Issuu on Google+

JanFra2013

Gossip

Jekk il-kelma tiġri, xi ngħidu għas-seksik!?

Il-Konċilju Vatikan II Il-ħolma ta’ Papa li tat bixra ġdida lill-Knisja.

Il-Kolossew Minn żmien irRumani sal-lum


8

Il-Ġenju ta’ Nikola Tesla


F’din il-ħarġa:

Bil-għajnuna ta’ Alla waslet ħarġa oħra ta’ Xehda Għasel, ħarġa mimlija sa ruħ ommha. Nibdew b’artiklu mill-aktar interessanti fuq il-kruha tas-seksik – il-gossip – dak ilparoli żejjed li kultant jaħrab minn ilsienna. Qajla niftakru li Alla tana żewġ bibien biex insakkru fommna: snienna u xufftejna! Għandna artiklu mill-isbaħ fuq il-Karnival u l-istorja warajh. Issibu wkoll artiklu fuq persunaġġ li forsi ma tantx smajtu bih imma li xogħlu għadna ngawduh sal-lum.

Announcer

5

tar-Rediffusion

F’din il-ħarġa se naqraw ukoll esperjenza ta’ żagħżugħa li għandha ħafna x’tgħallimna – Chiara Badano, msejħa wkoll Luce ... kif ukoll se naqraw fuq il-famuż Konċilju Vatikan II li għalkemm forsi smajtu dwaru diġà, żgur li se tieħdu gost taqraw iktar dwaru. Dan biex ma nsemmux ħafna materjal ieħor bħall-paġna fuq persunaġġi Maltin li għamlu unur lil pajjiżna jew inkella l-ħarsa kemmxejn differenti li nagħtu lill-parabboli. Nieħu l-okkażjoni biex inħeġġiġkom tibagħtulna l-ideat tagħkom permezz tal-paġna facebook (www.fb.com/xehda). Iktbulna suġġerimenti, ideat ġodda u suġġetti li tixtiequ taqraw dwarhom filħarġiet li jmiss. Il-paċi magħkom.

Il-Karnvial

6

min hu l-ewwel?

10

2 Il-Gossip

Żgħażagħ bis-sens

22 24

20

Il-Kolossew

Ewreka: Anestesija

Produzzjoni Kummissjoni gHall-Formazzjoni tat-Tfal u l-MagHZulin taS-SoCjetA tad-Duttrina Nisranija - M.U.S.E.U.M.

26

Nifs Ġdid

Kontributuri

JOSEPH BONNICI ALAN BONELLO Robert Aloisio  Kurt Miceli BERTRAM PORTELLI Reuben Ellul  Karol DeBono  Clifton Sammut Raymond Muscat  Warren BUSUTTIL Lawrence Fenech Daniel Micallef Andrew Borg Noel Vassallo Adrian Vella FRANKLIN BALZAN Neil Aquilina DARREL PACE ROBERT MICALLEF PREZZ: €1.50

14

UFFICCJU Distribuzzjoni

ABBONAMENTI XEHDA GHASEL, DAR GENERALI TAS-SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA, TRIQ SAN GORG PRECA, IL-MARSA Grafika

www.designedbyal.com 

Stampa

Veritas Press, Zabbar

15 Poster

www.facebook.com/xehda


Kemm hu sabiħ hux toqgħod ixxerred ix-xnigħat fuq l-oħrajn... jew le? U jekk issir int oġġett tas-seksik u tat-tpaċpiċ? y robert ALOISIO

Kemm jekk inti persuna famuża kemm jekk m’intix, serraħ rasek li fuqek ukoll isir il-gossip, jew aħjar ipaċpċu fuqek meta ma tkunx hemm! Forsi aħna ukoll ġieli nagħmluha fuq l-oħrajn. Inħobbu ngħidu fuq in-nies. U jekk ma tgħidx fuq in-nies, fuqiex trid titkellem? Hekk jgħidulek. Imma skont x’tgħid! Bit-tpaċpiċ żejjed tagħna nistgħu nagħmlu ħafna ħsara. Għaliex? Sempliċi, għax nistgħu nweġġgħu lin-nies, anke bla ma rridu. Għax meta noqogħdu nirrakkuntaw l-istejjer tan-nies faċilment nidħlu f’balbuljati u nġibu l-inkwiet bejn il-persuni. Kemm jekk ikunu stejjer ta’ mħabba, ta’ ħbiberiji, ta’ vizzjijiet, ta’ ġrajjiet li xi ftit jew wisq ġraw, ma nagħmlux sew meta noqogħdu npaċpċu fuqhom. La hija eleganza, la edukazzjoni u lanqas karità. Imma qisu ħadd ma jista’ jgħaddi mingħajr dan il-vizzju. Qisu kulħadd ittieħed minn dan il-virus tas-seksik u ma teżistix mediċina li tfejjaq dan il-vizzju. Sar il-passatemp nazzjonali! Imma kif jgħid qawl Irlandiż: Who gossips with you will gossip of you! 2  JANNAR/FRAR 2013


Il-kelma tiġri u ma tiqafx… Is-seksik jinxtered b’ħafna modi: jien ngħid lilek li Luke ma tantx jinħasel jew inkun iktar goff u ngħidlek li Luke jinten. Imbagħad inti tmur tgħidha lil Michael, u mbagħad meta nkunu flimkien ma nistgħu nagħmlu xejn ħlief nidħku bih minn taħt meta jgħaddi hu… Għalxiex serva dan is-seksik? Għal xejn, ħlief biex Luke jibda jħossu mweġġa’.

jixtiequ jitħallew bi kwiethom. Intom tafu kemm xniegħa li tinxtered ngħidu aħna l-iskola, jew fin-nursery tal-futbol, taf tagħmel ħsara. U l-iktar għax la darba tingħad, din ix-xniegħa ma tieqaf qatt! U ma’ kull darba li tingħad din tikber, u titbiegħed mill-verità (dejjem jekk xi darba kienet vera). Bħal dak li kiser siequ, u sakemm waslet l-aħbar kienet kibret tant li qalu li miet!

Eżempju ieħor: jien ngħid lilek li lil Amy jogħġobha Glenn (xi ħaġa vera imma Amy ma tridx li ħaddieħor ikun jaf…). Inti tmur tgħid b’dil-ħaġa lil Glenn, u hu jibda jinjora iktar lil Amy. U r-riżultat x’ikun? Inkunu lħaqna salib ħaddieħor u l-paroli tagħna serva biex tbiegħdu iktar minn xulxin. Imma forsi qed tgħidu: jekk inħarsu lejn id-dinja tal-adulti, insibu li kulħadd, imma propju kulħadd – politiċi, ġurnalisti, sportivi, nies tal-ispettaklu, speċjalment fuq stazzjonijiet tat-TV barranin – jimlew programmi sħaħ tattelevixin, jittawlu mit-toqba tas-serratura biex jaraw il-ħajja privata tal-oħrajn, u jirrakkuntaw kull xorta ta’ gideb ibbażat fuq “qaluli”, “smajthom jgħidu”, “skont sorsi infurmati tajjeb”…? U dan illum żdied iktar b’ċerti blogs u bis-social networks.

Mela, x’nistgħu nagħmlu? Insiru strambi u ma nistgħu nitkellmu fuq xejn u ma nidħku b’xejn? Dażgur li le. Aħna ġejna maħluqa biex inkunu ferħanin, nidħku u nitbissmu b’dak kollu li hu sabiħ fid-dinja ta’ madwarna. Imma s-seksik irridu niqfulu, inwaqqfuh meta jasal f’widnejna, speċjalment jekk ikun offensiv. Li noqogħdu nparlaw li l-ġenituri ta’ Daniel se jisseparaw, li Jeremy u Jurgen serqu l-ħelu mit-tuckshop – iktar u iktar jekk

m’aħniex ċerti – jista’ jagħmel ħsara lil dawn il-persuni. Mela stop, agħlaq ħalqek. U jekk dawn il-paċpaċa ma togħġobhomx din l-attitudni ġdida tiegħek, hawn hi t-tweġiba tiegħek: “Int kont tieħu pjaċir kieku dawn l-affarijiet jgħiduhom fuq ħuk jew fuq oħtok?” Aħseb kbir, ħares fil-bogħOD Aħna ngħixu f’xibka ta’ ħbiberiji u relazzjonijiet: kull persuna li magħha għandna xi rabta jistħoqqilha rispett. Bħal kull bniedem ieħor wara kollox, anke jekk ma nafuhx: li nnaqqsu s-seksik fl-ambjenti fejn ngħixu jġib arja friska li tassew għandna bżonnha. Flok inparlaw minn wara dahar innies, u nimmalafamawhom, aħjar nitkellmu ċar, anke niċċajtaw ma’ dak li jkun imma bla ma nwaddbu l-ġebla u naħbu idejna. Biex inġibu ruħna b’dal-mod għandna bżonn doża mhux żgħira ta’ kuraġġ, imma din l-imġiba tiddistingwi n-nies serji minn nies imsieken, li jistaħbew wara l-gossip

Għandkom perfettament raġun. F’dan il-każ l-eżempju tal-adulti m’għandniex nimitawh, anzi. Wasal iż-żmien li anke l-kbar jibdew iqisu s-seksik bħala xi ħaġa serja u ma jibqgħux jirrakkuntaw l-istejjer tal-oħrajn biex sempliċiment jgħaddu ż-żmien. Uff xi dwejjaq, lanqas inpaċpċu fuq in-nies ma nistgħu?! Is-seksik ma nistgħux inwaqqfuh b’xi liġi tal-gvern, iżda b’xorti ħażina jinvolvi nies li kieku 3


u mbagħad jieħdu gost jaraw innies jitħabtu mad-diffikultajiet li ħolqulhom. Jekk l-affarijiet jistgħu jinbidlu, ejjew nibdew aħna: stop to gossip. U dan il-parir jgħodd ukoll għall-kbar. L-awtriċi brava Amerikana Eleanor Roosevelt kienet tħobb tgħid: “Great minds discuss ideas. Average minds discuss events.

