Issuu on Google+

Qabel norqod‌


Qabel norqod… Joe Galea Illustrazzjonijiet oriġinali ta’ Christine Tong


Qabel norqod… Dan il-ktieb qed jinbiegħ bil-kundizzjoni li ma jistax jerġa’ jinbiegħ jew jingħata b’xejn f’xi għamla oħra jew legatura ħlief kif inhu ppubblikat. Ma jista’ jsir fih ebda tibdil u ebda silta minnu ma tista’ tkun ippubblikata jew maħruġa f’mod fotostatiku, elettroniku jew b’xi mod ieħor mingħajr il-permess bil-miktub tal-awtur jew ta’ Pubblikazzjonijiet Preca. © 2013, Pubblikazzjoni Preca, Malta Kitba:

Joe Galea Illustrazzjonijiet oriġinali:

Christine Tong Disinn:

Alan Bonello www.designedbyal.com StampaT:

Veritas Press, Zabbar ISBN 978-99957-0-501-5


werrej

inħobb nitlob . . . . . . 1 it-teddy bear . . . . . . 2 purċissjoni tan-nemel . . . 3 logħba noli . . . . . . 4 meta nilgħab . . . . . . 5 nieżla x-xita . . . . . . 6 ma ħallewnix nilgħab . . . 7 kappell tal-karti . . . . . 8 it-trakk . . . . . . . . 9 tikk… tikk… tikk… . . . . 10 il-ħanut li nħobb . . . . 11 żewġ blalen . . . . . . 12 tajra ħamra u ħadra . . . 13 pinokkju . . . . . . . 14 ir-raġel tat-tiben . . . . 15

jisimni… . . . . . . . il-mamà tiegħi . . . . . il-papà tiegħi . . . . . il-ħbieb tiegħi . . . . . se norqod . . . . . . x’qed nisma’? . . . . . se mmur l-iskola . . . . il-mamà xtratli żarbun . . ġejt l-aħħar . . . . . . mort nixtri . . . . . . idejja . . . . . . . . għajnejja . . . . . . . ommi ssajjar għalina . . . rix b’ħafna kuluri . . . . il-baħar . . . . . . .

16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30

għasafar ċkejknin . . . . il-fjuri . . . . . . . . il-bebbuxu . . . . . . re, reġina u prinċipessa . . in-nanna tal-bambin . . . lapes u gomma . . . . . ġejja l-banda . . . . . kastell tar-ramel . . . . siġġu vojt . . . . . . . il-papà ta’ kulħadd . . . xemgħa tixgħel . . . . . il-ħmara tal-grotta . . . . ir-ragħajja ta’ betlem . . . is-siġra ċkejkna tal-milied . talbiet żgħar tat-tfal . . .

31 32 33 34 35 36 37 38 39 40 41 42 43 44 45


inħobb nitlob M

1

eta nara l-fjuri, nara l-għasafar, il-ħut, il-frott, il-baħar, is-sema, ix-xemx, il-qamar, niftakar li dawn għamilhom kollha l-Mulej.

Lill-Mulej jien ngħidlu grazzi kull filgħodu, meta niftaħ għajnejja u nrodd is-salib. Billejl inkun irqadt, għax ikun dalam, u barra ma jkun hemm ħadd.

Għamilhom għalija wkoll, biex noqgħod inħares lejhom u nieħu pjaċir bihom.

Kif inqum, meta jsir filgħodu, l-għasafar jibdew isaffru, u n-nies joħorġu fit-triq.

U ngħidlu: “Kemm ħabbejtni li tajtni dawn l-affarijiet kollha! U kemm taf tagħmel affarijiet sbieħ! Grazzi!”

Min joħroġ biex jixtri, min ikun sejjer għax-xogħol, min biex imur ħdejn il-baħar, meta jkun is-sajf, jew imur fejn hemm il-ħaxix u l-fjuri, meta ma tkunx is-sħana. …


inħobb nitlob … Huwa l-Mulej li kuljum jagħtihom is-saħħa. Jien ngħidlu grazzi lill-Mulej talli qed jagħmel lil ħafna nies ferħanin. Mingħajr il-Mulej, ma jistgħux jiċċaqilqu, jimxu, jitkellmu, jaraw jew jisimgħu. Nitlob ukoll meta f’nofsinhar noqogħdu madwar il-mejda biex nieklu. L-ikel hu tahulna. U ngħidlu grazzi filwaqt li nitlob għal dawk il-foqra li m’għandhomx x’jieklu bħalna. Meta niġi biex norqod, ngħidlu x’għamilt minn filgħodu, u dan għax hu tani ġurnata oħra li fiha stajt nimxi, nilgħab, nistudja u nagħmel ħafna affarijiet oħra.

Talba

Mulej, inti qiegħed ħdejja, tindukrani. Grazzi talli inti tant tħobbni u tieħu ħsiebi!


it-teddy bear X i drabi ma nkunx nista’ norqod, għax ma nkunx għajjien ħafna, jew għax tkun is-sħana. Il-mamà ġġibli t-teddy bear u ndaħħlu fis-sodda miegħi. Hu teddy bear kannella, imnieħru iswed, għajnejh tal-ħġieġ, widnejh rotob. Nista’ ndaħħal subgħajja f’ħalqu, nagħfaslu mnieħru, u ma jagħmilli xejn, għax dan hu teddy bear taċ-ċarruta.

2

Sakemm norqod, u għajnejja jinfetħu u jingħalqu, lit-teddy bear noqgħod niġbidlu widnejh, u lanqas iweġġa’, għax mhux annimal ta’ veru. Il-Mulej għamel ħafna annimali ta’ veru, iljuni, żwiemel, iljunfanti, tigri u nagħaġ. Annimali li jżommuhom fid-dar, bħall-kelb u bħall-qattus; annimali kbar, u annimali żgħar; annimali li ma jagħmlulek xejn, u annimali li jigdmuk. Jiena rajthom fil-kummiedja u narahom fuq it-televixin. …


it-teddy bear L-annimali huma sbieħ, u jiena rrid inħobbhom, għax il-Mulej ma għamilhomx biex xi ħadd isawwathom, jagħtihom bis-sieq jew ma jagħtihomx x’jieklu jew x’jixorbu. Lill-annimali l-Mulej jieħu ħsiebhom, bħalma tieħu ħsiebhom ukoll il-mamà tagħhom. Iġġibilhom l-ikel, ma tħallihomx jintilfulha, għax għadhom żgħar. Tgħallimhom jimxu, tgħallimhom jieklu u joqogħdu attenti ħalli ma jiġrilhom xejn. Jekk il-Mulej jieħu ħsieb l-annimali, mela jieħu ħsiebna wkoll. Aħna iktar nifhmu mill-animmali, mela l-Mulej jieħu ħsiebna aktar. Issa t-teddy bear raqad, u jien għadni mmellsu u nrossu miegħi.

Talba

Għinni Mulej ħalli jiena norqod ukoll, u għin lil dawk li bħalissa ma jistgħux jorqdu, għax ma jifilħux, jew għax għandhom lil xi ħadd marid. U qabel norqod, tinsiex tberikni!


purċissjoni tan-nemel M eta fil-festa nagħmlu purċissjoni, aħna nimxu wara xulxin. Quddiem ikun hemm raġel iżomm il-bandiera l-kbira. Ma jibżax mir-riħ. Imbagħad jimxu oħrajn b’libsa twila u bix-xemgħa tixgħel f’idhom. L-abbatini wkoll, ikollhom ix-xemgħa tagħhom. Ikun hemm il-qassisin bil-libsa sabiħa tagħhom u ħafna nies wara xulxin, jitolbu u jkantaw.

3

Jiena rajt purċissjoni oħra, mhux tan-nies, imma tan-nemel. Ħafna nemel mexjin wara xulxin, sejrin ’l hemm, u ġejjin ’l hawn. Ħadd min-nemel ma jieqaf għax kollha għandhom x’jagħmlu. Kont ħdejn siġra, qed nistenna sakemm tiġi l-karozza, b’idejja fil-but, u bl-oħra nżomm maz-zokk tas-siġra; in-nemel kienu telgħin u neżlin mas-siġra.


purċissjoni tan-nemel Jiena bdejt narahom mexjin, jinżlu fl-art, u jimxu iżjed, sakemm telgħu mal-ħajt, u daħlu fit-toqob tagħhom. It-toqob huma d-djar tan-nemel.

Jien qatt ma dħalt fid-dar tan-nemel, imma naħseb li għandhom is-sodda, il-mejda u s-siġġijiet. In-nemel bravi ħafna, u jħobbu jaħdmu, qishom il-papà tiegħi meta jmur għax-xogħol. Imorru jaħdmu għat-tfal tagħhom, in-nemel iż-żgħar, biex ikollhom x’jieklu, għax inkella jmutu u ma jkunux jistgħu jagħmlu l-purċissjoni.

Talba Jiena wkoll irrid nagħmel bħan-nemel. Meta l-mamà tgħidli biex inqum filgħodu, inqum malajr. Ma nibżax naħsel wiċċi u ninħasel, għax inkella ma nkunx nadif. Ma nibkix meta jasal il-ħin tal-iskola, ħalli nitgħallem nikteb, nitgħallem ngħodd in-numri, u nitgħallem inpinġi. Jiena rrid inkun bravu bħan-nemel tal-purċissjoni.


logħba noli A

ħna t-tfal inħobbu nilagħbu noli. Jiena nħobb nilgħab noli għand in-nannu, l-aktar fil-vaganzi. Jiġu sħabi u noqogħdu nilagħbu flimkien. Darba kien wara nofsinhar u ftehimna Ii nilagħbu noli. It-tfal imorru jistaħbew, wieħed minna jkollu jfittixhom sakemm isibhom kollha. Hekk hi l-logħba! U bdejna. lt-tfal staħbew f’kull rokna tad-dar kbira, fil-ġnien u fil-ħafna moħbiet Ii setgħu jsibu.

4 Fid-dar u madwar id-dar tan-nannu moħbiet kien hemm kemm trid. Għalina hu gost nistaħbew fejn ħaddieħor ma jistax jarana. lt-tifel Ii kellu jfittex ried jagħmel il-kaċċa bI-aħjar mod u fl-inqas żmien, u t-tfittxija damet ħafna. lrnexxielu joħroġ milI-moħbiet kważi Iit-tfal kollha, wieħed wieħed. Imma lili ma setax isibni. lt-tfal kollha fittxew fuq Ii fittxew, imma b’xejn ma setgħu jsibuni. Bdew jgħajtuli kemm jifilħu. FI-aħħar qatgħu qalbhom, u kulħadd mar lejn id-dar għax beda jidlam.


logħba noli Meta ma smajt xejn iżjed madwari, ħarist miIl-moħba fejn kont. Ma kien ħemm ħadd minn sħabi! Kien hemm biss in-nannu, bilqiegħda fil-bieb tad-dar. Jiena rsaqt lejn in-nannu. Kont qed nibki.

”Xi ġralek? Għaliex qed tibki?” staqsieni n-nannu. “Għax kont qed nistaħba, u ħadd ma ġie jfittixni!” U komplejt nibki. U n-nannu dawwar idejh miegħi, għafasni miegħu, u qalli bil-ħIewwa: “Il-Bambin ukoll... hu moħbi fid-dinja... U qed jibki għax aħna m’għadniex infittxuh!” U meta kont sejjer lura d-dar lil Ġesù għedtlu:

Talba

Ġesù, tħallinix ninsiek, bħal meta nsew lili!”


meta ni lgħab I

t-tfal kollha jħobbu jilagħbu, u kemm indumu nilagħbu kuljum? Inqumu kmieni biex nibdew nilagħbu b’xi toy ġdid. Lanqas nieklu ma jkollna aptit, biex nibqgħu nilagħbu. Il-bniet iħobbu jilagħbu bil-pupa. Jilagħbu tal-mamà u bħalha jaħsbu li għandhom xi baby fil-pramm. Huma mhumiex mamajiet. imma xorta waħda qishom għandhom baby ta’ veru. Kulħadd jieħu pjacir jilgħab, imma l-iżjed it-tfal iż-żgħar.

