Issuu on Google+

Nru 282 Jannar 2013

leħen il-parroċċa ta’ Santa Marija, Ħad-Dingli

Ir-Rigal għalik għas-sena l-ġdida Meta nkunu ser nibdew sena ġdida, kulħadd joħlom li jgħix sena aħjar min dik li tkun għaddiet. Bħala parroċċa ħsiebna, li fid-dawl tas-sena tal-fidi, kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar jkollna mument ta’ talb madwar il-Kelma ta’ Alla, li nsejħulu: Lectio Divina. Imma Lectio Divina x’inhi? Il-Kotba Mqaddsa huma l-Kelma ta’ Alla u għaldaqstant fihom qawwa speċjali.  Imma spiss jiġri li din il-qawwa ndgħajfuha għaliex naqrawhom biss bħala sempliċi ġrajja li darba seħħet u issa ntemmet. Għaldaqstant l-Isqfijiet tagħna, fl-aħħar Ittra Pastorali wrewena li l-Vanġelu “mhux ktieb li jiġbor fih rakkonti sbieħ tal-imgħoddi, imma wieħed millmodi kif Kristu Rxoxt jagħmel lilu nnifsu preżenti fl-istorja tagħna llum! Għalhekk il-Lectio Divina hija stedina minn Alla biex il-bniedem permezz talKotba Mqaddsa, jagħmel esperjenza personali tiegħu, jidħol f’relazzjoni diretta miegħu u jsir jafu iktar mill-qrib. Imma biex nersqu għal-

Lectio Divina u nieħdu frott minnha, jeħtieġ li jkolli:  » Umiltà  Din tgħini nintebaħ li jiena fadalli ħafna x’nitgħallem. Ilfidi tal-Knisja f’Ġesù trid tgħini nikber fil-fidi tiegħi fih.  L-ewwel nipprova nara min huwa Ġesù għall-oħrajn,  għall-Knisja u  wara, ftit, ftit, nibda nara min huwa Ġesù għalija.  » Fiduċja  Irid ikolli fiduċja sħiħa li Alla se jkompli juża il-Lectio Divina u l-Evanġelju, bħala l-art li fiha se jlagħqani ma’ Ibnu, Ġesù Kristu.  » Talba  Jrid ikollna l-attitudni li l-Lectio Divina hija talba. Jekk it-talb huwa l-għaqda tagħna mal-Missier, allura l-aqwa mod kif nistggħu nagħmlu dan huwa permezz tal-Iben  “Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux bija.” Dan iwassal biex permezz tal-Lectio Divina, aħna nħallu l-Kelma ta’ Alla taħdem fina bil-qawwa kollha tagħha u jekk din nagħmluha tajjeb b’mod regolari, allura tiffurmana mill-ġdid  u tnissel fina għatx li ma nkunux nistgħu ngħixu mingħajrha. Dan huwa l-awguri tiegħi għal din is-sena l-ġdida; li nħallu l-Kelma ta’ Alla, tagħmilna bnedmin ġodda, skond il-qalb ta’ Alla. Tkunu Imberkin!! Dun Ewkarist Zammit 

kappillan

Uffiċċju Parrokjali, 40, Triq il-Knisja, Ħad-Dingli DGL1010  telefon: 21 454 634  email: parrocca.dingli@maltadiocese.org


KIF TAGĦMEL Minħabba li fil-parroċċa tagħna, kull l-ewwel

LECTIO DIVINA?

Qabel tibda, itlob lill-Ispirtu s-Santu biex jgħinnek.        Lectio (Qari) 1. Aqra s-silta mill-Bibbja bilmod. 2. Iġbor il-fatti mis-silta. 3. Kun attent biex tisma’ l-Kelma ta’ Alla tajjeb. 4. Ara liema Kelma jew silta għandha messaġġ speċjali għalik. 5. Ieqaf fis-skiet għal żewġ minuti jew tlieta.        Meditatio (Meditazzjoni) 1. Aqra s-silta mill-ġdid. 2. Ħalli lil Alla jkellmek permezz

gimgħa tax-xahar ser nibdew il-Lectio Divina, ħsibna li nuru kif din issir u kif hija mqassma. tas-silta li qrajt. 3. Ieqaf aħseb fuq dak li qed jgħidlek. 4. Ibqa’ fis-skiet għal żewġ minuti jew tlieta oħra.   Oratio (Talb) 1. Aqra l-istess silta tal-Iskrittura. 2. Din id-darba wieġeb għaliha b’qalbek mhux b’moħħok. 3. Ħalli lil Alla jkompli jdaħħlek f’din ir-relazzjoni miegħu. 4. U inti x’tixtieq tgħidlu lil Alla?  Ħallih ikellmek anke hu. 5. Kompli fis-skiet u l-ġabra għal xi erba’ jew ħames minuti oħra.  