Small minds discuss people.” Ejjew ngħollu l-livell tat-taħdit tagħna. Ma nagħmlux ħażin jekk xi kultant naqbdu ktieb bis-sens u ma nikkunsmawx biss imbarazz! Jekk ġo fina jidħol biss imbarazz, imbarazz biss jista’ joħroġ! Tħobb tpaċpaċ fuq innies? Tliet suġġerimenti • Tkabbarx ir-realtà, tant li

San Filippu Neri u t-Tiġieġa Mnittfa Ħames mitt sena ilu, fl-Italja kien hemm saċerdot qaddis jismu Filippu Neri. Darba mara magħrufa għal kemm tpaċpaċ fuq in-nies marret tqerr għandu. Bħala penitenza Filippu taha ftit flus u bagħatha s-suq tixtri tiġieġa li tkun għadha kif inqatlet u waqt li tkun miexja lejn id-dar bit-tiġieġa f’idejha tnittifha mir-rix kollu. Din hekk għamlet. Meta reġgħet marret għand Filippu dan qalilha, “Issa erġa’ mur u iġbor ir-rix kollu li xerridt!” Imma din qaltlu, “Kif jista’ jkun Padre? Ir-riħ xerred ir-rix ma’ kullimkien!” Hawn Filippu ġabha f’sensiha, “Ħalli din tkun lezzjoni għalik, għax l-istess jiġri bis-seksik u bit-tpaċpiċ żejjed. Hekk kif ir-rix tat-tiġieġa xtered ma’ kullimkien bir-riħ, kliemek xtered ma’ kullimkien minn kull min semgħek! Issa kif se tiġbru?”

4  JANNAR/FRAR 2013

ġġibha gidba, il-gideb dejjem jinkixef. • Jekk se tpaċpaċ ibqa’ biss fuq affarijiet “light”, li ma joffendux lill-persuna. • La darba waddabt kelma, dik ilkelma tikber minn persuna għalloħra u ġġib diżastru. Lest taċċetta b’responsabbiltà l-konsegwenzi tat-tpaċpiċ tiegħek? ✖


Tafu x’kien ir-Rediffusion? Le, hux! Din m’hijiex teknoloġija ta’ żmienkom! Illum intom bil-wisq aktar avvanzati milli konna aħna. Ir-Rediffusion kien speċi ta’ radju li bih konna nisimgħu l-aħbarijiet u xi programmi oħrajn, jew bil-Malti jew bl-Ingliż. U jiena għandi l-unur ngħid li kont l-ewwel announcer raġel li dħalt naħdem ma’ tar-Rediffusion! Jiena Charles Arrigo, preżentatur u xandar tar-radju u tat-televiżjoni Maltija.

Time ine Mach

y karol DE BONO

tar-Rediffusion Twelidt fl-1929 ġewwa l-Belt Valletta. Bħala skola kont nattendi l- Liċeo, u iktar tard, mort nistudja fl-Università ta’ Perugia. Però l-istudji tiegħi ma waqfux hawn. Kont attendejt għal diversi korsijiet mal-BBC fl-Ingilterra. L-ewwel attendejt kors ta’ qarrej tal-aħbarijiet, u iktar tard attendejt għal kors fuq kif tidher u titkellem fuq it-televiżjoni. Ħeqq, hux, dawn mhumiex affarijiet taċ-ċajt, li tkun ser tidher u tinstama’ ma’ Malta kollha! Kif għidtilkom, fl-1947 sirt l-ewwel preżentatur raġel mal-kumpanija tar-Rediffusion. Matul is-snin, ingħatajt diversi xogħlijiet bħal per eżempju, producer tad-drama u tad-dokumentarji. Iktar ‘il quddiem meta beda s-servizz tat-televiżjoni f’Malta, kelli anke l-kariga ta’ direttur tal-Public Broadcasting Services (il-PBS) u ta’ TVM. Forsi l-iktar affarijiet li nibqa’ nissemma għalihom huma l-kummentarji li kont nagħmel kemm fuq ir-radju u kif ukoll fuq it-televiżjoni meta kien ikun hemm xi okkażjoni

importanti, bħal, per eżempju, xi ordinazzjoni ta’ Isqof, jew inkella żjara ta’ xi president barrani f’pajjiżna. In-nies ukoll kienu jistennew bil-ħerqa dak il-ftit ħin fuq ir-Rediffusion fejn jien kont naqra silta minn xi rumanz bil-Malti. Nistgħu ngħidu li dan il-programm kien fost l-ewwel programmi bilMalti li qatt ixxandru. Apparti mill-karriera tiegħi bħala xandar, jien kont ukoll inħobb id-drama. Fil-fatt, għamilt żmien involut fil-British Institute Players u l-Atturi Theatre Group. Min huwa ftit ikbar minnkom, forsi jiftakarni wkoll fil-parti tal-Kurunell fitteleserje “Villa Sunset” li kienet tixxandar fuq TVM. L-aħħar xandira li ħadt sehem fiha kienet l-ordinazzjoni tal-Isqof Mario Grech, għaliex propju fit-13 ta’ Frar 2006, il-Mulej sejjaħli għal ħdejh. Forsi l-aħħar messaġġ għalikom huwa dan. Il-mezzi tattekonoloġija huma tajbin u sbieħ, u tajjeb li nużawhom ta’ spiss. Però araw li tużawhom tajjeb, għall-ġid tagħkom u ta’ sħabkom! Awguri! ✖

5


ellul “Viva, viva l-Karnival”... “X’qatgħa... reġa’ wasal”. Dawn huma xi opinjonijiet kuntrastanti y REUBEN bertram PORTELLI li nisimgħu jingħadu f’dan iż-żmien tas-sena. Iżda sew jekk int tħobb il-Karnival, kif ukoll jekk ma tantx idoqqlok, l-istorja tiegħu, xorta waħda għandha tinżillek għasel!

Nibdew billi ngħidu li fl-Italja u fil-Greċja l-Qadima, kienu jsiru ħafna ċelebrazzjonijiet u festi marbuta mal-istaġuni, speċjalment tas-sajf u tax-xitwa. Fosthom kien hemm dik li hi msejħa Saturnalia li kienet festa ddedikata lil Saturnu, alla tal-agrikoltura u lil Bacchus, alla talinbid. Din kienet tiġi ċċelebrata fl-itwal lejl tas-sena (fil-lejl ta’ bejn il-21 u t-22 ta’ Diċembru fil-kalendarju tal-lum il-ġurnata). Din il-festa pagana, ma’ ħafna oħrajn bħalha, baqgħet tiġi ċċelebrata anki wara li n-nies saru Nsara. L-Insara sempliċiment dawru dawn ilfesti f’ċelebrazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mar-reliġjon Nisranija. Pereżempju, minflok il-festa ta’ Saturnalia, l-Insara bdew jiċċelebraw il-festa tal-Milied. Biż-żmien, iċ-ċelebrazzjonijiet bdew isiru iktar ’il quddiem, fl-aħħar ġimgħa ta’ qabel ir-Randan. Dan kien il-bidu tal-Karnival. Fil-fatt, l-isem ‘karnival’ ġej mill-kelmiet ‘carnis’ – li bil-Latin tfisser ‘laħam’ – u ‘levare’ – li bil-Latin tfisser ‘tħalli barra’. Dan għaliex wara l-Karnival, kien jibda r-Randan, li kien żmien ta’ penitenza li fih ma kienx jittiekel laħam u n-nies kienu jagħmlu diversi sagrifiċċji bi preparazzjoni għall-festa tal-Għid. Imma minn fejn ġew it-tradizzjonijiet 6  JANNAR/FRAR 2013

tal-Karnival, bħalma huma l-użu tal-maskri, il-kuluri jgħajtu u tant ċelebrazzjonijiet grotteski oħra? Meta l-Ewropej skoprew l-Amerka, dawn sabu li n-nies tal-post kellhom huma wkoll ħafna tradizzjonijiet u festi fit-tribujiet tagħhom. Waħda minn dawn id-drawwiet kienet l-areitos. L-areitos kienet ċelebrazzjoni b’ħafna kant u żfin li kienet issir min-nies kollha tat-tribù - kbar u żgħar, nisa u


rġiel, tfal u kbar. L-areitos kienet issir f’xi avveniment importanti, bħal pereżempju meta jinżergħu l-għelieqi, meta kien jiżżewweġ xi ħadd jew wara xi qabda tajba fil-kaċċa. L-areitos kienet anki ssir biex l-abitanti tal-post jilqgħu lil xi nies ġodda, bħalma kienu l-Ispanjoli u l-Portugiżi meta waslu fl-Amerka. Biż-żmien, l-Ewropej ħadu lura magħhom dawn ilfesti u ċ-ċelebrazzjonijiet u bdew jagħmluhom fil-Karnival. Xi ħaġa simili ġrat meta l-Ewropej bdew jaħkmu pajjiżi Afrikani. Dawn tal-aħħar huma magħrufa għall-kuluri vivaċi li jħobbu jużaw u jinżebgħu bihom waqt iż-żfin u l-parati tagħhom. L-Afrikani għandhom ukoll id-drawwa li jilbsu xi kostum imżejjen b’ħafna rix flimkien ma’ xi maskra kkulurita waqt li jduru l-irħula biex ikeċċu l-ispirti ħżiena u jġibu r-risq fuqhom u fuq dak ir-raħal. Minbarra ż-żfin, il-kostumi u l-maskri, il-poplu Afrikan huwa magħruf ukoll għall-kant u d-daqq ta’ diversi tipi ta’ strumenti waqt il-festi. L-Ewropej bdew, ftit ftit, iżidu dawn id-drawwiet mal-festi tal-Karnival u bil-mod il-mod, dawn bdew isibu posthom u jibqgħu bħala parti minn din il-festa. Waħda mill-iktar karatteristiċi li tispikka fil-Karnival, hija li wieħed jieħu gost u jwaqqa’ għaċ-ċajt, affarijiet u nies mill-ħajja ta’ kuljum. Din il-mentalità, aktarx li daħlet

Kont taf li

fil-Karnival frott ta’ influwenza minn festi u ċelebrazzjonijiet tal-Karnival fl-inħawi tal-Karibew, bħalma huma dawk tal-Ġamajka, tal-Barbados u tal-Panama. Il-Karnival baqa’ jiġi ċċelebrat mhux biss fl-Ewropa imma anki f’pajjiżi fl-Amerka u fl-Afrika. Anki s-sidien tal-iskjavi kienu jinkuraġgixxu lill-iskjavi tagħhom biex jieħdu sehem f’dawn iċċelebrazzjonijiet. Kienu jħeġġuhom biex fil-jiem tal-Karnival jagħmlu li jistgħu biex ‘idawru d-dinja ta’ taħt fuq’. Dan kien isir billi s-sinjuri joqogħdu jħarsu waqt li l-fqar jitħallew jiċċelebraw bi prominenza. Biż-żmien, kull pajjiż beda jkollu l-Karnival tiegħu b’xi drawwiet partikolari għalih. Ġieli, fl-istess pajjiż, dawn id-drawwiet ivarjaw anki minn reġjun għal ieħor. Pereżempju, fil-Brażil jeżistu erba’ stili prinċipali ta’ kif jiġi ċċelebrat il-Karnival u kull ‘Karnival’ għandu l-kostumi u l-mużika tipika tiegħu. L-iktar wieħed magħruf huwa dak ta’ Rio de Janeiro. F’din il-belt, il-Karnival jiġi ċċelebrat b’parati u żfin mal-belt kollha. Ħafna skejjel ukoll iħejju għal dan il-Karnival bi ħġarhom u l-istudenti joħorġu jirrappreżentaw ’l-iskola tagħhom f’dawn il-parati. Il-Karnival ta’ Rio mhuwiex biss divertiment, parties u żfin tas-Samba, kif jaħsbu ħafna nies. Dan għaliex,