5

Il-mamà u l-papà tant iħobbuni li jmorru l-Belt u jixtruli xi karozza sabiħa, jew xi krejn biex noqgħod nilgħab bihom. M’għandix nilgħab waħdi. Meta jkun hemm xi tifel jew tifla li m’għandhomx toys bħalma għandi jien, irrid inħallihom jilagħbu miegħi, bit-toys tiegħi, u jien aktar nieħu pjaċir, għax waħdi niddejjaq, avolja għandi toys sbieħ.


meta ni lgħab It-toys nibża’ għalihom, għax il-mamà u l-papà xtrawhomli għax iħobbuni u jriduni nibqa’ nilgħab bihom.

Anke Ġesù kien iħobb jilgħab. Ma kienx jilgħab bit-toys bħal tiegħi, imma kien isib xi ħaġa biex jilgħab ma’ tfal bħalu u b’hekk kienu jistgħu jifirħu flimkien. Kull meta nilgħab għandi ngħid talba.

Talba

Grazzi Ġesù talli tajtni s-saħħa, iżżommni qawwi u sħiħ. Grazzi li tajtni jdejja biex inkun nista’ nilgħab u nieħu pjaċir. Xi darba, nilgħab miegħek!


nieżla x-xita K

emm inħobb nara x-xita nieżla. Noqgħod wara t-tieqa, u nara n-nies jiftħu l-umbrella biex tgħattihom mix-xita, u ma jixxarrbux. Jiena wkoll ġieli nixxarrab, meta mmur l-iskola, u tkun nieżla x-xita. Il-mamà tlibbisni l-boots, tlibbisni r-raincoat, u ngħaddi minn mal-ħajt, biex ma tiġix ix-xita fuqi.

Ix-xita hi rigal mill-Mulej għalina. Għax jekk ma tagħmilx xita il-ħamrija tibqa’ niexfa u la jikbru l-fjuri, la jikbru s-siġar u lanqas ikollna l-frott. L-ilma tax-xita jnaddaf it-triq, u meta, wara x-xita, terġa’ toħroġ ix-xemx, kollox jidher iktar sabiħ. Hu l-Mulej li jibagħtilna x-xita, li tinżel fuq dawk li jħobbuh, u anki fuq dawk li ma jħobbuhx, għax il-Mulej iħobb lil kulħadd.

6


nieżla x-xita Meta nixrob l-ilma, irrid niftakar li dan l-ilma ġej mix-xita. Meta ninħasel, għandi ngħid li dak l-ilma li qed ninħasel bih tahuli l-Mulej, mix-xita li bagħtilna.

L-ilma tax-xita jqegħduh f’pool kbir bil-ħajt madwaru, biex imbagħad iwassluh fil-viti tagħna. Waqt li ngħid grazzi lill-Mulej għax-xita li jagħtina, ngħidlu wkoll li rrid inkun nadif.

Talba

Inkun nadif ukoll f’qalbi, jiġifieri li ma nagħmel xejn li Ġesù ma jiħux pjaċir bija.


ma ħa||ewnix ni lgħab K ien is-Sibt. Ma kellix skola. Xtaqt nilgħab.

Kien hemm tfal jilagħbu fil-playground. Il-grawnd żgħir kien imdawwar bil-fence. It-tifel li kellu l-ballun, ma ridnix nilgħab. Keċċieni. Jiena bqajt nara lit-tfal minn wara l-fence, Kelli d-dmugħ f’għajnejja.

7

Imma ftit wara, il-ballun qabeż il-fence u ġie f’saqajja. Ridt nagħtih xutt bis-saħħa u nitfgħu fuq il-bejt, hemm fuq, fil-għoli. F’moħħi bdejt nara l-ballun tiela’, tiela’ lejn il-bejt. Ħsibt:... “X’nagħmel? Nitfa’ l-ballun ’il bogħod, jew nagħtihulhom?” Qbadt il-ballun u mort nagħtih lil dak li kien keċċieni.


ma ħa||ewnix ni lgħab It-tfal ferħu bija u ħallewni nilgħab magħhom. B’hekk kulħadd kien ferħan.

Naħseb li lil Ġesù wkoll għamlulu hekk, li xi darba ma ħallewhx jilgħab u mar jibki għand il-mamà tiegħu. Imma hu baqa’ jħobbhom lil dawk li ma riduhx. Meta kiber baqa’ jħobb lil min kien jgħir għalih għaliex hu kien tajjeb. Hu baqa’ jfejjaq lin-nies, jagħtihom jieklu meta kellhom ħafna ġuħ, u jgħallimhom biex jaħfru lil min keċċiehom.

Talba

Agħmel li jiena naħfer lil min ma jħobbnix.


kappell ta l-karti M

8

eta mmur għall-party jkollna ħafna affarijiet. Nieklu l-pastizzi, il-kejk u l-ħelu, u nixorbu l-orange.

Meta jkolli l-kappell tal-karti, xagħri ma jidhirx wisq. Xi ftit fuq widnejja, u daqsxejn wara.

Għall-party mmorru lebsin pulit. Dawk tal-party jagħtuni kappell tal-karti, bil-kulur, aħmar, aħdar, blu, isfar; mhux ta’ kulħadd l-istess. It-tfal fil-party kollha jkollhom kappell f’rashom.

Jiena għandi xagħri isfar, imma hemm tfal oħra li xagħarhom iswed; tiegħi bin-nokkli, tal-oħrajn lixx.

Nilbsuh mill-ewwel, ma nħalluhx jaqa’; imma jibda jiċċaqlaq, ‘l hemm u ’l hawn.

Meta jikbirli xagħri l-mamà teħodni biex naqtgħu. Ineħħuli ftit min-nokkli bl-imqass il-kbir, imma mbagħad dawn jerġgħu jikbru.


kappell ta l-karti Meta nkun se noħroġ, il-mamà tagħmilli xagħri pulit, biex jiena nkun sabiħ.

Għalhekk il-Bambin tani xagħri, biex inkun sabiħ. Hu wkoll kellu xagħru sabiħ, u l-mamà tiegħu kienet tmisslu xagħru, sakemm jorqod. Hekk tagħmel il-mamà tiegħi; tpoġġi jdejha fuq rasi, u subgħajha fuq in-nokkli tiegħi. U meta tagħmilli hekk, jien nagħlaq għajnejja, u norqod.

Talba

Ġesù, irrid ngħidlek grazzi ta’ kemm għamiltli xagħri sabiħ! Nixtieq inkun naf kif kien xagħrek, jekk hux bħal tiegħi bin-nokkli, jew lixx bħal ta’ tfal oħra, jekk kienx iswed, kannella jew isfar. Xi darba nkun naf, għax inti tħobbni u tgħidli kollox.


it-trakk M

eta nidħol il-Belt ma’ ommi, infittex dawk il-ħwienet kbar li wara l-ħġieġa nadifa tagħhom, fuq l-ixkafef ħdejn xulxin, ikun hemm ħafna karozzi, trakkijiet u ferroviji. Inħobb noqgħod nara r-roti, roti żgħar jew kbar, suwed suwed, bit-tyres ileqqu tal-lastku, qishom ħerġin mill-fabbrika. Ir-roti tal-karozzi jduru wkoll, qishom ta’ veru. Il-krejn bir-roti l-kbar, itella’ u jniżżel il-ħabel.

9 Ġol-kaxxa tal-krejn, hemm raġel iħares ‘il fuq. L-iżjed li nħobb huma t-trakkijiet. Hemm trakkijiet, li fuq wara jkollhom kaxxa, biex meta titla’ jinżlu minnha kaxxi tal-plastik, qishom il-ġebel biex jibnu d-djar. Fuq xkaffa oħra, hemm trakkijiet tas-suldati, bil-kulur aħdar u kannella. Dawn it-trakkijiet ukoll għandhom tyres kbar. Fuq it-trakk tas-suldati hemm il-kanuni, u ġewwa hemm suldat iħares mill-ħġieġa ħalli jara jsuq sewwa t-trakk tiegħu.


it-trakk

Suldati oħra qegħdin bilqiegħda ħdejn xulxin fuq wara, lebsin bl-uniformi, bil-beritta f’rashom, u bl-ixkubetta f’idejhom. It-trakk tal-ħaddiema mhux bħall-karozza żgħira, li nitilgħu fuqha biex noħorġu dawra jew biex immorru nixtru. In-nies li hemm fuq it-trakk sejrin jew ġejjin mix-xogħol. Min jaf kemm jifirħu t-tfal ta’ dak li jsuq it-trakk meta jisimgħu l-ħoss tat-trakk tal-papà tagħhom li ġej lura mix-xogħol!

Talba

Ġesù, lil dawn il-ħaddiema, wassalhom mingħajr ma jweġġgħu. It-trakk tal-ġebel, tħallihx jinqaleb meta jkun qed iniżżel il-ġebel. L-omm ma torqodx qabel ma r-raġel tagħha, il-papà tat-tfal, jiġi lura. Imma t-tfal le... Dak il-ħin, jekk ikun dalam, ikun ilhom li raqdu!


tikk… tikk… tikk… M eta nkun tiela’ t-taraġ fid-dar tagħna nara l-arloġġ. Arloġġ kbir, bin-numri kbar ukoll. In-numri jibdew mill-wieħed, u jduru ’l isfel. Imbagħad, meta jaslu san-nofs, jerġgħu jitilgħu... sat-tnax. Minn hemm, jerġa’ jibda n-numru wieħed. Kull meta ngħaddi minn quddiem l-arloġġ, nisimgħu jagħmel ħoss... tikk… tikk… tikk… Filgħodu u billejl, jibqa’ jagħmel tikk… tikk… tikk... U jdoqq ukoll...

10

Jagħmel tinn… tinn… tinn... Dejjem għaddej. Imma darba waqaf; ma nafx xi ġralu. Mhux għax għeja, għax l-arloġġ ma jegħjiex, bħalma jiġri lili wara li nkun imxejt ħafna, jew wara xi logħba twila! Il-papà ried jieħdu għand tal-arloġġi, biex jerġa’ jibda jaħdem. Imma l-arloġġ tqil ħafna. Ġie wieħed raġel, b’kaxxa tal-għodda f’idejh, tela’ fuq banketta, u beda jħoll il-biċċa tonda fejn hemm in-numri.


tikk… tikk… tikk…

Wara dawn in-numri rajt ħafna roti, bis-snien. Roti kbar, u roti żgħar. Dan ir-raġel niżel minn fuq il-banketta, u l-arloġġ ħadu miegħu biex isewwih. Meta ċemplilna li l-arloġġ lest morna għalih mal-papà għand tal-ħanut. Fil-ħanut kien hemm ħafna arloġġi. Kbar u żgħar. Kollha jagħmlu tikk… tikk… tikk… Min b’leħen oħxon, u min b’leħen irqiq. Kien hemm ħafna tikk, tikk, tikk. Meta jdoqqu, kien hemm arloġġi i joħroġ l-għasfur mit-tieqa u jsaffar. Imbagħad jerġa’ jidħol. Il-mamà tgħidli li l-arloġġ qiegħed biex isejħilna ħalli nqumu, jgħidilna li wasal il-ħin biex nieklu, biex immorru l-iskola, biex immorru d-duttrina, biex norqdu.

Talba

Ġesù, għinni biex meta jsir il-ħin, ma ndumx ma nqum. Meta l-mamà ssejjaħli, nobdiha malajr. Għinni biex nagħmel kollox fil-ħin tiegħu... meta nilgħab, meta nistudja u meta nitlob. U dan kollu għinni biex nagħmlu tajjeb. Nagħmlu tajjeb għalik!


i l-ħanut li nħobb H

emm ħanut kollu kuluri. Immur fih kważi kuljum. Fih ħafna xkafef b’vażetti tal-ħelu. Ħelu tond, żgħir u kbir, taċ-ċikkulata, toffee fil-karta, wafers u gallettini. Fih xkafef oħra, biċ-ċikkulata u l-kejkijiet. Il-mamà, il-papà u t-teacher jgħidulna biex ma niklux ħafna ħelu, għax ma jagħmlilniex tajjeb. Imma ħaġa tqila li ngħaddu minn ħdejn il-ħanut tal-ħelu u ma nidħlux. Ir-riħa tfuħ tal-ħelu xxommha

11

minn barra l-ħanut. Imma jiena nobdi u ħelu nixtri ftit biss. L-affarijiet ta’ dan il-ħanut ngħidulhom ħelu għax huma ħelwin u jogħġbuna, u nieħdu gost nikluhom. Hawn ħafna affarijiet li huma ħelwin: Ngħidu: “Kemm huma ħelwin!” it-tfal żgħar, ħelwin, kelb ħelu u qattus ħelu. Ngħidu wkoll: “Storja ħelwa”. U aħna wkoll nistgħu nkunu ħelwin mal-oħrajn. Inkunu ħelwin meta ngħidu “Grazzi”,


i l-ħanut li nħobb meta ngħidu “Jekk jogħġbok”, meta ngħidu “Skużani”. Inkunu ħelwin ukoll meta ma nimbuttawx, ngħidu aħna ma nimbuttawx, meta noqogħdu fil-kju. Meta nkunu ħelwin mal-oħrajn, inkunu nixbhu lil Ġesù, li kien ħelu ħafna. Mhux biss għax kellu wiċċu ħelu, kif narawh fl-istampi, imma għax kellu qalbu ħelwa. Ma kienx jinkorla, la man-nies kattivi, u lanqas mat-tfal. Kien ħelu man-nies kollha.

