipali kontra l-batterja; il-lymphocytes jiġġieldu kontra l-viruses waqt li l-monocytes kapaċi ‘jieklu’ kemm mikrobi kif ukoll ċelloli ta’ ġisimna li jkunu waslu biex jinbidlu. Ara tiżvina! Sew jekk qtajt idek b’xi karta, xkanajt waqt xi logħba jew xi tabib ħadlek id-demm, mill-ġilda tara d-demm ħiereġ - imma x’inhu dak li ma jħallix lid-demm ħiereġ għal dejjem? Parti mir-raġuni li d-demm jagħqad tiġi mill-platelets. Dawn huma l-iżgħar fost iċ-ċelloli tad-demm… imma jiġu mit-tkissir tal-ikbar ċellola fil-mudullun: ilmegakaryocyte li titkisser f’xi sebat elef platelet. Meta jkun hemm ferita, l-platelets jinġabru qrib biex ma jħallux lid-demm ikompli ħiereġ u fi ftit sekondi, normalment, iddemm jieqaf.

Mudullun fil-menu Barra li jipproduċi d-demm, il-mudullun tista’ ssibu għall-ikel! Xi xjenzati jaħsbu li fil-qedem, il-bnedmin kienu jieklu dak li jħallu annimali kbar bħall-iljuni. Hu maħsub li dawn il-bnedmin kienu jkissru l-għadam u jieklu l-mudullun li hu mimli xaħam u allura kien jagħti l-enerġija. Illum, xi platti tradizzjonali għad ikun fihom il-mudullun. Fil-Vjetnam, u l-Filippini, jagħmlu sopop bil-mudullun taċ-ċanga. Fl-Indoneżja, il-gulai hu sos bil-bażi tal-mudullun li jintuża ma’ diversi platti. Fl-Ungerija, is-soppa taċ-ċanga jitfgħulha biċċiet tal-għadma tas-sieq.Meta s-soppa, tkun lesta, l-għadam ineħħuh u l-mudullun iħobbu jdellkuh mal-ħobż mixwi. Fl-Iran, il-ħaruf iħobbu jqattgħuh b’mod li l-mudullun fin-nofs tal-għadam ikun jista’ jittiekel. Fil-passat, il-mudullun iktar kien użat, tant li fl-Ewropa kienet teżisti l-imgħarfa tal-mudullun li l-forma tagħha kienet tgħin lil dak li jkun biex ineħħi l-mudullun mill-għadam.  ✖

Thalassemia Julie, tifla ta’ 9 snin kienet qed tħossha iktar għajjiena mis-soltu u nnuttaw li l-kulur ta’ wiċċha kien ċar ħafna. Waqt il-P.E. kienet tgħejja tiġri ħafna iktar malajr minn sħabha. Il-ġenituri ħaduha għand it-tabib li wara xi testijiet l-isptar ikkonferma li Julie kienet tbati minn forma ta’ kundizzjoni msejħa thalassemia li hi pjuttost komuni f’Malta. Il-marda tiġi minn difett fil-haemoglobin, is-sustanza li ġġorr l-ossiġnu fiddemm. Din normalment hi magħmula minn żewġ pari ta’ ‘ktajjen’ magħqudin flimkien. Fit-thalassemia, ikun hemm nuqqas ta’ par mill-ktajjen u allura nuqqas ta’ haemoglobin normali. Għalhekk, ma jkunx qed jasal biżżejjed ossiġnu fl-organi u wieħed iħossu għajjien. Biex ipatti, f’din il-kundizzjoni, il-mudullun l-aħmar jikber ħalli l-ġisem jipproduċi iktar ċelloli ħomor. Però, minħabba li l-haemoglobin ma jkunx normali, il-milsa tikber ukoll ħalli tneħħi ċ-ċelloli ħomor b’haemoglobin mhux normali. Jeżistu diversi forom ta’ thalassemia. Fl-iktar forom serji, il-pazjenti jkollhom bżonn id-demm mit-twelid flimkien ma’ mediċini oħra.Però, saru żviluppi kbar fit-terapija għal dil-kundizzjoni tant li ħafna mill-pazjenti affettwati jgħixu ħajja twila.

27


Franġisku t’Assisi Illum nafuh bħala l-qaddis li daħħal it-tradizzjoni tal-presepju f’kull knisja u f’kull dar, imma meta kien żagħżugħ, Franġisku kien moħħu biss fiddivertiment.

Missieru kien raġel għani, u l-ħajja ta’ tifel tas-sinjuri kienet tinżillu għasel lil Franġisku! Imma meta ddeċieda li jgħix mod ieħor, ma ħarisx lura. Bidel il-ħwejjeġ fini ma’ libsa tal-ixkejjer u ma kienx jaħsibha darbtejn biex jagħti ħwejġu lillfoqra. Beda jgħix il-ħajja ta’ reliġjuż u kien ħabib ma’ kulħadd u mal-ħolqien kollu. Milied minnhom, għall-quddiesa ta’ nofsillejl, Franġisku daħħal lin-nies flatmosfera tal-għar ta’ Betlehem permezz ta’ presepju ħaj, komplut bl-annimali wkoll. It-tifel tas-sinjur tgħallem isib lil Alla f’kull ħlejqa. Tgħallem ukoll jgħix ħajja sabiħa, differenti minn dik li kien beda biha!