It-Tlieta tal-Karnival huwa magħruf bħala “mardi gras” peress li dakinhar, in-nies kienu japprofittaw ruħhom u jieklu ikel sinjur fit-togħma u ħlewwiet oħra qabel jibda r-Randan.

dan il-Karnival fih element qawwi ta’ kreattività u għaqda bejn in-nies. L-istess ħaġa tgħodd għall-Karnival fi Trinidad. Minkejja d-differenzi kulturali u soċjali li jeżistu bejn in-nies fil-pajjiż, fil-ħamest ijiem tal-Karnival, dawn jirnexxilhom jgħaqqdu lin-nies kollha. Anki l-iskejjel jinkoraġġixxu u jiffurmaw baned biex jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival! F’Malta, il-Karnival beda jiġi ċċelebrat fil-ħmistax-il seklu u l-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann komplew jagħtu spinta lil din il-festa. Tant kienu jsiru ċelebrazzjonijiet li La Vallette kellu jbeżbeż lil xi kavallieri li kienu esaġeraw fil-mod kif ixxalaw f’dawn ilfesti. Anki l-Gran Mastru Lascaris, ma kienx jieħu gost biċ-ċelebrazzjonijiet esaġerati li kienu jsiru f’dawn iżżminijiet tant li fl-1639, illimita ħafna l-festi li kienu jsiru fil-Karnival. Illum, il-festi prinċipali tal-Karnival isiru filBelt Valletta u fil-Furjana, għalkemm jiġu ċċelebrati wkoll b’mod spontanju f’xi bliet u rħula oħra, fosthom f’Ħal Għaxaq fejn in-nies ta’ dan ir-raħal jilbsu maskri u ħwejjeġ qodma li jkunu ilhom iwarrbu għal sena sħiħa. Bħal kull avveniment ieħor li jiġi organizzat matul is-sena, tajjeb li napprezzaw l-isforz kbir li jagħmlu tant dilettanti matul is-sena, biex f’dan iż-żmien tal-Karnival jipprovdulna spettaklu ta’ arti, mużika u kuluri li jferraħ lil kull min jattendi għal xi attività li tittella’ f’dawn il-jiem ta’ qabel il-bidu tar-Randan. ✖

Il-Karnival fil-Brażil bdieh skarpan bl-isem ta’ Josè Nogueira de Azevedo, f’nofs is-seklu 19 meta beda jagħmel xi parati mal-familja tiegħu u ma’ xi ħbieb. Wara ftit tas-snin, din il-festa bdiet tixtered mal-pajjiż kollu.

Fi żmien il-ħakma Ingliża, ilMaltin kienu jħobbu jilbsu ta’ xi politiku jew mexxej Ingliż filKarnival. Kienu jsibu kostumi u joħolqu affarijiet biex iwaqqgħu għaċ-ċajt lill-ħakkiema tagħhom jew xi deċiżjoni li jkun ħa l-gvern Ingliż.

7


ta’ Nikola Tesla Ġieli smajtu b’Tony Stark u Bruce Wayne? Jekk le żgur li se tindunaw min huma jekk insemmilkom lil Iron Man u Batman. Stark u Wayne m’huma ħadd ħlief il-persuni wara l-maskra ta’ dawn l-eroj! Stark huwa dak li fis-sitwazzjoni diffiċli li nqabad fiha u bil-bravura tiegħu ħoloq l-armatura speċjali ta’ Iron Man. Wayne, li fi tfulitu ra lill-ġenituri tiegħu jinqatlu, uża t-talenti u l-għana kbira tiegħu biex joħloq lil Batman. Għalkemm m’għandhom l-ebda superpoter, Wayne u Stark jużaw il-kapaċitajiet tagħhom fix-xjenza u t-teknoloġija biex jiġġieldu l-ħażen li jkun qed jikber madwarhom. Dawn iż-żewġ karattri mill-ikbar

8  JANNAR/FRAR 2013

kumpaniji tal-Comics, il-Marvel Comics (Iron Man) u DC (Batman) juruna l-kapaċitajiet ta’ persuni li jiddedikaw ħajjithom għal xi ħaġa li jemmnu fiha. Madankollu dawn l-istejjer ma nsibuhomx biss fil-comics. Kultant karattri hekk jeżistu veru u jkunu jgħixu magħna mingħajr biss ma aħna nindunaw. Din hi żgur l-istorja ta’ persuna, li għalkemm ismu mhux wisq popolari, imma l-affarijiet li vvinta huma mhux biss popolari imma wkoll indispensabbli għalina! Ismu ma baqax wisq magħruf u l-mertu tax-xogħol kbir tiegħu ħaduh ħafna nies oħra. Imma llum nafu li d-dinja tagħna ma kinitx tkun l-istess kieku f’nofs

is-seklu dsatax ma twilidx karattru mill-aktar interessti u pekuljari – Nikola Tesla. Idoqqlok xi qanpiena dan l-isem? Wisq probabbli le. Forsi smajt bih f’xi lezzjoni tal-Physics jew inkella smajt fuqu f’xi logħba bħal Command and Conquer: Red Alert jew Assassins’s Creed II. Imma jekk insemmilek: dawl elettriku, radju, radar jew hydroelectricity, forsi tibda tiftakar xi ftit. Imma naħseb li għadek qed tistaqsi wkoll: dan l-imbierek Nikola Tesla, min hu? Tesla huwa l-moħħ wara dan kollu, flimkien ma’ ħafna iktar invenzjonijiet importanti! Fi żmien fejn kullimkien kien għadu mdawwal bix-xemgħa, Tesla kien


dak li vvinta l-alternating current, sistema ta’ elettriku li nistgħu ngħidu għadha ddawwal id-djar sallum. Nikola twieled ġewwa dik li llum insejħulha l-Kroazja, fl-1856. Ta’ 18-il sena mar ġewwa l-Amerika fejn miet ta’ 86 sena, f’Jannar tal-1943. Kien hawn fl-Amerika li Tesla ħadem mill-qrib ma’ Thomas Edison. Edison! U żgur… Edison kulħadd jaf bih! Kulħadd, jew kważi kulħadd, għandu l-impressjoni li kien Thomas Edison li vvinta l-elettriku. Thomas Edison huwa l-bniedem magħruf għall-bozza. Imma fil-verità, l-affarijiet mhumiex hekk. Edison ma vvinta l-ebda bozza, imma ħadem fuq l-ideat ta’ nies oħra li ġew qablu, u kien kapaċi joħroġ b’metodu kif għandha tinbiegħ din il-bozza. Thomas Edison kellu l-kapaċitajiet mill-aqwa ta’ dak li llum insejħulu CEO, b’sens kbir ta’ management u business eċċellenti… xi ħaġa li Tesla la kien u lanqas kellu. Edison kien kapaċi jbigħ u jifrex il-bozza mal-erbat irjieħ tad-dinja… u magħha nfirex ismu wkoll. Imma l-inventur ma kienx hu. Minħabba din id-differenza bejniethom, Tesla u Edison infirdu. Kien George Westinghouse il-bniedem li Tesla ħadem mill-qrib ħafna miegħu wara Edison. Lil Westinghouse, kien

Tesla li biegħlu ħafna mill-privattivi (patent) fuq l-invenzjonijiet tiegħu, jew kif nafuhom aħna: il-copyright. Imma l-ġrajja ta’ Tesla, ma tiqafx hawn. Hija ġrajja li kontinwament tirrepeti ruħha, fejn dan il-ġenju kbir qatt ma jieħu l-mertu li filverità kien jistħoqqlu. Guglielmo Marconi huwa isem ieħor li forsi ġieli smajna bih. Marconi huwa magħruf għar-radju; u għal din l-invenzjoni Marconi rebaħ saħansitra l-Premju Nobel fl-1909! Imma dak li għamel Marconi, ukoll kien ibbażat fuq ix-xogħol li sar qabel minn Tesla; u meta Marconi għamel isem wara l-ewwel trasmissjoni bir-radju, Otis Pond, inġinier jaħdem ma’ Tesla, qallu: “Looks as if Marconi got the jump on you.” Nikola Tesla wieġbu b’dawn il-kelmiet “Marconi is a good fellow. Let him continue. He is using seventeen of my patents.” F’Ġunju tal-1943, ħames xhur wara l-mewt ta’ Tesla, il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti ddikjarat lil Tesla bħala “the father of the radio”, u mhux lil Marconi. Kien Nikola Tesla wkoll li, fl-1917, fl-eqqel tal-Ewwel Gwerra Dinjija, ħareġ bl-idea tar-Radar. Iżda l-bniedem li huwa kkunsidrat bħala

l-inventur tar-Radar huwa Robert A. Watson Watt, li ħolqu fl-1935. Kien għal darb’oħra Tesla l-ewwel li bena impjant idroelettriku (hydroelectrical plant) ġewwa n-Niagara Falls, u wera kif dan ukoll jista’ jkun sors li permezz tiegħu nipproduċu l-enerġija. Minbarra l-ħafna skoperti u invenzjonijiet li jafu l-bidu tagħhom lil Nikola Tesla, dan ir-raġel kien kapaċi jitkellem mill-inqas sitt lingwi, jimmemorizza kotba sħaħ u jżomm f’moħħu l-ideat ta’ apparat sħiħ, u wara li jkun daru sew għal xi bidliet li kellu bżonn, jibnih mingħajr ma jieħu ebda notamenti! F’kelma waħda, Nikola Tesla kien ġenju! Iżda minkejja dan kollu, Nikola Tesla la kien famuż u wisq inqas sinjur meta miet. Lejn l-aħħar ta’ ħajtu kellu wkoll idea kif jittrasmetti l-enerġija elettrika mingħajr il-bżonn ta’ wires, u l-ħsieb tiegħu kien li dan jagħmlu b’xejn. Iżda d-dinja li għex fiha Tesla riedet riżultati prattiċi skont il-ħtiġijiet tal-mument, u li jagħmlu l-flus u l-profitt u għalhekk dan il-proġett ma rnexxilux itemmu. Iżda minkejja li d-dinja ta’ żmienu ma apprezzatux, hu kompla jaħdem anki jekk l-invenzjonijiet tiegħu dehru inutli u llum aħna nistgħu ngħidu li mnalla għamel hekk għax huma nies bħal Tesla li jagħmlu lid-dinja aħjar. ✖