Talba

Ġesù, jiena wkoll irrid inkun ħelu mal-oħrajn, l-ewwel nett mal-mamà, mal-papà u ma’ ħuti. Inkun ħelu mal-ħbieb u ma’ kull min niltaqa’. Naf li jekk inkun ħelu, kulħadd ikun iridni miegħu. Inkun nixbah il-ħelu tal-ħanut li nħobb.


żewġ bla len S

12

majt storja dwar żewġ blalen. Kien hemm żewġ blalen sbieħ tal-futbol. Kienu jilagħbu bihom tfal li ma kellhomx min jieħu ħsiebhom, ġo dar kbira, bil-bitħa, bħal skola.

nitħammeġ, iħabbtuni mal-ħajt ta’ wara l-lasta! Taf x’nagħmel? Inħallihom jagħtu xutt qawwi ħalli mmur fuq il-bejt ta’ ħdejna, u noqgħod hemm għax-xemx.”

Darba waħda, wieħed mill-blalen iddejjaq. “Kemm se ndum hekk, dejjem naqla’ d-daqqiet?”

Il-ballun l-ieħor, imma, qallu: “Aħna mhux għalhekk qegħdin? Xogħolna hu li t-tfal jiġru warajna u kif jilħquna, jagħtuna bis-sieq, u jiskurjaw, u jifirħu. Jien hawn se nibqa’!”

Meta ż-żewġ blalen kienu fil-cupboard, dan qal lil sieħbu, il-ballun l-ieħor: “Xbajt naqla’ daqqiet bis-sieq, jixxuttjawni ’l hemm u ’l hawn,

L-ieħor għaddiet ta’ rasu. Xutt ta’ tifel goff, qabbżu l-fence u tefgħu fuq il-bejt.


żewġ bla len ll-ballun dawwar idejh taħt rasu, bħal imħadda, u qagħad jiggosta x-xemx b’wiċċu ’l fuq. Għall-ewwel kien komdu; ftit ġranet wara bdiet tqattar ix-xita, imbagħad ġiet ix-xemx, ma baqax ileqq għax ħadd ma naddfu, u bil-mod il-mod il-ballun beda nieżel, beda jsir ikrah ... beda jimrad, niżel kollu... u miet. U l-ieħor fejn kien dak il-ħin? Kien f’nofs it-tfal tal-bitħa, jilagħbu ferħanin. U meta spiċċat il-logħba, tifel minnhom ġabru u għafsu miegħu. Imbagħad mar fil-kamra, u qabel poġġieh fil-cupboard, tah bewsa kbira. Meta niftakar f’din l-istorja nitlob lil Ġesù:

Talba

Tħallinix inkun bħall-ballun li ħaseb għalih biss. Għinni nferraħ lill-oħrajn. Agħmilni ħabib ta’ kulħadd, u l-ewwel agħmilni ħabib tiegħek.


tajra ħamra uħadra I l-ħabib tiegħi hu ftit ikbar minni. Jaf jagħmel tajra tal-karti; jixtri l-karti tat-tajr, u t-tajra jagħmilha b’karti sbieħ ta’ żewġ kuluri. Jaqta’ l-karti u jwaħħalhom bil-kolla ma’ xulxin.

Mal-karti jwaħħal qasba, jagħmilha qisha nofs qamar, u żżomm b’ħajta minn naħa għal oħra. Imbagħad iwaħħal qasba oħra dritta, minn fuq s’isfel tat-tajra, biex it-tajra żżomm sod. Il-ħabib tiegħi għamel tajra ħadra u ħamra. Tgħidx kemm ġiet sabiħa!

13

Meta ma jkunx ħafna riħ, immorru l-playground, biex intajruha. Ma mmorrux fit-tarf tal-playground, u ma nimxux lura bla ma nħarsu għax inkella naqgħu għal daharna, u nweġġgħu. Ikollna ħajta ħoxna fuq ir-rukkell u t-tajra nibdew intellgħuha ’l fuq. Il-ħabib tiegħi jagħtini nżomm il-ħajta. Jien norbot sewwa t-tarf tal-ħajta ma’ subgħajja, biex it-tajra ma taħrablix. It-tajra togħla, ’il fuq ’il fuq, ’il fuq iktar mill-bejt. It-tajra tiġbed il-ħajta u tkun se tinqata’. Imma aħna nibqgħu nżommuha sew biex ma taħrabx.


tajra ħamra u ħadra Meta t-tajra tkun hemm fuq, timxi mar-riħ ’l hemm u ’l hawn, titla’ u tinżel, tiġbdilna l-ħajta li tkun se tinqata’. Jekk il-ħajta tinqata’, it-tajra tmur fejn hemm is-sħab, u fejn ma tidhirx aktar. Naħseb li joħduha l-anġli, u joqogħdu jtajruha huma! Aħna noqogħdu nħarsu lejn it-tajra u, meta l-ħajta tasal fit-tarf, lit-tajra nibagħtulha ‘ittra’. Ikollna karta u nagħmlulha toqba biex minnha tgħaddi l-ħajta. L-ittra timxi mal-ħajta u titla’ magħha ’l fuq sakemm tmiss mat-tajra. It-tajra ma tweġibhiex l-ittra, għax hi tajra tal-karti, ma tafx taqra.

Talba

Imma inti, Mulej, mhux hekk. Inti taqrahom l-ittri tagħna, u tweġibna dak il-ħin. Imma forsi aħna mhux qed nibagħtulek ħafna ittri! Ilna ma ngħidulek li nħobbuk.


pinokkju G

ħalaqt sitt snin, u għamluli party. Tawni r-rigali. Ħafna rigali. Imma wieħed minnhom inżommu dejjem ħdejja. Pinokkju! Pinokkju hu pupu tal-injam Għandu mnieħru twil twil. Jispiċċa bil-ponta. Għajnejh kbar u sbieħ. F’saqajh għandu żarbun kbir, iswed u jleqq.

14 Jiena nafha l-istorja ta’ Pinokkju. Missieru masturdaxxa. Għamel pupu tal-injam, u dan sar tifel imqareb, imqareb ħafna. Meta Pinokkju kien jgħid kelma b’oħra, Imnieħru kien isir twil, u Pinokkju b’hekk kien jinqabad li qed jgħid kelma b’oħra. Inħobb nilgħab bil-pupu Pinokkju. Hu ħabib tiegħi. Jien ukoll kultant ngħid kelma b’oħra. Mhux l-ewwel darba.


pinokkju Meta ninduna, immur quddiem il-mera biex nara mnieħri għadux żgħir kif kien. Imnieħri baqa’ żgħir, imma xorta nitgħallem li m’għandix ngħid kelma b’oħra. Jien ma rridx min jidħaq bija, jgħid xi ħaġa li mhix vera u jgħidli li vera. Mela m’għandix nidħaq b’ħaddieħor, imma ngħid dak li hu veru.

Talba

Ġesù, għinni biex dejjem ngħid is-sewwa, ukoll meta jkun aħjar għalija li ma ngħidx il-verità. Għax jiena ma rridx inkun Pinokkju ieħor!


ir-raġel tat-tiben M eta ma kellniex skola mort dawra bil-karozza mal-papà tiegħi.

Waqafna ħdejn għalqa fejn kien hemm wieħed raġel qed jaħdem fil-ħamrija. Il-papà beda jitkellem miegħu. Imma jien kien moħħni f’raġel ieħor, li kien hemm f’nofs l-għalqa. Dan ir-raġel ma ġiex ħdejna biex ikellimna. Ma tax kasna, għax ma kienx raġel ta’ veru. Kien raġel tat-tiben, jiċċaqlaq ’l hawn u ’l hemm mar-riħ.

15

Meta r-raġel tal-għalqa rani nħares lejn ir-raġel tat-tiben, qalli. “Dak inqiegħdu f’nofs l-għalqa biex ma jħallix l-għasafar jiġu biex jieklu ż-żerriegħa, li nkun tfajt fil-ħamrija. Imma qiegħed hemm għalxejn għax l-għasafar fitti, jibżgħu ftit, imbagħad jerġgħu jiġu.” U veru! Għax sakemm konna hemm, lir-raġel tat-tiben ma rajtux ikeċċi l-għasafar. Kienu jduru miegħu, jitilgħu fuq il-kappell kbir li kellu f’rasu, tat-tiben ukoll, jimxu fuq idejh,


ir-raġel tat-tiben li kienu miftuħin naħa u oħra, u, miskin, jigdmuh ukoll.

Ma kinux jibżgħu minnu. Lanqas jien ma bżajt minnu, għax ir-raġel tal-għalqa ħadni ħdejh biex narah aħjar. L-għasafar huma fitti. Li kien ta’ veru, kienu jdejquh lir-raġel tat-tiben. Huma fitti bħali, xi drabi, meta nkun irrid xi ħaġa bilfors. Nibki għaliha, indejjaq lill-mamà u lil min jarani nibki. Forsi ma nindunax li l-mamà mhux dejjem tista’  tagħmel dak li rrid jien.

Talba

Filwaqt li ngħid sorry lill-mamà ta’ kull meta dejjaqtha, nitlob lil Ġesù biex iħallini ninduna meta nkun qisni wieħed mill-għasafar li jiffittaw lir-raġel tat-tiben.


jisimni… I

l-mamà u l-papà jsejħuli b’ismi. Jiena jisimni . . . . . . . . . . . . Meta ssejjaħli, il-mamà tgħajjatli . . . . . . . . . . Il-papà qatt ma jinsa x’jisimni. U żgur li ma jinsiex! Lanqas jekk ikun imħabbat ħafna. It-teacher ukoll issejjaħli b’ismi. Il-ħbieb tiegħi hekk jagħmlu wkoll. Min iħobbni, isejjaħli b’ismi, għax jafni. U jiena naf li hemm xi ħadd ieħor li jaf x’jisimni

16 u kien jaf x’jisimni qabel kulħadd, qabel il-mamà, qabel il-papà, qabel it-teacher, qabel il-ħbieb, u qabli wkoll. Il-Mulej bħali għandu isem: “Il-Mulej Alla”, U ħafna jsejħulu “l-Bambin”. Kien jaf x’jisimni qabel ma twelidt. huwa sejjaħli b’ismi, u jien ġejt hawn, f’din id-dinja sabiħa.


jisimni… Isejjaħli b’ismi għax iħobbni, u jħobbni mhux illum biss. Ilu ħafna jħobbni... minn dejjem! Jiena nħobbu, nitkellem miegħu u nitkellem fuqu. Għalhekk immur id-duttrina, biex inkun naf fuqu, inkun naf min hu, inkun naf kemm iħobbna.

Talba

Mulej Alla, meta nkun fil-quddiesa, nieħu gost inkantalek man-nies: Qaddis, Qaddis, Qaddis il-Mulej Alla! U issa, qabel ma norqod, insejjaħlek ukoll. Mulej, il-lejl it-tajjeb!


i l-mamà tiegħi N

iltaqa’ ma’ ħafna li jħobbuni, li joqogħdu miegħi, li jkellmuni, li jilagħbu miegħi, li jgħallmuni u jagħtuni dak li jkolli bżonn. It-teacher tħobbni għax tgħallimni u tieħu paċenzja bija; imma mhux daqskemm tħobbni l-mamà. Iz-zija u n-nanna jixtruli ħafna affarijiet, imma ma jħobbunix kif tħobbni l-mamà. Hi biss il-mamà tiegħi. Bħalha m’hawnx mamà oħra.