Contemplatio (Kontemplazzjoni) 1. Erġa’ aqra s-silta għal l-aħħar darba. 2. Intelaq għal kollox fil-preżenza ta’ Alla. Tirreżistihx. 3. Strieħ f’Alla: Tippruvax toqgħod taħseb, lanqas fuq is-silta li qrajt. Intelaq fil-paċi, bħal tarbija mitluqa f’dirajn ommha. Jekk tintebah li moħħok telaq bik, taqtax qalbek. Tajjar kull ħsieb u kompli fis-skiet. Mhux biss is-skiet ta’ barra, imma aktar is-skiet ta’ ġewwa.   Fl-aħħar itlob il-Missierna bil-mod.


L-Esperjenza tiegħi ġewwa l-Indja

Minn mindu kont tifla żgħira kont noħlom li xi darba nagħmel esperjenza ta volontarjat barra minn Malta, u fl-aħħar wasal il-mument opportun li nagħmel dan il-pass – pass li ppreparawna sewwa għalih b’diversi laqgħat il-grupp Salesjan ta’ SPYS. Però tkun kemm tkun preparat u jkollok kemm ikollok għajnuna, l-esperjenza hija waħda solitarja u li tkabbrek b’mod individwali u personali għall-aħħar. L-Indja hija pajjiż magħruf għall-estremitajiet, fejn tara faqar kbir maġenb xi villa enormi, fejn anka l-ikel huwa estrem: jew ħelu wisq jew jaħraq minħabba l-famuż chili! Bħala volontiera ġewwa l-Indja nħoss li fetħitli għajnejja għal realtà li għalkemm smajt u qrajt biha, xorta qatt ma laqtitni fil-fond. Fil-kumdità tad-dinja tiegħi ġewwa s-sabiħa Malta, jien qatt ma tajt każ kemm għandi napprezza tazza ilma x’ħin jaqbadni l-għatx filwaqt li ħaddiehor irid jimxi kilometri biex ikollu ftit x’jixrob. Inħoss li għalkemm il-kumdità hija sabiħa, kultant twaqqafna milli ngħixu u milli nesperjenzaw dak kollu li l-ħajja għandha x’toffri. Qabel mort l-Indja ma kontx naf kemm qed nieħu for granted lil membri ta’ familti, u ma kontx naf kemm m’għandix għalfejn ingerger! Jien mort l-Indja sabiex ngħin u ngħallem l-Ingliż lil subien ġewwa skola Salesjana, iżda iċevejt ħafna lura!

Janine Caruana

Qatt ma stennejt li bil-preżenza tiegħi kont se nagħmel daqshekk tfal u nies kuntenti. Jien u l-voluntiera li kien hemm miegħi morna biex ngħatu ftit milli Alla pprovdilna u rċivejna ħafna imħabba u tgħallimna. Tgħallimna kemm il-valur tal-ħajja m’huwiex kemm taf skola jew kemm għandek liri fil-but, m’huwiex kemm għandek logħob fuq il-laptop jew kemm għandek make-up fuq wiċċek (għalkemm huma sbieħ u mportanti iżda ma rridux inħalluhom jgħamuna). Issustanza tal-ħajja sibniha fil-ħbiberija u fis-sens ta’ familja. Is-sustanza tal-ħajja hija li tgħix kull emozzjoni, inkluż tbatija u li tikber minnha. Għalfejn noqogħdu nbeżżgħu lit-tfal mill-uġiegħ u nżommuhom ġo comfort zone? L-uġiegħ huwa parti mill-ħajja u jgħallimna ħafna. Ġewwa l-Indja jien ħassejtni ħajja – naqsam it-tagħlim tiegħi filwaqt li t-tfal t’hemmhekk qasmu miegħi t-talenti tagħhom fil-mużika, fl-isport u fl-arti. Rajt il-faqar u ħassejt ħafna għalihom. Rajt l-imħabba u ħassejtha magħhom. Rajt l-ispirtu Salesjan ta’ Don Bosco u ħassejtu ħaj f’kull tip ta’ għajnuna li qiegħda tiġi provduta lil familji fqar u subien mil-villaġġi u mix-xelter. Hija esperjenza li mhux talli mhu ħa ninsiha qatt, iżda li qiegħda nġorrha miegħi f’kull ma nagħmel, ngħid u naħseb.