9


Qatt smajt il-frażi ‘tal-aħħar jiġu l-ewwel?’ U x’jiġri minnhom tal-ewwel? Darba Ġesù rrakkonta storja qasira fuq xi ħadd li ħaseb li kien fuq ta’ quddiem nett imma fil-verità dawk ta’ quddiem kienu oħrajn. y JOSEPH bonnici

min hu l-ewwel? Fariżew: huwa bniedem tajjeb, bil-kondotta nadifa, li josserva l-eżattezza talliġi bħala bniedem li mhux saċerdot, anke iktar missaċerdoti Lhud infushom. Għandu difett kbir: jaħseb li hu aqwa minn ħaddieħor. Il-kelma fariżew, fil-fatt, tfisser maqtugħ mill-bqija tal-poplu, mifrud. Insum: Fil-kampanja ta’ ftaħir li jagħmel, il-fariżew isemmi l-fatt li hu ma jintrabatx biss mas-sawma obbligatorja li kienu jagħmlu l-Lhud fil-Jum tal-Maħfra tad-Dnubiet, imma jsum ukoll t-Tnejn u l-Ħamis b’tifkira tat-tlugħ u l-inżul ta’ Mosè fuq is-Sinaj. It-taxxi: Dawn kienu destinati għat-Tempju, għall-foqra u għalliskejjel tar-rabbini. Huma wkoll opri kbar li jagħmel dal-fariżew. Iktar milli jagħti biss il-wieħed minn kull għaxra(id-dieċmi) tal-frott u l-annimali, jagħti wkoll mill-ħxejjex u min-nagħnieh. Pubblikan: Dawn kienu fost l-aktar nies mistmerra mill-poplu Lhudi għax, għalkemm bosta minnhom kienu Lhud, kienu jaħdmu u jikkollaboraw mar-Rumani.

Żewġt irġiel jidħlu fit-Tempju fil-ħin tat-talb. Il-fariżew imur quddiemnett u jibqa’ bilwieqfa waqt li jagħmel il-lista tal-affarijiet tajba li wettaq matul ħajtu: ‘Irrid nirringrazzjak Mulej, għax lili m’għamiltnix bħall-oħrajn: ħallelin, inġusti, jittradixxu n-nisa tagħhom ... u lanqas bħal ‘dak’ li hemm waranett!’ U ma waqafx hemm tafux! Il-fariżew kompla jintefaħ: ‘Insum darbtejn fil-ġimgħa u nħallas regolarment it-taxxi ...’ Qisu jrid jgħidlu: ‘Għażiż Mulej, fejn se ssib wieħed aħjar minni?’ Imma ‘dak’ ta’ waranett, il-pubblikan, jinsab fuq irkupptejh, b’għajnejh iħarsu lejn l-art. Jaf li qiegħed fi triq ħażina u quddiem Alla jħossu qisu dudu tal-art. Jirrepeti għal bosta drabi: ‘Ikollok ħniena minni, jiena midneb kbir.’ Jinduna bil-faqar tiegħu quddiem Alla u jammettih. U għalhekk, Alla jisimgħu, filwaqt li l-ieħor ikun qiegħed biss jaħli l-ħin u l-kliem. Huwa tmiem li jissorprendik! Addattata minn Luqa 18, 9-14

10  JANNAR/FRAR 2013


L-ambjent tal-parabbola Il-parabbola hija ambjentata fitTempju ta’ Ġerusalemm, waqt il-ħin tat-talb fejn kienu jiġu offruti sagrifiċċji għad-dnubiet. Il-protagonisti huma l-estremi tassoċjetà ta’ żmien Ġesù: il-fariżej, dawk li josservaw il-liġi b’mod fanatiku u li jistħajlu li jistħoqqilhom il-barka t’Alla u l-pubblikani, li ma tantx kien jimpurtahom u la minn

Alla u lanqas mill-bnedmin. Dawn tal-aħħar kienu jafu li ma tantx kienu jidhru ħelwin fl-għajnejn talbnedmin, u kellhom dubji kbar kif jidhru fl-għajnejn t’Alla! Minn dawn it-tnejn, il-pubblikan huwa iktar simpatiku, avolja m’għandux fama ta’ qdusija. Għandu, però, il-kuraġġ li jammetti l-iżball li qiegħed fih. Min-naħa

l-oħra, il-fariżew tant hu wiċċu tost u prużuntuż li jiġbed fuqu l-istmerrija u jaqa’ għar-ridikolu. U waqt li jqis lilu nnifsu perfett, iqiegħed ilperfezzjonijiet tiegħu quddiem dak li hu tassew il-Perfett, Alla nnifsu! B’hekk ixejjen it-talba tiegħu! It-triq għal quddiem il-Mulej hija biss dik tal-umiltà – it-triq li biha nagħrfu l-kobor t’Alla u ċ-ċokon tagħna quddiemu. ✖

Niltaqgħu ma’ ... eKS-alkoħoliku

Meta darba waħda kien fis-sakra, saq karozza għal ġo oħra u qatel familja sħiħa. Kien ikkundannat il-ħabs għal bosta snin. Wara li skonta s-sentenza tiegħu qed jaqdi lil ħutu alkoħoliċi fi programmi apposta għalihom biex jaqtgħu dan il-vizzju. Ismu se jibqa’ moħbi. Kif irnexxielek tgħid le lill-alkoħol ta’ ħamsin sena? Meta ntbaħt li qtilt żewġt itfal u l-ġenituri tagħhom, stkerraħt lili nnifsi. Xtaqt li kieku mitt jien magħhom. Ir-rimors tal-ħsara kbira li wettaqt, wassalni biex nibdel ħajti. Kif bdejt bil-vizzju tax-xorb? Għall-ewwel kont nuża l-alkoħol bħal droga: kont inħoss li ħadd ma jista’ għalija. Imbagħad sar għalija jasar bla kontroll, sal-jum talinċident. Kif iddeċidejt li tibda ħajtek mill-ġdid, wara li kont neħħejt ħajjiet innoċenti? Kif ħriġt mill-ħabs bdejt ngħin lil persuni alkoħoliċi biex jeħilsu millperiklu li jagħmlu ħsara lilhom infushom u lil oħrajn. Imma xejn ma jneħħili r-rimors li nġorr miegħi kuljum!

L-umiltà: L-Umiltà ma tantx għadu moda tisma’ dwarha. Illum iktar moda l-qawwa u dak li jidher minn barra. Ilkelma ‘umiltà’ ġejja mil-Latin ‘humus’ li tfisser ‘art’, propju għax il-bniedem umli huwa dak li saqajh malart, jaf li għalkemm għandu l-kapaċitajiet u t-talenti tiegħu għandu wkoll il-limiti tiegħu. L-umli mhux dgħajjef, anzi l-istess umiltà tiegħu tagħmlu qawwi. L-art li hu marbut magħha tagħmlu qawwi – l-art fejn jinżlu l-għeruq, u fejn jitqiegħdu l-pedamenti tad-djar fis-sod, il-post fejn jinbena karattru qawwi u bilanċjat.

Inkunu żgħażagħ umli META:

Nammettu l-iżbalji tagħna u ma noqogħdux infittxu skużi biex niġġustifikawhom; Nużaw tajjeb it-talenti li għandna u nirrikonoxxu dawk li għandhom l-oħrajn; Nafu naħfru għax nemmnu li ħadd – inklużi aħna – mhu perfett; Ma nħallux lilna nfusna nintrebħu minn xi ġudizzji negattivi li nirċievu, imma naħdmu fuq dak li mhux tajjeb fina biex insiru aħjar. 11


minn hawn

u minn hemm y FRANKLIN balzan

Issa b’għajnejk

wkoll

X’beritta għandek? Max Virtwali LLC ħabbret beritta unika li tippermettilek li tirċievi telefonati jew li tisma’ l-mużika mill-mowbajl filwaqt li żżomm idejk u widnejk ħielsa minn kull wajer! Iva sewwa fhimt! Fuq barra, din il-beritta tidher qisha baseball cap ordinarja, u l-ebda earphones ma huma meħtieġa biex tisma’ l-awdjo. Il-prodott ġdid huwa msejjaħ ‘Cynaps’ u ġie mħabbar fil-Consumer Electronics Show (CES) ta’ dis-sena fl-Eureka Park.

Is-‘Cynaps’ juża l-vibrazzjoni biex jittrasmetti l-ħoss fl-għadam tal-widna ta’ ġewwa, permezz ta’ żewġ moduli żgħar li jivvibraw fi ħdan l-inforra tal-beritta. L-awdjo li jirriżulta jidher li huwa ċar kristall għal min jilbisha, anke waqt li jintlibsu earplugs. Il-beritta taqbad b’mod wireless permezz tal-Bluetooth ma’ telefon ċellulari, tablet jew mp4 plejer. Permezz ta’ pannell tal-kontroll li jinsab fuq quddiem tal-beritta wieħed jista’ jagħmel bidliet fil-volum jew filplaylist ta’ dak li jkun qed jisma’. Waħda mill-vantaġġi l-kbar tas-‘Cynaps’ fuq l-użu tal-headphones hija li billi l-widnejn huma ħielsa, min ikun qed juża ‘Cynaps’ għandu jkun aktar konxju tal-ħsejjes ta’ madwaru u allura jkun jista’ jirreaġixxi aħjar f’każ ta’ emerġenza.