17

Il-mamà tieħu ħsiebi, issajjarli, taħsilli l-ħwejjeġ, tlestili l-basket għall-iskola, tqegħidli l-lunch ġo fih, tieħu ħsieb teħodni d-duttrina, biex nitgħallem fuq Ġesù li hu wkoll, ma kellu lil ħadd li jħobbu daqs il-mamà tiegħu Marija. Meta nkun marid il-mamà toqgħod ħdejja u ma tħallinix waħdi. Qabel norqod ngħidilha biex tberikni, għax meta nagħmel hekk, norqod iżjed malajr, avolja jkun id-dlam jew il-maltemp.


i l-mamà tiegħi Meta jkun hemm il-mamà miegħi, ma nibżax. Meta xi ħadd jagħmilli xi ħaġa, lilha nsejjaħ u ngħajtilha “ma”! Xi drabi, imma, lill-mamà ma nobdihiex. Inħabbatha. Ma nkunx irrid niekol. Ma nkunx irrid inqum mis-sodda. Inġib xi skuża biex ma mmurx skola.

Talba

Meta ma nobdix, il-mamà tibqa’ tħobbni, u taħfirli.

Ġesù, lill-mamà agħtiha s-saħħa, agħtiha l-paċenzja; ħu ħsiebha bħalma hi tieħu ħsiebi u tieħu ħafna paċenzja bija.

Issa qed ninduna kemm tħobbni l-mamà. Darb’oħra, ma nerġax inħabbatha u ngħidilha le. Imma nitlob iżjed lil Ġesù għaliha... hekk:

Inti taf li bħall-mamà jiena ma nsib lil ħadd.

Hi ma tridnix niġġieled ma’ ħija, imma jien nieħu pjaċir ninkih. U l-mamà ma tridx hekk. Ma tiħux pjaċir.


i l-papà tiegħi M

eta nara stampa bil-familja ta’ Ġesù miegħu jkun hemm il-mamà u l-papà tiegħu, Marija u Ġużeppi. Ġużeppi kien jaħdem għall-familja, u għalhekk xi drabi f’idejh ikollu l-għodda, il-għodda tal-mastrudaxxa, is-serrieq, il-martell u l-injam biex jaħdem xi siġġu jew banketta. Bħalma Ġesù kellu l-papà tiegħu Ġużeppi, jiena wkoll għandi papà li jħobbni ħafna.

18

Il-papà tiegħi jmur jaħdem biex ikun jista’ jixtrilna dak li se nieklu, jixtrili l-logħob, joħroġni miegħu. Anki jilgħab miegħi. L-aktar il-Ħadd, meta joħroġni miegħu, immorru l-ġnien, noqogħdu bilqiegħda fuq xi bank, jew nintefgħu mal-art fuq il-ħaxix. Il-papà ġieli jiġi għajjien mix-xogħol. Għalih hu aħjar li joqgħod miegħi, mal-mamà u ma’ ħuti. Imma jkollu joħroġ mid-dar biex imur jaħdem, anke meta tkun ix-xita u r-riħ.


i l-papà tiegħi Meta jaħdem, ikun jaħseb fina wkoll. Dak li jagħmel, jagħmlu għalina. Għalhekk xi drabi jdum ma jiġi minħabba x-xogħol. Il-mamà tkun tistennieh, għax ikun ilu li ħareġ minn filgħodu kmieni. Jiena wkoll inkun nistennieh. Ngħid: ”Kemm se jdum ma jiġi! Issa d-dlam, u dalwaqt norqdu!” U mal-mamà nitlob lil Ġesù hekk:

Talba

Ġesù, ħu ħsieb il-papà tiegħi, biex ma jweġġax, ħalli jkun jista’ jieħu ħsiebi, u jieħu ħsieb ’il-mamà u lil ħuti. Meta jkun ma jiflaħx, agħmel li jgħaddilu malajr, biex ikollu s-saħħa u jkun jista’ jaħdem... bħal San Ġużepp, il-papà tiegħek.


i l-ħbieb tiegħi M inbarra l-mamà, il-papà, u dawk li jiġu minni, jiena għandi ħbieb oħrajn, ħbieb żgħar bħali, għax jien għadni żgħir, u l-ħbieb tiegħi jridu jkunu żgħar bħali.

Inkella, jekk ikunu kbar, kif jilagħbu miegħi? Ma jafux jilagħbu bit-toys tiegħi. It-tfal żgħar mhux hekk. Idumu ħafna miegħi, għax iħobbu l-logħob li nilgħab jien.

19

Ġieli niġġieldu; imma aħjar le, għax jekk niġġieldu, ma nibqgħux nilagħbu iżjed flimkien. Il-ħbieb insibhom fit-triq fejn noqgħod, niltaqa’ magħhom l-iskola u fejn nitgħallem id-duttrina. Il-ħbieb tiegħi naf x’jisimhom, u huma jafu x’jisimni. Inkunu flimkien fil-ġnien fejn immur nilgħab. Jiena nħobbhom lill-ħbieb tiegħi, u meta xi ħadd minnhom ma jkunx jiflaħ,


il-ħbieb tiegħi nistaqsi għalih lill-mamà tiegħu. Inkun irrid li jgħaddilu malajr, biex noqogħdu ħdejn xulxin, nitkellmu u nilagħbu.

Imma l-ikbar ħabib tiegħi hu Ġesù. Kemm nixtieq li kien joqgħod ħdejna, biex nilgħab miegħu kuljum, biex inkellmu, u nisimgħu jkellimni. Lil Ġesù jiena nkellmu meta rrid, filgħodu, f’nofsinhar u filgħaxija, meta ngħidlu xi talba; dejjem nitolbu li rrid noqgħod miegħu, u li rrid nibqa’ miegħu, għax qatt ma nkun ferħan daqskemm meta niftakar li Ġesù qiegħed ħdejja.

Talba

Hux veru, Ġesù, li jiena nħobbok ħafna?


se norqod F ilgħaxija mhux dejjem nagħmel l-istess; fis-sajf ikun għadu d-dawl u noħroġ xi mkien mal-mamà.

Imma fix-xitwa jkun id-dlam u ma ndumux ma mmorru d-dar. Kif naslu, jien noqgħod nilgħab, inlesti l-basket għall-iskola, niekol, u mbagħad inkun għajjien ħafna. Għajnejja jibdew jingħalqu weħidhom, u nidħol norqod. Il-mamà u l-papà jħobbu jgħiduli xi storja

20 qabel ma norqod u ngħidu talba flimkien. Ġesù jieħu ħsiebi mhux biss meta nkun fit-triq, meta nkun l-iskola, meta nkun qed nilgħab. Jieħu ħsiebi wkoll meta nkun rieqed. Ikun ħdejja, jarani nistrieħ, joqgħod jistennieni sakemm filgħodu nerġa’ nqum. Fid-dlam, imma, hu jieħu ħsiebna, mhux biss lilna t-tfal li nkunu rqadna, imma wkoll lill-mamà


se norqod li tibqa’ tnaddaf u lill-papà li jkun għadu ma ġiex mix-xogħol, jew qiegħed id-dar imma baqagħlu x’jagħmel. Bħal ħafna nies oħra, il-mamà u l-papà għadhom ma raqdux. Qabel ma norqod, Mulej, ngħidlek:

Talba

Grazzi Mulej, għax inti tħobbni ħafna. Jien se norqod imma inti torqodx, għax x’nagħmlu jekk torqod inti wkoll? Grazzi Mulej, talli għamiltilna d-dlam, għax jekk tibqa’ x-xemx, kif nistgħu norqdu? Il-lejl it-tajjeb.


x’qed nisma’? S e nagħlaq għajnejja, ħa nara x’se nisma’?

Kwiet. M’hawn ħadd jitkellem. Imbagħad nisma’ xi ħoss. Lil xi ħadd jitkellem fil-kamra l-oħra. Jew barra t-triq. Nisma’ l-karozzi għaddejjin. Il-ħoss ta’ ajruplan fil-bogħod. Il-kliem jew il-kant tat-televixin.

21

it-tfal jitkellmu, nisma’ l-leħen tal-mamà, tal-papà u ta’ ħuti. Ftit ilu smajt il-qanpiena tad-duttrina ssejjaħli.

Kemm nisma’ affarijiet fil-ġurnata!

Mela l-Mulej tani rigal sabiħ. Għamilni nisma’. Tani widnejja. Tani żewġ widnejn biex nisma’ minn din in-naħa, u min-naħa l-oħra wkoll. Ma jkollix għalfejn indawwar rasi.

Meta nkun barra, filgħodu, nisma’ l-għasafar isaffru,

Nisma’ lil min ikellimni minn ħdejja, bil-mod, u lil min jgħajjatli, mill-bogħod.


x’qed nisma’? Ħa niftakar illum xi smajt lill-mamà tgħidli. Nibda minn filgħodu. Qaltli ħafna affarijiet, imma jien għamilt dak li qaltli? Smajt minnha? Jekk jien inħobb lill-mamà irrid nagħmel dak li smajtha tgħidli. Lill-papà wkoll rrid nobdih. Lil Ġesù nisimgħu wkoll, imma mhux b’widnejja, bħalma nisma’ lill-ħbieb tiegħi, għax hu ma jkellimnix bħalhom. Ikellimni f’qalbi għax Ġesù qiegħed ġo fija. Jekk għada jkellimni, noqgħod attent iżjed ħa nara xi jrid jgħidli.

Talba

Ġesù, jien qed nisimgħek, għidli xi tridni nagħmel, u jien ngħidlek iva. Naf li dak li tgħidli hu kollu tajjeb għalija. Nieħu pjaċir meta inti tkellimni. Jiena dejjem nistenniek.


se mmur l-iskola I

ssa s-sajf spiċċa. M’għadniex immorru l-baħar. Għamlet ix-xita, u fuq il-qmis ilbisna l-flokk ukoll. Dalwaqt tiftaħ l-iskola. L-iskola jmorru ħafna tfal, imorru lebsin pulit, bil-basket f’idejhom. Liż-żgħar il-basket iżżommhulhom il-mamà għax ikun tqil għalihom; il-basket ikun mimli bil-kotba, bil-lapsijiet u bil-kuluri, u bil-lunch ukoll.

Jiena wkoll se mmur l-iskola, għax issa kbirt u rrid nitgħallem ħafna. Nitgħallem nikteb, nitgħallem naqra u nitgħallem inpinġi. Se mmur l-iskola u noqgħod attent fil-klassi; ma mmurx l-iskola biex noqgħod nitkellem jew biex noqgħod nidħaq għax inkella ma nitgħallem xejn u t-teacher ma tiħux gost bija. Hi wkoll tridni nitgħallem.

22


se mmur l-iskola Il-mamà tlestili l-basket tqegħidli l-pitazzi, il-lapsijiet, ir-riga, il-kuluri u l-lunch, għax fl-iskola jkolli l-ġuħ. Noqgħod attent li ma nħammiġx kollox fil-basket, biex jibqagħli nadif sal-aħħar tal-iskola meta jerġa’ jibda s-sajf. Fil-klassi jkolli ħafna tfal ħbieb tiegħi, li jiġu biex jitgħallmu bħali. Min itellifni aħjar ma noqgħodx ħdejh; min ikun goff noqgħod attent li ma jweġġagħnix. Irrid li jkolli ħbieb bravi, u jien inkun ħabib tagħhom tassew.

Talba

Ġesù, inti kont tmur skola? Kellek ħbieb? Kont tagħmel homework? Żgur li ma kontx tibki kull filgħodu, meta l-mamà tiegħek kienet tgħidlek li se tieħdok l-iskola. Jiena rrid inkun bil-għaqal bħalek fl-iskola.


i l-mamà xtratli żarbun I

23

ż-żarbun li kelli tqattagħli. Kont imxejt ħafna bih, bih kont nilgħab il-ballun, u, miskin, kont inħammġu kuljum.

bdejna naraw liema hu l-isbaħ, u li jogħġob lili u lill-mamà. Xtrajna dan iż-żarbun; ara kemm hu sabiħ!

Il-mamà terġa’ tnaddafhuli u ġġibhuli jleqq qisu ġdid.

Jiena nimxi, mhux għax għandi ż-żarbun, għax meta nkun ħafi, nimxi wkoll. Biż-żarbun nimxi aħjar, imma huma riġlejja li nista’ nimxi bihom. Nista’ nixxuttja l-ballun, nirkeb ir-rota, nitla’ t-taraġ, niġri u naqbeż.

