Page 1

il-miġemgħa Parroċċa Familja Mqaddsa - L-Iklin  telefon: 21 423 003  email: parrocca.iklin@maltadiocese.org  Nru 148 | Ġunju 2014

Ix-Xahar tal-Ewkaristija Ġejja l-Ewwel Tqarbina tat-Tfal mill-Parroċċa tagħna. Ikun hemm sens ta’ aspettattiva f’qalbi għal dan il-jum qaddis. Imbagħad sens ta’ aspettattiva għall-Ġimgħa Ewkaristika u b’mod speċjali għallpurċissjoni sabiħa li nagħmlu s-Sibt ta’ wara, meta Ġesù Sagramentat joħroġ ibierek lill-familji tagħna fl-okkażjoni tal-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù. Kemm hi sabiħa l-laqgħa tagħna ma’ Ġesù flEwkaristija. Ħafna serħan! Paċi! Imħabba! Saħħa ġdida! Fejqan! Tama! Il-Papa San Ġwanni Pawlu kien jgħidilna li Kristu fl-Ewkaristija hu - il-mistieden divin tagħna - l-għajnuna fid-dgħufija tagħna - l-appoġġ fi żmien il-prova - il-faraġ fid-dwejjaq tagħna - il-ħobż tagħna ta’ kuljum - id-destin aħħari tagħna. Tul dawn il-ġranet jidwu f’qalbi l-kliem ta’ Ġesù: “Jien hu l-ħobż ħaj li niżel mis-sema.” “Tassew tassew ngħidilkom Jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin

Fr Keith Bonnici 

kappillan

il-Bniedem u ma tixorbux demmu ma jkollkomx il-ħajja fikom.” (Ġw. 6,53). U reġa’ qalilna: “Għax Ġismi huwa ikel tassew u Demmi huwa xorb tassew; min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa’ fija u jien, fih.” (Ġw. 6,55-56). Tajjeb li nersqu b’fidi kbira lejn it-Tqarbin Imqaddes. Tajjeb li ta’ spiss nersqu b’fidi kbira lejn Ġesù Ewkaristija bħal ma għamilna dakinhar tal-Ewwel Tqarbina tagħna. L-Ewkaristija hija intimità ma’ Ġesù. Hija wkoll responsabiltà. Il-kliem tal-Isqof Taljan Don Tonino Bello jagħtina x’nirriflettu: “L-Ewkaristija ma taħmilx lil min joqgħod b’idejh fuq żaqqu. Ma tittollerax issiesta. Ma tippermettix in-ngħas li ġġib magħha d-diġestjoni. Jasal il-waqt meta tobbligana nitilqu mill-mejda tal-ikel. Tqanqalna għallazzjoni. Timbuttana biex inħallu r-ritmi tagħna ta’ kuljum ħalli ġġegħelna ninvestu n-nar li rċevejna f’opri dinamiċi u missjunarji. Jekk wieħed ma jqumx mill-mejda, l-Ewkaristija tibqa’ sagrament mhux komplut.”

www.parroccaiklin.com


PROGRAMM GĦAX-XAHAR TA’ ĠUNJU IL-ĦADD 1

Solennità tat-Tlugħ il-Mulej fis-Sema. Ġurnata Irtir għall-Operaturi Pastorali f’Mt St Joseph, Tarġa Gap. Quddies: 8.30am, 10.00am, 11.15am u fis-6.00pm

IT-TLIETA 3

7.00pm Laqgħa dwar l-Ippjanar Naturali tal-Familja.

IL-ĦAMIS 5

4.30pm Assessment tat-tfal li qegħdin fit-tieni, it-tielet u r-raba’ sena tal-Katekiżmu.

IL-ĠIMGĦA 6

7.15pm Kors ta’ Kana għall-għarajjes.

IS-SIBT 7

Festa Pubblika. Quddies: 8.30am, 10.00am, 11.15am u fis-6.00pm. Waqt il-Quddiesa tas-6.00pm jingħata l-Mandat lill-Operaturi Pastorali kollha Inklużi dawk li sejrin biex jagħmlu xogħol Missjunarju fl-Albanija. Ċelebrazzjoni Djoċesana tal-Vġili tal-Għid il-Ħamsin.