12  JANNAR/FRAR 2013

Tobii Rex huwa periferali għallkompjuters li jgħinek biex tikkontrolla l-istess kompjuter permezz ta’ eye tracking. Il-kumpanija Svediża qed tindika li dan il-prodott, maħsub għallaħħar verżjoni tal-Windows, Windows 8, huwa indirizzat lejn konsumaturi regolari u mhux għal individwi li għandhom bżonnijiet speċjali. Dan għaliex dan il-periferali jaħdem flimkien mal-kontrolli tradizzjonali tal-kompjuter, jiġifieri l-mouse u t-tastiera, kif ukoll mat-touchscreens. Permezz ta’ kalibrament tat-Tobii Rex, persuna tista’ tizzumja, tiskrolja u tiftaħ programmi - dan kollu permezz ta’ dan il-periferali li jitwaħħal mal-qiegħ tal-monitor tal-kompjuter u li jaqbad permezz ta’ USB. Tobii Technology għandha l-pjan li tagħmel 5,000 edizzjoni limitata minn dawn il-periferali fis-sena li ġejja, iżda ma ħabbret l-ebda prezz għal din il-verżjoni.


min hu

y WARREN busuttil

greg pattillo? Forsi wara l-Gangnam Style, kulħadd beda jaħseb ftit liema diska ser ikollha l-views li kellha din id-diska fuq YouTube. Uħud bdew jiddubitaw jekk id-diska One Pound Fish hix ser tkun it-‘Tieni Gangnam Style’, imma sa issa n-numru ta’ views lanqas jibdew ħdejha. U anke ħdejn Greg Pattillo l-views ukoll ma jibdewx. Greg huwa magħruf madwar iddinja għall-mod ġdid kif irnexxielu juża l-istrument tal-flawt. The New York Times faħħret lil Pattillo bħala “l-aqwa persuna li rnexxielha

tuża l-flawt bl-iktar mod oriġinali.” Infatti l-iktar vidjo fuq YouTube li għandu views juri lil Greg Pattillo jdoqq il-flawt, il-pjanu u jagħmel il-ħsejjes ta’ beatbox kollha fl-istess ħin! Kif? Nistiednek li tfittex dan il-vidjo fuq il-Facebook Page taxXehda Għasel. Pattillo, minkejja li huwa mużiċist famuż b’mod internazzjonali, issibu jagħmel kunċerti fit-toroq, subways, parks, u jgħallem kif jista’ l-apprezzament tal-mużika. Wara li kien iggradwa fil-livell ta’ Masters mill-Istitut tal-Mużika, Greg sab

xogħol fi Guangzhou Orkestra u kien wieħed milli waqqaf diversi istituzzjonijiet għall-istudju talmużika. Illum il-ġurnata Greg joqgħod ġewwa New York u jdoqq ma’ Project Trio mużika differenti imma kollha b’għerq ta’ ġeneru klassiku. Jekk trid li ssir taf iktar fuq dan l-artist, b’mod speċjali tisma’ biċċa mużika minn tiegħu nistiednek tfittex ftit vidjos fuq YouTube u tara kif tibqa’ mistagħġeb bil-kapaċità ta’ din il-persuna.

13


Chris Paul


16  JANNAR/FRAR 2013

www.facebook.com/Xehda

Niżżel verżjoni JPEG u l-istruzzjonijiet mill-paġna facebook ta’ Xehda Għasel


minn hawn u minn hemm

Chris Paul y NEIL aquilina

Għal dawk minnkom dilettanti tal-baskitbol, speċjalment tal-NBA, Chris Paul mhuwiex isem ġdid. Fil-fatt Chris huwa wieħed mill-aqwa plejers tal-baskitbol li hemm jilagħbu bħalissa fl-Amerika. Chris għandu 27 sena u jilgħab bħala Guard mat-tim Los Angeles Clippers li jipparteċipaw fil-Pacific Division tal-NBA. Hu magħruf ukoll bħala CP3, minħabba li jilgħab bin-numru tlieta. Għal dawn l-aħħar ħames snin kien parti mit-tim NBA All-Star u kien anke parti mit-tim rebbieħ tal-midalja tad-deheb fil-baskitbol fl-Olimpjadi 2008 u 2012. Dan is-suċċess u fama ma telax għal ras Chris, li xorta baqa’ umli u jattribwixxi dak kollu li laħaq lil Alla. Hu stess stqarr: “L-affarijiet li għamilt u l-unuri li rċevejt, ma rċevejthomx bil-ħila tiegħi biss. F’ħajti kelli ħafna grazzji u dan kien kollu bil-grazzja ta’ Alla. Jien grat ħafna lejh għat-talent li tani. Naf ukoll li Alla għandu pjan għalija u li għandi nimxi fid-direzzjoni tiegħu. Għalhekk għandi nibqa’ dejjem umli u nimxi ġurnata wara ġurnata.” Kemm tkun ħaġa sabiħa li aħna wkoll inkunu grati lejn Alla għal dak kollu li jagħmel magħna mingħajr ma forsi nindunaw!

Attent xi tgħid Rio Ferdinand, id-difensur talManchester United, ipprovoka reazzjonijiet ħorox mill-istess sapporters tiegħu meta fuq Twitter kiteb “biex jaħsbu fih” waqt li jkunu qed jiċċelebraw is-sena l-ġdida billi huwa kellu jorqod fil-lukanda tat-tim tiegħu bi preparazzjoni għal-logħba tal-ewwel tas-sena. Ferdinand, ta’ 34 sena, imwieled f’Peckham, fix-xlokk ta’ Londra, kien fil-lukanda qabel irrebħa ta’ 4-0 fuq Wigan Athletic, fejn hu lagħab għal 68 minuta. Il-plejer tal-futbol kien ikkritikat mill-ħafna segwaċi tiegħu fuq Twitter

(3.7miljuni!) għal dan li kiteb fuq l-istess Twitter. Fost il-kummenti kien hemm: “Ħajja iebsa tkun imħallas aktar fil-ġimgħa minn dak li ħafna jaqilgħu f’sena!” Xi ħadd ieħor qal: “Inti se taħseb fil-bqija tal-pajjiż li qed jitħabat biex jaqla’ l-għixien waqt li int taqla’ £80,000 fil-ġimgħa?” Ferdinand aktar tard irrisponda fuq Twitter: “Darb’oħra nikteb ‘ċajta’ flaħħar tal-kumment!” Għandek tgħid, wieħed għandu joqgħod ħafna attent x’jikteb fuq is-social networks... u mhux biss jekk ikun famuż!


minn hawn u minn hemm

Pajjiż jaħdem bix-xemx

y LAWRENCE fenech

Tokelau hu grupp ta’ tliet gżejjer żgħar f’nofs l-Oċean Paċifiku b’popolazzjoni ta’ madwar 1,500 ruħ. F’Ottubru tas-sena l-oħra dawn il-gżejjer saru l-uniku pajjiż fid-dinja li l-elettriku jġibuh kompletament mill-enerġija

tax-xemx. B’kollox ġew installati ‘l fuq minn 4,000 solar panel u 1,350 batterija li kapaċi jipprovdu l-elettriku kollu li jintuża min-nies ta’ Tokelau. B’hekk fuq dawn ittliet gżejjer m’għadx hemm bżonn li jinħaraq iż-żejt biex jipprovdi

Jista’ l-ilma jieħu n-nar? Is-soltu l-ilma nużawh biex nitfu n-nar – imma diversi persuni fl-Amerka qed jiskopru li l-ilma tal-vit ta’ darhom jieħu n-nar jekk tagħtih sulfarina! Kif jista’ jkun dan? Meta dan l-ilma ġie eżaminat sabu li kien fih il-gass methane ġo fih – gass li jixbah dak li jintuża għat-tisjir f’Malta. Dan il-gass jinsab ħafna kilometri taħt l-art u jittella’ biex jintuża bħala sors ta’ enerġija. Xi drabi ftit minn dan il-gass jgħaddi minn xquq fil-blat u jitla’ ‘l fuq u jidħol fil-water table jew fil-bjar tan-nies. Għalhekk, meta dan l-ilma jsib in-nar, il-gass ta’ ġo fih jieħu n-nar!

18  JANNAR/FRAR 2013

l-elettriku. Il-flus li qabel kienu jintefqu kuljum biex jinxtara dan iż-żejt issa jistgħu jintużaw għall-ġid tan-nies ta’ Tokelau speċjalment għal proġetti ta’ edukazzjoni u saħħa.


Soul Surfer

y kurt MICELI

Ġrat bħal sajjetta fil-bnazzi! Dakinhar ma kien hemm l-ebda ħjiel ta’ periklu. Il-baħar kien ċar u kalm qisu żejt, kien iktar jixbah l-ilma f’pixxina milli dak ta’ oċean. Il-mewġ ma kienx qawwi u Bethany u sħabha kienu qegħdin jitmexxew ’l hawn u ’l hinn mill-mewġ bittama li jsibu xi waħda tajba biex jirkbuha! Idejha l-leminija kienet fuq is-surfboard filwaqt li l-oħra kienet imdendla fl-ilma. F’daqqa waħda ħasset qisu bħal ġbid kbir u l-ilma madwarha tbiddel f’lewn ħamrani. Minn idha x-xellugija ma kien baqa’ xejn. B’xi mod baqgħet kalma u bdiet taqdef bil-mod ilmod lejn il-bajja. Dan seħħ kollu f’ħakka t’għajn!

żammha milli terġa’ tinżel filbaħar f’inqas minn xahar minn dakinhar tal-inċident. Kien propju f’Halloween meta kelb il-baħar; twil madwar 5 metri; ħebb għal Bethany waqt li kienet qed tisserfja f’Kauai fil-Hawaii. Minn hawn ’il quddiem il-ħajja tagħha nbidlet mil-lejl għan-nhar. Tgħiduli mhux ovvja jekk issa riedet titgħallem kif tagħmel kollox b’id waħda? Vera, imma l-attitudni pożittiva u d-determinazzjoni tagħha għenuha biex tegħleb kull ostaklu. Din hija l-ġrajja ta’ Bethany Hamilton li minkejja li tilfet driegħha qatt ma tilfet il-fidi.