Imm’issa m’għadux jiġini, għax ilu ħafna għandi, u jien qiegħed dejjem nikber. Ilbieraħ morna għand tal-ħanut, li għandu ħafna żraben, tal-kbar u taż-żgħar;


i l-mamà xtratli żarbun Riġlejja tahomli Alla, biex inkun nista’ mmur l-iskola, immur nitgħallem id-duttrina, immur il-knisja, immur naqdi lill-mamà.

Min jaf kemm irrid immur postijiet b’dawn riġlejja! Min jaf kemm irrid inbiddel żraben! B’riġlejja ma rrid nagħmel xejn ħażin; ma rridx nagħti daqqa ta’ sieq biex inweġġa’ lil xi ħadd. Ma rridx immur fejn il-mamà u l-papà ma jħallunix immur.

Talba

Ġesù wkoll mexa b’riġlejh fit-toroq; ma nafx jekk kellux sandli f’saqajh; kien jimxi lejn in-nies biex ifejjaqhom u jħobbhom. Għalhekk Alla tana riġlejna, biex bihom inkunu nistgħu mmorru ngħinu lill-oħrajn.


ġejt l-aħħar M hux ‘il bogħod mid-dar tagħna Hemm grawnd taI-futbol. Mad-dawra taI-grawnd hemm fejn nagħmlu tellieqa. Tkun magħna waħda tifla, Marija, li tiġri daqsna s-subien u xi drabi tgħaddina. Għamilna tellieqa. Konna tlieta biex niġru; jiena, Marija u Ġużi. Qgħadna f’linja waħda biex nibdew flimkien. Pawlu u Rita, żewġt itfal oħra, se jkunu t-tarf l-ieħor biex jaraw min ikun rebaħ. U tlaqna …

24

Kellna naslu fejn kien hemm siġra, Ii ħdejha qegħidna tliet tarġiet. Fuq it-tarġa l-iktar għolja se jitla’ min ikun rebaħ it-tellieqa. Fid-dawra, biIqiegħda fuq bank kien hemm raġel xiħ. Kif għaddejt minn ħdejh indunajt li waqagħlu l-bastun u kien qed jagħmel sinjal biex xi ħadd jiġborhulu. Jiena kont fuq quddiem fit-tellieqa u diġà kont qed naħseb li se nitla fuq it-tarġa l-għolja, għax inkun irbaħt jiena.


ġejt l-aħħar Imma bqajt naħseb fir-raġel li xtaqni ngħinu biex jiġbor il-bastun. Ridt ngħinu, u bdejt naħseb: “Nieqaf? Hekk se nitlef it-tellieqa!” Erġajt lura. Ġbart il-bastun tar-raġel u tajthulu f’idejh. Ħares lejja u qalli: “Grazzi!” Imma Marija u Ġużi għaddewni, għax jien waqaft u huma baqgħu jiġru. Jien wasalt l-aħħar, b’nifsi maqtugħ. Ġużi diġà kien fuq it-tarġa l-għolja. Kien ferħan, qed juri li hu ġie l-ewwel fit-tellieqa. Imma Rita kienet indunat bl-istorja tar-raġel. Jien ma ġejtx l-ewwel għax waqaft biex ngħin lir-raġel. Meta Rita qalet b’dan lil Ġużi, ħalla lili noqgħod fuq it-tarġa l-għolja. Kulħadd qal li jiena rbaħt!

Talba

Meta mort id-dar u kont se norqod, bdejt niftakar fit-tellieqa,... F’Marija, f’Rita, f’Ġużi u f’Pawlu, u fir-raġel tal-bastun. U għedt grazzi lill-Mulej. Ħsibt li qed jgħidli: “Tajjeb għamilt li kont lest li titlef it-tellieqa biex tgħin lil min hu fil-bżonn!”


mort nixtri F

ejn noqogħdu aħna, hemm ħwienet ta’ kollox: tal-gazzetti; tal-ħobż; tal-pastizzi; tal-grocer; tal-ħwejjeġ; tat-toys; u ta’ ħafna affarijiet oħra. Il-mamà kienet fil-kċina, bil-fardal u bil-karkur. Ma kinitx għadha għamlet xagħarha. Il-kuker kien ilu jixgħel u l-forn tiegħu jagħmel ħafna sħana. Ma setgħetx tmur tixtri hi għax jekk toħrog tieħu riħ.

25 Qaltli: “Mur ixtrili l-ħobż; żewġ bziezen mit-twal.” Mesħet idejha fil-fardal, ġabet karta u qiegħdet il-flus fiha; tatni l-flus eżatt biex ma nitfixkilx. Kien hemm kju ta’ nies jixtru. Meta rawni żgħir, bdew itawlu jdejhom minn fuq rasi, iħallsu u jieħdu l-ħobż qabli. Jien ma kellix għaġla, għax is-sħana tal-forn u r-riħa tal-ħobż u l-kejkijiet togħġobni.


mort nixtri Fl-aħħar qaluli: “Boy,... xi trid?” U xtrajt. F’idejja kelli żewġ bziezen, ħerġin ’il barra mill-borża, daqskemm kienu twal.

Żammejthom miegħi biex ma jaqgħux; id-dqiq beda jiġi fuq idejja u fuq il-flokk tiegħi. Imma wassalthom sħaħ, għalkemm fit-triq bdejt innaqqar ftit mill-qoxra.

Talba

Ġesù, ħallini niġi ħdejk, biex tagħtini mill-ħobż tiegħek. M’hemmx għalfejn inġib flus miegħi, għax int tant tħobbna li tagħtina kollox b’xejn.


idejja J

iena għadni ċkejken, imma naf nagħmel ħafna affarijiet. Diġà naf inpinġi, naf nikteb; imma ftit; naf inwaħħal l-istampi mal-pitazz, naf niekol waħdi, u naf nilgħab.

26 Meta nitlob, nagħmilhom flimkien. Meta nċapċap, inħabbathom ma’ xulxin.

Dan kollu nagħmlu għax il-Mulej tani jdejja.

Għandi ħames swaba’ f’kull id li jiċċaqilqu meta rridhom jien. Biex nurik fejn hu l-bieb, niftaħ suba’ wieħed, hekk. Nista’ nagħmel in-numri kollha b’subgħajja, u ngħodd is-somom.

Jiena għandi żewġ idejn, qishom l-istess. Waħda tħares ‘l hawn u l-oħra tħares ‘l hemm.

Ġesù wkoll kellu idejn bħal tiegħi, swaba’ bħal tiegħi. B’idejh kien imiss ras it-tfal, kien jerfagħhom fuq dirgħajh,


idejja

u jgħid lin-nies: “Ħalluhom lit-tfal jiġu għandi. Tkeċċuhomx, għax jien irridhom miegħi.” U kien iberikhom filwaqt li jqiegħed idejh fuq rashom. B’idejja jien irrid nagħmel affarijiet tajbin. Ma rridx niġġieled, jew inqatta’ l-pitazzi ta’ ħuti, jew inħażżeż fuq il-ħajt. B’idejja rrid inħobb lill-oħrajn.

Talba

Meta nħares lejn idejja, ngħid grazzi lill-Mulej li tahomli. Ngħidlu wkoll biex iżommni minn idejja, ħalIi ma naqax, ma nweġġax. Jien naf li jieħu pjaċir iżommni ħdejh.


għajnejja G

ħandi ħafna affarijiet sbieħ... idejja, widnejja, riġlejja, xagħri, ħalqi... imma xi ħaġa li għandi bżonn ħafna huma għajnejja. B’għajnejja nara nimxi, naqra, nara x’jien inpinġi, inħares lejn l-oħrajn. Meta nagħlaq għajnejja, jew ngħattihom, nara d-dlam. Jispiċċaw il-kuluri; jispiċċaw l-affarijiet sbieħ.

27 Kieku m’għandix għajnejja ma kontx nara lill-mamà, lill-papà, lil ħuti, lill-ħbieb tiegħi. Mingħajr għajnejja ma kontx inkun naf x’inhi siġra, ma kontx nara l-kuluri tal-għasfur, il-fjuri, il-baħar, is-sema; ma kontx inkun naf x’inhi dar, lanqas ma kont inkun naf min huma dawk li jħobbuni. Għajnejja rrid nibża’ għalihom, mhux biss għax tahomli Alla għaliex iħobbni, imma għax meta nikber, bihom irrid nagħmel ħafna affarijiet.


għajnejja Kemm kien jieħu pjaċir Ġesù jfejjaq lil dawk li ma kinux jaraw! Meta jiftħu għajnejhom, lil min kienu jaraw l-ewwel? Kienu jaraw lil Ġesù li mar ħdejhom, kellimhom, fejjaqhom, u għamilhom ferħanin. Nieħu pjaċir inħares lejn Ġesù Bambin fl-istampi, u lejn Marija li qed iżżommu f’idejha. Bħalma narahom fl-istampi, xi darba se narahom ta’ veru, bħal meta nara lill-mamà u lill-papà, u nkun nista’ noqgħod magħhom.

Talba

Ġesù, lil dawk in-nies li ma jarawx, għax huma morda, jew għax weġġgħu għajnejhom, kun ħafna ħabib tagħhom, u għin lili biex inkun nista’ nieħu ħsiebhom u nagħmilhom ferħanin.


ommi ssajjar għa lina H awn djar żgħar, u hawn djar kbar. Id-djar żgħar ikollhom ftit kmamar, id-djar kbar ikollhom iktar.

L-omm tieħu ħsieb il-kmamar kollha, imma hemm kamra waħda li dejjem issibha fiha. U din il-kamra ngħidulha l-kċina. Fil-kċina, il-mamà ddum ħafna. Tibda minn filgħodu, tagħmlilna t-tè, tixwilna l-ħobż, imbagħad meta aħna nkunu l-iskola jew xi mkien ieħor, toqgħod tlesti l-ikel.

28

Trid issajjar għal nofsinhar, u trid issajjar għal filgħaxija. Kuljum. Anki l-Ħadd. Anzi fil-festi trid tagħmel xi ħaġa aħjar. Trid taħdem aktar mis-soltu fil-kċina. Imma meta jasal ħin l-ikel, fuq il-mejda insibu kollox lest. Kulħadd għandu l-platti tiegħu, il-furketta, l-imgħarfa u s-sikkina, ikollna l-ħobż imqatta’ u lest. Imbagħad, fil-platti, il-mamà ġġibilna l-ikel. Illum ħaġa, u għada ħaġa oħra; brodu, laħam, patata, ħaxix, minestra, bajd, ħut, tiġieġ...


ommi ssajjar għa lina Aħna t-tfal ikollna tazza bil-luminata. Il-papà mhux bħalna; dan jieħu xi ftit inbid. Frott ikollna għal kulħadd, larinġ, bettieħ, għeneb, frawli, ħawħ, tuffieħ, banana... Kemm taħseb il-mamà biex tmur tixtri u tagħżel l-ikel! Kemm iddum ħdejn il-kuker biex issajjar! Kemm tbati biex taħsel il-platti, il-borom, il-frieket u l-affarijiet l-oħra! Kien il-papà li ġab il-flus mix-xogħol biex il-mamà tkun tista’ tixtri l-ikel. Għal xi tfal, kienet il-mamà stess li marret taħdem. Imma kien il-Mulej li għamel dinja tant sabiħa, li mlieha bis-siġar, bil-frott, bl-annimali u bil-ħut, biex inkunu nistgħu nieklu minnhom.

Talba

Qabel niekol dejjem ngħid din it-talba: Berikna Mulej, u bierek dan l-ikel li sejrin nieklu. żommna dejjem fil-qies biex ma ninqdew qatt ħażin b’dak li tipprovdilna.


rix b’ħafna kuluri J iena nafhom kollha l-kuluri. L-aħmar, l-aħdar, il-blu, l-isfar, u l-abjad ukoll. Mingħajr kuluri, ma jkunx hawn sabiħ.

Meta npinġi bil-lapes iswed biss, ma niħux pjaċir daqskemm meta jkolli ħafna lapsijiet u nagħmel il-fjura bl-aħmar, il-ħaxix bl-aħdar, il-baħar bil-blu, ix-xemx bl-isfar... u kollox jidher sabiħ. Il-kuluri ssibhom kullimkien. Tarahom fis-sema, fuq id-djar, fis-siġar, u fuq l-għasafar ukoll.