IL-ĦADD 8

Solennità tal-Għid il-Ħamsin – Jum l-Isem Imqaddes t’Alla. Quddies: 8.30am, 10.00am, 11.15am u fis-6.00pm. Il-Quddiesa tal-11.15am tkun animata mill-Kummissjoni Tfal.

L-ERBGĦA 11

6.45pm Jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

IL-ĠIMGĦA 13

7.15pm Kors ta’ Kana għall-għarajjes.

IS-SIBT 14

Seminar għal dawk li ser jagħmlu l-Konfermazzjoni, il-ġenituri u l-parrini. 9.00am – 10.00am Tfal (Seminar) – minn Soċju tas-Soċjetà MUSEUM. 10.00am – 11.00am Seminar għall-ġenituri u l-parrini – minn Soċju tal-MUSEUM. 9.00am – 10.00am Briefing għall-ġenituri u parrini (poloz u avvizi) mill-Kappillan. 10.00am – 11.00am Provi għat-tfal.

IL-ĦADD 15

Solennità tat-Trinità Qaddisa Quddies: 8.30am, 10.00am, 11.15am u fis-6.00pm.

IT-TNEJN 16

4.30pm Eżami tat-tfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina din is-sena.

IT-TLIETA 17

7.00pm Kors tal-Ippjanar Naturali tal-Familja.

IL-ĠIMGĦA 20

7.15pm Kors ta’ Kana għall-għarajjes.

Logħob  |  Krafts  |  Ħarġiet  |  Għawm

KLABBSAJF2014 Kull nhar ta’ Erbgħa mis-16 ta’ Lulju sas-27 ta’ Awwissu APPLIKAZZJONIJIET MILL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI Nibdew bil-quddiesa fit-8.30am


IS-SIBT 21

5.00pm - 6.00pm – Qrar għall-ġenituri u tfal tal-Ewwel Tqarbina.

IL-ĦADD 22

Solennità tal-Ġisem u d-Demm Għażiż tal-Mulej – Jum l-Ewwel Tqarbina Quddies: 8.30am, 10.00am (L-Ewwel Tqarbina), 11.30am u fis-6.00pm.

IT-TLIETA 24

Solennità tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista Party għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina. 7.00pm Kors tal-Ippjanar Naturali tal-Familja.

IL-ĦAMIS 26

4.30pm L-aħħar ġurnata tal-Katekiżmu għat-tfal mill-Klassijiet Preparatorja sal-Ħames Sena. Isir l-Assessment finali.

IL-ĠIMGĦA 27 Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. 6.45pm Adorazzjoni. 7.30pm Lejla Sajf. IS-SIBT 28

6.00pm Quddiesa u wara Purċissjoni tal-Qalb ta’ Ġesù.

IL-ĦADD 29

Solennità ta’ San Pietru u San Pawl, Appostli Quddies: 8.30am, 10.00am, 11.15am u fis-6.00pm.

IT-TNEJN 30

4.30pm Assessment Finali għal dawk li ser jirċievu l-Konfermazzjoni din is-sena.

ĠIMGĦA EWKARISTIKA Mit-Tnejn 23 sas-Sibt 28 ta’ Ġunju quddiesa fis-6:15pm animata mill-għaqdiet u wara ssir Adorazzjoni sas-7.00pm

ATTIVITAJIET OĦRA MATUL IX-XAHAR TA’ ĠUNJU

Nhar ta’ Tnejn 6.45pm  Jiltaqa’ l-grupp ta’ Evanġelizzazzjoni San Luqa

6.45pm  Jiltaqa’ l-grupp ‘Legion of Mary’

7.00pm  Jiltaqa’ l-grupp ta’ Evanġelizzazzjoni San Mark

Nhar ta’ Sibt Nhar t’Erbgħa 4.00pm  Jiltaqa’ l-kor 5.30pm  Jiltaqgħu ż-Żgħażagħ 4.45pm  Jiltaqgħu l-Abbatini Azzjoni Kattolika (ŻAK) għal 4.45pm  Jiltaqa’ l-grupp ta’ Nhar ta’ Ġimgħa 6.45pm  Adorazzjoni (L-ewwel dawk li twieldu bejn l-1999 u Evanġelizzazzjoni San Mattew Ġimgħa tax-xahar – Ħniena Divina) 6.00pm  Quddies l-2001. Nhar ta’ Ħamis 9.00am  Jiltaqa’ l-Klabb 60+