Jgħidu li Bethany Hamilton fil-vini tagħha flok demm għandha ilma baħar. Bilfors! Kieku kif tispjega l-passjoni kbira li għandha lejn l-isport tas-surfing? Xejn ma

19


Żgħażagħ bis-sens y joseph bonnici

Għażiża Chiara, grazzi talli lqajt l-istedina tagħna u se taqsam magħna l-ħajja tiegħek. Nixtieq nibda bl-ewwel mistoqsija: Tista’ tagħtina ftit tagħrif dwar il-familja tiegħek? Ommi u missieri żżewġu ħdax-il sena qabel ma twelidt jiena. Missieri Ruggero kien sewwieq u ommi kienet impjegata. Kienu joqogħdu f’Sassello, fil-Ligurja, raħal Taljan qrib il-baħar. Ir-raħal kellu popolazzjoni ta’ madwar elfejn ruħ. Sassello magħruf għall-boskijiet tal-qastan fejn jikbru numru kbir ta’ fungi u wkoll għall-amaretti, minn dawk ir-rotob! Fix-xitwa, is-silġ jiksi r-raħal bħal kutra. Ommi u missieri kellhom xewqa kbira: dik li jkollhom tarbija. Talbu fuq li talbu, sa ma talbhom ġie mismugħ. Fid-29 t’Ottubru 1971 twelidt jien! Kif tiddeskrivi t-tfulija tiegħek? Inkellmek minn dak li jgħidu fuqi, għax aħjar noqgħod fuq il-memorja tal-ġenituri tiegħi! Peress li

20  JANNAR/FRAR 2013

tkellimna Chiara ‘Luce’ Badano

kienu jarawni bħala rigal ta’ Alla f’ħajjithom, kienu japprezzaw u jiftakru kull pass li nagħmel. Ifakkruni f’ħafna mumenti ta’ meta kont għadni żgħira u kont nieħu ftit ħin biex nobdi. Dejjem ixebbħuni mal-iben iż-żgħir tal-parabbola taż-żewġ ulied li kellhom imorru jaħdmu fl-għalqa tad-dwieli. Għaliex? Ma tantx kont ngħid iva mill-ewwel. Donni kont irrid il-ħin biex ninduna x’għandi nagħmel. Bħal meta ommi kienet tgħidli biex nitlob magħha, u kont inħalliha titlob waħidha, biex imbagħad immur nitlob l-istess talba waħdi f’kamarti. Jew meta kienet titlobni ngħinha u kont nibda bil-le u ngħaddi għall-iva. Imma

l-iktar li ssorprendejtha kienet dwar ir-rigali għall-foqra... X’ġara mela? X’għamilt? Ommi talbitni nagħżel xi rigali millġugarelli tiegħi biex noffruhom lil tfal foqra. L-ewwel reazzjoni tiegħi kienet: Iss, dawk tiegħi! Imma mbagħad mort f’kamarti u bdejt nagħżel. Għażilt l-aħjar ġugarelli li kelli, dawk li ma kinux imkissrin diġà, u tajniehom lill-foqra. Kif kienu jiddeskrivuk sħabek? Jgħidu li kont ġeneruża, anke jekk mhux mill-ewwel, allegra u gustuża! Imma kont ukoll imqarba ... bħal meta sraqt tuffieħa mingħand Ġanna talmitħna. Ommi nnutat li kien hemm xi ħaġa mhux tas-soltu u staqsietni minn fejn kont ġibt dik it-tuffieħa. Għidtilha li ma jimpurtax jekk nieħu waħda u ġegħlitni mmur inroddha! Kif tħares lejn il-ħajja? Il-ħajja hija rigal sabiħ mingħand Alla, bħal ammont ta’ flus li ġie misluf lilna.


dejjem maġenbi tagħmilli kuraġġ. Għalfejn ma nistax nimxi iktar, mà? – Biex tkun tista’ ttir bil-ġwienaħ! Sewwa li se mmut ta’ sbatax-il sena? Jekk hux sewwa ma nafx, imma naf li hu sewwa li nagħmlu r-rieda t’Alla.

Darba, fil-bidu tas-sena tlabt lil Alla għat-tjubija, għall-qawwa u għallpaċi. Imma tlabtu wkoll li nonfoq ilħin li silifni sewwa! Fl-ewwel tqarbina tlabtu li f’ħajti noffri ħafna atti ta’ mħabba. Il-ħajja hi waħda, u ta’ min jgħixha sew! Kif bdiet il-konnessjoni tiegħek mal-Focolare? Il-Focolare huwa moviment modern li nbeda fl-Italja minn Chiara Lubich. Għandu l-iskop li jaħdem għallimħabba u l-unità bejn il-bnedmin kollha. Isieħeb fih tfal, żgħażagħ, familji u reliġjonijiet diversi. Ta’ disa’ snin iltqajt ma’ dan il-moviment u pparteċipajt fil-Gen 3, avventura ta’ ħbiberija, logħob u talb fl-imħabba t’Alla. Affaxxinani l-Vanġelu ta’ Ġesù Kristu, li sar l-iskop uniku ta’ ħajti. X’wasslek tagħmel il-Vanġelu? Veru li kultant jitlob minnek ‘ftit iktar’? Iva, ftit ftit jibda jitlob minnek dejjem dik in-naqra iktar. Darba mort inżur ħabiba li kienet marida bl-iskarlatina. Ħadd minn sħabi ma ried imur ħdejha għax beżgħu li jittieħdu. Imma ħassejt li Ġesù riedni nżommilha kumpanija. U mort. Kif qattajt iż-żgħożija tiegħek? Kont tħobbha l-moda? Naħseb li l-adoloxxenza tiegħi

kienet waħda normali, imma dejjem qrib Ġesù. Kien ikolli t-tlugħ u l-inżul tal-burdati. Kont nilbes sabiħ, imma sempliċi. Nemmen li s-sbuħija importanti hija dik ta’ ġewwa. U d-delizzji tiegħek? X’kont tħobb tagħmel? Kelli mħabba lejn il-mużika, il-mixi fil-kampanja, l-għawm, u t-tennis. Ilbaħar kont inħobbu wisq! U fl-iskola? Kif imxejt? Dejjem xtaqt inkompli l-istudji tiegħi. Kont noħlom li nsir air-hostess jew tabiba. Bdejt nattendi l-Liceo Classico ta’ Savona, imma wasalt sar-raba’ sena ... ħbatt mal-blata talMatematika, u mal-għalliem tagħha! Imbagħad bdejt ngħin fil-Gen 4 talFocolare ... sakemm beda l-uġigħ!

X’kien iżommok qawwija f’din it-tbatija? Kif għixt il-marda tiegħek? Kont insib il-qawwa fil-Vanġelu. Għalija l-Kelma ta’ Ġesù kienet dawl li jmexxini. Kien għalhekk li Chiara Lubich żiditli isem wara li kelli: Luce – Dawl! Fit-tbatija tiegħi kont inħares lejn Ġesù abbandunat fittbatija tiegħu. Imma jien kelli wkoll lil ħbiebi. Kienu dejjem maġenbi, flimkien mal-ġenituri tiegħi. Kien hemm ukoll Marija timxi miegħi. Kif tidħol Marija? Niftakar darba kelli intervent kirurġiku żgħir u kont ftit imbeżżgħa minnu. Waqt li kont qed niġi operata, rajt mara dieħla maġenbi, sabiħa u bi tbissima, qabditli idi u għamlitli kuraġġ. Kif ġiet bil-kwiet, telqet ukoll bla ħsejjes. Il-biża’ li kelli għeb. It-tobba ma kinux jafu min kienet dik il-mara meta staqsejthom wara.

X’uġigħ hu? Kont qed nilgħab it-tennis, meta f’daqqa waħda idi qaltli: Hawn irridek! Ma stajtx niflaħha bl-uġigħ! Waqaft u mort id-dar. Lil ommi ma wrejtha xejn, imma ma damitx ma ndunat. L-uġigħ ma riedx jieqaf u kelli mmur għand it-tabib. Il-verdett malajr ħareġ: Kelli tumur li ma jitfejjaqx!

Kif kien il-passaġġ tiegħek lejn il-ħajja ta’ dejjem? Minkejja t-tbatija kbira li kelli, kont naf fejn sejra. Lil ommi tlabtha li tibqa’ dejjem iżżommli idi u hi weġbitni: Ma nitlaqhielekx qabel ma jieħdok f’idu l-Mulej! Hejjejt ruħi għall-mewt bħal għarusa għat-tieġ. Anke l-libsa għażilt. Għażilt ukoll il-kant u l-qari tal-funeral. Sellimt lil ommi bil-kelmiet: Mà, kun ferħana, għax jien ferħana! Kien nhar il-Ħadd 7 t’Ottubru 1990. L-aħħar rigal tiegħi kienu l-cornea t’għajnejja li ngħataw lil żgħażagħ oħra.

X’mistoqsijiet ġewk quddiem dan kollu? Staqsejt ħafna mistoqsijiet matul il-marda tiegħi. Imma ommi kienet

Grazzi Chiara. Ippermettili nagħlaq bil-kliem li inti xtaqt li ommok tgħid wara mewtek, hi u tlibbsek għattieġ: Chiara qed tara lil Ġesù! ✖ 21


NOEL vassallo y adrian VELLA

Fis-sena 2000, ħareġ il-film Gladiator, film ta’ Ridley Scott u li l-karattru prinċipali kien Russell Crowe. Il-film kien jitratta propju l-istorja ta’ wieħed minn dawn il-gladjaturi tal-Kolossew. Ixxeni ta’ Ruma tal-qedem inħadmu fil-biċċa l-kbira tagħhom hawn Malta u biex isir dan inħadmet replika ta’ terz tal-Kolossew għolja kważi sittax-il metru. Imma x’għandu speċjali dan il-Kolossew? L-isem oriġinali tal-Kolossew kien Amphitheatrum Flavium, għalkemm jidher li r-Rumani kienu jirreferu għalih bl-isem, mhux uffiċjali, ta’ Amphitheatrum Caesareum. Aktarx li l-kelma Coliseum ġejja mill-isem tal-istatwa kolossali tal-bronż, ta’ 30 metru, li kien hemm fl-inħawi. Oriġinarjament kienet ta’ Neruni (Colossus Neronis), li kien hu stess li ordnaha biex issir fid-Domus Aurea, il-villa kbira li kellu f’Ruma; imbagħad, ftit wara mewtu (68 wK), l-Imperatur Vespasjanu bidilha f’waħda tal-alla xemx (Sol Invictus), u semmieha Colossus Solis. Madwar is-sena 128 wK, l-Imperatur

Adrijanu poġġa din l-istatwa flinħawi tal-Kolossew. Ix-xogħol tal-bini ta’ dan l-amfiteatru beda taħt l-Imperatur Vespasjanu, madwar is-snin 7072 wK fl-inħawi ta’ bejn it-tliet għoljiet Caelius (Celian), Esquilinus (Esquiline) u Palatinus (Palatine). Dawn huma tlieta minn dawk li huma magħrufa bħala s-seba’ għoljiet ta’ Ruma, li jiffurmaw il-qalba ġeografika tagħha. Salmewt ta’ Vespasjanu, fis-sena 79, ix-xogħol kien wasal sat-tielet livell. L-Imperatur Titus lesta l-aħħar livell u inawgura l-bini fis-sena

Il-Gladjaturi 22  JANNAR/FRAR 2013

80. Fi żmien l-Imperatur Domizjanu ġiet mibnija gallerija oħra biex ikunu jistgħu joqogħdu iktar spettaturi, kif ukoll saret l-istruttura ta’ taħt l-arena. L-arena, li l-kobor tagħha hu ta’ 83 bi 48 metru, kienet magħmula mill-injam li fuqu mbagħad kien jiġi mitfugħ ir-ramel. Taħtha kien hemm il-hypogeum, l-istruttura ta’ mini, fejn kienu jinżammu l-gladjaturi u l-annimali qabel l-avvenimenti. Fil-Kolossew, l-ispettaturi kienu jsibu posthom f’galleriji (maeniana), skont il-klassi soċjali li minnha kienu jkunu ġejjin. Nies ta’ saħħa kbira li lesti jiġġieldu sal-mewt quddiem folla eċitata tgħajjat kemm tiflaħ u tinkoraġġixxi l-vjolenza. Dan kien ikun l-ambjent fil-Kolossew waqt il-ġlied tal-gladjaturi. Ħafna drabi l-gladjaturi kienu jkunu skjavi, kriminali jew priġunieri tal-gwerra.