29

Għasfur ċkejken, bħalma għandna d-dar filgaġġa, hu sabiħ għax jilbes b’ħafna kuluri. Għandu r-rix isfar, iswed u kannella. Fuq wiċċu jidhru t-tikek blu, u fuq rasu rix żgħir aħdar. Fil-ġnien, fejn hemm il-papri, hemm għasfur kbir. Meta jiftaħ ir-rix, kemm ikun sabiħ! Imma min libbsu dawn il-kuluri? Kif dejjem nadif fil-libsa tiegħu? Għaliex għandu kuluri sbieħ daqshekk? Bħalma l-Mulej għamel lili, għamel ukoll l-għasfur.


rix b’ħafna kuluri Lili ommi tlibbisni b’kuluri sbieħ; flokk bi stampa sabiħa, kollha kuluri, tixtrili qmis li tixraqli, qalziet bil-kulur li jaqbel magħha, kalzetti b’kulur ieħor, u żarbun kif taf tixtrili hi.

Hekk il-mamà tal-għasfur tiegħi libbsitu sabiħ, biex jiena noqgħod inħares lejh, u ngħid: “Dak ukoll il-Mulej għamlu, biex lili jagħmilni iżjed ferħan.” U meta nħares lejn l-għasfur tiegħi ngħid: “Min jaf kemm il-Mulej għandu kuluri! Żgur li iktar mill-aħmar, mill-aħdar, mill-blu, mill-isfar, u mill-abjad! Min jaf kemm hu sabiħ!”

Talba

Mulej, kemm inħobb nara l-għasfur li tajtni, għax jogħġbuni ħafna l-kuluri tiegħu. Żommhuli dejjem nadif u tħallihx jitħammeġ.


i l-baħar J

iena nħobbu ħafna l-baħar. Fis-sajf, il-mamà u l-papà jeħduna l-baħar biex ngħumu, u nieħdu pjaċir. Nieħdu magħna l-ikel u l-frott, u ngħaddu ġurnata sħiħa ħdejn il-baħar, ngħumu, nistadu, nilagħbu, nagħmlu xi kastell bir-ramel. Avolja tkun ħafna xemx. Fix-xitwa ġieli mmorru wkoll ħdejn il-baħar, u noqogħdu nħarsu lejh, narawh imqalleb, mewġa wara l-oħra.

30 Ma ninżlux ngħumu għax ikun il-bard. Imma xorta waħda nieħdu pjaċir. Meta nkun fuq ir-ramel inħares lejn il-baħar, nara kemm hu kbir. Fih joqogħdu vapuri kbar, u d-dgħajjes jidhru qishom tikek tal-lapes, daqskemm il-baħar huwa kbir. Idumu ħafna biex jaslu n-naħa l-oħra. Kien il-Mulej Alla li għamel il-baħar; lid-dinja għamlilha ħafna baħar. Fil-baħar għamel il-ħut, biex in-nies ikunu jistgħu jistadu għalihom, imbagħad isajruhom u jikluhom.


i l-baħar Lil dawk li jkunu fuq il-baħar, is-sajjieda u l-baħrin, nixtieq li xejn ma jiġrilhom meta l-baħar ma jkunx kwiet għax tkun ix-xita u ħafna riħ.

Il-Mulej jieħu ħsieb ukoll it-tfal żgħar li jersqu lejn il-baħar weħidhom, biex ma jaqgħux ġo fih. Filwaqt li nħobbu l-affarijiet sbieħ li tana l-Mulej, inridu noqogħdu attenti minnhom ukoll, meta jkunu goffi magħna ċ-ċkejknin. Meta nkun ħdejn il-baħar, meta nara stampa tal-baħar, jew niftakar fil-baħar, noqgħod nitlob waħdi:

Talba

Kemm hu kbir u sabiħ Alla li għamel dan il-baħar kbir! Mulej, ħudilna ħsiebu l-baħar; tħallihx jinkorla ħafna, żommu kwiet u sabiħ. Grazzi, Mulej, talli għamiltilna l-baħar blu, kbir u sabiħ. Għinna nżommuh nadif bħalma tajthulna Int.


għasafar ċkejknin H

awn ħafna tfal li għandhom għasfur li jħobbuh, li jagħtuh jiekol l-iskalora u jagħtuh l-ilma biex ma jkollux għatx. Hemm għasafar li jtiru barra, ikunu fuq il-bejt u fuq is-siġar, hemm għasafar li tarahom fil-gaġġa, fil-bitħa jew fit-tieqa. Hawn għasafar ta’ kull kulur, isfar, aħdar, iswed; hawn ħafna griżi, bħal dawk li jkunu fit-triq jew fil-ġnien ifittxu l-ħobż biex jikluh u jixorbu mill-ilma tax-xita.

31

L-għasfur kulħadd iħobbu, għax tieħu pjaċir tarah, jaqbeż u jtir u jsaffar sabiħ. Ġesù wkoll iħobbhom l-għasafar u jieħu ħsiebhom. Darba qalilna li hu jkun jaf x’qed jagħmlu l-għasafar. Jekk jaqa’ xi wieħed minnhom mis-siġra, il-Mulej jinduna, ikun jaf bih. Ġesù qalilna li huwa jlibbes lill-għasafar bi lbiesi sbieħ, b’ħafna rix bil-kuluri.


għasafar ċkejknin Meta jkunu żgħar, huwa jħalli lil ommhom tieħu ħsiebhom, iġġibilhom x’jieklu, u ma tħallihomx jintilfulha, li ma jkunx hemm xi ħadd u jweġġagħhom. U l-Mulej hekk jagħmel magħna, qisu l-mamà tal-għasafar żgħar. Jieħu ħsiebna. Jara li nsibu x’nieklu. Għax iħobbna iżjed milli omm l-għasafar tħobb iċ-ċkejknin tagħha. Għalhekk jibagħtilna x-xita u x-xemx, biex ikollna l-ikel u l-frott. L-għasafar jgħidu grazzi lill-Mulej billi jittajru, jieħdu ħsieb ir-rix tagħhom u jsaffru sabiħ. Hekk inridu nagħmlu aħna t-tfal; ngħidulu grazzi billi nitkellmu sabiħ, u billi kull filgħodu, mhux insaffru bħall-għasafar, imma ngħidulu talba bħal din:

Talba

Mulej, l-għasfur li jsaffar jgħidilna li aħna wkoll erġajna qomna wara raqda sabiħa. Inti se ttina ġurnata oħra ġdida. Illum inridu nħobbuk iżjed mill-bieraħ. Għidilna xi tridna nagħmlu sabiħ għalik, u nagħmluh bil-qalb. Għax aħna nafu li inti tħobbna, u nridu nħobbuk aħna wkoll.


i l-fjuri M

32

eta nhar ta’ Ħadd jiġi xi ħadd biex jiekol fid-dar tagħna, fuq il-mejda l-mamà tagħmel tazza bl-ilma, bil-fjuri fiha, biex ikollna sabiħ.

Għax il-fjuri jagħmlu sabiħ. Darba l-mamà kienet ma tiflaħx, u l-papà ġabilha l-fjuri. Tgħidx kemm ħadet pjaċir bihom; ħalliethom ħdejha, biex tkun tista’ tħares lejhom.

Fil-ġnien inħobb ngħaddi minn fejn il-fjuri sbieħ, fjuri kbar ta’ kull kulur, u oħrajn żgħar, imma li jfuħu ħafna.

Tgħidli li meta tarahom, tiftakar fil-papà, li qiegħed jaħdem għalina.

Meta mmur il-knisja, l-iżjed meta jkun hemm il-festa, nara l-fjuri fuq l-altar u kullimkien.

Il-fjuri huma rigal li tana l-Mulej, biex niftakru fih, kemm iħobbna, kemm hu sabiħ.


i l-fjuri Jiena rrid nibża’ għalihom il-fjuri, ma naqtagħhomx mill-ġnien, għax dawk tahomlna l-Mulej. Hu jsaqqihom bl-ilma tax-xita; jibgħat ix-xemx biex jisħnu, ħalli jiftħu u jsiru sbieħ.

Talba

Mulej, kemm għamilt affarijiet sbieħ għalina. Irrid nerġa’ ngħidlek grazzi.


i l-bebbuxu I d-dar fejn noqogħdu aħna hi dar tal-ġebel. Għandha t-twieqi tal-injam u bieb tqil. Jien ma niflaħhiex id-dar tagħna u ma nistax neħodha miegħi kull fejn immur. Mhux bħall-bebbuxu! Il-bebbuxu dejjem jerfa’ fuqu d-dar tiegħu. Huwa joħroġ ftit wara li tkun niżlet ix-xita Joħroġ biex jagħmel dawra u jieħu miegħu d-dar tiegħu. Qatt ma jħalliha warajh; jeħodha kull fejn imur.

33 Il-bebbuxu jimxi bil-mod. Jaqsam it-triq u minn fejn jgħaddi jħalli sinjal ileqq. Jekk timxi mas-sinjal, tiltaqa’ mal-bebbuxu. Il-bebbuxu mbagħad jistaħba taħt xi ġebla jew f’xi siġra u jorqod fid-dar tiegħu, li dejjem timxi miegħu. Il-bebbuxu għandu dar, bħalma għandi jien u bħalma għandhom ħafna tfal oħra. Imma hawn tfal li m’għandhomx dar, m’għandhomx fejn joqogħdu, għax foqra ħafna.


i l-bebbuxu Il-mamà u l-papà tagħhom m’għandhomx fejn joqogħdu, fejn isajru, fejn jorqdu u fejn jistrieħu.

Huma fqar għax ma sabux lil min iħobbhom. Joqogħdu barra, iħossu l-bard meta tkun ix-xitwa u jħossu ħafna sħana meta jkun is-sajf. Hawn min ħajtu jgħaddiha ġo kamp żgħir, bħalma jkollna aħna meta mmorru fuq ir-ramel, ħdejn il-baħar. Imma dawn dejjem joqogħdu fil-kamp, mhux biex jilagħbu, imma għax il-kamp hu d-dar tagħhom; m’għandhomx dar oħra tal-ġebel bħalma għandna aħna.

Talba

Ġesù, li tħobb ħafna lit-tfal bħalek; ħu ħsieb lil dawk li m’għandhomx dar fejn joqogħdu, biex ma jimirdux, biex jikbru b’saħħithom. Kieku l-aħjar li ssibilhom dar malajr biex ikunu ferħanin ġo fiha.


re, reġina u prinċiрessa K ont fi ġnien sabiħ. Rajt farfett itir minn fuq fjura għal oħra. Nifraħ ħafna meta nara l-friefet itiru, bil-ġwienaħ hekk sbieħ u b’ħafna kuluri. Il-papà jgħidli li xi friefet konna nsejħulhom re, oħrajn reġina u oħrajn prinċipessa. Ir-re hu l-farfett bi ġwienaħ suwed u bit-tikek ħomor, ir-reġina hi kannella, sabiħa wkoll, imma l-isbaħ u l-ikbar kienet il-prinċipessa, safra u bit-tikek suwed.

34

Meta fil-ġnien it-tfal jagħmlu l-istorbju, il-friefet jaħarbu. Imma fejn kont jien ma ħarbux, għax fil-ġnien kien hemm il-kwiet. Jiena u l-papà biss kien hemm, u xi għasafar. Il-papà qalli: ”Kif itir, hux, il-farfett?” ”Veru!”, għedt jien. Il-farfett ikun ċass mal-art, mingħajr ma jiċċaqlaq. F’daqqa waħda jtir b’ħeffa kbira. Lanqas l-ajruplan ma jagħmel hekk, għax tgħidx kemm idum sakemm jitla’. U kif farfett jinżel fl-art mill-ewwel! Rajna żewġ friefet rejiet, jitilgħu flimkien,


re, reġina u prinċipessa qisu għandhom il-kompjuter li jmexxihom eżatt! Il-friefet, bil-kuluri tagħhom u bil-mod kif itiru, huma rigal għalina mill-Mulej. Huma ħbieb tal-fjuri, imorru fuq fjura, imbagħad fuq oħra. Lill-fjura ma jgħawġuhiex, titbandal biss, għax il-friefet huma ħfief u saqajhom iqegħduhom bil-mod. Jgħallmuna biex aħna wkoll ma nkunux ibsin mal-oħrajn, anzi nkunu ħelwin u twajba ma’ kulħadd. Nieħu gost meta nara farfett, noqgħod inħares lejh, u nara kif itir. Nara sew ukoll il-kuluri tiegħu. Jekk hux re, reġina jew prinċipessa.