Franġiska Saverja Cabrini Kienet titwaħħax mill-baħar, mixxmajjar, mid-dgħajjes u minn dak kollu li jinvolvi l-vjaġġi fuq il-baħar! Dan kollu minħabba li meta kienet tifla żgħira fl-Italja waqgħet fi xmara u kienet kważi tilfet ħajjitha. Mur għidilha dak iż-żmien li xi darba kienet se taqsam l-Atlantiku!

28  MEJJU/ĠUNJU 2012

Franġiska ħasset il-vokazzjoni missjunarja, imma ma sabet l-ebda ordni ta’ sorijiet missjunarji. Għalhekk, waqqfet ordni hi u s-sorijiet tagħha bdew jissejħu s-Sorijiet Missjunarji tal-Qalb ta’ Ġesù. Kienu jaħdmu fl-edukazzjoni tat-tfal bniet. Jum minnhom, il-Papa talab lil Franġiska biex tieħu ftit sorijiet minn tagħha u tmur taħdem flAmerka!

Wara l-ewwel vjaġġ tagħha, Franġiska għelbet kull biża’ li kellha mill-baħar u vvjaġġat kemm-il darba bejn l-Amerika u l-Italja biex tiftaħ skejjel, orfanatrofji u sptarijiet fuq kull naħa tal-Atlantiku! Tassew li l-imħabba tegħleb kull biża’!


almanakk mejju Fl-10 ta’ Mejju 1774, Lwiġi XVI kien inkurunat re ta’ Franza. Għamel ħiltu biex itaffi t-tbatijiet talFranċiżi, imma r-reżistenza tannobbli żammitlu idu. Il-poplu qam kontra t-tmexxija rjali fl-1789 u r-Re kellu jħallas b’rasu!

Fit-23 ta’ Mejju u mbagħad fid-19 ta’ Lulju, tal-1992, fi Sqallija ġew maqtula l-imħallfin Giovanni Falcone u Paolo Borsellino. It-tnejn kienu minn ta’ quddiem filħidma kontra l-kriminalità organizzata, jew aħjar, il-Mafja.

Fid-29 ta’ Mejju 1953, Edmund Hillary minn New Zealand u Sherpa Tenzing min-Nepal saru l-ewwel żewġ persuni li waslu sal-quċċata tal-Everest. Jista’ jkun li qabilhom kienu waslu x-xabbaturi Ingliżi George Mallory u Andrew Irvine fis-6 ta’ Ġunju 1924, imma peress li dawn mietu, ma nafux jekk kinux laħqu telgħu jew le. Data oħra marbuta mal-Everest hija t-8 ta’ Mejju 1978 meta t-Taljan Reinhold Messner u l-Awstrijak Peter Habeler, irnexxielhom jaslu sal-quċċata mingħajr l-għajnuna tal-ossiġnu.

Ċajta Kultant

Sorijiet Koppja anzjana kienet qed tiekol f’restorant qrib żewġ sorijiet. Peress li l-anzjani ma setgħux jaqblu fuq ta’ liema ordni kienet il-libsa tas-sorijiet, ir-raġel dar fuq soru minnhom u staqsieha: ‘X’inhi l-ordni tagħkom, jekk jogħġbok?’ ‘Timpana u majjal il-forn,’ weġbitu s-soru!

Qoxra It-tabib kien qed ikellem lillpazjent. Tabib: Hemm bżonn tiekol il-frott bil-qoxra b’kollox! Fil-qoxra hemm sustanzi li jagħmlulek wisq ġid! Pereżempju, x’inhi l-frotta favorita tiegħek? Pazjent: Il-coconut!

Shakespeare Omm: Tużax iktar dalkliem. Mhumiex ta’ quddiem in-nies! Tifel: Imma Shakespeare jużahom! Omm: Mela tilgħabx iktar miegħu!

ġ unju Fit-12 ta’ Ġunju 1929, twieldet Anna Frank, it-tfajla Lhudija li minħabba l-liġijiet kontra r-razza kellha taħrab lejn l-Olanda fi żmien it-tmexxija Nazista tal-Ġermanja. Anna ħallitilna djarju mimli bl-esperjenzi tagħha u tal-familja tagħha meta kellhom jgħixu fil-moħbi. Ittfajla Lhudija mietet flimkien ma’ ommha u oħtha fil-kamp talkonċentrament ta’ Bergen-Belsen fl-1945.

Qrib Ġunju 1752, l-Amerikan Benjamin Franklin ipperfezzjona l-istudju tiegħu fuq il-qawwa tas-sajjetti. Benjamin studja l-qawwa tas-sajjetti permezz ta’ tajra marbuta ma’ ċavetta tal-metall b’qafla tal-qannep. Il-moviment taċ-ċavetta wera li s-sajjetta kienet għaddiet kurrent elettriku. Frott ta’ dan l-esperiment, bdew jintużaw il-kalamiti jew lightning conductors biex jipproteġu binjiet jew strutturi għoljin mis-sajjetti.


fil-침ar치a li jmiss The Dark Knight

EURO2012

Fittixna fuq

www.facebook.com/Xehda

Aung San Suu Kyi

Xehda Għasel  

May-June Issue