A. L-ewwel gallerija (t’isfel nett) Kien hemm postijiet speċjali għallImperatur u dawk hekk magħrufa bħala Vestal Virgins (il-qassisin nisa tal-alla Vesta). F’din ilgallerija kienu jsibu posthom ukoll is-senaturi. B. It-tieni gallerija Din kienet riservata għan-nobbli u għall-kavallieri, li ma kinux senaturi. Ċ. It-tielet gallerija F’din kienu jsibu posthom iċ-

Il-Kolossew hu l-akbar amfiteatru li kellhom ir-Rumani. Dan il-bini hu ta’ għamla ovali b’tul ta’ 189 metru, wisa’ ta’ 156 metru u għoli 48 metru. L-arja tal-art hi ta’ madwar 24,000m2.

ċittadini ordinarji, u kienet tinqasam fi tnejn: l-immum għan-nies sinjuri, u s-summum għall-foqra. D. Fuq nett Hawn setgħu joqogħdu l-iskjavi u n-nisa. Jekk fi żmienhom, ir-Rumani kienu jitpaxxew jaraw l-avvenimenti fejn għadd ta’ persuni ħallew ħajjithom, illum in-nies jistgħu jitpaxxew bl-arkitettura li l-Kolossew kien iħaddan, għalkemm m’għadux sħiħ

F’każ ta’ maltemp kienet tinfetaħ tinda kbira li biex iħaddmu l-makkinarju tagħha kien hemm bżonn 100 baħri. Fis-sena 847wK parti mill-Kolossew ċediet minħabba terremot.

kif kien, kemm minħabba terremot li seħħ fl-1349, kif ukoll minħabba li f’xi żmien kien jittieħed il-ġebel minnu. Illum dan il-post hu simbolu għallinsara. Fl-1749, il-Papa Benedittu XIV iddedika l-Kolossew għall-Passjoni ta’ Ġesù. U fejn qabel il-Kolossew ra fih għadd ta’ nsara jċarċru demmhom, illum jixhed għall-passjoni u l-mewt li Kristu ġarrab; proprju nhar il-Ġimgħa l-Kbira filgħaxija, il-Papa jmexxi l-Via Sagra hemmhekk. ✖

Il-Kolossew kellu l-faċċata miksija bl-irħam li partijiet minnu ntużaw filbini tal-Bażilika ta’ San Pietru filVatikan.

Il-Kolossew għandu 80 entratura u kapaċi jakkomoda 50,000 spettatur. Kien hemm oħrajn li kienu jkunu voluntiera. Il-gladjaturi kienu jagħtu spettaklu lil bosta nies li kienu jattendu għal dan il-logħob imdemmi. Il-ġlied tal-gladjaturi kien parti millkultura tal-Imperu Ruman. Kulħadd seta’ jattendi għall-ġlied tal-gladjaturi,

kemm nies foqra u kemm sinjuri. Xi drabi kien jattendi s-senat Ruman u saħansitra l-Imperatur innifsu. Diversi ġlidiet kienu jsiru f’jum wieħed. Il-ġlied tant kien ikun vjolenti li xi drabi l-art kienet tkun maħsula bid-demm. Il-gladjaturi

kienu jiġġieldu salmewt u dak il-gladjatur li jikkumbatti b’suċċess kien jirċievi akklamazzjoni kbira. Kien anke jiġi mfaħħar mill-poeti u ġieli kienu jiġu mpittra ritratti tiegħu fuq ħaġar prezzjuż u vażuni.

Għalkemm fis-sena 325 wK, l-Imperatur Kostantinu kkundanna dan il-logħob, il-ġlied tal-gladjaturi baqa’ sejjer sas-sena 500wK. Aktar mal-Kristjaneżmu beda jinfirex fl-Imperu Ruman aktar il-ġlied talgladjaturi beda jnaqqas fil-popolarità. 23


y daniel MICALLEF

Waqt li t-tabib liebes l-aħdar, injetta ftit likwidu lewn il-ħalib fil-vina ta’ Kylie, staqsieha: “Allura, Kylie, kont qed tgħidli li tħobb il-mużika. X’tip ta’ mużika tħobb?” “Iva, nħobb il-pop u kont qed nitħajjar nitgħallem il-kitarra”, weġbitu Kylie. “Tajjeb. Anki jien inħobb il-mużika pop. Min hu l-kantant favorit tiegħek, allura?” Kylie ħarset ċass, għalqet għajnejha u ma wieġbet xejn. It-tabib tbissem, u reġa’ staqsa: “Min hu l-kantant favorit?” L-ebda tweġiba… tajjeb… Il-loppju beda jaħdem!

anestesija

Illum, se neħodkom fit-taqsima taloperazzjonijiet – parti fejn kull tabib u kull infermier ikun liebes l-istess is-sena kollha: qalziet aħdar, flokk aħdar imqaċċat… u wisq probabbli, kappa ħadra wkoll fuq ir-ras! Hemm se niltaqgħu ma’ dak it-tabib li njetta dak il-likwidu lewn il-ħalib: L-anestetista.

Mhux dejjem kien hekk L-affarijiet mhux dejjem kienu bħalma semmejt fl-ewwel paragrafu. Bejn is-sekli ħmistax u sbatax, bdew isiru ħafna skoperti fuq il-ġisem talbniedem u l-mard li jista’ jitfejjaq b’operazzjoni. Però, minħabba li ma kienx hemm mezzi tajbin biex jikkontrollaw l-uġigħ, ħafna nies kienu ‘jippreferu’ l-mewt żgura milli jidħlu għal operazzjoni. Kien hemm diversi tobba li ppruvaw taħlit miġjub mill-pjanti jew l-alkoħol biex ineħħu l-uġigħ ta’ operazzjoni. Uħud kienu jaħdmu – imma kif qal Fallopius; tabib studjuż tas-seklu 16, kien hemm problema kbira: “Jekk it-taħlita toħroġ dgħajfa, tkun għalxejn; jekk toħroġ qawwija, toqtol!” Kollox beda biċ-ċajt Is-seklu dsatax, ġab miegħu ħafna skoperti tal-kimika. Humphry Davy kien għamel esperiment fuqu nnifsu: 24  JANNAR/FRAR 2013


ħa nifs minn gass li kien għadu kif skopra u beda jħossu kuntent u jidħak. Dan malajr beda jistieden lil sħabu għal parties li fihom kienu joqogħdu jidħku b’xulxin meta jaraw l-effett tal-gass (li sejħulu laughing gas) fuq sħabhom. L-istess ġara bl-etere, likwidu li jevapora malajr. Xi studjużi moħħhom fiċċajt kienu jagħmlu shows li fihom kienu jistiednu n-nies biex jieħdu n-nifs mill-etere u tgħidx kemm kienu jidħku b’dak li jibdew jagħmlu. F’wieħed mill-parties, wieħed mill-parteċipanti laqat siequ waqt li kien taħt l-effett tal-etere u ma weġġax. It-tabib Crawford W. Long li kien qed jara kollox, ħaseb li seta’ joħroġ il-ġid minn dan iċ-ċajt! Fil-fatt, bl-etere, irnexxielu jagħmel diversi operazzjonijiet mingħajr ma l-pazjent iħoss uġigħ. Fuq tlieta toqgħod il-borma Minn dak iż-żmien, saru ħafna żviluppi fl-anestesija u l-mediċini li jintużaw fil-‘loppju’ huma effettivi

ħafna. Nistgħu ngħidu li waqt operazzjoni, l-anestetista, tabib speċjalizzat fil-loppju jieħu ħsieb tliet affarijiet importanti:

1. Li l-pazjent ma jkunx konxju ta’ x’qed jiġri. Titqiba bil-likwidu abjad li semmejna għal Kylie traqqdek f’xi 15-il sekonda! Matul l-operazzjoni, ħafna drabi jingħataw gassijiet li jżommu lill-pazjent ‘rieqed’.

2. Il-kontroll tal-uġigħ bil-mediċini waqt u wara l-operazzjoni.

3. It-twaqqif tal-muskoli: biex operazzjoni tkun tista’ ssir, ħafna drabi jkun hemm bżonn li pazjent ma jiċċaqlaqx

u lanqas jieħu nifs. Għalhekk, jeżistu mediċini li jmewtu lill-muskoli għal waqt l-operazzjoni. F’dan il-ħin, ikun hemm bżonn li l-ossiġnu jiġi ppumpjat fil-pulmun. Għajnuna mit-teknoloġija llum il-ġurnata, tintuża magna apposta biex jingħata l-gass talloppju u din toffri ħafna modi kif l-anestetista jikseb informazzjoni importanti bħall-pressjoni, ilfunzjoni tal-qalb u li l-pazjent qed jirċievi biżżejjed loppju u ossiġnu. Però, l-anestetista ma jafx biss jagħti l-loppju: hu espert ukoll fuq il-kura ta’ pazjent qabel u wara l-operazzjoni u jkun jaf x’għandu jagħmel malajr jekk tinqala’ xi problema. Għalhekk, għandek tħossok rasek mistrieħa jekk xi darba tiġi bżonn anestetista! ✖

Trid tibqa’ mqajjem? Simon kellu għazza f’dahru li kien hemm bżonn li titneħħa. Minkejja li hi proċedura ċkejkna, xorta tintuża xafra… u allura, xorta jkun hemm l-uġigħ… u xorta jkun hemm bżonn il-loppju. Għal proceduri żgħar, jista’ jingħata loppju lokali: titqiba b’likwidu li jmewwet għal ftit ħin l-uġigħ ta’ fejn se ssir l-operazzjoni. Il-loppju lokali jintuża wkoll għal proċeduri oħra bħal meta tinqala’ sinna jew meta tkun se ssir xi operazzjoni fl-id jew fir-riġel. Sistema oħra ta’ anestesija tinvolvi l-użu ta’ loppju madwar is-sinsla tad-dahar. Din ħafna drabi tintuża għal xi operazzjonijiet fil-parti t’isfel taż-żaqq li fihom il-pazjent jista’ jibqa’ mqajjem waqt li ma jħossx uġigħ. It-twelid b’Ċesarja li fiha tintuża qasma fil-parti t’isfel taż-żaqq tal-omm hu eżempju tajjeb: l-omm tkun tista’ tibqa’ mqajma biex tisma’ l-ewwel bikja u tara lit-tarbija waqt li ma tħoss ebda uġigħ waqt l-operazzjoni.