Talba

Nixtieq, Ġesù, inkun naf iktar fuq il-friefet, biex inħobbhom aktar u biex ngħid lill-oħrajn kemm inti tagħmel ħwejjeġ sbieħ għalina.


in-nanna ta l-bambin Q uddiem nett, fil-knisja, bilqiegħda fl-ewwel bank, kien hemm waħda mara; qisha n-nanna tiegħi. Xagħarha kien griż, b’maktur iswed ma’ rasha; u kienet il-ħin kollu bilqiegħda.

Għalxejn daqqet il-quddiesa; ma tatx kas; baqgħet bilqiegħda, u rasha baxxa. Kieku jien niddejjaq bilqiegħda. Inħobb niċċaqlaq. Inqum bilwieqfa u noqgħod bilqiegħda, u għarkupptejja wkoll, avolja ma nlaħħaqx mal-bank.

35

Nieħu gost meta jgħidulna: “Inqumu bilwieqfa!” Imma din in-nanna le. Bilqiegħda kienet kif dħalna l-knisja, u bilqiegħda baqgħet. “Ħa mmur ħdejha!” għedt lill-mamà. U ħallietni. Qaltli: “Basta toqgħod kwiet!” Ħriġt mill-bank. Għaddejt min-nofs u qgħadt bilqiegħda ħdejn il-mara. Kellha ktieb żgħir. Jien ħarist mill-ġenb ta’ għajnejja biex ma tindunax li qed nara x’inhi tagħmel.


in-nanna ta l-bambin Naħseb li ma kinitx taf taqra, Għax bdiet taqbad il-paġna bil-mod, u tara l-istampi li kien hemm fil-ktieb. Tarahom minn quddiem u minn wara.

Kienu santi ta’ Ġesù, meta kien baby; imbagħad tifel, imbagħad meta kiber. Kienet tbushom waħda waħda u terġa’ ddaħħalhom fil-ktieb. Meta mort ħdejn il-mamà għedtilha: “Dik il-mara żgur li hi n-nanna tal-Bambin, għax għandha ħafna ritratti tiegħu. U tħobbu ħafna għax ir-ritratti tbushom kollha. Il-ħin kollu hekk bdiet tagħmel.” U dak il-ħin, il-mamà dawret idejha miegħi, u għamilna talba, hekk:

Talba

“Ġesù, agħmilna nħobbuk ħafna, bħalma tħobbok in-nanna tiegħek!”


lapes u gomma M

36

inbarra li nħobb nilgħab, waħdi jew mal-oħrajn, jiena naf nikteb ukoll, u npinġi.

Ħafna drabi nieħu żball. Imma ma ġara xejn. Insib il-gomma, inħassar l-iżball, u nikteb fuqu.

Naf naqbad il-lapes, u nittemprah biex jikteb sabiħ, naf inħassar bil-gomma. Għax jien mhux kollox nagħmel tajjeb.

Naf li mhux kollox nagħmel tajjeb. Mhux biss l-iżball tal-lapes fuq il-karta. Ġieli ma nobdix. Imma wara, lill-mamà ngħidilha “sorry”. U nerġa’ nibda, bħal meta nkun ħassart l-iżball tal-lapes fuq il-karta.

Ikolli karta kbira, bajda. Nibda nagħmel l-ittri. Nagħmel l-”a”, il-”b”, u nkompli. Nikteb in-numri wkoll, wieħed, tnejn, tlieta u iktar.

Ġieli nagħmel żbalji oħra, bħal meta niġġieled ma’ oħti, imma ftit wara, nerġgħu nagħmlu ħbieb, nagħmlu paċi. Għax għandna nibqgħu miġġildin?


lapes u gomma Kull meta nagħmel żball bħal dan, il-Mulej ma jinkurlax miegħi, għax iħobbni, għax jafni sew; jaf li jien mhux kollox nagħmel tajjeb. Naħseb li jkun qed jgħidli: “Aqbad il-gomma, u ħassar sew. Imbagħad erġa’ ikteb, dritt, sabiħ u nadif.” Imma biex ma nagħmilx żbalji, irrid nitolbu jgħinni, bħal meta nitolbu biex jgħinni nikteb sabiħ, u biex kull kelma noffriha fjura sabiħa lilu. Jekk naħseb li qed jarani, qed jindukrani, noqgħod iżjed attent, u ftit nagħmel żbalji.

Talba

Mulej, oqgħod ħdejja, qisek il-mamà li ġġibli l-gomma, li żżommli jdejja biex nikteb sabiħ. Inti kollox għalija; mingħajrek ma nkunx ferħan.


ġejja l-banda T

ifla ta’ disa’ snin kienet qed tilgħab waħidha; titfa’ l-ballun mal-ħajt fiI-ġnien tad-dar u terġa’ tilqgħu. Semgħet iI-ħoss tal-banda; il-banda tar-raħal! Tal-banda, lebsin sabiħ, kollha bil-beritta kienu mexjin dritt dritt fit-triq ta’ fejn toqgħod it-tifla. lt-tifla fetħet il-bieb tal-ġnien u marret tiġri fit-triq

37

biex tara l-banda. Ma ndunatx li kienet ġejja karozza għal fuqha. Tal-karozza żamm il-brejk bis-saħħa. It-tifla waqgħet fl-art, għax kienet laqtitha l-karozza. Ħaduha l-isptar u daru magħha l-infermiera. Il-mamà u l-papà stennew sakemm joħroġ it-tabib u jgħidilhom li dalwaqt jgħaddilha. Imma kellhom jgħaddu xi ġimgħat sakemm setgħet tmur lura d-dar.


ġejja l-banda Kif ħarġet bdiet tinduna kemm hu sabiħ li tkun b’saħħtek, kemm hu sabiħ meta filgħodu tiġi ommha maġenbha biex tqajjimha. Bdiet tieħu gost li tqum bil-ġirja, ferħana li tista’ tmur miIl-ġdid l-iskola. It-tfal ħbieb tagħha wkoll qalu grazzi lil Ġesù talli t-tifla fieqet għalkollox wara li tajritha l-karozza. Qalu grazzi lil Ġesù wkoll li issa t-tifla saret iktar bil-għaqal, ma tgergirx, tgħid iżjed grazzi u tagħmel kollox aħjar.

Talba

Jiena wkoll nixtieq ngħid grazzi lil Ġesù talli jżommni f’saħħti u jieħu ħsiebi.


kastell tar-ramel 38 K ien Jannar. Il-bard, imma l-bnazzi. Il-baħar blu, blu bħas-sema. Fil-baħar ħadd ma kien qed jgħum. U żgur!... f’Jannar tkun ħafna kesħa.

Imma fuq ir-ramel kien hemm żewġt itfal Ingliżi. Għandu jkun dawn ma jħossux bard, għax kienu ħafjin, bil-qalziet imxammar, u bdew iniżżlu saqajhom fl-ilma kiesaħ silġ. Il-mamà tagħhom ukoll kienet ħafja, u sakemm it-tfal bdew jiġru fuq irramel u jċafċfu saqajhom fl-ilma,

il-mamà tagħhom bdiet tagħmel kastell tar-ramel.

Xi drabi t-tfal kienu jġibu pala tal-plastik u jimbuttaw ir-ramel ħdejn il-mamà. Din kienet taqbad ir-ramel f’idejha, u tqiegħdu fuq xulxin sakemm bniet il-kastell. Fl-aħħar imliet barmil bir-ramel, poġġietu rasu ’l isfel, ħarġet il-barmil, u r-ramel sar il-biċċa ta’ fuq tal-kastell. Iż-żewġt itfal daru mal-kastell, jaqbżu u jifirħu.

Meta sar il-ħin, it-tfal, il-mamà u l-papà Ingliżi telqu minn fejn kienu.


kastell tar-ramel Qgħadt nilgħab jien bil-kastell u domt nilgħab sakemm dalam.

Id-darba ta’ wara rġajt mort fejn it-tfal u l-mamà Ingliżi kienu ħallew il-kastell. Il-kastell ma kienx hemm. Kif spiċċa l-bnazzi, u l-baħar tela’ fuq ir-ramel, il-kastell kien waqa’ u nħall mal-ilma. Reġa’ sar ramel. Imma jiena bqajt noħlom b’dan il-kastell. Noħlom li aħna qegħdin fih, biex ħadd ma jagħmlilna xejn, għax hu mdawwar bis-suldati, għandu l-ħajt għoli ħafna, u għandu bieb kbir tal-injam oħxon.

Talba

Mulej, meta jiena norqod, u barra jkun id-dlam, inti toqgħodli għassa u tieħu ħsiebi. Inti ma jiġrilekx bħall-kastell tar-ramel, li jmur mal-mewġ tal-baħar. Inti tibqa’ miegħi, kuljum, kull ħin u dejjem.


siġġu vojt h

dejja m’hemm ħadd; is-siġġijiet huma vojta. Nista’ nqiegħed il-basket fis-siġġu ta’ ħdejja, u naħseb li fuq is-siġġu tal-lemin tiegħi hemm l-anġlu li jieħu ħsiebi, l-anġlu kustodju. Meta nintilef, meta jkun hemm xi kelb kbir, meta nkun il-baħar, meta nkun xi mkien fil-għoli, naf li jkun hemm l-anġlu li jħarisni.

39 Ħafna snin ilu kien hemm anġlu li kellem lil Marija u qalilha li se jkollha lil Ġesù. L-anġlu kellem ukoll lil Ġużeppi meta dan kien rieqed u ħolom li qed jara l-anġlu. Anġlu ieħor deher lill-Maġi, kif naqraw fl-istorja tal-Milied, u qalilhom biex ma jgħaddux mit-triq fejn kien hemm ir-re kattiv li ma kienx iħobb lil Ġesù.


siġġu vojt Żgur li dan l-anġlu kien wieħed mill-anġli li qajmu lir-ragħajja ta’ Betlem meta kienu man-nagħag, billejl. Qalulhom biex imorru jaraw lil Ġesù u bdew ikantawlhom sabiħ. L-anġli huma ħbieb tagħna, u lil kull wieħed u waħda minna Ġesù tana anġlu, għalina biss. Jiena ngħid kuljum it-talba lill-anġlu kustodju.

Talba

Anġlu t’Alla illi fit-tjubija tiegħu Alla tani biex tħarisni; iftaħli moħħi, ħarisni, żommni u mexxini f’dan il-jum. Ammen.


i l-papà ta’ kulħadd H awn ħafna nies madwari. Jiena ma nafhomx kollha. Ma nafx x’jisimhom.

Hawn min joqgħod waħdu u m’għandux ħbieb. Hawn tfal li lanqas għandhom mamà u papà. Hawn tfal bojod, suwed, sofor. Imma hawn xi ħadd li jafhom kollha u jaf x‘jisimhom. Li jħobbhom kollha, M’hemm ħadd minnhom li dan ma jħobbux.

40

Alla hu l-papà tiegħi, tal-ħbieb tiegħi, ta’ kulħadd. Hu missierna. Jaf lil kulħadd b’ismu. U jsejħilna. Itellgħalna x-xemx, kemm jekk inkunu tajbin, u kemm jekk inkunu kattivi. Aħna lkoll aħwa għax għandna papà wieħed, li nitolbuh: “Missierna li inti fis-smewwiet.” Ġesù darba hekk qal lill-ħbieb tiegħu: “Ħadd ma jaf lill-Missier daqsi u ħadd ma jħobbu daqsi. Meta titkellmu miegħu, għidulu ‘Missier’.”


i l-papà ta’ kulħadd Mela Ġesù għallimna li l-Missier hu wkoll il-papà tagħna. U aħna lkoll aħwa. Jekk nagħmlu t-tajjeb lil xulxin, dan il-papà jieħu pjaċir bina. Jekk nagħmlu paċi, Alla hu dejjem magħna. Ukoll meta aħna mqarbin, Alla ma jħalliniex, u jibqa’ maġenbna, u jifraħ meta nsejħulu papà.

Talba

Missierna li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tigi saltnatek, ikun li trid int kif fis-sema hekda fl-art.


xemgħa tixgħel Q uddiem l-istampa ta’ Ġesù, għandna xemgħa tixgħel. Jixgħelha l-papà bis-sulfarini, imma lili ma jħallinix nixgħelha, għax naħraq subgħajja, jew nista’ nwaqqa’ x-xemgħa u tinħaraq id-dar tagħna. Id-dawl li fiha x-xemgħa jibda jiċċaqlaq, ’l hemm u ’l hawn jitla’ u jinżel, sakemm ix-xemgħa tinħela. Meta x-xemgħa tintefa, inġibu waħda ġdida u nerġgħu nixegħluha.