Ħinijiet tal-Quddies

Appuntamenti oħra

MIT-TNEJN SAL-ĠIMGĦA

SALMI TA’ TIFĦIR TA’ SBIEĦ IL-JUM

6.45am; 8.30am; 6.15pm

Mit-Tnejn sas-Sibt fit-8.15am

ADORAZZJONI EWKARISTIKA

NHAR TA’ SIBT

ĦIN TAD-DUTTRINA

It-Tnejn u l-Ħamis bejn l-4:30 u l-5:15pm

TQARBIN TAL-MORDA

6.45am;8.30am; 6.00pm NHAR TA’ ĦADD

ADORAZZJONI TAS-SAGRAMENT IMQADDES

ŻJAJJAR FL-ISPTAR

8.30am; 10.00am; 11.15am; 6.00pm (Qabel kull quddiesa)

Il-Knisja tkun miftuħa għall-Adorazzjoni tasSagrament Imqaddes kuljum mid-9:00am sal-11:00am u mill-4:00pm sas-7:30pm.

Ħinijiet tal-Uffiċċju Parrokkjali

Kuntatti

IT-TNEJN 5:00pm - 7:00pm L-ERBGĦA 6:00pm - 8:00pm IL-ĦAMIS 9:00am - 11:00am IS-SIBT 9:00am - 11:00am

DUN KEITH BONNICI  79972444 DUN PAWL CAMILLERI 21223896 DUN CHARLON MUSCAT 99017000

Il-Ġimgħa wara l-Quddies ta’ filgħaxija. It-Tlieta u l-Ġimgħa wara l-quddiesa tat-8:30am. Jekk xi ħadd ikun l-isptar ikkuntattjawna fuq 7997 2444 biex immorru nżuruh.

Parroċċa

Familja Mqaddsa L-IKLIN

www.parroccaiklin.com

Parroċċa Familja Mqaddsa, Pjazza Ninu Cremona, l-Iklin, IKL1302 

telefon: 21 423 003 

email: parrocca.iklin@maltadiocese.org

Is-Sibt 21 ta’ Ġunju bejn il-5.00-6.00p.m. – Qrar għall-ġenituri u tfal tal-Ewwel Tqarbina. Il-Ħadd, 22 ta’ Ġunju Jum l-Ewwel Tqarbina fit-8.00 a.m. - Ikun hawn ħin biex jittieħdu xi ritratti fis-sala. Tħallux għall-aħħar please. 9.30 a.m. – Jingħalaq il-bieb tas-sala għall-aħħar ritratti. 9.40 a.m. – Tibda l-purċissjoni bit-tfal tal-Preċett. Jakkumpanjaw il-ġenituri flimkien mal-qraba u l-ħbieb. 10.00a.m. – Tibda l-quddiesa. Infakkru li ma jistgħux jinġibdu ritratti jew videos.

Ejjew lebsin b’mod li jixraq id-dar t’Alla. It-Tnejn, 23 ta’ Ġunju It-tfal tal-Ewwel Tqarbina m’għandhomx Duttrina. It-Tlieta, 24 ta’ Ġunju, 2014 – Party għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina għand il-Gallerija il-Fgura.

bil-fjuri biex jitfgħuhom quddiem is-Sagrament. Wara toħroġ il-purċissjoni bisSagrament mat-toroq tal-Iklin.

Is-Sibt, 28 ta’ Gunju fis-6.00 p.m. – Festa tal-Qalb ta’ Ġesù. Quddiesa mmexxija minn Dun Charlon Muscat. Ittfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina jattendu għall-quddiesa lebsin bl-ilbies tal-preċett. It-tfal iġibu magħhom qoffini

EVERYTHING YOU NEED

AND NUTRITIONAL

ADVICE FOR YOUR PETS PET’S STATION, 21, TRIQ ĊENSU BUGEJA, L-IKLIN

grafika: www.designedbyal.com   stampa: veritas press

PROGRAMM TA’ ATTIVITAJIET MARBUTA MAL-EWWEL TQARBINA

Il-Miġemgħa  

Il-fuljett tal-Parroċċa tal-Iklin li jitqassam mal-magazin Flimkien.

Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you