25


Il-Konċilju Vatikan II

Qatt ħsibt kemm kienet differenti l-Knisja ftit aktar minn ħamsin sena ilu? Il-qassis kien iqaddes dahru lejn in-nies. Il-quddiesa ma kinitx issir bil-lingwa tal-post imma bil-Latin, lingwa li anqas il-qassisin kollha ma kienu jafu, aħseb u ara n-nies l-oħra. U ftit kienu dawk in-nies li setgħu jaqraw il-Bibbja. Dan kollu nbidel b’ħolma ta’ Papa anzjan imma bi spirtu żagħżugħ. Ħamsin sena ilu beda avveniment kbir li ġibed l-attenzjoni tad-dinja kollha. L-isqfijiet kollha tad-dinja nġabru kollha ġewwa Ruma għal dak li kellu jibqa’ magħruf bħala l-Konċilju Vatikan II. Imma x’inhu dan il-Konċilju? U għaliex l-isqfijiet kollha telqu minn arthom biex jiltaqgħu f’post wieħed. Fejn kien se jesagħhom u, fuq kollox, dawn fuqiex qagħdu jitkellmu? Kien il-Papa Ġwanni XXIII li sejjaħ dan il-Konċilju. Dan il-Papa anzjan minn Bergamo ħafna kienu qed jistennewh li se jkun Papa kwiet u li ma jibdilx wisq affarijiet. X’tistenna minn raġel tal-età tiegħu? Imma mhux hekk ġara! Fil-25 ta’ Jannar ħalla lil kulħadd b’ħalqu miftuħ. Ftit xhur wara li kien magħżul bħala Papa, waqt diskors li kien qed jagħmel lil xi kardinali, iddikjara li ried jagħmel Konċilju. Ried jiġbor il-Knisja kollha taħt saqaf wieħed. 26  JANNAR/FRAR 2013

Kien hemm bosta li ma qablux miegħu u ppruvaw jibdlulu l-ħsieb. Imma b’kuraġġ kbir il-Papa kompla l-preparamenti u fil-11 ta’ Ottubru 1962 beda dan l-avveniment talKnisja universali. Il-kuraġġ kbir tiegħu kompla jidher meta mhux biss stieden l-isqfijiet Kattoliċi kollha tad-dinja, imma wkoll issuperjuri tal-ordnijiet reliġjużi, nies lajċi u saħansitra insara li ma kinux Kattoliċi. Għall-Papa dan kollu kien importanti biex tassew din il-laqgħa tħalli l-frott mixtieq. Ġwanni XXIII miet f’qasir żmien u kien il-Papa ta’ warajh, Pawlu VI, li b’entużjażmu u ħila kbira ħadem biex il-Konċilju jkompli u jħalli l-frott tant mixtieq millpredeċessur tiegħu. Il-Konċilju ħa tliet snin ta’ xogħol kbir. Imma dan ma jfissirx li dawk li ħadu sehem fih qattgħu tliet snin

il-Vatikan. Ix-xogħol inqasam f’erba’ perjodi ta’ ftit xhur u bejn perjodu u ieħor kien isir ix-xogħol minn taskforces apposta sakemm jerġgħu jiltaqgħu l-membri tal-Konċilju. Kienu xhur ta’ ħafna xogħol, ħsieb, diskussjonijiet u kultant anke battibekki jaħarqu. Fl-aħħar, id-diskussjonijiet u l-argumenti saru dokumenti millisbaħ li l-ispirtu tagħhom kellu jagħti nifs ġdid lill-Knisja. Imma, fuq kollox, l-akbar frottijiet talKonċilju kienu l-esperjenzi li dawk li ħadu sehem għaddew minnhom. Id-diskussjonijiet u l-argumenti għenuhom jifhmu ftit aħjar iddinja moderna bid-diffikultajiet u l-opportunitajiet li toffri. U hekk kif il-laqgħat tal-Konċilju spiċċaw, il-proġett tal-Konċilju kien għadu se jibda. Issa dawk in-nies riedu jmorru lura jaħdmu f‘arthom bi spirtu ġdid.


D

akinhar li fetaħ il-Konċilju mijiet ta’ nies marru fil-pjazza tal-Vatikan jitolbu biex dan l-avveniment jirnexxi. Il-Papa kellu ġurnata iebsa ħafna u kien għajjien mejjet u x’ħin qalulu biex joħroġ jarahom, Ġwanni XXIII qalilhom li ma felaħx ikellimhom. Kien hawn li l-assistent tiegħu qabeż u qallu li ma kienx hemm għalfejn jitkellem, kulma kellu jagħmel kien li jħares mit-tieqa. Kien jaf li hekk kif jarahom ma kienx se jiflaħ ma jgħid xejn u allura għamillu nasba żgħira. U fil-fatt hekk ġara għax kif ħareġ bħal donnu ħa saħħtu u għamel wieħed mill-isbaħ diskorsi tiegħu li baqa’ magħruf bħala d-diskors tal-qamar kwinta. Għalkemm ma kienx xi diskors twil u maħsub minn qabel imma tkellem fuq dak li dejjem emmen li kien l-ispirtu tal-Vanġelu – L-Imħabba. Fost l-oħrajn jgħid:

Tornando a casa, troverete i bambini. Date loro una carezza e dite: “Questa è la carezza del Papa”. Troverete forse qualche lacrima da asciugare. Abbiate per chi soffre una parola di conforto. Sappiano gli afflitti che il Papa è con i suoi figli specialmente nelle ore della tristezza e dell’amarezza… Meta terġgħu lura d-dar, se ssibu t-tfal. Għannquhom u għidulhom: “Din hi t-tgħanniqa tal-Papa”. Se ssibu xi demgħa x’tixxuttaw. Wasslu kelma ta’ faraġ lil min qed ibati. Ħa jkunu jafu dawk li qed ibatu li l-Papa qiegħed ma’ uliedu l-iktar fis-sigħat tad-dwejjaq u tan-niket...

27


Dak li beda fil-Konċilju ħamsin sena ilu, illum qed naraw xi ftit mill-frott tiegħu. Il-Bibbja għaddiet minn ktieb li ftit setgħu jaqraw għallikbar bestseller li qatt rat id-dinja. Il-quddiesa mhux biss ssir bil-lingwa tan-nies li jiċċelebrawha imma li

l-istess nies jieħdu sehem fiha u janimawha. Il-valur kbir tal-għaqda, b’mod speċjali bejn il-knejjes Insara li matul l-istorja kienu nfirdu. Dawn huma biss ftit mill-frottijiet li l-Konċilju ħallielna u, bil-għajnuna ta’ Alla, aktar frott għad irid jidher

biex tassew il-Knisja ma tkunx biss post, imma dar; biex l-Insara ma jkunux biss għadd ta’ nies, imma komunità magħquda. Hekk biss il-Knisja tkun tista’ taqdi l-missjoni tagħha li xxandar l-Aħbar it-Tajba lill-popli kollha. ✖

ftit numri fuq il-konċilju Fl-istorja tal-Knisja nsibu 21 Konċilju Ekumeniku. L-ewwel wieħed sar fis-sena 325 u magħruf bħala l-ewwel Konċilju ta’ Niċea. L-aħħar wieħed s’issa huwa l-Konċilju Vatikan II li beda fil-11 ta’ Ottubru 1962 u ngħalaq tliet snin wara fit-8 ta’ Diċembru 1965.

28  JANNAR/FRAR 2013

F’dan il-konċilju kien hemm 4 perjodi ta’ xogħol, kull wieħed ta’ madwar tliet xhur. Fih ħadu sehem 3,054 persuna li ġew minn 145 pajjiż differenti. Kien hemm 99 kardinal u madwar 2,500 isqof preżenti filwaqt li kienu 2 papiet li mexxew dan il-konċilju.

L-ixjeħ membru fil-konċilju kien l-isqof Taljan Alfonso Carinci li għalaq 100 sena fl-ewwel perjodu. L-iżgħar kien il-Peruvjan Alcides Mendoza Castro li kellu 34 sena. Il-laqgħat saru fil-korsija ċentrali tal-bażilika ta’ San Pietru fejn inbnew tribuni apposta b’tul totali ta’ 2,500 metru.


almanakk Jannar Fit-22 ta’ Jannar 1984, ilkumpanija Apple introduċiet il-Macintosh Computer, l-ewwel kompjuter li kellu s-sistema ta’ point and click.

Fit-3 ta’ Jannar 1924, l-esploratur Ingliż Howard Carter sab is-sarkofagu ta’ Tutankhamen fil-Wied tarRejiet ħdejn Luxor fl-Eġittu. Fl-20 ta’ Jannar 1964, flIstati Uniti ħareġ l-album ‘Meet the Beatles’ li wassal għal invażjoni ta’ mużika Ingliża fl-Amerika.

Frott

Għalliema: Karlu, kif tagħraf siġra tallanġas minn waħda tat-tuffieħ? Karlu: Mill-frott, Miss. Għalliema: U jekk ma jkollhomx? Karlu: Nistenna, Miss!

Frar Fit-2 ta’ Frar 1863 Samuel Langhorne Clemens uża għall-ewwel darba isem ieħor għalih innifsu u bih baqa’ jiffirma l-kitbiet tiegħu. Minn dakinhar ‘il quddiem sirna nafuh bħala Mark Twain.

Ċajta Kultant Fuq cruise liner

Il-kaptan ta’ cruise liner resaq lejn il-pixxina u kellem lil dawk li kienu qed jgħumu fiha: Tajjeb! Tieqfux tgħumu! Il-vapur qed jegħreq!

Bejn żewġ nisa

Fejn jaħdem ir-raġel tiegħek? Jaħdem f’industrija tal-futur. X’jagħmel, mela? Kalendarji.

Fil-11 ta’ Frar 1990, kien meħlus Nelson Mandela, li ħadem għat-tmiem tal-firda bejn dawk ta’ ġilda bajda u dawk ta’ ġilda sewda fl-Afrika t’Isfel. Kien ilu l-ħabs sebgħa u għoxrin sena!


fil-ħarġa li jmiss Reloaded: Verżjonijiet ġodda ta’ stejjer magħrufa

Tradizzjonijiet u użanzi L-istorja ta’ Gilbert

www.facebook.com/Xehda


Xehda Għasel