41

Ix-xemgħa nagħmluha quddiem l-istampa għax aħna nħobbu lil Ġesù; ngħidulu talba żgħira, il-familja flimkien. Ix-xemgħa mhux bħall-bozza… ftit tagħmel dawl, imma billejl inkunu nistgħu naraw nimxu u ma naqgħux fid-dlam. Id-dawl ifisser Ġesù. Meta jkolli lil Ġesù miegħi, ma naqax, għax hu jurini t-triq. Id-dawl iġib il-ferħ, bħal Ġesù. Meta Ġesù hu ħdejja, jiena nkun ferħan.


xemgħa tixgħel Ix-xemgħa ġġib is-sħana, li tfisser l-imħabba. Meta Ġesù qiegħed magħna, aħna nħobbu iżjed lil xulxin. Fil-knisja nara ħafna xemgħat; xemgħat fuq l-altar, xemgħat għand l-abbatini, xemgħat quddiem l-inkwatri. Ix-xemgħat iġibu l-festa, ikunu sbieħ jixegħlu, sakemm jerġa’ jitfihom is-sagristan. Jiena nieħu pjacir immur il-knisja, mhux għax ikun hemm ħafna xemgħat jixegħlu, imma għax hemm Ġesù. Nista’ noqgħod nitkellem miegħu, nista’ nisma’ dak li qed jgħidli, nitolbu għall-mamà, għall-papà, għal min jgħallimni, għal ħuti.

Talba

Ġesù, għallimni ħalli jiena nimxi dejjem fid-dawl, urini l-aħjar triq minn fejn ngħaddi; nibqa’ dejjem ħdejk, għax jiena nħobbok u rrid noqgħod miegħek.


i l-ħmara ta l-grotta M eta jasal il-Milied, il-papà u jiena nressqu mejda fir-rokna, noħorġu l-presepju u nqegħduh fuq il-mejda.

Ħdejn il-Bambin fil-presepju jkun hemm baqra u ħmara. Iħarsu lejh u jieħdu ħsiebu, isaħħnuh minħabba l-bard. “Dik il-ħmara, noqgħod ngħid waħdi, “kemm hi xortiha tajba!”

42

Hawn min jaħseb li l-ħmara għal xejn ma hi tajba ħlief biex taħdem, biex tiekol u biex torqod.   Għahekk forsi ħadd ma stenna li din il-ħmara se tkun maġenb Ġesù meta jitwieled fil-għar ta’ Betlem. U se toqgħod ħdejh kemm trid. Ġesù mhux se jkeċċiha, għax għażilha biex toqgħod tħares lejh u ssaħħnu bin-nifs tagħha.


i l-ħmara ta l-grotta Lanqas Marija u Ġużeppi ma jkeċċuha, għax huma wkoll iriduha hemm, ferħana, madwar il-maxtura tal-Bambin.

Kemm hu sew li noqgħod ħdejn Ġesù! Miegħu ma jkolli bżonn ta’ xejn, għax huwa aħjar mill-ħbieb kollha tiegħi. Qatt ma jiġġieled miegħi, għax huwa ġie biex miegħu jġib il-paċi fl-art. Noqgħod ħdejn Ġesù jiġifieri naħseb fih u nagħmel dak li jridni nagħmel Hu. Għax hu ħabib tiegħi, inħobb noqgħod miegħu u nitolbu kuljum.

Talba

Nitolbu għalija, għall-ġenituri, għall-ħbieb tiegħi u għal dawk li nixtiequ jagħmilhom ferħanin. Nixtieq li ndum maġenbu bħalma damet il-ħmara ta’ Betlem.


ir-ragħajja ta’ betlem F il-presepju tal-Milied, il-papà jqiegħed ukoll ir-ragħajja.

U jgħidli li r-ragħajja kienu joqogħdu għassa man-nagħag tagħhom, billejl ukoll, ħdejn Betlem, fejn twieled Ġesù. Madwar il-presepju, ’l hemm u ’l hawn hemm xi nies lebsin ħwejjeġ foqra, bis-sandli f’saqajhom, xi wħud minnhom ħafjin, qegħdin għassa man-nagħaġ tagħhom.

43

Kull tifel jixtieq li fil-grotta tiegħu jkollu r-ragħaj bin-nagħġa fuq spallejh. Ir-ragħaj ikun fil-presepju b’nagħġa bajda ħdejh, jew fuq spallejh, ftit ’il bogħod mill-Bambin. Meta aħna t-tfal immorru nixtru l-pasturi, lil tal-ħanut ngħidulu: ”Inridu ragħaj, bin-nagħġa fuq spallejh!”


ir-ragħajja ta’ betlem Dan għaliex aħna nħobbuhom lir-ragħajja għalkemm huma nies foqra. Irridu li jidħlu huma wkoll fil-grotta u nqegħduhom ħdejn il-Bambin. Fil-kartolini aħna nagħżlu stampi bil-Bambin, Marija u Ġużeppi, u xi ragħajja jħarsu lejn il-Bambin. Kif twieled Ġesù, l-ewwel ma saru jafu kienu r-ragħajja, li bdew jgħidu lil xulxin: “Imxu mmorru biex naraw liċ-ċkejken Ġesù!” Marru u qagħdu ħdejh.

Talba

Ġesù, nixtieq li jiena wkoll noqgħod ħdejk. Lili u lit-tfal l-oħra żommna dejjem ħbieb tiegħek, għax aħna bħarragħajja... inħobbuk!


is-siġra ċkejkna ta l-mi lied M eta f’Diċembru noħorġu s-siġra tal-Milied niftakar fi storja ta’ siġra ċkejkna. Kienet ħadet is-sajf kollu biex tikber. Saret siġra sabiħa, bil-friegħi dritti u l-weraq ħodor. Imma darba filgħodu, fil-bard tax-xitwa, waqt Ii kienet nieżla l-borra, is-siġra ċkejkna ħasset lil xi ħadd iċaqlaqha. L-idejn ta’ raġel, goffi u maħmugin bil-ħamrija, qalgħuha miII-ħamrija u tefgħuha ġo vann f’kaxxa kbira.

44

Ferħet meta waslu f’dar sabiħa. Għamluha f’qasrija kbira u bdew iżejnuha b’żigarelli kulur id-deheb, bil-bozoz b’ħafna kuluri u bi blalen ileqqu mad-dawl tal-kamra sabiħa. Għal ftit jiem, kollox mar sew. Is-siġra ċkejkna kienet tassew ferħana, liebsa sabiħ, tixgħel u titfi bil-bozoz tal-kulur. Wara ftit tal-ħin, lis-siġra qabadha l-għatx. Il-weraq tagħha, li ftit qabel kienu ħodor u friski, bdew isiru kannella u sofor, u bdew jaqgħu ftit ftit.


is-siġra ċkejkna ta l-milied Lejla waħda, bdew igibu madwarha ħafna kaxxi, imgeżwrin f’karti jleqqu u marbutin b’żigarelli tal-kulur. Kulħadd kien qed jistenna xi ħaġa.

L-għada fiIgħodu kien hemm storbju sħiħ: żgħar u kbar jiftħu l-kaxxi u jgħajtu, jgħannqu liI xulxin, jifirħu u jkantaw. Kif rat dan kollu, is-siġra qalet bejnha u bejn ruħha: “Dawn qed jifirħu, jieklu u jixorbu, u lili se jħalluni mmut hawnhekk!” Quddiemha kien hemm il-Bambin tal-presepju. Ħasbet li qed ikellimha u jgħidilha: “Siġra ċkejkna, issa Ii ħadu r-rigali tagħhom, xejn ma jimpurtahom aktar minnek! ... U lanqas minni!” U lili s-siġra ċkejkna tgħinni nitlob:

Talba

Ġesù, inti l-aqwa rigal tiegħi, mhux ir-rigali u l-parties. Naf li inti ġejt fid-dinja għax tħobbna. Tħallinix li jiena ninsiek, imma rrid naħseb fik.


ta lbiet żgħar . tat-tfa l G esù, fil-ġenna nistgħu nilagħbu? Ġesù, il-mummy tiegħek kienet tixtrilek toys? Ġesù, il-mummy tiegħek kienet tħallik tilgħab mat-tfal? Ġesù, lestilna post sabiħ fil-ġenna. Ġesù, ejja għandi ħalli nħobbok. Ġesù, għallimna nifirħu. Ġesù, ejja ilgħab magħna. Ġesù, jiena nħobbok. Ġesù, agħmilna tfal tajbin. Ġesù, inti tħobbni. Ġesù, kemm tgħajjat magħna l-mummy kultant. Ġesù, ħallina dejjem ċkejknin biex nibqgħu nħobbuk. Ġesù, it-tfal imqarbin jiġġieldu, imma malajr jerġgħu jsiru ħbieb, mhux bħall-kbar li jdumu s-snin ma jagħmlu paċi. Ġesù, kif tagħmilhom il-fjuri, kemm huma sbieħ? Ġesù, kif tagħmilhom I-għasafar itiru? Ġesù, kif iżżomm ix-xemx biex ma taqax?

45


Ġesù, kif titla’ tixgħelhom dawk il-fanali f’dak l-għoli fis-sema bilIejl? Ġesù, minn fejn ġibtu dak l-ilma kollu tal-baħar? Ġesù, kif ġejt f’moħħok jien wara dawn l-eluf ta’ snin? Ġesù, kif toqgħod ġo qalbi daqskemm hija ċkejkna? Ġesu, kif tidħol fil-kamra ħdejja mingħajr ma niftaħlek iI-bieb? Ġesù, kif dejjem moħħok fina? Ġesù, kif tissaporti waħdek fil-knisja billejl? Ġesù, kif ma jħobbukx il-bnedmin daqskemm inti qalbek tajba? Ġesù, kemm nixtieq narak, għax min jaf kemm int sabiħ! Ġesù, kemm hawn tfal Ii għadhom ma semgħux bik! Ġesù, kemm għandek mummy sabiħa! Ġesù, kemm tieħu paċenzja bina! Ġesù, grazzi ta’ kemm għamiltni sabiħ! Ġesù, kemm il-bewsa tatek il-mummy tiegħek meta kont żgħir? Ġesù, nirringrazzjak talli ħlaqtni. Ġesù, nirringrazzjak talli tajtna l-mummy biex tieħu ħsiebna. Ġesù, nirringrazzjak talli għamiltilna għajnejna biex naraw kemm huma sbieħ il-fjuri, il-baħar u x-xemx. Ġesù, nirringrazzjak talli tajtna l-anġlu kustodju biex jieħu ħsiebna. Ġesù, ħenn għalihom lil dawk li ma jħobbukx ħalli huma wkoll isiru tajbin. Sabiħa Omm AIIa, jiena nħobbok. Sabiħa Omm AIIa, nirringrazzjak talli għedtlu ‘Iva’ lill-anġlu għax kieku m’għandniex Iil Ġesù.


Dan il-ktieb jiġbor fih mal-140 paġna ta’ stejjer interessanti, talb sabiħ u stampi attraenti għattfal ta’ età żgħira, anki għal dawk li għadhom ma jafux jaqraw. Lil dawn jistgħu jaqrawlhom it-test il-ġenituri waqt li t-tfal jaraw u jiggustaw l-istampi ħelwin.

Qabel norqod… Kif jindika l-isem, il-ktieb hu intiż biex iċċkejknin tagħna jaqraw, jew tinqralhom, storja waħda, 2 paġni kollox, qabel jorqdu u jtemmu dan l-eżerċizzju b’talba ċkejkna stampata filktieb stess. B’hekk inisslu fihom id-drawwa li jitolbu qabel ma jorqdu.

Għalkemm il-ktieb hu adattat għat-tfal kollha taħt l-għaxar snin, hu intiż l-aktar għall-età talEwwel Tqarbina. Stampat kif inhu f’edizzjoni hekk pulita u mimli kuluri vivaċi minn qoxra sa qoxra, il-ktieb hu tassew xieraq bħala rigal għal tfal subien u bniet fl-okkażjoni tal-Ewwel Tqarbina tagħhom.

ISBN 978-99957-0-501-5


Qabel Norqod