Programm għax-xahar ta’ Jannar 2013 It-Tlieta 1

L-Ewwel tas-Sena. Solennità ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi. Ġabra strina għas-Sagristani (li huma lkoll volontiera).

Il-Ħamis 3

Coffee Morning b’riżq il-Parroċċa. Tluq fid-9.00am minn ħdejn il-Knisja. Lejlet l-ewwel ġimgħa tax-xahar. Qrar minn konfessur barrani mill- 5.30pm ‘il quddiem.

Il-Ġimgħa 4

L-ewwel ġimgħa tax-xahar. Qrar minn konfessur barrani mid-8.45am ‘il quddiem. Tqarbin tal-morda ta’ l-ewwel ġimgħa. Illum wara l-quddiesa tas-6.30pm, ikollna l-Lectio Divina fil-Knisja Parrokkjali, li tintemm b’mument qasir tat-talb quddiem Ġesù Ewkaristija. Mistiedna speċjali l-familji u l-membri tal-għaqdiet. Inħeġġukom biex tattendu.

Is-Sibt 5

L-ikla tal-Milied b’riżq il-Parroċċa. Tluq minn ħdejn il-Knisja wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija.

Il-Ħadd 6

Festa tal-Epifanija tal-Mulej. Ġabra speċjali b’riżq il-fond tal-manutenzjoni tal-Knisja.

Il-Ġimgħa 11 Fis-7.30pm fiċ-Ċentru Parrokkjali jibda l-kors ta’ Kana għall-għarajjes. Il-Ħadd 13

Festa tal-Magħmudija tal-Mulej.

Il-Ġimgħa 18

Mil-llum sal-25 ta’ Jannar, ikollna ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost il-Knejjes Insara. Illum ukoll ikollna tqarbin tal-morda tat-tielet ġimgħa. Mill-5:30pm ’il quddiem ikun hawn Fr Joseph Zahra op għall-qrar. Fis-7.15pm, fil-Museum tal-Bniet, ssir l-ewwel laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina, f’Mejju li ġej. Il-Ġenituri huma mitluba li jattendu.

Il-Ħadd 20

Afternoon Tea b’riżq il-Parroċċa. Tluq fis-2.30pm minn ħdejn il-Knisja.

Il-Ġimgħa 25 Laqgħa tal-grupp Familji Nsara, Sagra Familja, fis-7.15pm fiċ-Ċentru Parrokkjali. Is-Sitt Anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali tal-Eċċellenza Tiegħu Mons. Arċisqof Pawlu Cremona op.

It-Tlieta 29

Fis-7.15pm: Laqgħa ta’ formazzjoni għall-Ministri Straordinarji tat- Tqarbin fiċ-Ċentru Parrokkjali.

fil-parroċċa Magħmudija:  tagħna Kelly Micallef - 17 ta' Novembru 2012

Katrina Chircop - 17 ta' Novembru 2012 Emma Abdilla - 17 ta' Novembru 2012 Amy Deschrijver - 17 ta' Novembru 2012 Tyler Micallef - 17 ta' Novembru 2012 Leah Azzopardi - 17 ta' Novembru 2012

Ħinijiet tal-Uffiċċju Parrokkjali

Kuntatti

It-Tlieta 10:00am - 12:00pm l-erbgħa 4:30pm - 7:00pm il-ħamis 10:00am - 12:00pm

Uffiċċju Parrokkjali  2145 4634 Dar Parrokkjali  2145 5738

u 4:30pm - 6:00pm

www.dingliparish.com

grafika: www.designedbyal.com   stampa: veritas press

Is-Sibt 26

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli


Leħen il-Parroċċa